14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 331/78 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2316
tat-12 ta' Diċembru 2017
li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/176/KEE li tikkonċerna l-mappi li għandhom jiġu pprovduti għan-network Animo
(notifikata bid-dokument C(2017) 8316)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 20(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Biex tintroduċi sistema kompjuterizzata li tgħaqqad l-awtoritajiet veterinarji (in-network Animo) il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjonijiet 91/398/KEE (2), 92/175/KEE (3), u 92/176/KEE (4). |
(2) |
Id-Deċiżjoni 91/398/KEE u d-Deċiżjoni 92/175/KEE tħassru u n-network Animo ġie sostitwit mill-għodda tal-ġestjoni online, is-Sistema Veterinarja Kompjuterizzata u Integrata (TRACES) li tkopri r-rekwiżiti sanitarji kollha fuq il-kummerċ intra-UE u l-importazzjoni ta' annimali, semen u embrijuni, ikel, għalf u pjanti. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni 92/176/KEE titħassar. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 92/176/KEE hija mħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/398/KEE tad-19 ta' Lulju 1991 dwar network komputerizzat li jgħaqqad flimkien l-awtoritajiet veterinarji (Animo) (ĠU L 221, 9.8.1991, p. 30).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/175/KEE tal-21 ta' Frar 1992 li tistabbilixxi l-lista u l-identita tal-unitajiet tax-xibka kompjuterizzata Animo (ĠU L 80, 25.3.1992, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/176/KEE tat-2 ta' Marzu 1992 li tikkonċerna l-mappi li għandhom jiġu pprovduti għan-network Animo (ĠU L 80, 25.3.1992, p. 33).