18.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 222/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 751/2012
tas-16 ta’ Awwissu 2012
li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda [jħassar] ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 33(3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) kif emendat bl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 508/2012 (3) jistabbilixxi lista ta’ korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-iskop ta’ ekwivalenza. |
(2) |
Fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni CERES Certification of Environmental Standards GmbH, Ecocert SA u Istituto Mediterraneo di Certificazione s.r.l., ċertu pajjiżi terzi, numri tal-kodiċijiet u kategoriji ta’ prodotti tneħħew minn dik il-lista. Barra minn hekk, għall-Ecocert SA, hemm nieqsa referenza għal eċċezzjoni għall-prodotti koperti. |
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi kkoreġut skont dan. |
(4) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 508/2012. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
ANNESS
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu kkoreġut kif ġej:
(1) |
Fit-test relatat mas-“CERES Certification of Environmental Standards GmbH”, il-punt 3 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
It-test relatat mal-“Ecocert SA” huwa kkoreġut kif ġej:
|
(3) |
Fit-test relatat mal-“Istituto Mediterraneo di Certificazione s.r.l.”, il-punt 3 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:
|