19.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 567/2013

tat-18 ta’ Ġunju 2013

li jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li s-sistema ta’ produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Fir-rigward ta’ ċerti pajjiżi elenkati f’dak l-Anness kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 508/2012 (3) l-indirizz tal-Internet indikat għal ċerti korpi ta’ kontroll mhuwiex korrett jew ma għadux korrett.

(2)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi lista ta’ korpi ta’ kontroll u ta’ awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-iskop ta’ ekwivalenza. Fir-rigward ta’ wħud mill-korpi ta’ kontroll jew awtoritajiet ta’ kontroll it-test ta’ dak l-Anness kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 508/2012 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2013 (4) jinkludi żbalji rigward il-kategoriji tal-prodotti indikati għal ċerti pajjiżi terzi.

(3)

Barra minn hekk, għal korp ta’ kontroll partikolari l-indirizz tal-Internet kif indikat fl-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 mhuwiex korrett.

(4)

L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(5)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, id-dispożizzjonijiet ikkorreġuti rigward AGRECO R.F. GÖDERZ GmbH għandhom japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 508/2012 u d-dispożizzjonijiet ikkorreġuti rigward IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd Ști and Organización Internacional Agropecuaria għandhom japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 125/2013.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa kkorreġut kif ġej:

(1)

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punt (1) tal-Anness II huwa applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2012 u l-punti (3) u (4) tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ April 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.

(3)   ĠU L 162, 21.6.2012, p. 1.

(4)   ĠU L 43, 14.2.2013, p. 1.


ANNESS I

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa kkorreġut kif ġej:

(1)

Fil-Punt 5 tat-test dwar “il-Kanada”, l-entrata rigward CA-ORG-002 tinbidel b’dan li ġej:

“CA-ORG-002

British Columbia Association for Regenerative Agriculture (BCARA)

www.certifiedorganic.bc.ca”

(2)

Fit-test dwar “il-Kosta Rika”, il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.

Awtorità kompetenti: Servicio Fitosanitario del Estado, Ministerio de Agricultura y Ganadería, www.sfe.go.cr”.

(3)

It-test rigward “l-Indja” jiġi kkorreġut kif ġej:

(a)

il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.

Awtorità kompetenti: Agricultural and Processed Food Export Development Authority APEDA, http://www.apeda.gov.in/apedawebsite/index.asp”.

(b)

fil-punt 5, l-entrati rigward IN-ORG-009, IN-ORG-011, IN-ORG-016,IN-ORG-019 u IN-ORG-021 jinbidlu b’dan li ġej:

“IN-ORG-009

ISCOP (Indian Society for Certification of Organic products)

www.iscoporganiccertification.org

IN-ORG-011

Natural Organic Certification Agro Pvt. Ltd. (NOCA Pvt. Ltd)

www.nocaagro.com

IN-ORG-016

Rajasthan Organic Certification Agency (ROCA)

www.krishi.rajasthan.gov.in

IN-ORG-019

TUV India Pvt. Ltd

www.tuvindia.co.in

IN-ORG-021

Madhya Pradesh State Organic Certification Agency (MPSOCA)

www.mpkrishi.org”

(4)

Fil-punt 5 tat-test dwar il-“Ġappun”, l-entrata rigward JP-BIO-005 tinbidel b’dan li ġej:

“JP-BIO-005

Japan Organic & Natural Foods Association

http://jona-japan.org/english/”

(5)

Fil-punt 5 tat test dwar it-Tuneżija, l-entrata rigward TN-BIO-004 tinbidel b’dan li ġej:

“TN-BIO-004

Lacon

www.lacon-institut.com”

(6)

Fil-punt 5 tat-test dwar l-Istati Uniti, l-entrati rigward US-ORG-005, US-ORG-023, US-ORG-028 u US-ORG-055 jinbidlu b’dan li ġej:

“US-ORG-005

BIOAGRIcert

http://www.bioagricert.org/english

US-ORG-023

Maryland Department of Agriculture

http://mda.maryland.gov/foodfeedquality/Pages/certified_md_organic_farms.aspx

US-ORG-028

Montana Department of Agriculture

http://agr.mt.gov/agr/Producer/Organic/Info/index.html

US-ORG-055

Texas Department of Agriculture

http://www.texasagriculture.gov/regulatoryprograms/organics.aspx”


ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu kkorreġut kif ġej:

(1)

Fil-punt 3 tat-test dwar “AGRECO R.F. GÖDERZ GmbH”, l-entrata għall-Gana tinbidel b’dan li ġej:

“Il-Gana

GH-BIO-151

x

x

—”

(2)

Fit-test dwar “BioAgriCert”, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.

L-indirizz tal-Internet: http://www.bioagricert.org/english/”.

(3)

Fit-test dwar “IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd Ști”, il-punt 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

It-Turkija

TR-BIO-158

x

x

—”

(4)

Fil-punt 3 tat-test dwar “Organización Internacional agropecuaria”, l-entrata għall-Arġentina tinbidel b’dan li ġej:

“L-Arġentina

AR-BIO-110

x

—”