6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (KE) Nru 1214/2008

tal-5 ta' Diċembru 2008

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta' Irish whiskey għall-perjodu 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 162(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 tal-10 ta' Novembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 f'dak li jirrigwarda l-iffissar l-għoti tar-rifużjonijiet aġġustati għaċ-ċereali esportati fil-forma ta' ċerti spirti tax-xorb (2) [titlu mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jipprovdi illi l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta' ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, b'koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-koeffiċjent għandu jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq tal-ispirtu tax-xorb ikkonċernat, abbażi tax-xejra osservata f’dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta’ snin li jikkorrispondi mal-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni tal-ispirtu tax-xorb ikkonċernat.

(2)

Abbażi tat-tagħrif fornut mill-Irlanda u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007, dan il-perjodu medju tal-maturazzjoni fl-2007 kien ta’ ħames snin għall-Irish whiskey.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009.

(4)

L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprekludi l-għoti ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn il-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li, b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjenti għall-perjodu 2008/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009, il-koeffiċjenti pprovduti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, applikabbli għaċ-ċereali użati fl-Irlanda fil-produzzjoni tal-Irish whiskey, għandhom ikunu kif speċifikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33.


ANNESS

Il-koeffiċjenti applikabbli fl-Irlanda

Perjodu ta’ applikazzjoni

Koeffiċjent applikabbli

għax-xgħir utilizzat fil-produzzjoni tal-Irish whiskey, kategorija B (1)

għaċ-ċereali utilizzati fil-produzzjoni tal-Irish whiskey, kategorija A

Mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009

0,086

0,150


(1)  Inkluż ix-xgħir ipproċessat f'malt.