17.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 407/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2008

tal-16 ta’ Novembru 2021

li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri parteċipanti (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315.

(2)

L-Artikolu 4(2), il-punt (e) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt PESCO, li jirriflettu kemm appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet kif ukoll il-forniment ta' appoġġ sostanzjali skont il-mezzi u l-kapaċitajiet għal operazzjonijiet u missjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK).

(3)

Fis-6 ta' Marzu 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 (2) li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO.

(4)

Fis-6 ta' Marzu 2018, il-Kunsill adotta wkoll Rakkomandazzjoni dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (3) (ir-"Rakkomandazzjoni").

(5)

Il-paragrafu 9 tar-Rakkomandazzjoni speċifika li l-Kunsill jenħtieġ li jaġġorna l-lista ta' proġetti PESCO sa Novembru 2018 biex tinkludi s-sett ta' proġetti li jmiss, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, li tipprevedi b'mod partikolari li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-"Rappreżentant Għoli") jista' jagħmel rakkomandazzjoni rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' proġetti PESCO, abbażi ta' valutazzjonijiet mogħtija mis-segretarjat tal-PESCO, għal deċiżjoni li tittieħed mill-Kunsill, wara parir militari mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC).

(6)

Fil-25 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/909 (4) li tistabbilixxi sett komuni ta' regoli ta' governanza għall-proġetti PESCO.

(7)

Fid-19 ta' Novembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1797 (5) li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340.

(8)

Fl-14 ta' Mejju 2019, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw impenji meħuda fil-qafas tal-PESCO (6) .

(9)

Fit-12 ta' Novembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1909 (7) li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340.

(10)

Fl-20 ta’ Novembru 2020, il-Kunsill adotta Konklużjonijiet dwar ir-Rieżami Strateġiku tal-PESCO għall-2020.

(11)

Fl-20 ta' Novembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1746 (8) li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340.

(12)

Fid-29 ta' Settembru 2021, ir-Rappreżentant Għoli għamel rakkomandazzjoni lill-Kunsill rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' proposti ta' proġetti fil-qafas tal-PESCO.

(13)

Fid-19 ta' Ottubru 2021, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-parir militari tal-EUMC dwar ir-rakkomandazzjoni tar-Rappreżentant Għoli rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' proposti ta' proġetti fil-qafas tal-PESCO.

(14)

Għalhekk jenħtieġ li l-Kunsill jemenda u jaġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-proġetti li ġejjin jinżiedu mal-lista:

“48.

Ċentru ta’ Simulazzjoni u Ttestjar tal-Karru Armat Ewlieni (MBT-SIMTEC);

49.

Sħubija Militari tal-UE (EU MilPart);

50.

Elementi Essenzjali tal-Iskorta Ewropea (4E);

51.

Vettura tal-Wiċċ Semi-Awtonoma ta’ Daqs Medju (M-SASV);

52.

Trasport Strateġiku bl-Ajru għal Tagħbija Akbar min-Normal (SATOC);

53.

RPAS Żgħira tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGSR);

54.

Stazzjon għad-Dokkjar għad-Droni fuq Inġenji tal-Ajru Kbar li Jaħdmu bir-Rotors;

55.

Armi Żgħar b'Effetti Skalabbli (SSW);

56.

Poter tal-Ajru;

57.

Inġenji tal-Ajru Tattiċi Futuri ta’ Daqs Medju għall-Merkanzija (FMTC);

58.

Federazzjonijiet ta’ Ambjenti ta’ Taħriġ Ċibernetiku (CRF);

59.

Sistema Awtomatizzata ta’ Mmudellar, Identifikazzjoni u Valutazzjoni tal-Ħsara ta’ Terren Urban (AMIDA-UT);

60.

Ċentru Komuni għall-Immaġnijiet mill-Gvern (CoHGI);

61.

Difiża tal-Assi Spazjali (DoSA).”;

(2)

fl-Anness I, jiżdiedu l-entrati li jinsabu fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni;

(3)

l-Anness II jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-16 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 331, 14.12. 2017, p. 57.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta' Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Marzu 2018 dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (ĠU C 88, 8.3.2018, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/909 tal-25 ta' Ġunju 2018 li tistabbilixxi sett komuni ta' regoli ta' governanza għall-proġetti PESCO (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 37).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1797 tad-19 ta' Novembru 2018 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 294, 21.11.2018, p. 18).

(6)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019 li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw impenji meħuda fil-qafas ta' kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) (ĠU C 166, 15.5.2019, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1909 tat-12 ta’ Novembru 2019 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 293, 14.11.2019, p. 113).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1746 tal-20 ta’ Novembru 2020 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 393, 23.11.2020, p. 12).


ANNESS I

Proġett

Membri tal-Proġett

48.

Ċentru ta’ Simulazzjoni u Ttestjar tal-Karru Armat Ewlieni (MBT-SIMTEC)

Greċja, Franza, Ċipru

49.

Sħubija Militari tal-UE (EU MilPart)

Franza, Estonja, Italja, Awstrija

50.

Elementi Essenzjali tal-Iskorta Ewropea (4E)

Spanja, Italja, Portugall

51.

Vettura tal-Wiċċ Semi-Awtonoma ta’ Daqs Medju (M-SASV)

Estonja, Franza, Latvja, Rumanija

52.

Trasport Strateġiku bl-Ajru għal Tagħbija Akbar min-Normal (SATOC)

Ġermanja, Ċekja, Franza, Netherlands, Slovenja

53.

RPAS Żgħira tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGSR)

Spanja, Ġermanja, Portugall, Rumanija, Slovenja

54.

Stazzjon għad-Dokkjar għad-Droni fuq Inġenji tal-Ajru Kbar li Jaħdmu bir-Rotors

Italja, Franza

55.

Armi Żgħar b'Effetti Skalabbli (SSW)

Italja, Franza

56.

Poter tal-Ajru

Franza, Greċja, Kroazja

57.

Inġenji tal-Ajru Tattiċi Futuri ta’ Daqs Medju għall-Merkanzija (FMTC)

Franza, Ġermanja, Żvezja

58.

Federazzjonijiet ta’ Ambjenti ta’ Taħriġ Ċibernetiku (CRF)

Estonja, Bulgarija, Franza, Italja, Latvja, Lussemburgu, Finlandja

59.

Sistema Awtomatizzata ta’ Mmudellar, Identifikazzjoni u Valutazzjoni tal-Ħsara ta’ Terren Urban (AMIDA-UT)

Portugall, Spanja, Franza

60.

Ċentru Komuni għall-Immaġnijiet mill-Gvern (CoHGI)

Ġermanja, Spanja, Franza, Litwanja, Lussemburgu, Netherlands, Awstrija, Rumanija

61.

Difiża tal-Assi Spazjali (DoSA)

Franza, Ġermanja, Italja, Awstrija, Polonja, Portugall, Rumanija


ANNESS II

LISTA AĠĠORNATA KONSOLIDATA TAL-MEMBRI TAL-PROĠETTI GĦAL KULL PROĠETT INDIVIDWALI

Proġett

Membri tal-Proġett

1.

Kmand Mediku Ewropew (EMC)

Ġermanja, Belġju, Ċekja, Estonja, Spanja, Franza, Italja, Lussemburgu, Ungerija, Netherlands, Polonja, Rumanija, Slovakkja, Żvezja

2.

Radju Sigur Ewropew definit b'Software (ESSOR)

Franza, Belġju, Ġermanja, Spanja, Italja, Netherlands, Polonja, Portugall, Finlandja

3.

Network ta' Ċentri Loġistiċi fl-Ewropa u Appoġġ għall-Operazzjonijiet

Ġermanja, Belġju, Bulgarija, Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru, Litwanja, Ungerija, Netherlands, Polonja, Slovenja, Slovakkja

4.

Mobbiltà Militari

Netherlands, Belġju, Bulgarija, Ċekja, Ġermanja, Estonja, Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru, Latvja, Litwanja, Lussemburgu, Ungerija, Awstrija, Polonja, Portugall, Rumanija, Slovenja, Slovakkja, Finlandja, Żvezja

5.

Ċentru Ewropew ta' Ċertifikazzjoni tat-Taħriġ għall-Armati Ewropej

Italja, Greċja

6.

Funzjoni Operazzjonali tal-Enerġija (EOF)

Franza, Belġju, Spanja, Italja, Slovenja

7.

Pakkett Militari għall-Istazzjonament ta' Kapaċitajiet ta' Għajnuna f'Każ ta' Diżastru (DM-DRCP)

Italja, Greċja, Spanja, Kroazja, Awstrija

8.

Sistemi Marittimi (semi) Awtonomi għal Miżuri kontra l-Mini (MAS MCM)

Belġju, Greċja, Franza, Latvja, Netherlands, Polonja, Portugall, Rumanija

9.

Sorveljanza u Protezzjoni tal-Port u Marittimi (HARMSPRO)

Italja, Greċja, Polonja, Portugall

10.

Titjib tas-Sorveljanza Marittima (UMS)

Greċja, Bulgarija, Irlanda, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru

11.

Pjattaforma għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Theddid Ċibernetiku u r-Rispons għall-Inċidenti (CTISP)

Greċja, Italja, Ċipru, Ungerija, Portugall

12.

Timijiet ta' Rispons Rapidu Ċibernetiku u Assistenza Reċiproka fis-Sigurtà Ċibernetika (CRRT)

Litwanja, Estonja, Kroazja, Netherlands, Polonja, Rumanija

13.

Sistema Strateġika ta' Kmand u Kontroll (C2) għall-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK (EUMILCOM)

Spanja, Ġermanja, Franza, Italja, Lussemburgu, Portugall

14.

Vettura Armata tal-Gwerra tal-Infanterija / Vettura Amfibja tal-Attakk / Vettura Ħafifa Armata (AIFV/AAV/LAV)

Italja, Greċja, Slovakkja

15.

Appoġġ Indirett tal-Artillerija (EuroArtillery)

Slovakkja, Italja, Ungerija

16.

Grupp Ristrett li Jħaddem ir-Rispons għall-Kriżijiet tal-EUFOR (EUFOR CROC)

Ġermanja, Greċja, Spanja, Franza, Italja, Ċipru, Awstrija

17.

Taħriġ bil-Ħelikopters f'Temperaturi u Altitudni Għoljin (Taħriġ H3)

Greċja, Italja, Rumanija

18.

Skola tal-Intelligence Konġunta tal-UE (JEIS)

Greċja, Ċipru

19.

Ċentri ta' Ttestjar u Evalwazzjoni tal-UE

Franza, Żvezja, Slovakkja

20.

Sistema Awtonoma tal-Art Integrata (iUGS)

Estonja, Belġju, Ċekja, Ġermanja, Spanja, Franza, Latvja, Ungerija, Netherlands, Polonja, Finlandja

21.

Sistemi ta' Missili Tattiċi tal-Art Lil Hinn mil-Linja ta' Viżjoni (BLOS) tal-UE

Franza, Belġju, Ċipru

22.

Pakkett ta' Kapaċità ta' Intervent Taħt l-Ilma Modulari Skjerabbli (DIVEPACK)

Bulgarija, Greċja, Franza, Rumanija

23.

Sistemi Ewropej ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod b'Reżistenza Twila f'Altitudni Medja - MALE RPAS (Eurodrone)

Ġermanja, Ċekja, Spanja, Franza, Italja

24.

Ħelikopters ta' Attakk Ewropej TIGER Mark III

Franza, Ġermanja, Spanja

25.

Difiża kontra Sistema tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord (C-UAS)

Italja, Ċekja

26.

Pjattaforma Ewropea ta' Airships ta' Atmosfera Għolja (EHAAP) – Kapaċità Persistenti ta' Intelligence, Sorveljanza u Rikonijizzjoni (ISR)

Italja, Franza

27.

Post Uniku ta' Kmand (CP) Skjerabbli għall-Kmand u l-Kontroll Tattiċi (C2) ta' Forzi ta' Operazzjonijiet Speċjali (SOF,) għal Operazzjonijiet Konġunti Żgħar (SJO) – (SOCC) għal SJO

Greċja, Ċipru

28.

Kapaċità ta' Gwerra Elettronika u Programm ta' Interoperabbiltà għal Kooperazzjoni Futura ta' Intelligence, Sorveljanza u Reconnaissance (JISR)

Ċekja, Ġermanja

29.

Sorveljanza Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) bħala Servizz (CBRN SaaS)

Awstrija, Franza, Kroazja, Ungerija, Slovenja

30.

Kondiviżjoni tal-Bażijiet

Franza, Belġju, Ċekja, Ġermanja, Spanja, Netherlands

31.

Element ta' Koordinazzjoni tal-Appoġġ Ġeo-meteoroloġiku u Oċeanografiku (GeoMETOC) (GMSCE)

Ġermanja, Belġju, Greċja, Franza, Lussemburgu, Awstrija, Portugall, Rumanija

32.

Soluzzjoni ta' Radjunavigazzjoni tal-UE (EURAS)

Franza, Belġju, Ġermanja, Spanja, Italja, Polonja

33.

Network ta' Sensibilizzazzjoni tas-Sorveljanza Spazjali Militari Ewropew (EU-SSA-N)

Italja, Ġermanja, Franza, Netherlands

34.

Ċentru Komuni Ewropew Integrat għat-Taħriġ u s-Simulazzjoni (EUROSIM)

Ungerija, Ġermanja, Franza, Polonja, Slovenja

35.

Hub tal-UE għall-Akkademja u l-Innovazzjoni fiċ-Ċibernetika (EU CAIH)

Portugall, Spanja

36.

Ċentru ta' Taħriġ Mediku għall-Forzi tal-Operazzjonijiet Speċjali (SMTC)

Polonja, Ungerija

37.

Żona ta' Taħriġ Militari għad-Difiża Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) (CBRNDTR)

Rumanija, Franza, Italja

38.

Network tal-Unjoni Ewropea ta' Ċentri tal-Għadis (EUNDC)

Rumanija, Bulgarija, Franza

39.

Sistema Marittima Awtonoma għal Kontra s-Sottomarini (MUSAS)

Portugall, Spanja, Franza, Żvezja

40.

Korvetta ta' Pattulja Ewropea (EPC)

Italja, Greċja, Spanja, Franza

41.

Attakk Elettroniku fl-Ajru (AEA)

Spanja, Franza, Żvezja

42.

Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Qasam Ċibernetiku u tal-Informazzjoni (CIDCC)

Ġermanja, Franza, Ungerija, Netherlands

43.

Twissija u Interċettazzjoni f’Waqthom Permezz ta’ Sorveljanza tat-Teatri mill-Ispazju (TWISTER)

Franza, Ġermanja, Spanja, Italja, Netherlands, Finlandja

44.

Materjali u komponenti għall-kompetittività teknoloġika tal-UE (MAC-EU)

Franza, Ġermanja, Spanja, Portugall, Rumanija

45.

Kapaċitajiet tal-UE għal Gwerra Kollaborattiva (ECoWAR)

Franza, Belġju, Spanja, Ungerija, Polonja, Rumanija, Żvezja

46.

Sistema Ewropea ta' Arkitettura għall-Inseriment Globali ta’ Sistema ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPAS) (GLORIA)

Italja, Franza, Rumanija

47.

Ċentru ta’ Simulazzjoni u Ttestjar tal-Karru Armat Ewlieni (MBT-SIMTEC)

Greċja, Franza, Ċipru

48.

Sħubija Militari tal-UE (EU MilPart)

Franza, Estonja, Italja, Awstrija

49.

Elementi Essenzjali tal-Iskorta Ewropea (4E)

Spanja, Italja, Portugall

50.

Vettura tal-Wiċċ Semi-Awtonoma ta’ Daqs Medju (M-SASV)

Estonja, Franza, Latvja, Rumanija

51.

Trasport Strateġiku bl-Ajru għat-Tagħbija Akbar min-Normal (SATOC)

Ġermanja, Ċekja, Franza, Netherlands, Slovenja

52.

RPAS Żgħira tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGSR)

Spanja, Ġermanja, Portugall, Rumanija, Slovenja

53.

Stazzjon għad-Dokkjar għad-Droni fuq Inġenji tal-Ajru Kbar li Jaħdmu bir-Rotors

Italja, Franza

54.

Armi Żgħar b'Effetti Skalabbli (SSW)

Italja, Franza

55.

Poter tal-Ajru

Franza, Greċja, Kroazja

56.

Inġenji tal-Ajru Tattiċi Futuri ta’ Daqs Medju għall-Merkanzija (FMTC)

Franza, Ġermanja, Żvezja

57.

Federazzjonijiet ta’ Ambjenti ta’ Taħriġ Ċibernetiku (CRF)

Estonja, Bulgarija, Franza, Italja, Latvja, Lussemburgu, Finlandja

58.

Sistema Awtomatizzata ta’ Mmudellar, Identifikazzjoni u Valutazzjoni tal-Ħsara ta’ Terren Urban (AMIDA-UT)

Portugall, Spanja, Franza

59.

Ċentru Komuni għall-Immaġnijiet tal-Gvern (CoHGI)

Ġermanja, Spanja, Franza, Litwanja, Lussemburgu, Netherlands, Awstrija, Rumanija

60.

Difiża tal-Assi Spazjali (DoSA)

Franza, Ġermanja, Italja, Awstrija, Polonja, Portugall, Rumanija