22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 441/21 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8759 — CEFC/Rockaway Capital/European Bridge Travel)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 441/14)
1. |
Fil-11 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
L-impriżi CEFC Europe u Rockaway Capital jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ EBT. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — l-impriża CEFC Europe: din l-impriża hija parti mill-grupp CEFC, li huwa kumpanija privata b’enfasi fuq lis-servizzi tal-enerġija u s-servizzi finanzjarji. Fl-UE, il-grupp CEFC jopera fis-swieq tal-mettallurġija, prodotti tal-makkinarji, l-industrija tal-birra, lukandi, il-kiri tal-proprjetà (uffiċċji u ħwienet u l-ġestjoni ta’ klabb sportiv (tal-futbol), u qed tespandi għas-servizzi finanzjarji u bankarji. — l-impriża Rockaway Capital: din l-impriża tinvesti f’kumpaniji eżistenti, u fi start-ups fil-qasam tas-servizzi tal-Internet, inkluż il-kummerċ elettroniku. — l-impriża EBT: EBT hija kumpanija azzjonarja li indirettament tikkontrolla kumpaniji oħra li joperaw fis-settur tal-forniment ta’ servizzi turistiċi, b’mod partikolari l-bejgħ tal-vaganzi organizzati minn terzi persuni, il-bejgħ online ta’ biljetti tal-ajru u fl-intermedjazzjoni l-assikurazzjoni tal-ivvjaġġar (iżda li tingħata biss bħala servizz anċillari fil-qasam tal-bejgħ tal-vjaġġi kollox kompriż u li mhumiex offruti b’mod separat). |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8759 — CEFC/Rockaway Capital/European Bridge Travel. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.