32004R0875



Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0051 - 0051


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2004

tad-29 ta' April 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1362/2000 dwar il-ftuħ ta' kwota ta' rata ta' tariffa preferenzjali għal flettijiet tat-tonn li joriġinaw fil-Messiku

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-KomunitaÌ Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1362/2000,

Billi:

(1) Il-Kunsill Konġunt ta' l-Unjoni Ewropea u l-Messiku iddeċieda, bid-Deċiżjoni Nru 2/2004 tat-28 ta' April 2004 li tintroduċi kwota ta' rata ta' tariffa għal ċerti prodotti li joriġinaw fil-Messiku u li huma mniżżlin fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2/2000 tal-Kunsill Konġunt ta' l-UE u l-Messiku, li jiftaħ kwota ta' rata ta' tariffa preferenzali għal flettijiet tat-tonn li joriġinaw fil-Messiku.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1362/2000 tad-29 ta' Ġunju 2000 li jimplimenta, għall-KomunitaÌ, id-dispożizzjonijiet tat-tariffi tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt taħt il-Ftehim ta' Interim dwar Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ bejn il-KomunitaÌ Ewropea u l-Istati Messikani Uniti [1] għandu għalhekk ikun emendat skond din id-Deċiżjoni.

(3) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1362/2000 huwa emendat kif ġej:

1. Is-sentenza li ġejja hija miżjuda ma' l-Artikolu 2(5):

"Id-dazju doganali applikabbli għal prodotti ta' kodiċi CN 16041416 fil-kwota ta' tariffi fl-ordni Nru. 09.1854 fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jkun 6 %."

2. L-Artikolu 2(6) huwa mibdul b'dan li ġej:

"6. Bl-eċċezzjoni tal-kwoti ta' tariffi fl-ordni Nru. 09.1854 u l-ordni Nru. 09.1899, il-kwoti ta' tariffi msemmijin fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jinfetħu kull sena għal perjodu ta' tnax -il xahar mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju. Dawn il-kwoti għandhom jinfetħu għall-ewwel darba fl-1 ta' Lulju 2000."

3. Ir-ringiela li ġejja hija mdaħħla fl-Anness:

"09.1854 | 16041416 | Flettijiet tat-tonn | 5000 Tunnellati Metriċi [2] | Rati Fissi Dazzji Applikati |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jgħodd mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt ta' l-Unjoni Ewropea u l-Messiku Nru 2/2004 tat-28 ta' April 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 157, 30.06.00, p. 1.

--------------------------------------------------