29.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6224 – Oaktree/TPG/Taylor Morrison Homebuilding Business)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 127/05

1.

Fit-18 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Oaktree Capital Group, LLC (“Oaktree”) u TPG Holdings II, L.P. (“TPG”), it-tnejn li huma mill-Istati Uniti tal-Amerika, jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Taylor Morrison, l-Istati Uniti tal-Amerika, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Oaktree: fondi alternattivi u mhux tradizzjonali ta’ investiment,

għal TPG: kumpanija possedenti għal varji fondi ta’ investiment,

għal Taylor Morrison: intrapriża tal-bini tad-djar b’attivitajiet fl-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil [email protected] jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6224 – Oaktree/TPG/Taylor Morrison Homebuilding Business, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).