30.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 443/13 |
DEĊIŻJONI Nru 5/2020 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA
tas-17 ta’ Diċembru 2020
li tiddetermina l-livell inizjali ta’ appoġġ annwali globali massimu eżentat u l-perċentwal minimu inizjali msemmija fl-Artikolu 10(2) tal-Protokoll dwar l-Irlanda / l-Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika [2020/2249]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Irlanda / l-Irlanda ta’ Fuq anness mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Livell ta’ appoġġ annwali globali għal prodotti agrikoli minbarra prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
1. Il-livell inizjali ta’ appoġġ annwali globali massimu eżentat imsemmi fl-Artikolu 10(2) tal-Protokoll dwar l-Irlanda / l-Irlanda ta’ Fuq għall-prodotti agrikoli għajr il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għandu jkun ta’ GBP 382,2 miljun (1).
2. Ir-Renju Unit jista’ jżid il-livell ta’ appoġġ annwali globali massimu msemmi fil-paragrafu 1, sa ammont addizzjonali ta’ GBP 25,03 miljun f’sena partikolari bil-parti tal-ammont tal-livell ta’ appoġġ annwali globali massimu eżentat li ma jkunx intefaq fis-sena kalendarja preċedenti.
3. Il-livell ta’ appoġġ annwali globali massimu eżentat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżdied b’ammont ta’ GBP 6,8 miljun għal sena partikolari:
(a) |
jekk matul dik is-sena l-Unjoni Ewropea tkun ħadet miżuri, li jkopru lir-Repubblika tal-Irlanda, skont il-Parti II, it-Titolu I, il-Kapitolu I jew l-Artikoli 219, 220 jew 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2); jew |
(b) |
minħabba:
|
Il-punt (b) japplika biss jekk ir-Renju Unit ikun informa lill-Unjoni Ewropea mill-inqas għaxart jum qabel ma juża ż-żieda fil-livell annwali globali ta’ appoġġ.
Artikolu 2
Livell ta’ appoġġ annwali globali għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura
1. Il-livell inizjali ta’ appoġġ globali massimu eżentat imsemmi fl-Artikolu 10(2) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għandu jkun ta’ GBP 16,93 miljun matul l-ewwel ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni kif ukoll matul kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin. Madankollu, il-livell ta’ appoġġ annwali globali eżentat għal dawn il-prodotti ma jridx jaqbeż l-GBP 4,01 miljun fi kwalunkwe sena partikolari.
2. L-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-ammonti msemmija fil-paragrafu 1:
(a) |
operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta’ bastiment jew tagħmir li jżid il-kapaċità tal-bastiment biex isib il-ħut; |
(b) |
il-kostruzzjoni ta’ bastimenti tas-sajd ġodda jew l-importazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd; |
(c) |
waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd; |
(d) |
il-waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd, sakemm mhux relatat ma’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(e) |
sajd esploratorju; |
(f) |
it-trasferiment tas-sjieda ta’ negozju; kif ukoll |
(g) |
stokkjar mill-ġdid dirett, sakemm mhux previst f’miżuri mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, jew ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut jew l-ekosistema tal-baħar, jew fil-każ ta’ stokkjar mill-ġdid sperimentali. |
L-eċċezzjonijiet previsti fil-punt (d) huma soġġetti għall-kundizzjoni li l-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastiment tas-sajd jew mis-sajjied ikkonċernat jiġu sospiżi b’mod effettiv u li l-finanzjament jingħata għal perjodu massimu ta’ sitt xhur għal kull bastiment.
Artikolu 3
Perċentwal minimu
Il-perċentwal minimu inizjali msemmi fl-Artikolu 10(2) tal-Protokoll għandu jkun ta’ 83 % u għandu japplika għall-ammonti tal-livell annwali globali ta’ appoġġ eżentat imsemmi fl-Artikolu 1.
Artikolu 4
Rieżami
Il-Kumitat Konġunt għandu jirrevedi regolarment din id-Deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kopresidenti
Maroš ŠEFČOVIČ
Michael GOVE
(1) Għall-fini tal-kalkoli u l-ammonti kollha, stabbiliti f’GBP f’din id-Deċiżjoni, f’EUR, għandha tintuża r-rata tal-kambju tal-Pagamenti Diretti tal-2019 (EUR 1 = £0.89092).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).