Official Journal L 016 , 20/01/1989 P. 0017 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0116
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0116
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 119/89 tad-19 ta’ Jannar 1989 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2514/78 dwar ir-reġistrazzjoni fl-Istati Membri ta’ kuntratti għat-tkattir taż-żrieragħ f’pajjiżi mhux membri IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jwaqqaf the Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2358/71 tal-Kunsill tas-26 t’Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3997/87 [2], u b’mod partikolari Artikoli 3a (4) u 9 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2514/78 [3] jispeċifika l-informazzjoni li l-parti li qed tagħmel il-kuntratt stabbilita fil-Komunita għandha tipprovdi lill-korp responsabbli għar-reġistrazzjoni; billi l-informazzjoni mibgħuta għandha taqbel ma’ dik li jkun hemm fil-kuntratt; billi dispożizzjoni espliċita għandha għalhekk issir sabiex il-kuntratt jiġi prodott; billi għal ċerti speċi huwa diffiċli, fid-data mniżżla għar-reġistrazzjoni tal-kuntratti, li wieħed jistabilixxi il-kwantitajiet li x’aktarx ikunu importati fil-Komunità; billi biex tkun permessa stima aktar preċiża ta’ żviluppi fis-suq data differenti għandha tiġi stabbilita biex jiġu mgħoddija l-previżjonijiet ta’ l-importazjoni; billi biex xi stimi jkunu jistgħu jsiru dwar il-kwantitajiet ta’ l-importazzjoni għandha ssir dispożizzjoni għan-notifika taż-żona li għandha tintuża għat-tkattir fil-pajjiż mhux membru; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żrieragħ, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 2514/78 huwa b’dan emendat kif ġej: 1. Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 3 Għall-għanijiet tar-reġistrazzjoni ta’ kuntratti pprovduti f’Artikolu 1, minbarra li dan ta’ l-aħħar għandu jiġi provdut lill-parti fil-kuntratt stabbilita fil-Komunità għandha fl-istess ħin tagħti lill-korp imsemmi f’Artikolu 4 almenu dawn id-dettalji li ġejjin: (a) il-pajjiż li fih it-tkattir taż-żerriegħa għandu jsir; (b) l-ispeċi u l-varjetà taż-żerriegħa; (ċ) il-kwantità, l-oriġini u l-kategorija taż-żrieragħ li għandhom jiġu mkattra; (d) is-snin tal-marketing koperti bill-kuntratt, il-medda art li għandha tinżera’, il-kwantitajiet stmati li għandhom jiġu importati fil-Komunità u l-perijodi skedati għall-kunsinna." 2. Dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 5(1): "Madankollu, għaż-żerriegħa ibrida tal-qamħirrum, it-tagħrif dwar il-kwantitajiet stmati li għandhom jiġu importati fil-Komunità u l-perijodi skedati għall-kunsinna għandhom jiġu notifikati mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-iskadenza tal-limitu taż-żmien għar-reġistrazzjoni tal-kuntratti." 3. Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 6 L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull sena mhux aktar tard minn 30 jum wara d-dati finali imniżżla fl-Anness iż-żoni li għandhom jinżergħu u stima tal-kwantitajiet ta’ żrieragħ li jirrużultaw mit-tkattir li għandhom jiġu importati fil-Komunità. Il-figuri għandhom jinqasmu skond is-sena tal-marketing, l-ispeċji jew il-gruppi ta’ varjetajiet kif indikat fl-Anness u l-pajjiż li mhux membru konċernat. Madankollu, għaż-żerriegħ tal-qamħirrum ibridu, l-kwantitajiet stmati li għandhom jiġu importati fil-Komunita għandhom għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 30 jum wara li jkunu notifikati lill-korp kompetenti għar-reġistrazzjoni." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-publikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun orbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Jannar 1989. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1. [2] ĠU L 377, tal-31.12.1987, p. 36. [3] ĠU L 301, tat-28.10.1978, p. 10. --------------------------------------------------