20.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/61 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/444
tad-19 ta' Marzu 2019
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 fir-rigward tal-formoli għall-impriżi tal-garanti u l-inklużjoni tal-kostijiet tat-trasport bl-ajru fil-valur doganali fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(3)(b), 76(a) u 100(1)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati mhumiex se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' ftehim, minn sentejn wara li tkun saret in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu. |
(2) |
Jekk it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih, jeħtieġ li d-dazji doganali jiġu applikati għal oġġetti mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni mir-Renju Unit. Skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, il-kost tat-trasport sal-post fejn jiddaħħlu l-oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni jrid jiġi inkluż fil-valur doganali tal-oġġetti importati. Il-persentaġġi tal-kostijiet totali tat-trasport bl-ajru li jridu jiġu inklużi fil-valur doganali huma stabbiliti fl-Anness 23-01 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (2). Wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni, jenħtieġ li r-Renju Unit jiżdied mal-lista xierqa ta' pajjiżi terzi f'dak l-Anness. |
(3) |
Il-formoli għall-impriżi tal-garanti huma stabbiliti fl-Annessi 32-01, 32-02 u 32-03 u fil-Kapitoli VI u VII tal-Anness 72-04. Dawk il-formoli jelenkaw l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta' Tranżitu (3), kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni (4) (“il-Konvenzjoni”). Meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, jenħtieġ li ma jibqax elenkat fost l-Istati Membri f'dawk il-formoli. Madankollu, ir-Renju Unit esprima x-xewqa tiegħu li jaderixxi għall-Konvenzjoni bħala Parti Kontraenti separata minn wara d-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih, u ssodisfa l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tiegħu. Fil-każ li sseħħ dik l-adeżjoni, jenħtieġ li r-Renju Unit jiġi elenkat fost il-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Konvenzjoni fil-formoli għall-impriżi tal-garanti. |
(4) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament marbuta mal-inklużjoni tal-kostijiet tat-trasport bl-ajru mir-Renju Unit fil-valur doganali u mat-tħassir tar-referenzi għar-Renju Unit mill-parti tal-formoli għall-impriżi tal-garanti ddeżinjati għall-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw mill-għada tad-data minn meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih, sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ li jkun ġie konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data. Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-inklużjoni tar-referenzi għar-Renju Unit fil-lista tal-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Konvenzjoni fil-formoli mill-impriżi tal-garanti jenħtieġ li japplikaw mid-data tal-adeżjoni tar-Renju Unit għall-Konvenzjoni bħala Parti Kontraenti separata, sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ li jkun ġie konkluż mar-Renju Unit sal-għada tad-data minn meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Anness 23-01, fit-tabella, fl-aħħar ringiela tal-ewwel kolonna (“Żona Q”), jiżdiedu l-kelmiet li ġejjin: “, ir-Renju Unit”; |
(2) |
fl-Anness 32-01, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Anness 32-02, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
fl-Anness 32-03, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
fl-Anness 72-04, il-Parti II hija emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(1), l-Artikolu 1(2)(a), l-Artikolu 1(3)(a) u l-Artikolu 1(4)(a) għandhom japplikaw mill-għada tad-data minn meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(2)(b), l-Artikolu 1(3)(b), l-Artikolu 1(4)(b) u l-Artikolu 1(5) għandhom japplikaw mill-jum tal-adeżjoni tar-Renju Unit għall-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta' Tranżitu.
Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk jidħol fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ li jkun ġie konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea sal-għada tad-data minn meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558.
(3) ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.
(4) Id-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu (ĠU L 8, 12.1.2018, p. 1).