21.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 169/69 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Ġunju 2013
li tiffissa l-perijodu għat-tmien elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali
(2013/299/UE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Att tal-20 ta' Settembru tal-1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 78/639/Euratom, KEFA, KEE tal-25 ta' Lulju 1978 li tiffissa l-perijodu għall-ewwel elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (3), il-Kunsill iffissa l-perijodu għal din l-ewwel elezzjoni mis-7 sal-10 ta' Ġunju 1979. |
(2) |
Jirriżulta li huwa impossibbli li t-tmien elezzjoni ssir matul il-perijodu korrispondenti tal-2014. |
(3) |
Għaldaqstant għandu jiġi ddeterminat perijodu elettorali ieħor, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali għandu jkun mit-22 sal-25 ta' Mejju 2014 għat-tmien elezzjoni
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. BRUTON
(1) ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5. (mhux disponibbli bil-Malti)
(2) Opinjoni tal-21 ta' Mejju 2013 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 205, 29.7.1978, p. 75. (mhux disponibbli bil-Malti)