29.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
115 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 224/2007
ta’ l-1 ta’ Marzu 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1216/2003 fir-rigward ta' l-attivitajiet ekonomiċi koperti mill-indiċi ta' l-ispiża tax-xogħol
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar l-indiċi dwar l-ispiża tax-xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-indiċijiet ta' l-ispiża tax-xogħol huma parti essenzjali mill-firxa ta' statiska li hija relevanti biex wieħed isegwi l-iżviluppi fil-pagi u l-pressjonijiet inflazzjonarji li joħorġu mis-suq tax-xogħol. |
(2) |
L-ambitu ta' l-indiċi ta' l-ispiża tax-xogħol għandu jiġi estiż sabiex ikopri l-attivitajiet ekonomiċi definiti mit-Taqsimiet L, M, N u O tan-NACE Rev. 1. Din l-estensjoni tfisser li servizzi li mhumiex tas-suq, li jirrappreżentaw is-sehem ewlieni ta' dawn it-taqsimiet u li jista' jkollhom dinamiċi differenti mis-servizzi tas-suq, ikunu koperti wkoll. |
(3) |
L-istudji tal-fattibilità li twettqu skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 juru li l-estensjoni ta' l-ambitu ta' l-indiċi ta' l-ispiża tax-xogħol sabiex jinkludi l-attivitajiet ekonomiċi definiti mit-Taqsimiet L, M, N u O tan-NACE Rev. 1 hija fattibbli u li l-ammont ta' xogħol u l-ispejjeż li din l-estensjoni ta' l-indiċi tax-xogħol se tirrikjedi huwa proporzjonat ma' l-importanza tar-riżultati u l-benefiċċji. |
(4) |
L-istudji tal-fattibilità juru wkoll li skeda flessibbli ta' implimentazzjoni tnaqqas l-ispejjeż ta' l-implimentazzjoni għal dawk l-Istati Membri li għadhom ma jiġbrux id-data bażika jew għadhom ma jipproduċux l-indiċijiet koperti minn din l-estensjoni. |
(5) |
Huwa biss jekk is-serje ta' żmien tkun twila biżżejjed li l-metodi ta' aġġustament staġonali jipproduċu riżultati li huma affidabbli statistikament. Għalhekk, serji aġġustati skond l-istaġun għandhom jiġu prodotti u trażmessi għall-ewwel darba meta jkunu disponibbli erba' snin ta' data. |
(6) |
Is-sena ta' referenza għall-indiċi hija s-sena li fiha l-medja ta' l-indiċi tiġi ffissata għal 100. L-ewwel sena ta' referenza għall-indiċi hija stipulata bħala s-sena 2000 fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol (2). L-indiċijiet għat-Taqsimiet L, M, N u O tan-NACE Rev. 1 jistgħu ma jkunux disponibbli għas-sena 2000 u għandu jiġi definit indiċi alternattiv ta' referenza. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1216/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1216/2003 qiegħed jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 4 Kopertura tat-Taqsimiet L, M, N u O tan-NACE Rev. 1 1. Fir-rigward ta' Stati Membri għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, għall-ewwel tliet xhur ta' l-2007 u għal kull tliet xhur minn hemm 'il quddiem, għandha tiġi prodotta u trażmessa data dwar l-indiċi għall-ispiża tax-xogħol għat-Taqsimiet L, M, N u O tan-NACE Rev. 1. 2. Fir-rigward ta' l-Istati Membri li ġejjin, id-data għandha tiġi prodotta u trażmessa għall-ewwel tliet xhur ta' l-2009 u għal kull tliet xhur minn hemm 'il quddiem: il-Belġju, id-Danimarka, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, l-Awstrija, il-Polonja u l-Iżvezja. 3. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, serji aġġustati skond l-istaġun u l-jiem tax-xogħol kif imsemmija fl-Artikolu 1(2)(c) għandhom jiġu prodotti u trażmessi hekk kif ikunu disponibbli serji li jkopru erba' snin ta' data.” |
2. |
L-Anness III huwa mħassar. |
3. |
Il-Punt 6 fl-Anness IV jiġi sostitwit b' li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-[…] jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Marzu 2007.
Għall-Kummissjoni
Joaquin ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 169, 8.7.2003, p. 37.