22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 441/16 |
Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 441/09)
Deċiżjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
C(2017) 8333 |
Il-15 ta’ Diċembru 2017 |
1,2 -dikloroetan Numru tal-KE. 203-458-1 Numru tal-CAS. 107-06-2 |
GE Healthcare Bio-Sciences AB, Björkgatan 30, BA 1-1, 75184 Uppsala, l-Iżvezja |
REACH/17/33/0 |
L-użu industrijali ta’ 1,2 -dikloroetan bħala solvent emulsifikanti fil-manifattura ta’ partikoli porużi għall-media f’forma ta’ żibeġ għall-kromatografija u għall-kolturi taċ-ċelloli |
It-22 ta’ Novembru 2029 |
Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva addattata f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħha. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt