3.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/21 |
Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 461 tas-27 ta’ Diċembru 2021 )
F’paġna 20, fl-Artikolu 10(1),
minflok:
“1. Meta awtorità kompetenti, awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll f’pajjiż terz jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet notifika mingħand Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 rigward nuqqas ta’ konformità suspettat jew stabbilit li qed jaffettwa l-integrità ta’ prodotti organiċi jew ta’ prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, dawn għandhom iwettqu investigazzjoni.”,
aqra:
“1. Meta awtorità kompetenti, awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll f’pajjiż terz jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet notifika mingħand Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 rigward nuqqas ta’ konformità suspettat jew stabbilit li qed jaffettwa l-integrità ta’ prodotti organiċi jew ta’ prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, dawn għandhom iwettqu investigazzjoni.”.