22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/17


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 441/10)

Id-Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Id-data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni

In-numru tal-awtorizzazzjoni

L-użu awtorizzat

Id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2017) 8346

fil-15 ta’ Diċembru 2017.

Dikromat tal-ammonju

Nru tal-KE 232-143-1, Nru tal-CAS 7789-09-5

Veco B.V., Karel van Gelreweg 22, 6961 LB Eerbeek, in-Netherlands

17/28/0

L-użu tad-dikromat tal-ammonju bħala komponent fotosensittiv f’sistema ta’ verniċi fotolitografiċi tal-polivinilalkoħol għall-produzzjoni ta’ mandrini li jintużaw fil-proċessi tal-elettroformar tan-nikil

l-21 ta’ Settembru 2024

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-użu tas-sustanza u ma hemm ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata li jista’ juża l-applikant.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt