Official Journal L 287 , 10/11/1999 P. 0004 - 0005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2376/1999 tad-9 ta' Novembru 1999 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1835/1999 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu, Billi: (1) sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa għar-regolament imsemmi, hemm bżonn li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness għal dan ir-Regolament; (2) ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabillixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (3) bi qbil mar-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa għar-Regolament preżenti għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna 2, b'virtù tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3; (4) huwa aċċettat li l-informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi invokata, taħt id-dispożizzjonijiet f'Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew (KE) Nru 955/1999 [4], għal perjodu ta' tlett xhur mill-pussessur; (5) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Novembru 1999. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 224, tal-25.8.1999, p. 5. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [4] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni | Kodiċi NM | Raġuni | (1) | (2) | (3) | Ikel iffriżat fil-forma ta' blalen żgħar tal-laħam magħluqin fl-għaġina, miftuħin mill-qiegħ, b'parti minn gamblu kbir toħroġ 'l barra min fuq. L-għaġina hija mgeżwra madwar taħlita msajjra ta' laħam tat-tiġieġ, biċċiet tal-basal, taħwir u l-bqija tal-gamblu l-kbir. Il-komposizzjoni tal-prodott hija kif ġej (persentaġġ bil-piż): laħam tat-tiġieġ: 48,2gamblu kbir: 13,3basal: 9,7għaġina: 28,8Il-prodott huwa lest sabiex jissajjar fix-xaħam jew fiż-żejt | 16023230 | Il-Klassifikazzjoni hija ddeterminata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 għall-Kapitolu 16, Nota 1(a) għall-Kapitolu 19 u l-formular tal-kliem tal-kodiċijiet NM 1602, 160232 u 16023230. Il-prodott huwa kkunsidrat bħala preparazzjoni tal-laħam miksija b'saff irqiq ta' għaġina bi qbil man-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 1602, paragrafu 2, 3 | --------------------------------------------------