32003D0542



Official Journal L 185 , 24/07/2003 P. 0055 - 0058


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta' Lulju 2003

li temenda d-Deċiżjoni 2000/96/KE rigward l-operat tan-networks ta' sorveljanza ddedikata

(innotifkata fid-dokument numru C(2003) 2522)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2003/542/KE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWRPOPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta' network għas-sorveljanza epidemjoloġika u kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(a), (b), (ċ) u (d) tagħha,

Billi:

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/96/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar il-mard li jittieħed li jrid jiġi kopert b'mod progressiv min-network Komunitarju taħt id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], telenka ċertu mard li jittieħed u kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li jridu jiġu koperti b'mod progressiv b'sorveljanza epidemjoloġika.

(2) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom diġà tqiegħdu fil-post networks ta' sorveljanza ddedikata sabiex tiġi żgurata l-ħidma effettiva ta' dawn in-networks u li l-istrutturi/awtoritajiet innominati ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tagħhom.

(3) Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jinnomina punti tal-kuntatt, li jistgħu jkunu istituzzjonijiet, servizzi, dipartimenti jew korpi oħra, sabiex jiżgura illi n-network Komunitarju jiġi mgħarraf b'mod regolari u mingħajr dewmien bil-grajjiet, l-informazzjoni, l-istatistika u t-tagħrif li jirrigwardaw il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa koperti min-networks ta' sorveljanza ddedikata. Wieħed minn dawn il-punti tal-kuntatt jew korp ieħor approprjat għandhom jaġixxu bħala struttura ta' kordinament.

(4) Il-proċeduri tal-ħidma tan-network ta' sorveljanza ddedikata għandhom jiġu kkomunikati lin-network Komunitarju sabiex jittejbu l-paragunabbiltà u l-kompatibbiltà ta' l-informazzjoni.

(5) Il-miżuri pprovvduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2000/96/KE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 4, it-test preżenti jsir il-paragrafu 1 u għandu jiżdied il-paragrafu 2 li ġej:

"2. Il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post in-network ta' sorveljanza ddedikata huma mmarkati b'asterisk (*) fl-Anness I.

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw, permezz ta' l-istrutturi u/jew l-awtoritajiet innominati tagħhom, punt tal-kuntatt għal kull network ta' sorveljanza ddedikata, iddelegata sabiex ikun ir-rappreżentant nazzjonali tagħhom sabiex jipprovdu l-informazzjoni u t-tagħrif skond l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE.

Kull wieħed min-networks ta' sorveljanza ddedikata jrid tiġbor l-informazzjoni u t-tagħrif rilevanti tas-sorveljanza, irid jiżgura l-kordinament ġewwa l-istruttura, u jrid jikkomunikahom mingħajr dewmien lin-network Komunitarju.

In-network ta' sorveljanza ddedikata jrid ukoll jipprovdi lin-network Komunitarju l-proċeduri tiegħu tal-ħidma, filwaqt li jindirizza għall-inqas is-suġġetti fl-Anness III."

2. L-Annessi mad-Deċiżjoni 2000/96/KE huma emendati kif previst fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Lulju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, tat-3.10.1998, p. 1.

[2] ĠU L 28, tat-3.2.2000, p. 50.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi mad-Deċiżjoni Nru 2000/96/KE huma emendati kif ġej:

1. L-Anness I huwa mibdul b'dan li ġej:

"

L-ANNESS I

1. IL-MARD LI JITTIEĦED U L-KWISTJONIJIET SPEĊJALI TAS-SAĦĦA KOPERTI BIN-NETWORK KOMUNITARJU KIF RIFERIT FL-ARTIKOLU 1

1.1. Rigward il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa elenkati f’dan l-Anness, is-sorveljanza epidemjoloġika ġewwa n-network Komunitarju trid titwettaq bil-ġbir u l-analiżi standardizzati ta’ l-informazzjoni b’mod li jrid jiġi stabbilit għal kull marda li tittieħed u kwistjoni speċjali tas-saħħa meta jitqiegħdu f’posthom in-networks ta’ sorveljanza ddedikata.

2. IL-MARD

2.1. Il-mard li jista’ jiġi pprevenut bit-tilqim

Id-Difterite

L-infezzjonijiet bil-grupp Haemophilus ta’ l-influwenza B [1]

L-Influwenza [2]

Il-Ħożba [3]

Il-Gattone

Is-Sogħla konvulsiva [4]

Il-Poljomjelite

Il-Ħożba Ġermaniża

Il-Ġidri

It-Tetanu

2.2. Il-Mard trasmess sesswalment

L-Infezzjonijiet tal-Klamidja

L-nfezzjonijiet tal-Gonokokkus

L-Infezzjoni tal-HIV [5]

Is-Sifili

2.3. L-Epatite virali

L-Epatite A

L-Epatite B

L-Epatite C

2.4. Il-mard miġrur mill-ikel u mill-ilma u l-mard ta’ oriġini ambjentali

L-Antraċe

Il-Botuliżmu

Il-Kampilobatterjosi

Il-Kriptosporidjosi

Il-Ġardjasi

L-Infezzjoni bl-E. coli Enteroemorraġika [6]

Il-Leptospirosi

Il-Listerjosi

Is-Salmonellosi [7]

Ix-Xiġellosi

It-Tossoplasmosi

It-Trikinosi

Il-Jersinosi

2.5. Mard ieħor

2.5.1. Il-mard trasmess minn aġenti mhux konvenzjonali

L-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli, il-marda varjanti ta’ Creutzfeld-Jakob [8]

2.5.2. Il-mard miġrur mill-arja

Il-Leġjonellosi [9]

Il-Marda tal-Meninġikokkus [10]

L-Infezzjonijiet Pnewmokoċċi

It-Tuberkulosi [11]

2.5.3. Iż-Żoonosijiet (għajr dawk elenkati fit-2.4)

Il-Bruċellosi

L-Ekinokokkosi

Ir-Rabbja

Id-Deni-Q

It-Tularemja

2.5.4. Mard serju importat

Il-Kolera

Il-Malarja

Il-Pesta

It-tipi ta’ deni virali emorraġiku [12]

3. KWISTJONIJIET SPEĊJALI TAS-SAĦĦA

3.1. L-Infezzjonijiet nosokomjali

3.2. Ir-reżistenza antimikrobjali [13]

"

2. Jiżdied l-Anness III li ġej:

"

L-ANNESS III

IS-SUĠĠETTI LI JRIDU JIĠU INDIRIZZATI MILL-PROĊEDURI TAL-ĦIDMA TAN-NETWORKS TA' SORVELJANZA DDEDIKATA LI JRIDU JIĠU SSOTTOMESSI LIN-NETWORK KOMUNITARJU KIF RIFERIT FL-ARTIKOLU 4.2

1. Il-kordinament ta' l-istruttura u l-proċess tal-għemil tad-deċiżjonijiet.

2. L-amministrazzjoni u s-sorveljanza tal-ġestjoni tal-proġett.

3. Id-definizzjonijiet tal-każijiet, in-natura, u t-tip ta' informazzjoni li trid tinġbar.

4. Il-ġestjoni u l-protezzjoni ta' l-informazzjoni, inklużi l-aċċess għall-informazzjoni u l-kunfidenzjalità tagħha.

5. Il-manjieri li fihom l-informazzjoni tiġi magħmula paragunabbli u kompatibbli (il-ħtiġiet tal-kwalità u l-validazzjoni ta' l-informazzjoni).

6. Il-mezzi tekniċi approprjati u l-proċeduri li bihom l-informazzjoni trid tiġi mxerrda u analizzata fil-livell Komunitarju (it-tixrid u r-rappurtaġġ ta' l-informazzjoni).

7. L-azzjoni proposta tas-saħħa pubblika, il-proċeduri għall-kontroll ta' l-infezzjonijiet, u l-proċeduri tal-laboratorju.

"

[1] Dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post network ta’ sorveljanza ddedikata huma mmarkati b’asterisk

[2] Dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post network ta’ sorveljanza ddedikata huma mmarkati b’asterisk

[3] Dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post network ta’ sorveljanza ddedikata huma mmarkati b’asterisk.

[4] Dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post network ta’ sorveljanza ddedikata huma mmarkati b’asterisk.

[5] Dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post network ta’ sorveljanza ddedikata huma mmarkati b’asterisk.

[6] Dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post network ta’ sorveljanza ddedikata huma mmarkati b’asterisk.

[7] Dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post network ta’ sorveljanza ddedikata huma mmarkati b’asterisk.

[8] Dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post network ta’ sorveljanza ddedikata huma mmarkati b’asterisk.

[9] Dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post network ta’ sorveljanza ddedikata huma mmarkati b’asterisk.

[10] Dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post network ta’ sorveljanza ddedikata huma mmarkati b’asterisk.

[11] Dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post network ta’ sorveljanza ddedikata huma mmarkati b’asterisk.

[12] Dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post network ta’ sorveljanza ddedikata huma mmarkati b’asterisk.

[13] Dak il-mard li jittieħed u l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li għalihom ġiet imqiegħda fil-post network ta’ sorveljanza ddedikata huma mmarkati b’asterisk.

--------------------------------------------------