17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/8


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2012/C 313/04

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' EUR 2 maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Bl-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta' muniti tal-euro, għandhom il-permess joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi intenzjonati għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm jiġu rispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li tintuża biss id-denominazzjoni ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż tal-ħruġ: l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Suġġett tal-kommemorazzjoni: is-Seba' Laqgħa Dinjija tal-Familji

Deskrizzjoni tad-disinn: Iċ-ċirku ta' ġewwa juri familja bil-Katedral ta' Milan fl-isfond. L-iskrizzjoni “VII INCONTRO MONDIALE DELLE FAMIGLIE” jiċċirkonda d-disinn, u jifforma nofs ċirku li huwa kkomplementat fin-naħa ta' fuq tal-lemin bl-isem tal-istat tal-ħruġ “CITTÁ DEL VATICANO”. Is-sena 2012 tidher fuq il-lemin u l-isem tal-artist “G. TITOTTO” flimkien mal-indikazzjoni tal-inċiżur “LDS Inc” jidhru fuq ix-xellug. Il-marka taz-zekka “R” tidher f'qiegħ id-disinn, bejn l-omm u binha.

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta' muniti li se jinħarġu:

Data tal-ħruġ: Ottubru 2012


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14 1 2009, p. 52).