14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 331/44 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2313
tat-13 ta' Diċembru 2017
li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-passaport tal-pjanti għaċ-ċaqliq fit-territorju tal-Unjoni u tal-passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u għaċ-ċaqliq f'żona protetta
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 83(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 83(7) tar-Regolament (UE) 2016/2031 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-passaporti tal-pjanti għaċ-ċaqliq fit-territorju tal-Unjoni u tal-passaporti tal-pjanti għall-introduzzjoni u għaċ-ċaqliq f'żona protetta. Sabiex il-passaporti tal-pjanti ikollhom viżibilità faċli u jkunu jistgħu jinqraw sewwa, għandu jkollhom formati standardizzati. Dan jiżgura wkoll li l-passaporti tal-pjanti jkunu jistgħu jiġu distinti faċilment minn kull informazzjoni jew tikketta oħra. |
(2) |
Minħabba d-differenzi fid-daqs u fil-karatteristiċi tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew ta' oġġetti oħra li għalihom ikun meħtieġ passaport tal-pjanti, jenħtieġ li jiġi żgurat ċertu livell ta' flessibilità fejn jidħlu l-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-passaporti tal-pjanti. Għalhekk, f'kull kategorija ta' passaporti tal-pjanti stabbilita fil-Partijiet A sa D tal-Anness, jenħtieġ li jkunu disponibbli diversi mudelli alternattivi sabiex ikunu jistgħu jitqiesu d-differenzi tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew ta' oġġetti oħra li għalihom ikun meħtieġ passaport tal-pjanti. Barra minn hekk, dawk il-mudelli ma jenħtieġx li jipprevedu speċifikament id-daqs tal-passaport tal-pjanti, l-użu ta' burdura, il-proporzjonijiet tad-daqs tal-elementi tagħhom u t-tipa li tintuża fihom. |
(3) |
L-elementi tal-passaport tal-pjanti jenħtieġ li jkunu maqsuma f'għamla rettangolari jew kwadra, u jenħtieġ li jkunu separati b'mod ċar minn kull kitba jew stampa oħra b'burdura jew xi ħaġa oħra. L-esperjenza wriet li dan huwa importanti biex tissaħħaħ il-viżibilità tal-passaporti tal-pjanti u l-karatteristiċi distintivi tagħhom minn kull informazzjoni jew tikketta oħra. |
(4) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data bħar-Regolament (UE) 2016/2031. |
(5) |
Ħafna pjanti, prodott mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom se jinħarġu passaporti skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (2) qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament se jkunu għadhom fis-suq jew se jiġu mċaqilqa wara dik id-data. Billi ma hemmx tħassib għas-saħħa li jirrikjedi bidla immedjata tal-ispeċifikazzjonijiet tal-format, jenħtieġ li l-passaport tal-pjanti maħruġa qabel l-14 ta' Diċembru 2019 jibqgħu validi sal-14 ta' Diċembru 2023. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mudelli għall-passaport tal-pjanti
1. Il-passaporti tal-pjanti għaċ-ċaqliq fit-territorju tal-Unjoni għandhom jikkonformaw ma' wieħed mill-mudelli previsti fil-Parti A tal-Anness.
2. Il-passaporti tal-pjanti għall-introduzzjoni u għaċ-ċaqliq f'żona protetta għandhom jikkonformaw ma' wieħed mill-mudelli previsti fil-Parti B tal-Anness.
3. Il-passaporti tal-pjanti għaċ-ċaqliq fit-territorju tal-Unjoni, flimkien ma' tikketta taċ-ċertifikazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(5) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għandhom jikkonformaw ma' wieħed mill-mudelli previsti fil-Parti C tal-Anness.
4. Il-passaporti tal-pjanti għall-introduzzjoni u għaċ-ċaqliq f'żona protetta, flimkien ma' tikketta taċ-ċertifikazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(5) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għandhom jikkonformaw ma' wieħed mill-mudelli previsti fil-Parti D tal-Anness.
Artikolu 2
Rekwiżiti għall-elementi tal-passaporti tal-pjanti
L-elementi tal-passaport tal-pjanti, kif stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament (UE) 2016/2031, għandhom jitqassmu f'għamla rettangolari jew kwadra, u għandhom ikunu jistgħu jinqraw mingħajr l-użu ta' għajnuniet viżivi.
Għandhom ikunu mdawra b'burdura, jew isseparati b'mod ieħor minn kull kitba jew stampa oħra, sabiex ikunu viżibbli faċilment u jkunu distinti b'mod ċar.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.
Il-passaporti tal-pjanti maħruġa qabel l-14 ta' Diċembru 2019, skont id-Direttiva 92/105/KEE, għandhom jibqgħu validi sal-14 ta' Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta' standardizzazzjoni għal passaporti ta' pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta' passaporti simili u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom (ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22).
ANNESS
Speċifikazzjoni teknika: Id-daqs tal-passaport tal-pjanti, l-użu ta' bordura, il-proporzjonijiet tad-daqs tal-elementi tagħhom u t-tipa li jintużaw fil-mudelli huma biss eżempji.
Il-bandiera tal-Unjoni tista' tkun stampata bil-kulur jew iswed u abjad, bl-istilel bojod fuq sfond iswed jew bil-kontra.
Didaskalija
1. |
Il-kelmiet “Plant Passport” jew “Plant Passport – PZ” bl-Ingliż u, jekk relevanti, b'lingwa uffiċjali waħda oħra tal-Unjoni, irid ikun hemm sing bejniethom. |
2. |
L-isem botaniku (ismijiet botaniċi) tal-ispeċi (speċijiet) jew tal-unità tassonomika (unitajiet tassonomiċi) pjanta (pjanti) in kwistjoni, fil-każ tal-pjanti u tal-prodotti mill-pjanti, jew, fejn ikun il-każ, l-isem tal-oġġett ikkonċernat u, mhux bilfors, l-isem tal-varjetà. |
3. |
Il-kodiċi b'żewġ ittri indikat fin-norma ISO 3166-1-alpha-2 (1), msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2016/2031, għall-Istat Membru li fih ikun irreġistrat l-operatur professjonist li ħareġ il-passaport tal-pjanti. |
4. |
In-numru alfabetiku, numeriku jew alfanumeriku nazzjonali tal-operatur professjonist ikkonċernat. |
5. |
Fejn applikabbli, il-kodiċi tat-traċċabilità tal-pjanta, tal-prodott mill-pjanti jew tal-oġġett l-ieħor ikkonċernat. |
6. |
Fejn applikabbli, il-barcode uniku, il-kodiċi QR, l-ologramma, iċ-ċippa jew tagħmir ieħor li jġorr id-dejta, li jissupplimenta l-kodiċi tat-traċċabilità. |
7. |
Fejn applikabbli, il-kodiċi b'żewġ ittri indikat fin-norma ISO 3166-1-alpha-2, msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2016/2031, tal-Istat Membru tal-oriġini. |
8. |
Fejn applikabbli, l-isem (ismijiet) tal-pajjiż jew pajjiżi terzi tal-oriġini jew il-kodiċi b'żewġ ittri tiegħu jew tagħhom indikat fin-norma ISO 3166-1-alpha-2. |
9. |
L-isem xjentifiku/l-ismijiet xjentifiċi tal-pest/pesti ta' kwarantina f'żona protetta jew, alternattivament, il-kodiċijiet attribwiti speċifikament lil dawk il-pesti, imsemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
10. |
L-informazzjoni meħtieġa għal tikketta uffiċjali għaż-żerriegħa jew matejral propagattiv ieħor imsemmi rispettivament fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE (2), l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (3), l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE (4), l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE (5), l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE (6), l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE (7), l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (8), jew it-tikketta għall-materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE (9). |
PARTI A
Mudelli għall-passaport tal-pjanti għaċ-ċaqliq fit-territorju tal-Unjoni, imsemmi fl-Artikolu 1(1)
xxxxx/ Plant Passport1
A xxxxx2
B XX3 – xxxxx4
C 5,6
D XX7 or 8
xxxxx / Plant Passport1
A xxxxx2
B XX3 – xxxxx4
C xxxxx5
D XX7 or 8
xxxxx / Plant Passport1
A xxxxx2 B XX3 – xxxxx4 C xxxxx5 D XX7 or 8
6
xxxxx / Plant Passport1
A xxxxx2 B X
A xxxxx2 B XX3 – xxxxx4 C xxxxx5 D XX7 or 8
xxxxx /
Plant
Passport1
A xxxxx2
B XX3 – xxxxx4
C xxxxx5
D XX7 or 8
xxxxx /
Plant
Passport1
A xxxxx2
B XX3 – xxxxx4
C xxxxx5
D XX7 or 8
6
xxxxx /
Plant
Passport1
A xxxxx2 C xxxxx5
B XX3 – xxxxx4 D XX7 or 8
6
xxxxx /
Plant
Passport1
A xxxxx2 B XX3 – xxxxx4
C xxxxx5 D XX7 or 8
6
6
PARTI B
Mudelli għall-passaporti tal-pjanti għall-introduzzjoni u għaċ-ċaqliq f'żona protetta, imsemmija fl-Artikolu 1(2)
xxxxx – XX /Plant Passport – PZ1
xxx9
A xxxxx2
B XX3 – xxxxx4
C 5,6
D XX7 or 8
xxxxx – XX /Plant Passport – PZ1
xxx9
A xxxxx2
B XX3 – xxxxx4
C xxxxx5
D XX7 or 8
6
xxxxx – XX / Plant Passport – PZ1
xxx9
A xxxxx2 B XX3 – xxxxx4 C xxxxx5 D XX7 or 8
xxxxx – XX / Plant Passport – PZ1
xxx9
A xxxxx2 B XX3 – xxxxx4 C xxxxx5 D XX7 or 8 6
xxxxx–XX/
Plant
Passport – PZ1
xxx9
A xxxxx2
B XX3 – xxxxx4
C xxxxx5
D XX7 or 8
xxxxx–XX/
Plant
Passport – PZ1
xxx9
A xxxxx2
B XX3 – xxxxx4
C xxxxx5
D XX7 or 8
6
xxxxx – XX /
Plant
Passport – PZ1
xxx9
A xxxxx2 C xxxxx5
B XX3 – xxxxx4 D XX7 or 8
6
6
xxxxx – XX /
Plant
Passport – PZ1
xxx9
A xxxxx2 B XX3 – xxxxx4
C xxxxx5 D XX7 or 8
6
PARTI C
Mudelli għall-passaporti tal-pjanti għaċ-ċaqliq fit-territorju tal-Unjoni, flimkien ma' tikketta taċ-ċertifikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 1(3)
xxxxx/Plant Passport1
xxxxxxxxxxxxxx10
6
xxxxx/Plant Passport1
xxxxxxxxxxxxxx10
xxxxx / Plant Passport1
xxxxxxxxxxxxxx10
6
xxxxx / Plant Passport1
xxxxxxxxxxxxxx10
PARTI D
Mudelli għall-passaporti tal-pjanti għall-introduzzjoni u għaċ-ċaqliq f'żona protetta, flimkien ma' tikketta taċ-ċertifikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 1(4)
xxxxx-XX/Plant Passport - PZ1
xxx9
xxxxxxxxxxxxxx10
6
xxxxx-XX/Plant Passport - PZ1
xxx9
xxxxxxxxxxxxxx10
xxxxx – XX / Plant Passport – PZ1
xxx9
xxxxxxxxxxxxxx10
xxxxx – XX / Plant Passport – PZ1
xxx9
xxxxxxxxxxxxxx10
xxxxx – XX / Plant Passport – PZ1
xxx9
xxxxxxxxxxxxxx10
6
(1) ISO 3166-1:2006, Kodiċijiet għar-rappreżentazzjoni tal-ismijiet tal-pajjiżi u s-sottodiviżjonijiet tagħhom – il-Parti 1: Kodiċijiet tal-pajjiżi. L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, Ġinevra.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta' April 1968 dwar il-marketing ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (ĠU 93, 17.4.1968, p. 15).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta' żerriegħa tal-pitravi (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 2).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta' Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8).