KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-prezzijiet u l-kostijiet tal-enerġija fl-Ewropa /* COM/2014/021 final */
Introduzzjoni Iż-żidiet
fil-prezzijiet tal-enerġija huma ta’ tħassib politiku ewlieni. Dawn joħolqu piżijiet ta’ kostijiet addizzjonali fuq
l-unitajiet domestiċi u l-industrija li jinsabu diġa magħfusa[1], u jaffettwaw
il-kompetittività globali tal-Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropea, bi tweġiba
għal talba tal-Kunsill Ewropew, ħejjiet analiżi fil-fond dwar
il-prezzijiet u l-kostijiet tal-enerġija fl-Ewropa, biex tgħin lil
min ifassal il-politika jifhem il-kuntest tal-isfond, l-impatt fuq
il-konsumaturi taż-żidiet riċenti fil-prezzijiet u
l-implikazzjonijiet politiċi. Ir-rapport
jipprovdi dejta estensiva u ddettaljata meħuda minn firxa wiesgħa ta’
sorsi. Ir-rapport jivvaluta x-xejriet fil-prezzijiet tal-enerġija u
l-kostijiet tal-enerġija, u jesplora x'seta' kien li kkawżahom,
filwaqt li jislet konklużjonijiet li jgħinu jiggwidaw
id-deċiżjonijiet dwar il-miżuri ta’ politika meħtieġa
biex din il-kwistjoni tiġi indirizzata[2].
Dan ir-rapport huwa mehmuż ma’ din il-Komunikazzjoni[3]. Il-fokus
tar-rapport huwa l-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass. Fis-swieq globali
taż-żejt u tal-faħam, il-konsumaturi tal-enerġija madwar
id-dinja jħallsu bejn wieħed u ieħor l-istess prezz. B'hekk
id-differenzi fil-prezz — li jistgħu jżidu l-kostijiet
għall-konsumaturi u jiġġeneraw vantaġġi jew
żvantaġġi kompetittivi — mhumiex daqshekk ta’ tħassib.
Għaldaqstant, dawn iż-żewġ karburanti u s-settur
tat-trasport mhumiex koperti b’mod estensiv fir-rapport. Il-prezzijiet
tal-prodotti tal-enerġija, partikolarment tal-karburanti fossili,
żdiedu f’dawn l-aħħar snin. Li qed jogħlew il-prezzijiet u
l-kostijiet tal-enerġija mhijiex xi ħaġa ġdida. Għal
sekli sħaħ, l-Ewropa iffaċċjat taħbit kontinwu
għal enerġija adegwata u affordabbli. Id-differenza llum hija li
s-settur tal-enerġija tal-Ewropa għaddej minn ċaqliqa kbira lil
hinn mill-karburanti fossili importati, u jeħtieġ livelli
għoljin ta’ investiment, anki fi żmien ta’ inċertezza ekonomika.
Barra minn hekk, id-differenza bejn il-prezzijiet tal-enerġija bejn l-UE u
l-imsieħba ekonomiċi ewlenin twessgħet għal għadd ta’
raġunijiet, li ħafna minnhom l-Ewropa m'għandha l-ebda
influwenza fuqhom. Azzjonijiet għad-dekarbonizzazzjoni
tal-ġenerazzjoni tal-elettriku wasslu għal tkabbir qawwi
fl-enerġija mir-riħ u mix-xemx b’mod partikolari, li kellu impatt
maġġuri fuq il-grilji u l-kostijiet tal-produzzjoni
tal-enerġija. Provvisti tal-gass alternattivi, bħall-gass tax-shale
jew il-gass tal-Kaspju, qed jiġu żviluppati wkoll, u
jeħtieġu aktar investiment. Fl-istess ħin, is-setturi Ewropej
tal-gass u tal-elettrikuqegħdin jaqilbu minn monopolji pubbliċi
għal swieq liberalizzati magħmula minn kumpaniji privati
kompetittivi, fejn huma l-utenti, aktar milli dawk li jħallsu t-taxxi, li
jħallsu l-kostijiet ta’ investimenti ġodda tal-enerġija. Hemm modi differenti kif jista' jiġi
interpretat u antiċipat l-impatt li dawn il-bidliet kollha għandhom
fuq xulxin. Il-liberalizzazzjoni tas-suq mistennija li twassal għal aktar
kompetizzjoni u għalhekk għal enerġija orħos u aktar effiċjenti.
Il-politika ambjentali u tal-klima u d-dekarbonizzazzjoni huma mfassla biex
jiżguraw settur enerġetiku sostenibbli fit-tul, b'kostijiet
ogħla rikonoxxuti fi żmien qasir, b’mod partikolari mill-investiment.
Il-gvernijiet jistennew li dawn il-bidliet iwasslu għal benefiċċji
lill-konsumaturi fuq żmien qasir, bħall-ħolqien ta' impjiegi u
titjib fil-kwalità tal-ħajja, kif ukoll għall-miri ta’ sostenibbiltà
iktar fit-tul. L-industrija tal-enerġija nnifisha għandha bżonn
tadatta għal normi ambjentali, kummerċjali, regolatorji u
teknoloġiċi differenti ħafna. Dak li ma kienx mistenni kien li
l-fiduċja ekonomika tieħu daqqa ta' ħarta tant kbira u li damet
daqstant batuta għal żmien twil. Sabiex jiġi żgurat li l-Ewropa tkun
tista’ tiġġestixxi dawn il-bidliet kollha, filwaqt li tkompli
tiżgura li ċ-ċittadini tagħha jkollhom aċċess
għal enerġija sostenibbli u affordabbli u żżomm
il-kompetittività industrijali, huma meħtieġa kemm sforzi fuq
il-livelli politiċi Ewropej u nazzjonali, kif ukoll azzjonijiet min-naħa
tal-industrija u minn konsumaturi individwali. Biex wieħed jifhem liema miżuri se
jkunu l-iktar effettivi, it-taqsimiet li ġejjin jagħtu ħarsa
lejn kif il-prezzijiet tal-enerġija u l-kostijiet qed jevolvu, u x'inhu
dak li qed jixpruna dawn il-bidliet. Sussegwentement, qed jiġu kkunsidrati
l-impatt fuq il-kompetittività globali tal-UE u x-xejriet futuri tal-prezzijiet
u l-kostijiet. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni
tipproponi għadd ta’ linji ta’ azzjoni bil-għan li jiġi
żgurat li ċ-ċittadini u l-industrija Ewropej ikunu jistgħu
jindirizzaw b’mod effettiv l-isfida tal-prezzijiet tal-enerġija, u li l-UE
tkun tista’ żżomm il-kompetittività tagħha, illum, sal-2030 u
lil hinn. Fiex
jikkonsisti l-kont tal-enerġija tagħna? Bħala
daħla għall-analiżi ekonomika li tingħata aktar 'l isfel,
huwa importanti li wieħed jifhem xi jkun qed jitfisser meta wieħed
jitkellem dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-enerġija. Il-kontijiet
tal-enerġija tagħna jikkonsistu parzjalment mill-kwantità ta’
enerġija li nikkunsmaw — għalhekk il-kostijiet tal-enerġija
jistgħu jitnaqqsu billi jintużaw prodotti li huma iktar
effiċjenti fl-użu tal-enerġija jew prattiki oħra li
jiffrankaw l-enerġija. Iżda l-element tal-prezz tal-kontijiet
tal-enerġija ħafna drabi jitqies bħala iktar kritiku u
diffiċli biex wieħed jifhmu. Il-prezz li l-konsumaturi jħallsu
għall-elettriku u l-gass jirrifletti diversi elementi, influwenzati kemm
mill-forzi tas-suq kif ukoll mill-politika governattiva. L-element
tal-enerġija fil-kont jikkonsisti minn żewġ partijiet.
L-ewwel nett, l-element tal-prezzijiet għall-operatur. Dan normalment
jirrifletti l-kostijiet li jsiru minn kumpaniji fit-twassil tal-enerġija
lill-grilja. Dawn jinkludu x-xiri jew il-produzzjoni u t-tbaħħir u
l-ipproċessar tal-karburanti, kif ukoll il-kostijiet tal-kostruzzjoni,
it-tħaddim u ż-żarmar tal-impjanti tal-enerġija. It-tieni
nett, l-element fil-livell tal-konsum ikopri l-kostijiet relatati
mal-bejgħ tal-enerġija lill-konsumaturi finali. Il-kostijiet tan-netwerk
jirriflettu l-infrastruttura għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni
tal-kostijiet relatati mal-manutenzjoni u l-espansjoni tal-grilji, mas-servizzi
tas-sistema u mat-telf tan-netwerks. L-imposti huma ta’ spiss miżjuda biex
it-tariffi tan-netwerk ikopru kostijiet oħra bħal dawk relatati ma’
obbligi ta’ servizz pubbliku u l-appoġġ għat-teknoloġija.
Fl-aħħar nett, jiġu applikati t-taxxi u l-imposti; dawn
jistgħu jkunu parti minn tassazzjoni ġenerali (il-VAT, id-dazji
tas-sisa) jew imposti speċifiċi li jappoġġjaw politiki dwar
l-enerġija u/jew il-klima mmirati. Elementi ta'
prezzijiet tal-konsumatur 1.
Il-prezzijiet tal-enerġija fl-Ewropa Fis-swieq
tal-gass u tal-elettriku, minkejja li hemm ċertu livell ta’ negozjabbiltà
globali tal-karburanti u t-tagħmir (bħall-bastimenti LNG, it-turbini
tar-riħ, eċċ.), l-aħjar li wieħed jista' jistenna huma
prezzijiet reġjonali, u aktar ta' spiss prezzijiet nazzjonali jew
subnazzjonali, li jaffettwaw il-kostijiet u l-prezzijiet għall-konsumaturi
u jistgħu jipperikolaw is-suq uniku. Il-prezzijiet
tal-elettriku u l-gass għall-konsumaturi Ewropej[4] għolew u
għadhom qed jogħlew. Filwaqt li fi kważi l-Istati Membri kollha
l-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass baqgħu telgħin b'mod
konsistenti, id-differenzi bejn il-prezzijiet differenti nazzjonali baqgħu
kbar: il-konsumaturi fl-Istati Membri bl-ogħla prezzijiet qed iħallsu
darbtejn u nofs jew erba' darbiet iktar minn dawk l-Istati Membri bl-irħas
prezzjiet[5].
Id-differenza bejn l-ogħla u l-anqas prezzijiet imħallsa
mill-konsumaturi tal-elettriku u tal-gass madwar l-Istati Membri kibret matul
iż-żmien, speċjalment fil-każ ta’ prezzijiet tal-gass
għall-unitajiet domestiċi. B'hekk, iktar pjuttost qed jippersistu
d-differenzi fil-livell nazzjonali milli jikkonverġu l-prezzijiet Ewropej
u s-swieq jsiru aktar effiċjenti. L-evoluzzjoni
tal-prezzijiet għall-konsumaturi tal-unitajiet domestiċi Fl-UE, bħala
medja, il-prezzijiet tal-elettriku għall-unitajiet domestiċi
żdiedu b'4 % fis-sena matul dawn l-aħħar ħames snin (2008-2012)[6]. F’ħafna Stati
Membri, din hija żieda 'l fuq mill-inflazzjoni. Fir-rigward tal-gass,
il-prezzijiet għall-unitajiet domestiċi żdiedu bi 3 %
fis-sena, għal darb’oħra 'l fuq mill-inflazzjoni
għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Madankollu, wara dawn
il-medji jeżistu differenzi nazzjonali sinifikanti fil-mod ta' kif inbidlu
l-prezzijiet matul iż-żmien: Il-prezzijiet tal-elettriku għall-unitajiet domestiċi (€c/kWh inkl. taxxi) Sors: L-istatistika
tal-enerġija mill-Eurostat Il-prezzijiet tal-gass naturali għall-unitajiet domestiċi (€c/kWh inkl. taxxi) Sors: L-istatistika
dwar l-enerġija mill-Eurostat L-evoluzzjoni
tal-prezzijiet għall-konsumaturi industrijali Fir-rigward
tal-industrija, il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi telgħu
b’madwar 3,5 % fis-sena fl-istess perjodu — 'il fuq mill-inflazzjoni
għal nofs l-Istati Membri; u l-prezzijiet tal-gass telgħu b’inqas
minn 1 % fis-sena matul l-istess perjodu - taħt l-inflazzjoni
fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Il-prezzijiet tal-elettriku għall-użu industrijali (€c/kWh exkl. VAT u taxxi u imposti li jistgħu jiġu rekuperati
iżda wkoll kwalunkwe eżenzjonijiet) Sors: L-istatistika
tal-enerġija mill-Eurostat Il-prezzijiet tal-gas għall-użu industrijali (€c/kWh exkl. VAT u
taxxi u imposti li jistgħu jiġu rekuperati iżda wkoll kwalunkwe
eżenzjonijiet) Sors: L-istatistika
dwar l-enerġija mill-Eurostat Il-prezzijiet
għall-operatur B’kuntrast ma’
dawn l-iżviluppi għall-konsumaturi, fil-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2012
il-prezzijiet tal-elettriku għall-operaturi naqsu b’bejn 35 % u 45 %
fuq il-parametri referenzjarji prinċipali Ewropej tal-elettriku fil-livell
tal-operaturi. Il-prezzijiet tal-gass għall-operaturi varjaw; l-ewwel
niżlu sew u mbagħad marru lura għall-livelli ta’ qabel,
għalhekk ma kienet evidenti l-ebda żieda fil-prezzijiet tul
il-perjodu kollu. Analiżi
tal-prezzijiet skont il-komponent Dawn
iż-żidiet fil-prezzijiet medji Ewropej jaħbu
varjazzjonijiet sinifikanti bejn l-Istati Membri, bejn id-diversi industriji u
tul iż-żmien. Xi setturi kellhom volatilità tal-prezzijiet ferm
akbar, eż. iż-żidiet nazzjonali fil-prezzijiet tal-elettriku
għall-unitajiet domestiċi jvarjaw minn -2 % għal + 47 %;
filwaqt li l-prezzijiet medji tal-gass industrijali tal-UE żdiedu b’inqas
minn 1 % fis-sena fil-perjodu 2008-2012, ċerti industriji intensivi
fl-enerġija rrappurtaw żidiet fil-prezzijiet tal-gass ta’ bejn 27 %
u 40 % fil-perjodu 2010-2012. Ir-rapport li jakkompanja din
il-Komunikazzjoni jesplora dawn id-differenzi, speċjalment bejn setturi
industrijali, u jenfasizza li l-prezzijiet u l-impatti tal-politiki huma
differenti għal utenti differenti. Sabiex wieħed jifhem aħjar
ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-enerġija u l-politika
tal-enerġija, huwa utli li l-prezzijiet jiġu ddiżaggregati
fid-diversi elementi tagħhom: L-evoluzzjoni
tal-prezz tal-elettriku għall-konsumatur skont il-komponent Is-sehem
relattiv tal-element tal-enerġija fil-prezz tal-elettriku
għall-konsumatur b’mod ġenerali naqas tul iż-żmien. Dan għaliex mill-2008 huwa l-komponent tal-imposti/taxxi li kellu
l-akbar żieda[7],
u huma l-elementi tal-kostijiet tal-enerġija li kellhom l-iċken
żieda. Mill-2008,
il-kostijiet tan-netwerk tal-elettriku għall-unitajiet domestiċi
żdiedu bi 18,5 % u 30 % għall-konsumaturi industrijali;
it-taxxi u l-imposti żdiedu b’36 % għall-unitajiet
domestiċi u b'127 % għall-industrija, qabel
l-eżenzjonijiet. Filwaqt li mhijiex disponibbli dejta nazzjonali
konsistenti dwar l-eżenzjonijiet, għadd ta’ Stati Membri jipprovdu
eżenzjonijiet sinifikanti fuq l-imposti u t-taxxi għal ċerti
industriji intensivi fl-enerġija, li jnaqqsu sostanzjalment
iż-żidiet fil-prezzijiet tat-taxxi u tal-imposti. L-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-elettriku
skont il-komponent 2008-1012 Sors: Eurostat. Tinkludi t-taxxi fil-każ
tal-unitajiet domestiċi; teskludi l-VAT u taxxi oħra li jistgħu
jiġu rkuprati fil-każ tal-industrija, iżda eżenzjonijiet
oħra tal-industrija mhumiex inklużi (mhux disponibbli). L-evoluzzjoni
tal-prezzijiet tal-gass għall-konsumatur skont il-komponent Mill-2008,
fil-każ ta' prezzijiet għall-konsumaturi tal-gass naturali,
il-komponent tal-enerġija baqa' stabbli wkoll, filwaqt li fuq medja
għall-UE, il-komponent tan-netwerk tela' b'17% għall-unitajiet
domestiċi u b'14% għall-industrija; it-tassazzjoni telgħet
b'bejn 12% u 14% għall-unitajiet domestiċi u bi 12%
għall-industrija. L-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-gass skont il-komponent 2008-2012 Sors: KE, Metadejta
tal-Istati Membri. Tinkludi t-taxxi fil-każ ta’ unitajiet domestiċi;
teskludi l-VAT u taxxi oħra li jistgħu jiġu rkuprati
fil-każ tal-industrija. Fatturi li
jinfluwenzaw il-komponent tal-enerġija fil-prezzijiet Mit-tliet elementi
tal-prezzijiet tal-enerġija (enerġija, il-kostijiet tan-netwerk u
t-taxxi u l-imposti), l-element tal-kost tal-enerġija huwa
ġeneralment l-akbar, għalkemm is-sehem tiegħu qiegħed
jonqos. Kif imsemmi hawn fuq, b’kuntrast mal-element tal-enerġija
fil-prezz għall-konsumatur, kien hemm konverġenza u tnaqqis
fil-prezzijiet għall-operaturi. Dan jista' jintrabat mal-politiki
tal-enerġija tal-UE: iż-żieda fil-kompetizzjoni wara
l-akkoppjament tas-swieq, id-diżakkoppjament tal-ġenerazzjoni tal-elettriku
mill-operazzjoni tas-sistema, it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-karbonju tal-ETS
tal-UE[8]
u t-tkabbir tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija
b'kostjiet operatorji baxxi (bħall-enerġija mir-riħ u mix-xemx,
minbarra l-enerġija nukleari u idroelettrika diġà eżistenti). Madankollu,
it-tnaqqis tal-prezzijiet għall-operaturi ma wassalx għal tnaqqis
fl-element tal-enerġija tal-prezzijiet għall-konsumatur, anke jekk
din hija l-parti tal-kont tal-enerġija li l-fornituri tal-enerġija
għandhom ikunu kapaċi li jikkompetu għaliha. Ir-riżultat
jista’ jimplika li l-kompetizzjoni fil-prezzijiet f’għadd ta’ swieq
għall-konsumaturi hija dgħajfa, u tippermetti li l-fornituri jevitaw
li jgħaddu t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-operaturi lill-konsumaturi[9]. Ir-relazzjoni
bejn il-prezzijiet għall-operaturi u dawk għall-konsumaturi tista’
tiddgħajjef minn livelli għolja ta’ konċentrazzjoni tas-suq.
Barra minn hekk, ir-regolamentazzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur
universali applikata f’xi Stati Membri għandha t-tendenza li tkun ta’
detriment għall-kompetizzjoni fis-swieq tal-konsumatur, billi
tiskoraġġixxi l-kompetituri milli jidħlu fis-suq u jinvestu fih.
Tista’ għalhekk tikkontribwixxi biex tnaqqas ir-rispons tal-prezzijiet
għall-konsumaturi[10].
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jesploraw miżuri oħra
ta' politika biex jindirizzaw it-tħassib għall-unitajiet
domestiċi jew l-industriji vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom
jesploraw miżuri bħal dawn. Fis-suq tal-gass,
minbarra l-konċentrazzjoni tas-suq u r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet,
ħafna drabi għad hemm restrizzjonijiet fuq il-provvista
(minħabba għadd żgħir ta’ fornituri u kompetizzjoni) u
l-prezzijiet tal-gass ta’ spiss għadhom indiċjati mal-prezzijiet
taż-żejt[11].
Din il-prattika tneħħi l-konnessjoni bejn il-prezzijiet tal-gass
għall-operaturi u l-provvista u d-domanda reali għall-gass, u b'hekk
jitrażżnu l-fornituri tal-enerġija milli jirrispondu b'mod
flessibbli għall-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq jew milli
jgħaddu l-kostijiet reali lill-konsumaturi. F’dawn il-każijiet,
iż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt fis-snin riċenti
kkontribwiet direttament għal żieda fil-prezzijiet tal-gass għal
ċerti swieq limitati, għad-detriment tal-konsumaturi u l-industrija
f’dawk ir-reġjuni. Fatturi li
jinfluwenzaw il-komponent tat-taxxi/imposti fil-prezzijiet Fi
ħdan dan l-element huwa importanti li ssir distinzjoni bejn il-miżuri
fiskali ġenerali tal-enerġija u l-kostijiet relatati mas-sistema
tal-enerġija ffinanzjati mill-imposti. It-taxxi u l-imposti
għall-iffinanzjar ta' politiki dwar l-enerġija u l-klima huma
ġeneralment l-iżgħar element fil-biċċa l-kbira
tal-Istati Membri, iżda l-imposti b’mod partikolari żdiedu b’mod
sinifikanti aktar minn oħrajn. Dan l-element
laħaq mal-kwota tal-kostijiet tan-netwerk jew issuperaha, u issa
jikkostitwixxi l-akbar parti tal-prezz tal-elettriku tal-unità domestika fi
tliet Stati Membri, filwaqt li f’xi oħrajn għadu marġinali.
Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, it-tassazzjoni u l-imposti
jiffinanzjaw miżuri ta’ politika tal-enerġija u tal-klima, fost
oħrajn, il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-produzzjoni
tal-enerġija rinnovabbli. Tabilħaqq il-kostijiet tal-enerġija
rinnovabbli miżjuda mal-prezzijiet għall-konsumaturi jikkostitwixxu 6 %
tal-prezz medju tal-elettriku għall-konsumaturi tal-UE[12] u madwar 8 %
tal-prezz tal-elettriku industrijali qabel ma jitqiesu l-eżenzjonijiet.
Hawnhekk ukoll, hemm firxa wiesgħa ta’ kostijiet, bil-kwoti Spanjoli u
Ġermaniżi li jilħqu 15.5 % u 16 % tal-prezzijiet
tal-elettriku għall-unitajiet domestiċi, b’kuntrast ma’ anqas minn 1 %
fl-Irlanda, il-Polonja u l-Iżvezja. Filwaqt li xi
politiki nazzjonali fl-enerġija u l-klima huma ffinanzjati permezz ta’
imposti, il-kostijiet tal-ETS tal-UE huma riflessi fl-element tal-livell
tal-operaturi tal-prezzijiet tal-enerġija. L-imposti nazzjonali,
kulfejn jiġu applikati fil-katina, jibdlu l-prezzijiet u għalhekk
jikkawżaw xi differenzi bejn is-swieq nazzjonali differenti. Sabiex
jiġu minimizzati dawn id-distorsjonijiet, huwa importanti li l-interventi
tal-gvern fis-settur tal-enerġija (il-finanzjament ta’ infrastruttura jew
ta’ ġenerazzjoni eż. l-enerġija rinnovabbli, il-kostijiet
nukleari, jew il-kapaċità flessibbli tal-karburanti fossili) ikunu
kosteffettivi kemm jista’ jkun[13]. Il-Qafas Ewropew
dwar it-tassazzjoni fuq l-enerġija ma jipprevedix armonizzazzjoni
sħiħa, għalhekk l-Istati Membri jistgħu jibdlu t-taxxi u
r-rati tat-taxxa tagħhom b’mod individwali, li jmur lil hinn mill-elementi
ewlenin jew mil-livelli minimi li jinsabu fil-liġi tal-UE[14]. Għal
darb’oħra, jekk nieħdu l-użu tal-elettriku bħala
eżempju, id-differenzi nazzjonali kbar huma evidenti fil-kwoti relattivi u
fil-valuri assoluti tal-komponent tat-taxxi u tal-imposti fil-prezzijiet
tal-enerġija muri hawn fuq. L-Istati Membri jużaw t-taxxi u l-imposti
għal varjetà wiesgħa ta’ għanijiet, li fosthom insibu
ż-żieda fid-dħul ġenerali (pereżempju
għas-saħħa u l-edukazzjoni), iżda wkoll
l-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni tal-produzzjoni u tal-konsum
tal-enerġija u l-finanzjament ta' politiki speċifiċi
tal-enerġija bħall-politiki tal-klima u tal-enerġija jew
l-aġġustament settorjali tal-karburanti fossili. Id-dejta dwar
l-eżenzjonijiet fiskali u sussidji oħra offruti mill-Istati Membri,
partikolarment għall-industriji b’użu intensiv tal-enerġija,
bħalissa la hi regolari u lanqas mhi konsistenti[15]. Għal din
ir-raġuni, il-Kummissjoni qed tħejji studju fil-fond sabiex
tiġbor dejta konsistenti u kompluta dwar il-kostijiet kollha
għad-diversi teknoloġiji fis-settur tal-elettriku u s-sussidji
sħaħ għalihom. Fatturi li
jinfluenzaw il-komponent tan-netwerk fil-prezzijiet Is-sehem relattiv
tal-kostijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, kif ukoll il-livelli
assoluti, ivarjaw ħafna fost l-Istati Membri, għal raġunijiet li
mhux dejjem faċli li wieħed jifhimhom; id-dejta dwar il-fatturi li
jinfluwenzaw dawn il-proporzjonijiet u l-evoluzzjoni tagħhom hija skarsa,
b’mod partikolari għall-gass. Dan li ġej għalhekk jirrelata
għall-elettriku biss. Nota: Ċerti
Stati Membri jżidu dawk il-kostijiet li m'għandhomx x'jaqsmu
man-netwerk mal-kostijiet tan-netwerk; distinzjoni li ma tidhirx f’din id-dejta. Mill-2008,
il-kostijiet tan-netwerk tal-elettriku telgħu bi 30 % u 18,5 %
għall-konsumaturi industrijali u domestiċi rispettivament. Huwa mistenni li ż-żieda kontinwa fil-kostijiet
tan-netwerks, b’mod partikolari għall-unitajiet domestiċi, se
sseħħ ukoll fil-kuntest ta' trasformazzjoni fis-settur
tal-enerġija, iżda dawn il-kostijiet jistgħu jittaffew permezz
ta’ governanza aħjar tan-netwerk. B’valuri assoluti
li jvarjaw minn 2€c/kWh sa 7€c/kWh[16],
huwa ċar li dawn il-kostijiet jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq
il-prezzijiet totali tal-elettriku u għalhekk ukoll fuq id-differenzi
fil-prezzijiet totali tal-enerġija fost l-Istati Membri kollha u
fir-rispett tal-imsieħba kummerċjali. Differenzi bħal dawn huma
wkoll parzjalment dovuti għall-prattiki nazzjonali differenti ħafna
fir-rigward tar-regolazzjoni tat-tariffi tan-network u l-prattiki
tal-allokazzjoni tal-kostijiet, kif ukoll għad-differenzi fiżiċi
fin-netwerks u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tagħhom. 2. Il-kost
tal-enerġija fl-Ewropa Filwaqt li
l-livelli tal-prezzijiet tal-enerġija jirċievu aktar attenzjoni, il-kostijiet
tal-enerġija huma fil-prattika aktar importanti għall-unitajiet
domestiċi u għall-industrija, peress li jirriflettu l-kontijiet reali
mħallsa. Iż-żidiet fil-prezzijiet, sa ċertu punt
jistgħu jiġu kkumpensati minn żidiet fl-effiċjenza
enerġetika u minn tnaqqis fil-konsum, bħal pereżempju permezz
ta' użu iktar effiċjenti tal-enerġija fil-każ ta'
proċessi, prodotti jew unitajiet domestiċi jew permezz tat-tnaqqis
fl-intensità enerġetika settorjali jew f'dik tal-industrija kollha.
Madankollu, it-tnaqqis fil-prezzijiet jista’ jingħeleb ukoll minn
żieda fil-konsum, pereżempju minħabba li jkun qed jintuża
għadd akbar ta’ oġġetti elettriċi. Fis-settur
tal-unitajiet domestiċi, kien hemm titjib sinifikanti fl-effiċjenza
enerġetika fl-użi kollha tal-enerġija, iżda dan it-titjib
kien forsi l-aktar viżibbli fit-tisħin tal-unitajiet domestiċi: Tendenza fil-konsum tal-enerġija
għat-tisħin tal-unitajiet domestiċi (koe/ m2). Sors: Odyssee B’mod
ġenerali, il-konsum domestiku tal-elettriku naqas b’1 % fil-perjodu 2008-2011
u l-konsum tal-gass bi 15 %. Minkejja dan, il-kostijiet tal-enerġija
fl-unitajiet domestiċi żdiedu, pereżempju minħabba
li r-rati baxxi ta’ rinnovazzjonijiet ta' unitajiet domestiċi
ineffiċjenti, u r-rati ta’ sostituzzjoni ta’ tagħmir
ineffiċjenti ma kinux biżżejjed biex ipattu
għall-prezzijiet li dejjem qed jiżdiedu. Id-dejta miġbura mill-Istati Membri kollha turi li s-sehem
tal-enerġija tal-konsum tal-unitajiet domestiċi[17]
żdied bi 15 % matul il-perjodu 2008-2012, minn 5.6 % għal 6.4 %
tal-konsum totali. Billi l-kostijiet tal-enerġija ta' spiss
jiffurmaw il-biċċa l-kbira mill-kostijiet tal-unitajiet
domestiċi foqra, din iż-żieda kellha konsegwenzi negattivi ta’
distribuzzjoni ulterjuri għall-unitajiet domestiċi
"vulnerabbli". Sors: Eurostat Matul il-perjodu 2008-2011, it-titjib kontinwu
fl-industrija Ewropea tal-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis
fil-produzzjoni minħabba l-kriżi ekonomika u l-kompetizzjoni
internazzjonali wasslet għal tnaqqis fil-konsum tal-elettriku ta’ 4 %.
Madankollu, iż-żidiet fil-prezzijiet tal-elettriku kienu ogħla
minn dan it-titjib u kkawżaw żidiet fil-kostijiet ta’ madwar 4 %
għall-industrija b’mod ġenerali, qabel ma jitqiesu
l-eżenzjonijiet tat-taxxi u l-imposti. B’kuntrast ma' dan, fir-rigward
tal-gass, li għalih il-konsum industrijali naqas b'5.3 %,fil-perjodu
mill-2008 sal-2011, il-kostijiet naqsu b’6.8 % b’mod ġenerali. L-industrija Ewropea tgawdi pożizzjoni
minn ta’ quddiem fuq livell dinji fl-effiċjenza. Madankollu, għad
hemm potenzjal għal aktar miżuri ta’ effiċjenza (parzjalment
għaddejjin diġà permezz tal-implimentazzjoni tal-UE tad-Direttiva
l-ġdida dwar l-effiċjenza enerġetika u t-titjib kontinwu
fil-prodotti tal-enerġija), b’mod partikolari minħabba d-differenzi
kbar fost u fi ħdan l-Istati Membri. L-aċċess għal dejta
standardizzata dwar il-kostijiet tal-enerġija mhuwiex faċli.
Iċ-ċifri disponibbli jissuġġerixxu firxa ta’ prestazzjoni
diverġenti ħafna meta wieħed iħares lejn is-sehem
tal-kostijiet tal-enerġija fil-kostijiet tal-produzzjoni. Għal din
ir-raġuni huwa utli li nħarsu fid-dettall lejn industriji intensivi
fl-enerġija, inkluż fis-setturi tal-manifattura bħas-setturi
tal-karti u tal-istampar, tal-prodotti kimiċi, tal-minerali mhux
metalliċi, tal-ħadid u l-azzar u l-metalli li ma fihomx ħadid,
li kollha għandhom sehem għoli mill-kostijiet tal-enerġija meta mqabbla
mal-kostijiet ta’ produzzjoni. Il-kumpaniji tal-UE li jieħdu sehem
f’każijiet ta’ studju fil-fond dwar is-setturi li jagħmlu użu
intensiv mill-enerġija rrappurtaw li bejn l-2010 u l-2012, il-prezzijiet
tagħhom tal-elettriku u tal-gass wara l-eżenzjonijiet kienu qed
jiżdiedu. Is-sehem tal-kostijiet tal-enerġija fil-kostijiet ta’ produzzjoni
f’industriji intensivi fl-enerġija (Il-linji differenti jirrappreżentaw is-subsetturi[18], bil-valuri minimi u
massimi tal-Istati Membri, u l-medji tal-UE, 2010) Sors: Eurostat,
Structural Business Statistics 3.
L-enerġija u l-kompetittività internazzjonali tal-Ewropa Filwaqt li
fl-Ewropa, l-enerġija qatt ma kienet disponibbli bi prezz baxx, f'dawn
l-aħħar snin id-differenza fil-prezzijiet tal-enerġija bejn
l-Unjoni Ewropea u l-imsieħba ekonomiċi prinċipali żdiedet
iktar: fuq medja, il-prezzijiet tal-industrija tal-gass tal-UE issa huma tlieta
jew erba' darbiet iktar għoljin meta mqabbla mal-prezzijiet tal-Istati
Uniti, tal-Indja u tar-Russja, 12% iktar miċ-Ċina, komparabbli ma'
dawk tal-Brażil u inqas minn dawk tal-Ġappun. Il-prezzijiet
reġjonali orħos li rriżultaw, pereżempju, minn tkattir
fl-użu tal-gass tax-shale fl-Istati Uniti u minn żieda progressiva
fil-kummerċ tal-LNG, għadhom ma ssarrfux fi prezzijiet orħos
fis-suq Ewropew. Dan huwa minħabba s-sussidji domestiċi f’ċerti
pajjiżi produtturi, ir-restrizzjonijiet kummerċjali u/jew
il-limitazzjonijiet infrastrutturali u l-effetti tal-indiċjar
taż-żejt. Barra minn hekk, id-domanda fl-Ażja, partikolarment
mill-Ġappun wara l-aċċident nukleari ta’ Fukushima, ukoll
kabbret id-differenza bejn il-prezzijiet tal-Istati Uniti u tal-UE. Fir-rigward
tal-elettriku, il-prezzijiet tal-operaturi fl-Ewropa naqsu matul dan
il-perjodu, huma relattivament baxxi u huma ta’ livell pjuttost komparabbli
mal-prezzijiet tal-elettriku għall-operaturi fl-Istati Uniti. Madankollu,
bir-rati tal-kambju kurrenti, il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumatur
industrijali tal-UE[19]
huma aktar minn darbtejn dawk tal-Istati Uniti u tar-Russja, 20 % aktar
minn dawk taċ-Ċina iżda 20 % inqas minn dawk
tal-Ġappun. Hawnhekk ukoll, il-prezzijiet orħos tal-gass Russu jew
Amerikan (u sussegwentement il-prezzijiet orħos tal-faħam) għenu
biex jitbaxxew il-prezzijiet tal-elettriku f'dawk il-pajjiżi. Madankollu, fil-maġġoranza tal-Istati Membri,
il-provvista tal-elettriku (ibbażata fuq
interruzzjonijiet/varjazzjonijiet) hija aktar affidabbli minn dik tal-Istati
Uniti, tal-Ġappun, taċ-Ċina u tar-Russja[20]. Dawn
l-interruzzjonijiet ukoll jissarrfu f'kostijiet. Id-dejta internazzjonali dwar
il-kostijiet tan-netwerk mhijiex disponibbli minnufih biex tivvalida
l-ipoteżi li n-netwerks tal-UE huma iktar għaljin imma aktar
affidabbli minn imkien ieħor fid-dinja. Id-dejta dwar it-tassazzjoni hi
kemxejn aktar disponibbli u turi li t-tassazzjoni tal-gass u l-elettriku tal-UE
hija, bħala medja, ogħla milli f’reġjuni oħrajn tad-dinja. Biex jiġi
vvalutat l-impatt fuq il-kompetittività industrijali ta' din id-differenza
fil-prezzijiet tal-enerġija li dejjem qed tikber, fundamentalment hemm
żewġ fatturi li jridu jitqiesu: l-esportazzjonijiet u l-produzzjoni
Ewropea minn kumpaniji intensivi fl-enerġija. ·
Oġġetti li jikkunsmaw ħafna
enerġija fl-UE għadhom jiddominaw is-swieq tal-esportazzjoni
globali minkejja id-differenzi li dejjem qed jikbru fil-prezzijiet
tal-enerġija mill-2008. Iżda f’dawn l-aħħar snin, l-UE
naqqset b’mod sinifikanti l-intensità enerġetika tal-esportazzjonijiet
tagħha, filwaqt li l-ekonomiji emerġenti bħall-Brażil,
ir-Russja u ċ-Ċina qed isiru sorsi dejjem aktar importanti
tal-komponenti intermedji tal-enerġija intensiva. Skont l-AIE[21], id-diskrepanza li dejjem qed tiżdied fil-prezzijiet
tal-enerġija u l-kostijiet fl-UE u reġjuni oħra mistennija li
tnaqqas is-sehem tal-UE fis-swieq globali tal- esportazzjoni għal
oġġetti li jikkunsmaw ħafna enerġija. ·
Il-livelli ta’ produzzjoni fl-industriji
intensivi fl-enerġija naqsu mill-2008 'l hawn, u s-sehem ġenerali
tal-industriji intensivi fl-enerġija tal-PDG Ewropew qed jonqos[22]. F’dan l-istadju, madankollu, mhuwiex
possibbli li dan jiġi attribwit lill-prezzijiet tal-enerġija
waħedhom, billi l-eżenzjonijiet tal-imposti u tat-taxxi għal
industriji intensivi fl-enerġija, ir-reċessjoni, il-bidliet
strutturali fl-ekonomija dinjija u ċ-ċaqliq fid-domanda globali
korrispondenti tal-konsumatur ukoll huma fatturi importanti. Għal
għexieren ta’ snin, il-manifattura fl-UE fil-fatt kienet qed
tirristruttura ruħha bil-għan li tasal għal intensità
enerġetika iktar baxxa u għal produzzjoni b’valur miżjud
ogħla, u dan naqqas parzjalment il-prezzijiet tal-enerġija li kull ma
jmur qed jiżdiedu. Barra minn hekk, kien hemm ħafna fatturi oħra
inklużi, fosthom il-kostijiet tal-impjiegi u l-attrazzjoni tas-swieq lil
hinn mill-UE, li jixprunaw l-investiment f'dawk is-swieq. Hemm rabta bejn
dawn iż-żewġ dimensjonijiet. F’dawn l-aħħar snin,
ċerti industriji Ewropej b'konsum intensiv ta' enerġija daru
għas-swieq globali biex jikkumpensaw għar-reċessjoni u
għat-tnaqqis fid-domanda fl-Ewropa li ġiet b'konsegwenza tagħha,
permezz ta' esportazzjonijiet jew investimenti internazzjonali, anke fir-rigward
tal-industriji lokali bħal dawk tal-brikks u l-madum tas-soqfa. Bħala
tali, dawn huma aktar soġġetti għall-kompetizzjoni
internazzjonali, u għandhom jiddeċiedu jekk jinvestux fl-Ewropa jew
barra, f’pajjiżi b’dinamika tas-suq ħafna aktar promettenti.
Minħabba li kompetituri f’pajjiżi oħra qed jippruvaw itejbu
l-effiċjenza enerġetika tagħhom, id-differenzi fil-prezzijiet
tal-enerġija qed jinfluwenzaw iktar fuq id-deċiżjonijiet
tal-investiment u fuq il-kapaċità tal-kumpaniji sabiex jikkompetu u
jiżviluppaw. 4. It-tendenzi
futuri tal-prezzijiet u l-kostijiet Il-qafas
tal-Kummissjoni 2030 dwar il-politiki tal-enerġija u l-klima jirrifletti
firxa wiesgħa ta’ ħidma biex tifhem l-aspettattivi futuri
tal-kostijiet tal-enerġija u tal-prezzijiet finali, filwaqt li titqies
id-dinamika tas-swieq globali u Ewropej, il-politiki governattivi u
l-imġiba tal-konsumaturi u tal-industrija. L-analiżi tal-Kummissjoni
tikkonferma s-sejbiet tal-Pjan Direzzjonali tal-Enerġija 2050 li
l-prezzijiet tal-karburanti fossili huma mistennija li jkomplu jiżdiedu u
jixprunaw il-kostijiet tal-enerġija. Speċjalment
għall-elettriku, il-kostijiet x’aktarx li se jiżdiedu sal-2020
minħabba f'żieda fil-kostijiet tal-karburanti fossili flimkien
mal-investiment meħtieġ fl-infrastruttura u fil-kapaċità ta’
ġenerazzjoni. Wara l-2020, il-kostijiet huma mistennija li jistabbilizzaw
u mbagħad jonqsu ftit minħabba li l-karburanti fossili jiġu
sostitwiti b’enerġija rinnovabbli. Madankollu, il-kostijiet kapitali
għandhom jonqsu biss bi ftit. filwaqt li l-ħlasijiet
tat-taxxi/tal-irkant tal-ETS għandhom jiżdiedu. 5.
Konklużjonijiet: azzjonijiet biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija Meta wieħed
iħares lejn it-tendenzi fil-prezzijiet tal-enerġija mill-2008, jista'
jislet il-konklużjonijiet ewlenin li ġejjin: Il-prezzijiet
tal-elettriku, iżda aktar importanti minn hekk, il-kostijiet, komplew
jiżdiedu b’mod ġenerali kemm għall-unitajiet domestiċi kif
ukoll għall-industrija, minkejja li l-livelli ta’ konsum waqgħu jew
baqgħu stabbli. Il-prezzijiet tal-gass varjaw iżda ma żdidux
b’mod sinifikanti matul il-perjodu 2008-2012; Din
iż-żieda fil-prezzijiet hija xprunata prinċipalment minn
żidiet f’taxxi/imposti u mill-kostijiet tan-netwerks. L-evoluzzjoni
tal-komponent tal-enerġija fil-prezzijiet kienet irregolari; f’pajjiżi
b’penetrazzjoni għolja ta’ enerġija mix-xemx u mir-riħ kien hemm
pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet tal-enerġija għall-operatur,
iżda mhux f’oħrajn. Il-progress li sar fil-funzjonament tas-suq
intern tal-enerġija kellu impatt pożittiv billi ġie żgurat
li l-prezzijiet tas-suq għall-operaturi kkonverġew fl-Ewropa kollha.
Dan ma kienx il-każ fir-rigward tal-prezzijiet għall-konsumaturi,
billi is-sistemi ta' distribuzzjoni tan-netwerk, il-politiki nazzjonali mhux
koordinati dwar l-enerġija u l-klima, ir-regolamenti tat-taxxi,
tal-imposti u tat-tariffi tan-netwerk huma differenti, u b'hekk jifframmentaw
is-suq intern. It-tendenzi tal-UE
jaħbu differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri u fost is-setturi
tal-industrija. Dan juri nuqqasijiet fis-suq intern tal-enerġija,
b’differenzi kbar bejn il-politiki tal-Istati Membri diversi fir-rigward
tal-kostijiet tan-netwerk u t-taxxi/l-imposti. Kemm
għall-elettriku kif ukoll għall-gass, id-differenzi fil-prezzijiet
fir-rigward tal-kompetituri barranin (bl-eċċezzjonijiet ewlenin
tal-Ġappun u l-Korea) qed jiżdiedu. It-tnaqqis qawwi fil-prezzijiet
tal-gass fl-Istati Uniti jikkuntrasta mal-livell stabbli fl-Ewropa matul
l-istess perjodu. L-UE s’issa
baqgħet minn ta' quddiem fl-esportazzjonijiet ta’ oġġetti li
jikkunsmaw ħafna enerġija. Madankollu, l-isforzi min-naħa
tal-industrija Ewropea biex tikkumpensa għall-kostijiet ogħla
tal-enerġija permezz ta’ titjib kostanti fl-effiċjenza
enerġetika jeħtiġilhom li jiżdiedu, filwaqt li jitqiesu
l-limiti fiżiċi, hekk kif il-kompetituri wkoll iżidu
fl-effiċjenza tagħhom u hekk kif l-industrija Ewropea tiddeċiedi
li tinvesti barra biex tqarreb iktar lejn is-swieq li qegħdin jespandu. Hemm nuqqas serju
ta’ informazzjoni kredibbli, komparabbli u verifikabbli dwar ċerti aspetti
tal-prezzijiet u l-kostijiet, b’mod partikolari fuq il-fatturi li jinfluwenzaw
il-kostijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, fuq l-impatt
eżatt tal-enerġija fuq il-kostijiet fil-livell tal-faċilitajiet
tal-produzzjoni u fuq il-livelli ta’ tassazzjoni u sussidji, b’mod partikolari
għall-industrija. Abbażi
ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni temmen li huwa importanti li jinżamm
l-impenn tagħna għat-tlestija tas-suq intern tal-enerġija
fl-2014 u għal aktar żvilupp ta’ infrastruttura tal-enerġija.
Bis-saħħa tal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-UE, l-industrija
(partikolarment l-SMEs) u l-konsumaturi domestiċi diġà jistgħu
jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom billi jaqilbu għal reġimi ta'
tariffi aħjar ma' fornituri eżistenti jew billi jaqilbu
għal fornituri tal-enerġija orħos, meta jkun hemm
biżżejjed fornituri biex dan jkun jista' jitwettaq. Għad hemm
bżonn ta’ sforzi ulterjuri biex jiġi liberalizzat is-suq, biex
jiżdiedu l-investiment u l-kompetizzjoni u biex jiġu ġenerati
effiċjenzi li jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-prezzijiet.
Fl-istess ħin, il-biċċa l-kbira tal-unitajiet domestiċi
Ewropej baqgħu nieqsa mill-aċċess għall-ipprezzar dinamiku
u t-teknoloġija tal-metraġġ intelliġenti. Dan jillimita
l-possibilità biex il-konsumaturi jikkontrollaw il-kontijiet tal-enerġija
tagħhom. Biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni
beħsiebha tniedi Komunikazzjoni dwar is-swieq għall-konsumaturi qabel
is-sajf tal-2014. Meta
l-prezzijiet taż-żejt jkunu globali (pereżempju
ż-żejt u l-faħam) u diffiċli li jiġu influwenzati,
il-politiki tal-UE ta’ diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija u
r-rotot ta’ provvista, in-negozjati ma’ sħab ewlenin tal-enerġija
b’vuċi Ewropea waħda, u l-promozzjoni tal-effiċjenza
enerġetika internazzjonalment, kollha jgħinu sabiex isaħħu
l-influwenza tal-UE. Barra minn hekk, iż-żieda tal-produzzjoni
tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika jgħinu
biex titnaqqas l-importazzjoni tal-karburanti fossili. Fir-rigward
tal-komponent tat-taxxi u tal-imposti tal-prezzijiet ddeterminati mill-politiki
tal-enerġija, li kien dak li kiber l-aktar f’dawn l-aħħar snin,
huwa importanti li jkun hemm riflessjoni dwar il-valur ta’ dawn il-miżuri
u li jkun żgurat li l-politiki ffinanzjati minn dawn il-miżuri
jiġu applikati bl-iktar mod kosteffettiv. Għalhekk huwa
importanti li l-Istati Membri jirrevedu l-prattiki nazzjonali differenti u
jsegwu l-aħjar prattika, inkluża l-gwida tal-Kummissjoni dwar
l-interventi tal-gvern fis-settur tal-enerġija, biex jimminimizzaw
il-konsegwenzi negattivi fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Approċċ kosteffettiv għat-tibdil fil-klima 2030
u l-politika tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza
enerġetika se jkunu kritiċi f’dan ir-rigward, bħal f’oqsma
oħra ta’ politika[23]. L-element
tan-netwerk tal-prezzijiet kiber f’bosta Stati Membri, b’differenzi kbar bejn
il-pajjiżi, b’mod partikolari f’termini ta’ kostijiet ta’ distribuzzjoni.
Dan jissuġġerixxi li jinħtieġ li jsir aktar xogħol
biex jiġu stabbiliti parametri referenzjarji għall-kostijiet u
l-prattiki tan-netwerk biex jiżguraw li l-konverġenza Ewropea
fil-prattiki tan-netwerk ittejjeb l-effiċjenza tad-distribuzzjoni u
tas-swieq għall-konsumaturi u b'hekk jitnaqqas l-element tal-kost
tan-netwerk tal-prezzijiet. Sabiex
il-kostijiet tal-enerġija jinżammu taħt kontroll, l-unitajiet
domestiċi u l-industrija fl-Ewropa jistgħu jtejbu l-effiċjenza
enerġetika tagħhom u jadottaw ir-reazzjoni għad-domanda
tal-enerġija u teknoloġiji tal-enerġija ġodda u
innovazzjonijiet oħra biex jiffrankaw l-enerġija u l-flus. Il-kriżi finanzjarja u ekonomika kontinwa trendi
t-trattar tal-faqar u/jew il-vulnerabbiltà enerġetika aktar importanti
llum, billi ż-żidiet fil-kostijiet tal-enerġija qed jagħmlu
l-ħajja iktar diffiċli għall-unitajiet domestiċi foqra.
Għall-unitajiet domestiċi, it-trasferimenti fiskali jistgħu
jitqiesu li jipprovdu protezzjoni, filwaqt li wieħed għandu
jżomm f’moħħu li ġeneralment huwa aktar effiċjenti li
tipproteġi tali konsumaturi vulnerabbli permezz ta’ miżuri ta’
politika soċjali (bħal trasferimenti fiskali) milli permezz
tal-prezzijiet tal-enerġija. Għall-industrija, l-UE għandha
tkompli l-isforzi tagħha biex tiżgura ambjent ekwu għal
prezzijiet tal-enerġija. B’mod partikolari, is-sussidji tal-enerġija
lil industriji lokali u r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni marbuta
mal-oġġetti tal-enerġija għandhom jiġu indirizzati
mas-sħab internazzjonali tagħha, kemm b’mod bilaterali kif ukoll
fil-livell tad-WTO. Dawn il-miżuri se jgħinu wkoll lill-industrija
Ewropea biex ittejjeb il-kompetittività internazzjonali tagħha, minkejja
żidiet riċenti fil-prezzijiet tal-enerġija relattivi tal-Ewropa
u l-kost li dejjem qed jikber biex jitħallas dan l-investiment
neċessarju. Meta miżuri bħal dawn ma
jkunux adegwati, it-trasferimenti fiskali, l-eżenzjonijiet u t-tnaqqis
fit-taxxi u fl-imposti jistgħu jkunu mezzi ta' protezzjoni għal
ċerti konsumaturi industrijali minn kostijiet ogħla
tal-enerġija, sakemm dawn ikunu kompatibbli mar-regoli tal-għajnuna
mill-istat u mar-regoli interni tas-suq tal-enerġija. Il-linji gwida
eżistenti dwar miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest
tal-ETS jippermettu l-għajnuna tal-istat għall-impriżi
f’ċerti setturi intensivi fl-enerġija biex jikkumpensaw
għall-kostijiet tal-emissjonijiet indiretti tal-ETS. Barra minn hekk,
it-test propost għal linji gwida riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat
fil-qasam tal-enerġija u l-ambjent (bħalissa f’konsultazzjoni
pubblika) jipprevedi li l-Istati Membri jista’ jkollhom ix-xewqa li jagħtu
kumpens parzjali għal kostijiet addizzjonali għall-appoġġ
finanzjarju tal-enerġija rinnovabbli sabiex jiffaċilitaw
il-finanzjament ġenerali ta’ appoġġ għall-enerġija
minn sorsi rinnovabbli u biex jiġi evitat ir-rilaxx tal-karbonju. Dan huwa
partikolarment rilevanti għal industriji intensivi fl-enerġija.
Madankollu, ta' min jiftakar li s-sussidji mmirati għandhom jiġu
ffinanzjati minn konsumaturi oħra jew minn dawk li jħallsu t-taxxi.
Dawn inaqqsu wkoll l-inċentiv dirett għat-teħid ta’ miżuri
ta’ effiċjenza u, billi huma ġeneralment applikati fuq livell
nazzjonali, dawn ikomplu jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan is-suq uniku
fl-enerġija. L-Ewropa għandha
tikkonfronta l-isfidi tal-kostijiet tal-enerġija tat-trasformazzjoni
tal-enerġija permezz tal-isforzi tripartiti tal-UE, l-Istati Membri u
l-unitajiet domestiċi u l-industrija Ewropej. Permezz
ta' sistemi tal-enerġija flessibbli, konsumaturi reattivi, swieq
kompetittivi u strumenti tal-gvern kosteffikaċi, l-Ewropa se tkun
mgħammra aħjar biex trażżan iż-żidiet
fil-prezzijiet, tħallas l-investimenti u timminimalizza ż-żidiet
fil-kostijiet. L-Ewropa tista’ għalhekk tagħti eżempju prattiku
ta’ kif tista' tinbena ekonomija kompetittiva fuq sistema ta’ enerġija
sostenibbli u affordabbli. [1] L-“industrija”
u d-dejta dwar l-industrija fir-rapport ikopru b’mod wiesa’ l-attività
kummerċjali u mhux biss is-setturi tal-manifattura jew tal-industrija
peżanti. [2] EUCO 75/1/13
REV 1, it-23 ta’ Mejju 2013 [3] Il-ġbir ta’ dejta kompluta u konsistenti
fis-settur tal-enerġija hija sfida u tillimita l-isforzi analitiċi
biex tiġi vvalutata l-qagħda u l-impatti tal-politika. Id-dejta
ppreżentata f'din il-Komunikazzjoni u fir-rapport li jakkumpanjaha fiha
l-aktar dejta konsistenti u riċenti disponibbli minn kull parti tal-UE. [4] Il-prezzijiet industrijali rrapportati skont
id-Direttiva 2008/92/KE fir-rigward tal-ġbir tad-dejta tal-prezzijiet tal-elettriku
u tal-gass industrijali, li jistgħu jinkludu utent ieħor mhux
residenzjali. Fil-każ tal-gass jitqiesu l-użi industrijali kollha
tal-gass. Madankollu, is-sistema teskludi dawk il-konsumaturi li jużaw
il-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku f’impjanti tal-enerġija
jew f’impjanti CHP, f’użi mhux enerġetiċi (pereżempju,
fl-industrija tal-kimika), u ta' aktar minn 4 000 000 GJ fis-sena. [5] Il-proporzjon huwa simili għall-prodotti
kollha tal-enerġija (elettriku jew gass); it-tipi ta' konsumatur (domestiċi
jew industrijali), il-faxex ta' konsumaturi (konsumaturi żgħar, medji
jew kbar), il-perjodi ta' żmien (2008-2012) u l-unitajiet monetarji (Euro,
muniti nazzjonali jew standards tal-poter tal-akkwist). Għal dan
l-aħħar element, il-proporzjon ma jinbidilx b'mod sinifikanti,
iżda l-klassifikazzjoni ta' Stati Membri differenti jinbidel b'mod
sinifikanti: pajjiż bi prezz nominali baxx jista' jispiċċa bi
prezz ogħla komparattivament fit-termini tal-iSPA. [6] Dan il-perjodu ta’ żmien huwa użat
b’mod estensiv tul ir-rapport minħabba li l-metodoloġija tad-dejta
dwar il-prezzijiet tal-enerġija għall-konsumaturi tal-Eurostat
inbidlet b’mod konsiderevoli f’dan il-punt, u mhix konsistenti ma’ dejta aktar
bikrija jew kompluta għall-Istati Membri kollha. [7] Għall-użi tal-unitajiet
domestiċi industrijali (+ 36.5 % u + 127 %)
għall-prezz medju pponderat tal-enerġija elettrika tal-UE.
Fir-rigward tal-industrija, din il-bidla perċentwali teskludi l-VAT u
taxxi oħra li jistgħu jiġu rkuprati. Din il-perċentwali ma
tqisx l-eżenzjonijiet għall-industrija. [8] Il-prezzijiet tal-karbonju jikkostitwixxu parti
mill-prezz għall-operaturi u naqsu minn 14-29 €/t fl-2008 għal 6-9 €/t
fl-2012. Mhuwiex ċar, madankollu, sa liema punt dan it-tnaqqis fil-prezz
qed jingħadda lill-prezz tal-operatur, jew kemm huwa rilevanti, fid-dawl
tal-effett tal-ordni tal-mertu tat-teknoloġiji b'kostijiet operatorji
baxxi. [9] Il-kombinazzjoni tad-domanda dgħajfa u
d-dinamiċi tal-prezzijiet tal-enerġija għall-operaturi (stabbli
jew li waqgħu meta l-prezzijiet tal-idrokarburi kienu telgħin)
qiegħdet pressjoni fuq l-assi ta' ġenerazzjoni konvenzjonali.
F’ħafna każijiet kemm il-marġini ta’ qligħ
mill-ġenerazzjoni tan-negozju kif ukoll il-prezzijiet tal-ishma
tal-kumpaniji ġew affettwati b'mod negattiv, u kien iktar diffiċli li
wieħed jikseb aċċess għall-finanzi. Bħala regola,
jinħtieġ li l-utilitajiet tal-UE jadattaw ruħhom għal dan
l-ambjent ta' negozju ġdid, u dan għamluh billi kkonċentraw
aktar fuq is-servizzi downstream, fost oħrajn, il-ġenerazzjoni
deċentralizzata u l-effiċjenza enerġetika, u billi
neħħew gradwalment l-assi ta' ġenerazzjoni tal-enerġija
konvenzjonali tagħhom. [10] Fis-swieq liberalizzati, id-dħul aktar
faċli fis-suq iżid il-kompetizzjoni, li min-naħa tagħha
għandha żżid l-inċentivi biex jitnaqqsu l-kostijiet u
jingħaddew prezzijiet orħos lill-konsumaturi. Dan jidher
fil-prezzijiet iktar baxxi għall-konsumaturi tal-elettriku industrijali
fir-Renju Unit, il-Belġju u l-Pajjiżi l-Baxxi. [11] Fl-2012, 51 % tal-konsum tal-gass
fl-Ewropa kien għadu jiddependi fuq l-indiċjar taż-żejt,
għall-kuntrarju ta' 44 % li kien pprezzat fuq il-bażi ta'
kompetizzjoni interna fis-settur tal-gass (l-istħarriġ annwali
tal-IGU, 2012). Il-kwota tal-volumi pprezzati fuq il-bażi ta'
kompetizzjoni interna fis-settur tal-gass żdiedet b’fattur ta’ tlieta (3)
mill-2005, iżda għad hemm differenzi reġjonali qawwija
fil-mekkaniżmi ta’ formulazzjoni tal-prezzijiet għall-operaturi
b’madwar 70 % tal-gass fl-Ewropa tal-Majjistral (ir-Renju Unit, l-Irlanda,
Franza, il-Belġju, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Ġermanja,
id-Danimarka) li jiġi pprezzat fuq il-bażi msemmija iktar 'l fuq fl-2012,
meta mqabbel ma’ inqas minn 40 % fl-Ewropa Ċentrali (l-Awstrija,
ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Isvizzera).
L-importazzjonijiet kollha tal-gass ta' wħud mill-Istati Membri jiddependu
fuq l-indiċjar taż-żejt. [12] It-taxxi u l-imposti tal-enerġija
rinnovabbli bħala sehem mill-prezzijiet tal-elettriku għall-unitajiet
domestiċi ivarjaw minn inqas minn 1 % sa 15.5 % fi Spanja u 16 %
fil-Ġermanja. Is-sehem qed jiżdied minħabba li ż-żieda
fil-kwoti tal-enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis konsiderevoli
fil-prezzijiet tal-operaturi (li jżidu d-differenza bejn il-prezzijiet
tal-operaturi u l-appoġġ tal-enerġija rinnovabbli). Madankollu
meta l-effett tal-ordni tal-mertu (l-enerġija mill-ilma, mir-riħ u
mix-xemx li jbaxxu l-prezzijiet għall-konsumaturi) jitqies ukoll, l-effett
nett fuq il-prezzijiet tal-enerġija rinnovabbli għall-konsumaturi
jista’ jkun li l-prezzijiet jitnaqqsu, mhux jogħlew. Dan jidher li huwa
l-każ fi Spanja u fl-Irlanda iżda mhux fil-Ġermanja. (Ara
l-Anness mar-Rapport). It-tnaqqis fil-prezzijiet għall-operaturi
għandu jgħaddi lil konsumaturi finali fil-forma ta’ kostijiet aktar
baxxi tal-komponent tal-provvista tal-enerġija. [13] Ara l-Komunikazzjoni
C(2013) 7243 Delivering the internal electricity market and making the most of
public intervention [14] Ara d-Direttiva 2003/96/KE. [15] Ara t-Taqsima
1.1.1.3 tar-rapport assoċjat għad-dettalji. [16] Il-kostijiet
tan-netwerk tal-konsumaturi industrijali. Għall-unitajiet domestiċi,
il-firxa hija minn 2,2 ċenteżmi/kWh (MT) sa 9,7
ċenteżmi/kWh (ES). [17] Hekk
kif imkejjel bl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsum. [18] Ara r-rapport, Figura 90. [19] Mingħajr ma
jitqiesu l-eżenzjonijiet tat-taxxi jew tal-imposti għal industriji
intensivi fl-enerġija, filwaqt li jiġu nnutati d-diffikultajiet li
tinstab dejta internazzjonali komparabbli dwar il-prezzijiet tal-elettriku. [20] Ara
l-Kapitolu 3 tad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal. [21] IEA
WEO 2013, Fig. 8.17 [22] Il-valur
gross miżjud (2008-2011) u l-indiċi ta’ volumi ta’ produzzjoni (2008-2012)
għall-karti u l-istampar, il-kimiċi, prodotti minerali mhux
metalliċi oħrajn (inklużi l-materjali tal-bini,
il-ħġieġ, iċ-ċeramika), metalli bażiċi
(inkl. tal-ħadid u l-azzar), u metalli li ma fihomx ħadid
(l-aluminju). [23] Il-provi
tal-kompetittività tal-politiki kollha tal-UE