Official Journal L 228 , 08/09/2000 P. 0055 - 0056
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1903/2000 tas-7 ta' Settembru 2000 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet geografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1509/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6 (3) u (4) tiegħu, Billi: (1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-Olanda bagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem bħala isem ta’ l-oriġini. (2) Skond l-Artikolu 6 (1) ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjoni nstabet li tilħaq il-ħtiġijiet kollha stabbiliti fih u b'mod partikolari li fiha t-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4 tiegħu. (3) L-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ma ġiet irċevuta mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament rigward l-isem mogħti fl-Anness ma' dan ir-Regolament wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej [3]. (4) L-isem għandu għalhekk jiġi mdaħħal fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u minn issa 'l quddiem jiġi protett fil-Komunità kollha bħala isem ta’ l-oriġini protett. (5) L-Anness ma' dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1651/2000 [5], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-isem fl-Anness ma' hawn huwa miżjud fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u jiddaħħal bħala isem ta’ l-oriġini protett (IOP) fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bl-Artikolu 6 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Settembru 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1. [2] ĠU L 174, tat-13.7.2000, p. 7. [3] ĠU C 378, tat-30.12.1999, p. 2. [4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11. [5] ĠU L 189, tas-27.7.2000, p. 15. -------------------------------------------------- L-ANNESS IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESSI MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM Il-Ġobon L-OLANDA Kanterkaas, Kanternagelkaas, Kanterkomijnekaas (IOP) --------------------------------------------------