Official Journal L 268 , 18/10/2003 P. 0061 - 0062
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1843/2003 tas-17 ta’ Ottubru 2003 li jiffissa l-perċentaġġi tad-deprezzament li għandhom ikunu applikati meta l-prodotti agrikoli jinbiegħu fi kwantitajiet kbar matul is-sena finanzjarja 2004 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 tat-2 ta’ Awissu 1978 li jippreskrivi r-regoli ġenerali għall-iffinanzjament ta’ l-interventi mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija Agrikoli [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1259/96 [2], u l-aktar it-tieni sentenza ta’ l-Artiklu 8(1) miġjuba fih, Billi: (1) Skond l-Artiklu 8 tar-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, id-deprezzament tal-prodotti agrikoli maħżuna f’imħażen pubbliċi għandu jsir meta dawn jinbiegħu fi kwantitajiet kbar. Il-perċentaġġ tad-deprezzament m’għandux ikun aktar mid-differenza ta’ bejn il-prezz tax-xiri fi kwantitajiet kbar u dak mistenni mid-disponiment għal kull wieħed minn dawn il-prodotti. (2) Skond l-Artiklu 8(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78, il-Kummissjoni tista’ tirrestrinġi d-deprezzament fiż-żmien tax-xiri għal proporzjon ta’ dan il-perċentaġġ ta’ deprezzament, iżda dan il-proporzjon jista’ ma jkunx inqas minn 70 % tad-deprezzament totali. Il-koeffiċjenti għandhom ikunu ffissati għal ċerti prodotti għas-sena finanzjarja 2004, li dawn għandhom ikunu applikati mill-aġenziji ta’ intervent għall-valuri tax-xiri fi kwantitajiet kbar ta’ kull xahar ta’ dawk il-prodotti, u dan biex l-aġenziji jkunu jistgħu jistabbilixxu l-ammonti tad-deprezzament. (3) Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-GFGGA, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artiklu 1 1. Dwar il-prodotti li jidhru fl-Anness li nxtraw fi kwantitajiet kbar b’intervent pubbliku, u li kienu nħażnu jew ittieħdu mill-aġenziji ta’ intervent bejn l-1 ta’ Ottubru 2003 u t-30 ta’ Settembru 2004, l-awtoritajiet għandhom jiddeprezzaw l-valur tagħhom biex jagħmlu tajjeb għad-differenza bejn il-prezzijiet tax-xiri għall-ħażna u l-prezzijiet mistennija tal-bejgħ tal-prodotti relevanti. 2. Biex ikunu ffissati l-ammonti tad-deprezzament, l-aġenziji ta’ intervent għandhom jgħoddu għall-valuri tal-prodotti mibjugħa fi kwantitajiet kbar ta’ kull xahar il-koeffiċjenti stabbiliti fl-Anness. 3. L-ammonti tan-nefqa stabbiliti b’dan il-mod għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni taħt id-dikjarazzjonijiet stabbiliti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 [3]. L- Artiklu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan għanu jkun jgħodd mill-1 ta’ Ottubru 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Ottubru 2003. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 216, tal-5.08.78, p. 1. [2] ĠU L 163, tat-2.07.96, p. 10. [3] ĠU L 39, tas-17.02.96, p. 5. -------------------------------------------------- L-ANNESS Koeffiċjenti tad-deprezzament li għandhom ikunu jgħoddu għall-valuri tax-xiri fi kwantitajiet kbar ta’ kull xahar Prodotti | Koeffiċjenti | Qamħ komuni għall-produzzjoni tal-ħobż | — | Ix-xgħir | — | Is-segala | 0,20 | Il-qamħ ir-rum | 0,10 | Is-sorgu | 0,10 | Ir-ross bil-fosdqa | 0,40 | Alkoħol | 0,65 | Butir | 0,45 | Trab tal-ħalib xkumat | 0,20 | Kwartijiet taċ-ċanga | 0,25 | Ċanga bla għadam | 0,25 | --------------------------------------------------