29.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 127/9 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kwantità mhux mitluba li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Settembru 2011 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni għall-prodotti fis-setturi tal-laħam tat-tjur, tal-bajd u tal-albumina tal-bajd
2011/C 127/03
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 (1) u (KE) Nru 1385/2007 (2) fetħu kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur. L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li tressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2011 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2011, għall-kwoti 09.4091, 09.4092, 09.4411 u 09.4421, kienu jkopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 7(4) it-tieni frażi, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3), il-kwantitajiet li għalihom ma sarux talbiet, ġew miżjuda mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2011, u jidhru fl-Anness għal din il-Komunikazzjoni.
(1) ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40.
(2) ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.
(3) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
Nru tal-ordni tal-kwota |
Kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Settembru 2011 (f'kg) |
09.4091 |
280 000 |
09.4092 |
363 003 |
09.4411 |
2 550 000 |
09.4421 |
350 000 |