ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.302.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2009/C 302/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5684 – BNP Paribas Assurance/Fortis Insurance International/UBI Assicurazioni) ( 1 ) |
|
2009/C 302/02 |
Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2009/C 302/03 |
||
2009/C 302/04 |
||
2009/C 302/05 |
||
2009/C 302/06 |
||
2009/C 302/07 |
Abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar l-Alkoħol u s-Saħħa |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2009/C 302/08 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2009/C 302/09 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 ) |
|
2009/C 302/10 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2009/C 302/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5731 – AXA LBO FUND IV/Home Shopping Europe) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
||
2009/C 302/12 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5684 – BNP Paribas Assurance/Fortis Insurance International/UBI Assicurazioni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 302/01
Fl-4 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5684. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/2 |
Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej
2009/C 302/02
Skont l-Artikolu 9(1)(a), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:
Paġna 94
Paragrafu “2208 30 32 u 2208 30 38 Wiski tax-xgħir, f’kontenituri li jesgħu” tinbidel b’:
2208 30 30 |
Wiski tal-malt waħdu |
|
Wiski skoċċiż tal-malt waħdu huwa xorb alkoħoliku li hu magħmul, fil-lampik f’distillerija waħda, permezz tad-distillazzjoni ta’ maxx imħemmer magħmul mix-xgħir biss. |
Paragrafu “2208 30 52 u 2208 30 58 Wiski mħallat, f’kontenituri li jesgħu” tinbidel b’:
2208 30 41 kif ukoll 2208 30 49 |
Wiski mħallat, f’kontenituri li jesgħu |
|
Wiski skoċċiż tal-malt imħallat huwa magħmul billi jitħalltu żewġ jew aktar wiskijiet skoċċiżi tal-malt waħdu li ġew distillati/jew miksuba minn distilleriji differenti. |
2208 30 61 kif ukoll 2208 30 69 |
Wiski tal-qamħ waħdu u wiski tal-qamħ imħallat, f’kontenituri li jesgħu |
|
Wiski skoċċiż tal-qamħ waħdu huwa xorb alkoħoliku, li mhuwiex wiski skoċċiż tal-malt waħdu jew wiski skoċċiż tal-malt imħallat, li hu magħmul f’distillerija waħda permezz tad-distillazzjoni ta’ maxx imħemmer magħmul mix-xgħir ipproċessat f’malt li jista’ jkollu jew ma jkollux żrieragħ sħaħ ta’ ċereali oħra (l-aktar qamħ jew qamħirrum). Wiski skoċċiż tal-malt imħallat huwa magħmul billi jitħalltu żewġ jew aktar wiskijiet skoċċiżi tal-qamħ waħdu li jiġu ddistillati fi/jew miksuba minn distilleriji differenti. |
Paġna 95
Paragrafu “2208 30 72 u 2208 30 78 Ieħor, f’kontenituri li jesgħu” tinbidel b’:
2208 30 71 kif ukoll 2208 30 79 |
Wiski mħallat ieħor, f’kontenituri li jesgħu |
|
Wiski skoċċiż imħallat ieħor (“wiski skoċċiż imħallat”) huwa magħmul billi jitħallat wiski skoċċiż wieħed jew aktar tal-malt waħdu ma’ wiski skoċċiż wieħed jew aktar tal-qamħ waħdu. |
(2) ĠU C 133, 30.5.2008, p. 1.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/3 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-iżviluppar tar-rwol tal-edukazzjoni fi trijanglu tal-għarfien li jiffunzjona kompletament
2009/C 302/03
Il-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill,
|
WAQT LI JFAKKRU
|
|
KONXJI
|
IQISU LI AKTAR INTEGRAZZJONI TAL-EDUKAZZJONI, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FI TRIJANGLU TAL-GĦARFIEN LI JIFFUNZJONA KOMPLETAMENT
Issaħħaħ il-kapaċità innovattiva tal-Ewropa u l-iżvilupp ta' ekonomija u soċjetà kreattiva u ta' għarfien intensiv permezz ta':
— |
bażi ta' għarfien imsaħħa ħafna u li tevolvi kostantement fl-universitajiet (1) u ċ-ċentri ta' riċerka li tista' tissarraf malajr fi prodotti, servizzi, approċċi u metodi innovattivi fl-ekonomija u s-soċjetà inġenerali; |
— |
promozzjoni ta' mod ta' ħsieb kreattiv, innovattiv u intraprenditorjali fost tfal tal-iskola, persuni li jitħarrġu, studenti, għalliema u riċerkaturi li jsaħħaħ l-iżvilupp progressiv ta' kultura akbar ta' intrapriża permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ flimkien ma' suq tax-xogħol Ewropew aktar dinamiku u ħaddiema b'ħiliet aktar avvanzati. |
Tikkontribwixxi għall-kisba ta' progress sinifikanti:
— |
fl-ilħuq tal-objettiv tal-inizjattiva Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda għat-titjib tal-impjegabbiltà ta' ċittadini tal-UE f'suq tax-xogħol li dejjem jinbidel; |
— |
fl-aġenda ta' modernizzazzjoni għall-universitajiet (2). |
JIDENTIFIKAW L-ISFIDI SPEĊIFIĊI LI ĠEJJIN GĦAS-SETTUR TAL-EDUKAZZJONI
— |
il-ħtieġa li jitneħħa d-distakk kulturali bejn l-edukazzjoni - fis-sens tat-tagħlim u t-trasmissjoni tal-valuri soċjo-kulturali - u r-riċerka u l-innovazzjoni fl-isfera kummerċjali; |
— |
il-ħtieġa għal kultura aktar innovattiva u intraprenditorjali fis-settur universitarju; |
— |
il-ħtieġa li jitjiebu l-komunikazzjoni u l-mobbiltà bejn id-dinja tat-tagħlim u r-riċerka u d-dinja tal-kummerċ u l-ekonomija inġenerali u li jitrawmu l-mobbiltà u l-iskambju tal-ideat bejn id-dixxiplini akkademiċi u tar-riċerka differenti; |
— |
il-ħtieġa għal aktar riforma fil-governanza u l-istrutturi finanzjarji tal-universitajiet li tippermetti iżjed awtonomija u responsabbiltà sabiex tiffaċilita fluss ta' introjtu aktar diversifikat u kollaborazzjoni aktar effettiva mad-dinja tal-kummerċ u tipprovdi lill-universitajiet bit-tagħmir sabiex jipparteċipaw fit-trijanglu tal-għarfien fuq skala globali. |
IQISU LI L-PRINĊIPJI ĠENERALI LI ĠEJJIN GĦANDHOM IKUNU L-BAŻI GĦAL-LINJI TA' POLITIKA LI JFITTXU LI JINDIRIZZAW DAWN L-ISFIDI SPEĊIFIĊI
— |
il-kunċett tat-trijanglu tal-għarfien huwa relatat mal-ħtieġa li jkun hemm titjib fl-impatt tal-investimenti fit-tliet forom ta' attività – edukazzjoni, riċerka u innovazzjoni – permezz ta' interazzjoni sistematika u kontinwa; |
— |
l-integrazzjoni sħiħa tat-trijanglu tal-għarfien teħtieġ aktar tfassil ta' politika u kooperazzjoni interkonnessi bejn l-oqsma tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak tal-Istati Membri; |
— |
biex l-edukazzjoni tissodisfa r-rwol tagħha fit-trijanglu tal-għarfien, l-objettivi u l-eżiti tar-riċerka u l-innovazzjoni jeħtieġ li jagħtu lura lill-edukazzjoni, bit-tagħlim u l-lezzjonijiet meħudin ikunu sostnuti minn bażi ta' riċerka b'saħħitha, u bl-ambjenti tat-tagħlim u l-lezzjonijiet meħudin żviluppati u mtejbin permezz ta' inkorporazzjoni akbar tal-ħsieb kreattiv u attitudnijiet u approċċi innovattivi; |
— |
il-kultura akkademika tradizzjonali fl-universitajiet teħtieġ li tkun ikkumplimentata b'sensibilizzazzjoni li għandha wkoll rwol ċentrali tat-twassil ta' forza tax-xogħol li tkun imħarrġa aktar, intraprendenti u flessibbli, li tifforma l-pedament għat-tkabbir ekonomiku u l-prosperità, kif ukoll il-kwalità mtejba tal-ħajja, fis-snin li ġejjin. It-taħriġ tar-riċerkaturi u l-għalliema universitarji għandu jippermettilhom li jdaħħlu aħjar kultura ta' innovazzjoni fl-organizzazzjonijiet li jaħdmu għalihom; |
— |
jeħtieġ li jittieħed kont tat-trijanglu tal-għarfien meta jiġu żviluppati strateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja fil-livell nazzjonali, reġjonali u istituzzjonali sabiex l-universitajiet isiru aktar involuti fl-aġġornar ta' ħiliet rilevanti għall-ekonomija ta' għarfien u r-regoli ta' ammissjoni jirrikonoxxu suffiċjentement il-valur tat-taglim preċedenti u l-esperjenzi tax-xogħol; |
— |
ideat u innovazzjonijiet ġodda jinħolqu billi tipi differenti ta' għarfien jingħaqdu flimkien u permezz tat-tiftix imħeġġeġ mill-kurżità għal għarfien ġdid. Din hija r-raġuni, flimkien max-xjenza u t-teknoloġija, għaliex huwa kruċjali li jkun rikonoxxut li l-edukazzjoni u r-riċerka ta' kwalità fix-xjenzi soċjali u l-umanitajiet għandhom rwol importanti fl-innovazzjoni; |
— |
il-pluraliżmu fost is-sistemi universitarji u ta' riċerka Ewropej għandhom jitqiesu bħala vantaġġ għall-iżvilupp ta' approċċi diversi lejn trijanglu tal-għarfien li jiffunzjona kompletament. |
JISTABBILIXXU S-SEBA′ PRIJORITAJIET GĦAL AZZJONI LI ĠEJJIN:
1. L-iżvilupp ta' aktar koerenza bejn il-politiki fl-oqsma tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni
Hemm il-ħtieġa għal tfassil tal-politika aktar koerenti fil-livell Ewropew u tal-Istati Membri filwaqt li jiġu integrati kompletament it-tliet komponenti tat-trijanglu tal-għarfien. Il-politiki fl-oqsma tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom isaħħu lil xulxin b'mod reċiproku biex jiġi żgurat l-iżvilupp ta' trijanglu tal-għarfien kompletament funzjonali u biex titħaffef it-transizzjoni lejn ekonomija u soċjetà tassew ibbażati fuq l-għarfien. Fil-qafas tal-proċessi eżistenti ta' rappurtar fil-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar miżuri meħuda fl-oqsma tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innvoazzjoni biex tiġi appoġġata l-integrazzjoni tat-trijanglu ta' għarfien. Ir-rapport għandu jinkludi l-identifikazzjoni ta' ostakoli u suġġerimenti għal aktar żvilupp.
2. L-aċċelerazzjoni tar-riforma pedagoġika
L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex jiżguraw li l-kurrikuli, kif ukoll il-metodi ta' tagħlim u eżamijiet fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, inkluż il-livell ta' dottorat, jinkoropaw u jrawmu l-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija. Mezz wieħed kif dan jista' jsir huwa permezz tal-iżvilupp ta' kurrikuli fuq bażi kontinwa f'kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet ta' riċerka, l-industrija u partijiet interessati oħrajn, kif adatt.
3. Sħubija bejn l-universitajiet u n-negozju u partijiet interessati oħrajn
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrispondu minnufih għall-istediniet għal azzjoni stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqggħin fil-Kunsill, tat-12 ta' Mejju 2009, dwar it-tisħiħ tal-isħubiji bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-imsieħba soċjali, b′mod partikolari min iħaddem, fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja. Fil-kuntest tal-iżvilupp ta' rabtiet aktar mill-qrib bejn l-universitajiet u l-komunitajiet li jservu, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-iżvilupp ta' inċentivi għal mobbiltà tal-persunal bejn is-setturi tal-università u n-negozju, inklużi programmi ta' skambju tal-persunal. Il-kooperazzjoni bejn l-università u n-negozju għandha tkun imsaħħa bħala parti mill-istrateġiji tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-universitajiet.
4. Miżuri biex tiġi żviluppata kultura ta' innovazzjoni fl-universitajiet
L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-universitajiet iżidu l-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw “kultura ta' innovazzjoni”permezz ta', fost oħrajn, ambjenti ta' tagħlim aktar dinamiċi u interattivi u inċentivi għall-persunal biex jieħdu sehem fi proġetti b'dimensjoni ta' innovazzjoni. L-arranġamenti finanzjarji u l-istrutturi ta' inċentivi fil-livell istituzzjonali jistgħu jiġu żviluppati għat-trawwim ta' “bidla kulturali” sabiex il-kooperazzjoni mal-industrija tiġi rikonoxxuta bħala fattur importanti għall-avvanz fil-karriera. Ir-rwol kruċjali tal-mexxejja tal-edukazzjoni għolja fl-appoġġ tal-iżvilupp effettiv ta' “kultura ta' innovazzjoni” għandu jiġi rikonoxxut.
5. Il-ħolqien ta' inċentivi għall-universitajiet biex jiżviluppaw għarfien trasferibbli
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw jekk hemmx inċentivi adegwati għall-universitajiet biex jiżviluppaw għarfien li jista' jiġi trasferit fil-kumplament tal-ekonomija għall-iżvilupp f'merkanzija u servizzi innovattivi. Meta dispożizzjonijiet legali, strutturi ta' governanza jew dispożizzjonijiet finanzjarji jimpedixxu lill-istituzzjonijiet milli jagħmlu qligħ mill-iżvilupp u t-trasferiment ta' għarfien bħal dan, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jaġġustaw il-qafas li fih joperaw l-istituzzjonijiet tagħhom sabiex jitneħħew ostakoli bħal dawn u l-universitajiet jingħataw awtonomija suffiċjenti. L-universitajiet għandhom jiżviluppaw strateġiji speċifiċi għall-ħolqien, l-iżvilupp u t-trasferiment tal-għarfien.
6. Approċċi ġodda lejn il-valutazzjoni tal-kwalità
B′mod partikolari għall-edukazzjoni għolja, l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw kriterji għat-“trijanglu tal-għarfien” sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tal-istituzzjonijiet tagħhom, li għandhom jiffokaw fuq kemm ir-riċerka u l-innovazzjoni ġew integrati b'suċċess mat-tagħlim u l-funzjonijiet ċentrali edukattivi u fuq kemm qed ikollhom suċċess l-istituzzjonijiet fil-ħolqien ta' ambjenti ta' tagħlim li jistimulaw il-kreattività u l-approċċi intraprenditorjali għall-użu tal-għarfien u fit-tħejjija tal-istudenti tagħhom għall-ħajjiet soċjali u ekonomiċi tagħhom fil-ġejjieni.
7. Niżviluppaw l-EIT bħala mudell għall-ġejjieni
L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), l-ewwel inizjattiva fil-livell tal-UE li tiffoka fuq interazzjonijiet koerenti bejn l-atturi kollha tat-trijanglu ta' għarfien, għandu jiġi żviluppat bħala eżempju ta' prassi tajba għall-Istati Membri, l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja u tar-riċerka u s-settur tal-kummerċ fir-rigward tal-integrazzjoni tat-tliet naħat tat-trijanglu.
Il-Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni (KIC) futuri, l-entitajiet operattivi ewlenin tal-EIT, għandu jkollhom il-potenzjal li juru metodi ġodda ta' kif għandhom jiġu ttrattati l-isfidi ekonomiċi u dawk tas-soċjetà (pereżempju l-enerġija sostenibbli u l-mitigazzjoni u l-addattament għat-tibdil fil-klima) permezz ta' approċċi olisitiċi u multidixxiplinarji, kif ukoll permezz ta' mudelli ġodda għall-governanza u l-finanzjament bl-għan li jistimulaw l-innovazzjoni tal-ogħla standards. L-EIT għandu jxerred dawn il-mudelli, li għandhom jispiraw il-ħolqien ta' inizjattivi konġunti oħra f'diversi livelli u lil hinn mill-fruntieri, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtieġa li jiġi żviluppat ir-rwol tal-edukazzjoni fit-trijanglu ta' għarfien.
Fil-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jkunu konxji mill-aħjar prattiki fir-rigward ta' dawn is-seba′ prijoritajiet u li l-progress jista' jitqabbel f'dawn l-oqsma kollha.
JENFASIZZAW UKOLL L-IMPORTANZA
— |
li jiġi żgurat li l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Impjiegi wara l-2010 tistabbilixxi l-edukazzjoni bħala l-bażi tat-trijanglu tal-għarfien, u jenfasizzaw il-ħtieġa biex it-tliet naħat tat-trijanglu (edukazzjoni-riċerka-innovazzjoni) jappoġġaw lil xulxin b'mod reċiproku u jikkontribwixxu wieħed lill-ieħor. Is-sistema sħiħa tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandha rwol fit-trawwim tal-kompetenzi ċentrali meħtieġa għal trijanglu li jiffunzjona tajjeb. |
— |
li jiġu żgurati kooperazzjoni u koordinazzjoni sħaħ bejn l-istrateġiji għall-iżvilupp tal-Ispazju Ewropew għall-Edukazzjoni Għolja, l-Ispazju Ewropew tar-Riċerka u l-inizjattivi fil-qasam tal-innovazzjoni, b′mod partikolari l-Istrateġija għall-Innovazzjoni msejsa fuq bażi wiesgħa u l-Pjan Ewropew ta' Innovazzjoni futura. |
— |
li l-Kummissjoni tieħu kont sħiħ tal-ħtiġijiet tal-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Impjiegi wara l-2010 fit-tħejjija tal-proposti tagħha għal programmi Komunitarji fl-edukazzjoni u oqsma rilevanti oħrajn għall-perijodu kopert mill-Qafas Finanzjarju li jmiss, u, flimkien mal-Istati Membri, li jkun hemm ukoll riflessjoni dwar kif il-Fondi Strutturali jistgħu jintużaw biex jappoġġaw inizjattivi konnessi mal-iżvilupp sħiħ tal-edukazzjoni bħala l-bażi tat-trijanglu tal-għarfien. |
(1) Għall-fini ta' dan it-test, it-terminu universitajiet jirreferi għal kull tip ta' istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja.
(2) Ara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-immodernizzar ta' universitajiet għall-kompetittività tal-Ewropa f'ekonomija globali tal-għarfien (dok. 16096/1/07) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Inwasslu għar-riżultati tal-Aġenda ta’ Modernizzazzjoni għall-Universitajiet: Edukazzjoni, Riċerka, Innovazzjoni”ta' Mejju 2006 (dok. 9166/06).
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/6 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill tas- 26 ta' Novembru 2009 dwar l-iżvilupp professjonali tal-għalliema u l-mexxejja tal-iskola
2009/C 302/04
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
|
WARA LI KKUNSIDRA li:
|
|
u FILWAQT LI JFAKKAR B'MOD PARTIKOLARI
|
JAFFERMA MILL-ĠDID li
filwaqt li r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni u l-kontenut tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ hija tal-Istati Membri individwali, il-kooperazzjoni fil-livell Ewropew permezz tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, flimkien mal-użu effiċjenti ta' programmi Komunitarji, tista' tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità billi jiġu appoġġati u kkumplimentati il-miżuri meħudin fil-livell nazzjonali u billi l-Istati Membri jiġu megħjuna jindirizzaw l-isfidi komuni.
JIRRIKONOXXI li
1. |
L-għarfien, il-ħiliet u l-impenn tal-għalliema (15), kif ukoll il-kwalità tat-tmexxija tal-iskola, huma l-aktar fatturi importanti fil-kisba ta' eżiti edukattivi ta' kwalità għolja. It-tagħlim tajjeb u l-abbiltà li tispira lill-istudenti sabiex jiksbu l-aħjar livell li jistgħu, jista' jkollhom impatt pożittiv fuq il-futur taż-żgħażagħ. Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali mhux biss li jiġi żgurat li dawk reklutati f'pożizzjonijiet ta' tagħlim u tmexxija tal-iskola ikunu tal-ogħla kalibru u adatti għall-kompiti li għandhom iwettqu, iżda wkoll li jipprovdu l-ogħla standard ta' edukazzjoni inizjali u żvilupp professjonali kontinwu għall-persunal tat-tagħlim fil-livelli kollha. Dan imbagħad ser jikkontribwixxi għat-titjib kemm tal-istatus kif ukoll tal-attrazzjoni tal-professjoni. |
2. |
Jeħtieġ li programmi edukattivi għall-għalliema, li huma fatturi ċentrali kemm fit-tħejjija tal-għalliema u l-mexxejja tal-iskola biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom, kif ukoll fl-iżgurar tal-iżvilupp professjonali kontinwu tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskola, jkunu ta' kwalità għolja, rilevanti għall-ħtiġijiet u bbażati fuq taħlita bbilanċjata ta' riċerka akkademika soda u esperjenza prattika estensiva. Huwa essenzjali li l-edukazzjoni inizjali tal-għalliema, l-appoġġ fil-bidu tal-karriera (“induzzjoni” (16)) u l-edukazzjoni professjonali kontinwa jkunu ttrattati bħala entità sħiħa koerenti. |
3. |
L-ewwel kariga ta' għalliem ġdid wara t-tlestija tal-edukazzjoni inizjali tal-għalliema hija żmien partikolarment importanti f'termini tal-motivazzjoni, il-prestazzjoni u l-iżvilupp professjonali tiegħu/tagħha. L-għalliema li jkun għadhom kif laħqu jista' jkollhom diffikultajiet biex jaġġustaw ruħhom għal sitwazzjonijiet reali tal-iskola u japplikaw dak li tgħallmu matul l-edukazzjoni inizjali tal-għalliema. Saħansitra, għadd sostanzjali tagħhom fl-aħħar jabbandunaw il-karrieri ta' għalliema tagħhom, bi prezz għoli għalihom u għas-soċjetà. Hemm evidenza konsiderevoli ta' riċerka nazzjonali u internazzjonali li turi, madankollu, li l-programmi strutturati ta' appoġġ għall-għalliema ġodda kollha fil-bidu tal-karriera jistgħu jnaqqsu dan il-fenomenu. Dawn jistgħu wkoll ikunu ta' benefiċċju għall-għalliema li jerġgħu jidħlu fil-professjoni. |
4. |
L-ebda kors ta' edukazzjoni inizjali tal-għalliema, ikun kemm ikun eċċellenti, ma jista' jħejji l-għalliema bil-kompetenzi kollha li ser jeħtieġu matul il-karrieri tagħhom. L-eżiġenzi fuq il-professjoni tal-għalliema qed jevolvu rapidament, filwaqt li jimponu l-ħtieġa għal approċċi ġodda. Sabiex ikunu kompletament effettivi fit-tagħlim, u kapaċi jaġġustaw għall-ħtiġiet li jkunu qed jevolvu tal-istudenti f'dinja ta' tibdil soċjali, kulturali, ekonomiku u teknoloġiku rapidu, jeħtieġ li l-għalliema nnifishom jirriflettu dwar ir-rekwiżiti tat-tagħlim tagħhom stess fil-kuntest tal-ambjent skolastiku partikolari tagħhom, u li jieħdu responsabbiltà aktar għat-tagħlim tul il-ħajja tagħhom stess bħala mezz ta' aġġornament u żvilupp tal-għarfien u l-ħiliet tagħhom. Madankollu, hemm evidenza li xi għalliema għad għandhom ftit wisq opportunitajiet biex jipparteċipaw fi programmi ta' żvilupp professjonali kontinwu, filwaqt li għadd sinifikanti ta' dawk li għandhom tali opportunitajiet iħossu li dawn il-programmi mhumiex dejjem suffiċjentement rilevanti għall-ħtiġijiet individwali tagħhom u għall-isfidi li jaffaċċjaw. |
5. |
It-tmexxija effettiva tal-iskola hija fattur kbir fit-tfassil tal-ambjent ġenerali tat-tagħlim, fit-tkattir tal-aspirazzjonijiet u fl-għoti ta' appoġġ għall-istudenti, l-ġenituri u l-persunal, u għalhekk fit-trawwim ta' livelli ogħla ta' kisba. Huwa għalhekk ta' importanza prinċipali li jiġi żgurat li l-mexxejja tal-iskola jkollhom, jew ikunu kapaċi jiżviluppaw, il-kapaċitajiet u l-kwalitajiet meħtieġa sabiex jassumu l-għadd dejjem jikber ta' kompiti li jkunu kkonfrontati bihom. Daqstant ieħor huwa importanti huwa l-iżgurar li l-mexxejja tal-iskola ma jitgħabbewx b'piżijiet żejda ta' kompiti amministrattivi u jikkonċentraw fuq kwistjonijiet essenzjali, bħall-kwalità tat-tagħlim, il-kurrikulu, kwistjonijiet pedagoġiċi u l-prestazzjoni, il-motivazzjoni u l-iżvilupp tal-persunal. |
6. |
Il-persunal tat-tagħlim fil-livelli kollha, inklużi l-mexxejja tal-iskola, jistgħu jieħdu benefiċċju akbar minn mobbiltà akbar fit-tagħlim u n-netwerking, fid-dawl tar-rwol importanti li dawn kellhom fit-titjib tal-kwalità tas-sistemi u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll biex tali sistemi u istituzzjonijiet isiru aktar miftuħa, aktar orjentati lejn l-estern, aktar aċċessibbli u aktar effiċjenti. |
JAQBEL li
1. |
Filwaqt li s-sistemi tal-edukazzjoni fl-Ewropa huma differenti f'diversi aspetti, huma jikkondividu ħtieġa komuni li jattiraw u jżommu persunal tat-tagħlim u mexxejja tal-iskejjel tal-ogħla kalibru sabiex jiġu żgurati riżultati edukattivi ta' kwalità għolja. Għalhekk għandha tingħata attenzjoni kbira lid-definizzjoni tal-profil meħtieġ ta' għalliema prospettivi u mexxejja tal-iskejjel, għal kif jintagħżlu u kif jiġu mħarrġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom. |
2. |
Il-programmi edukattivi għall-għalliema għandhom ikunu ta' kwalità għolja, ibbażati fuq l-evidenza u rilevanti għall-ħtiġijiet. Dawk responsabbli għat-taħriġ tal-għalliema - u għat-taħriġ tal-edukaturi tal-għalliema - għandhom ikunu kisbu huma stess livell akkademiku għoli u jkollhom esperjenza prattika soda tat-tagħlim, kif ukoll il-kompetenzi li jeħtieġ tagħlim tajjeb. Għandhom isiru sforzi wkoll biex jiġi żgurat li istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għall-għalliema jikkooperaw b'mod effettiv, min-naħa waħda ma' dawk li jwettqu riċerka pedagoġika f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla, u min-naħa l-oħra ma' mexxejja tal-iskejjel. |
3. |
Fid-dawl tal-esiġenzi dejjem jiżdiedu li jitpoġġew fuqhom u l-kumplessità dejjem tikber tar-rwoli tagħhom, jeħtieġ li l-għalliema jkollhom aċċess għal appoġġ personali u professjonali effettiv matul il-karrieri tagħhom, u b'mod partikolari fiż-żmien meta jidħlu għall-ewwel darba fil-professjoni. |
4. |
F'dinja li qed tinbidel rapidament, u f'konformità mal-kunċett ta' tagħlim tul il-ħajja, l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-għalliema għandhom ikunu katina koerenti li tkopri l-edukazzjoni inizjali tal-għalliema (b'komponent prattiku b'saħħtu), induzzjoni u żvilupp professjonali kontinwu. B'mod partikolari, għandhom isiru sforzi biex jiġi żgurat li:
|
5. |
Fid-dawl tal-impatt konsiderevoli li l-mexxejja tal-iskejjel għandhom fuq l-ambjent ġenerali tat-tagħlim, inklużi l-motivazzjoni, il-moral u l-prestazzjoni, il-prattiki tat-tagħlim u l-attitudnijiet u l-aspirazzjonijiet tal-istudenti u l-ġenituri ugwalment, hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-mexxejja tal-iskejjel ikollhom opportunitajiet suffiċjenti biex jiżviluppaw u jżommu ħiliet ta' tmexxija effettivi. U peress li l-isfidi involuti fil-komunitajiet ta' tagħlim ewlenin huma simili fl-Ewropa kollha, il-mexxejja tal-iskejjel jistgħu jibbenefikaw ukoll minn tagħlim kollaborattiv mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħrajn, notevolment bil-kondiviżjoni tal-esperjenza u eżempji ta' prattika tajba, u permezz ta' opportunitajiet transkonfinali għal żvilupp professjonali. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX
1. |
Jieħdu passi ulterjuri biex jiżguraw li l-professjoni tat-tagħlim tiġbed u żżomm kandidati tal-ogħla kalibru, u li l-għalliema jirċievu tħejjija u appoġġ suffiċjenti li jippermettulhom iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom b'mod effettiv. |
2. |
Jipprevedu li l-għalliema ġodda kollha jkollhom il-possibbiltà li jipparteċipaw fi programm ta' induzzjoni li joffri appoġġ kemm professjonali kif ukoll personali matul l-ewwel snin tagħhom bħala għalliema. |
3. |
Jipprevedu reviżjonijiet regolari tal-ħtiġijiet individwali għall-iżvilupp professjonali tal-għalliema kif definiti abbażi ta' awto-evalwazzjoni u/jew evalwazzjoni esterna, u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom opportunitajiet suffiċjenti għal żvilupp professjonali kontinwu mmirat li jissodisfa dawk il-ħtiġijiet li mbagħad jiżguraw impatt pożittiv fuq ir-riżultati tat-tagħlim tal-istudenti. |
4. |
Jippromwovu b'mod attiv l-opportunitajiet offruti bl-iskemi ta' skambju u mobbiltà kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali, u jappoġġaw il-parteċipazzjoni fi skemi bħal dawn, bil-ħsieb li jiżdiedu sostanzjalment in-numri ta' għalliema u mexxejja tal-iskejjel li jieħdu vantaġġ minnhom. |
5. |
Jirrevedu r-responsabbiltajiet ta' - u l-għoti ta' appoġġ għal - mexxejja tal-iskejjel, partikolarment bil-ħsieb li jitħaffef il-piż tal-ħidma amministrattiva tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiffukaw fuq it-tiswir tal-ambjent tat-tagħlim u b'hekk jitrawmu livelli ogħla ta' kisbiet. |
6. |
Jiżguraw li jeżisti provvediment ta' kwalita għolja biex jiġu żviluppati l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa kemm minn għalliema prospettivi kif ukoll dawk prattikanti, kif ukoll biex jiġu żviluppati - pereżempju, permezz ta' programmi speċjali - l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa biex tiġi pprovduta tmexxija effettiva tal-iskejjel. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX
1. |
Ittejjeb u tappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea fil-politika fl-oqsma tal-edukazzjoni iniżjali tal-għalliema, l-iżvilupp professjonali kontinwu u t-tmexxija tal-iskejjel, notevolement bl-istabbiliment ta' pjattaformi u attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari għall-iskambju ta' għarfien, esperjenza u kompetenza fost dawk li jfasslu l-politika u l-professjonisti tat-tagħlim. |
2. |
Tippreżenta informazzjoni prattika għal dawk li jfasslu l-politika dwar l-iżvilupp ta' programmi ta' induzzjoni strutturati għall-għalliema ġodda kollha, flimkien ma' eżempji ta' miżuri li jistgħu jittieħdu biex jiġu implimentati jew imtejba programmi bħal dawn. |
3. |
Tippromovi u tappoġġa aktar parteċipazzjoni mill-għalliema, il-mexxejja tal-iskejjel u l-edukaturi tal-għalliema fi skemi, sħubiji u proġetti ta' mobbiltà transnazzjonali stabbiliti taħt programmi Komunitarji, b'mod partikolari l-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja. |
4. |
Tħejji studju dwar l-arranġamenti eżistenti fl-Istati Membri għas-selezzjoni, ir-reklutaġġ u t-taħriġ ta' edukaturi tal-għalliema. |
5. |
Tipprovdi ġabra tal-kompetenzi tal-għalliema fl-Istati Membri, flimkien ma' attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari f'dan il-qasam. |
6. |
Tappoġġa l-iżvilupp ulterjuri ta' bażi ta' evidenza dwar il-professjonijiet tat-tagħlim u tat-tmexxija tal-iskejjel, inkluż permezz tal-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. |
7. |
Tinforma lill-Kunsill, bl-użu ta' mekkaniżmi ta' rappurtar eżistenti u mal-ewwel opportunità adatta, dwar miżuri meħuda mill-Istati Membri u fil-kuntest tal-kooperazzjoni Ewropea bħala segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Novembru 2007 dwar it-titjib tal-kwalità ta' edukazzjoni tal-għalliema u dawk ta' Novembru 2008 dwar aġenda għall-kooperazzjoni Ewopea dwar l-iskejjel fir-rigward tal-iżvilupp professjonali ta' għalliema u mexxejja tal-iskejjel. |
(1) It-titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-għalliema u dawk li jħarrġu - SN 100/1/00 REV 1.
(4) 6905/04.
(5) Annessi I u II għad-dok. 12414/07 ADD 1.
(15) Għall-fini ta' dawn il-konklużjonijiet, it-terminu għalliem huwa użat biex jindika persuna li hija rikonoxxuta li għandha l-istatus ta' għalliem (jew ekwivalenti) skont il-leġislazzjoni u l-prattika ta' Stat Membru. Huwa jkopri s-sitwazzjoni speċifika tal-għalliema u ta' min iħarreġ fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali iżda ma jinkludix persuni impjegati barra s-sistemi formali tal-edukazzjoni u t-taħriġ minħabba n-natura u l-kuntest differenti tal-kompiti li jwettqu.
(16) F'dan it-test it-terminu induzzjoni huwa użat biex jirreferi għal kwalunkwe programm strutturat ta' appoġġ li huwa pprovdut lil għalliema ġodda wara li jlestu l-programm formali tagħhom ta' edukazzjoni inizjali għall-għalliema u fil-bidu tal-ewwel kuntratt tagħhom bħala għalliema fi skola.
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/10 |
Abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar inċentivi innovattivi għal antibijotiċi effettivi
2009/C 302/05
Nota bene: F'dan id-dokument, it-terminu “antibijotiċi” jinkludi prodotti mediċinali prodotti b'mod sintetiku jew naturali, użati biex joqtlu jew jimpedixxu t-tkabbir ta' batterji kif ukoll dawk b'mekkaniżmi ta' azzjoni alternattivi, pereżempju l-effett fuq il-virulenza tal-batterji. F'dan il-kuntest, għandu jittieħed kont ukoll ta' metodi alternattivi għall-prevenzjoni u l-kontrol ta' infezzjonijiet.
1. |
IFAKKAR fl-Istrateġija Komunitarja kontra reżistenza għall-antimikrobiċi (COM(2001) 0333). |
2. |
IFAKKAR fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2001 dwar l-użu prudenti tal-aġenti antimikrobiċi fil-mediċina tal-bniedem (1). |
3. |
IFAKKAR fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi tal-10 ta' Ġunju 2008 (2). |
4. |
IFAKKAR fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-prevenzjoni minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (3). |
5. |
IFAKKAR fir-rapport tal-WHO (2004) Mediċina ta' Prijorità għall-Ewropa u d-Dinja (4) |
6. |
IFAKKAR fir-rapport tekniku konġunt ECDC/EMEA (2009) “L-isfida tal-batterja: ż-żmien li nirreaġixxu” dwar id-differenza bejn batterja reżistenti għal diversi mediċina fl-UE u l-iżvilupp ta' aġenti antibatteriċi ġodda (5). |
7. |
JIRRIKONOXXI li t-tixrid ta' reżistenza għall-antibijotiċi hija theddida serja għas-sigurtà tas-saħħa pubblika madwar id-dinja u jeħtieġ li tittieħed azzjoni fil-livelli kollha. Il-piż tal-mard relatat ma' batterji reżistenti għall-antibijotiċi li ma jistax jiġi ttrattat b'mod effettiv bi prodotti mediċinali primarji jew saħansitra sekondarji, qed jiżdied b'mod rapidu fid-dinja. |
8. |
JIRRIKONOXXI li r-reżistenza għall-antibijotiċi tista tkun il-konsegwenza finali ta' diversi nuqqasijiet li jseħħu fis-sistema tal-kura tas-saħħa u fit-trobbija tal-annimali, inklużi dawk relatati mal-prevenzjoni, il-ġestjoni u t-trattament ta' infezzjonijiet. |
9. |
JIRRIKONOXXI li l-aċċess għal antibijotiċi effettivi u użati b'mod razzjonali huwa essenzjali biex jiġi żgurat livell għoli ta' saħħa pubblika u kura tas-saħħa effettiva kemm fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll f'dawk li qed jiżviluppaw. Mingħajr aċċess għal antibijotiċi effettivi, mard infettiv komuni jista' jerġa' jsir theddida letali u ħafna proċeduri mediċi u terapewtiċi, bħal trattament għal kanser u trapjanti tal-organi, ikollhom riskji għolja. |
10. |
JIRRIKONOXXI li jeħtieġ firxa wiesgħa ta' miżuri biex jiġi żgurat li l-antibijotiċi disponibbli attwalment jibqgħu effettivi għall-aktar żmien twil possibbli, bħal vaċċini effettivi għall-prevenzjoni ta' infezzjonijiet, metodi dijanjostiċi ġodda u sensibilizzazzjoni akbar fost il-pubbliku, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u dawk veterinarji dwar l-importanza tal-użu razzjonali ta' antibijotiċi għall-prevenzjoni tal-firxa ta' reżistenza antibijotika, kemm fis-settur uman kif ukoll f'dak tal-annimali. |
11. |
JIRRIKONOXXI li l-prevenzjoni b'riżorsi adatti u l-kontroll tar-reżistenza għall-antibijotiċi u ta' infezzjonijiet marbuta mal-kura tas-saħħa, huma strateġija kost-effettiva li tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà finanzjarja ġenerali tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tiżgura titjib kontinwu fil-kwalità u fis-sikurezza tal-pazjent. |
12. |
JIRRIKONOXXI li r-riċerka dwar antibijotiċi effettivi ġodda u l-iżvilupp tagħhom, naqsu b'mod sinifikanti u probabbilment mhumiex ser jipprovdu alternattivi terapewtiċi ġodda suffiċjenti, li jilħqu l-ħtiġijiet mediċi fil-5 sa 10 snin li ġejjin. Għalhekk jeħtieġ b'mod urġenti li jinħolqu inċentivi għar-riċerka u l-iżvilupp ta' antibijotiċi ġodda, speċjalment f'dawk l-oqsma fejn hemm l-aktar ħtieġa. |
13. |
JILQA' l-eżitu tal-Konferenza dwar Inċentivi Innovattivi għal Antibatterji Effettivi tas-17 ta' Settembru 2009, fi Stokkolma, li tat kontribut prezzjuż biex issir aktar azzjoni li tippromwovi riċerka u żvilupp ta' prodotti u metodi mediċinali ta' antibijotiċi effettivi ġodda. |
14. JAPPELLA LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
— |
jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji biex jiżguraw sensibilizzazzjoni fost il-professjonisti pubbliċi u tas-saħħa dwar it-theddida ta' reżistenza għall-antibijotiċi u dwar il-miżuri disponibbli kontra l-problema; |
— |
jiżguraw l-iżvilupp u l-użu ta' strateġiji integrati li jnaqqsu l-iżvilupp u t-tixrid ta' reżistenza għall-antibijotiċi kif ukoll infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u l-konsegwenzi tagħhom, jinkoraġġixxu li l-istituzzjonijiet għall-kura tas-saħħa jkollhom strutturi xierqa kif ukoll jiżguraw koordinazzjoni effettiva ta' programmi li jiffukaw fuq id-dijanjosi, il-kontroll antibijotiku u l-kontroll ta' infezzjoni; |
— |
jirrevedu u jikkunsidraw l-għażliet kollha biex isaħħu inċentivi biex titwettaq ir-riċerka u l-iżvilupp ta' antibijotiċi effettivi ġodda fis-settur akkademiku kif ukoll dak farmaċewtiku, b'kont meħud tas-sitwazzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Dawn l-għażliet u metodi jistgħu jinkludu “push mechanisms” kost-effettivi sabiex jitneħħew l-imblokki fl-istadji bikrija tar-riċerka u l-iżvilupp ta' antibijotiċi ġodda, u “pull mechanisms” li jippromwovu l-introduzzjoni b'suċċess ta' prodotti ġodda. |
15. JAPPELLA LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:
— |
jappoġġaw il-kondiviżjoni ta' infrastrutturi ta' riċerka, reklutaġġ ta' riċerkaturi, stimolu u appoġġ għall-kooperazzjoni globali fir-riċerka, żieda fit-tixrid tar-riżultati u l-għarfien tar-riċerka permezz ta' strutturi ta' skambju ta' informazzjoni u l-kunsiderazzjoni ta' strumenti finanzjarji ġodda u eżistenti; |
— |
jesploraw mezzi ġodda għall-promozzjoni ulterjuri ta' sħubiji pubbliċi-privati bejn l-industrija, l-akkademja, organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ u s-sistema tal-kura tas-saħħa biex tkun iffaċilitata r-riċerka ta' antibijotiċi ġodda, strateġiji għall-użu ta' antibijotiċi disponibbli attwalment u metodi dijanjostiċi; |
— |
fil-qafas legali għall-awtorizzazzjoni fis-suq tal-mediċini, jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' antibijotiċi ġodda li għalihom hemm ħtieġa medika partikolari u meta l-applikant jista' għal raġunijiet oġġettivi jippreżenta biss data klinika limitata, jieħdu vantaġġ sħiħ tal-mezzi addizzjonali għall-evalwazzjoni tas-sigurtà u l-effikaċja bħall-użu ta' għodod ta' evalwazzjoni prekliniċi u analiżi tad-data farmakokinetiċi; |
— |
jidentifikaw strumenti regolatorji adatti biex jiffaċilitaw l-approvazzjoni bikrija għal antibijotiċi ġodda li għalihom teżisti ħtieġa medika partikolari, f'termini tal-provvediment ta' parir xjentifiku kontinwu mill-EMEA u dak assistit mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inklużi strateġiji għal segwitu adegwat wara l-awtorizzazzjoni b'enfasi fuq aspetti ta' sikurezza, inkluż monitoraġġ tar-reżistenza għall-antibijotiċi; |
— |
jeżaminaw kif jistgħu jżommu antibijotiċi effettivi fis-suq; |
— |
filwaqt li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' antibijotiċi effettivi ġodda, jiżguraw il-prevenzjoni ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u infezzjonijiet oħra kif ukoll l-użu razzjonali ta' mediċini eżistenti kif ukoll ta' dawk ġodda; |
— |
jiżguraw li l-azzjonijiet kollha huma koordinati b'mod xieraq bejn partijiet interessati differenti mis-setturi involuti, bħal dak tas-saħħa, finanzjarju, ekonomiku, legali u tar-riċerka. |
16. JAPPELLA LILL-KUMMISSJONI BIEX
— |
fi żmien 24 xahar, tiżviluppa pjan ta' azzjoni komprensiv, bi proposti konkreti li jikkonċernaw l-inċentivi għall-iżvilupp ta' antibijotiċi effettivi ġodda, inkluż mezzi biex jkun żgurat l-użu razzjonali tagħhom; u tiżgura li dawn il-proposti jieħdu kont tal-impatt ekonomiku fuq is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tal-kura tas-saħħa; |
— |
tikkunsidra li tuża l-esperjenza rigward proċeduri rilevanti minn leġislazzjoni speċifika preċedenti tal-UE dwar mediċini orfni, mediċini għal użu pedjatriku biex tistimula l-iżvilupp ta' antibijotiċi ġodda li għalihom hemm ħtieġa medika partikolari; |
— |
tissorvelja u tirrapporta b'mod regolari lill-Kunsill dwar il-ħtieġa tas-saħħa pubblika għal antibijotiċi ġodda, u tibbaża l-emerġenza ta' reżistenza għall-antibijotiċi, il-karatterizzazzjoni ta' patoġeni reżistenti ġodda u prodotti mediċinali antibijotiċi ġodda u metodi oħra għat-trattament u l-prevenzjoni ta' mard infettiv li qed jiżviluppa kif ukoll biex tipproponi aktar azzjoni fejn adatt. |
(2) 9637/08.
(4) http://whqlibdoc.who.int/hq/2004/WHO_EDM_PAR_2004.7.pdf
(5) http://www.nelm.nhs.uk/en/NeLM-Area/News/2009-September/17/ECDCEMEA-joint-technical-report-The-bacterial-challengetime-to-react/
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/12 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar il-Kura tas-saħħa sikura u effiċjenti permezz tas-Saħħa elettronika
2009/C 302/06
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
1. |
WAQT LI JFAKKAR li l-Artikolu 152 tat-Trattat jiddikjara li għandu jiġi assigurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha Komunitarji, u li l-Komunità għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-oqsma msemmijin f'dan l-Artikolu u, jekk ikun meħtieġ, jagħtu appoġġ lill-azzjoni tagħhom. Kwalunkwe azzjoni fil-livell Komunitarju għandha tirrispetta b'mod sħiħ ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jorganizzaw u jwasslu l-kura tas-saħħa; |
2. |
WAQT LI JFAKKAR li wieħed mill-objettivi tal-istrateġija tas-saħħa Komunitarja (2008-2013) (1) huwa li jiġu appoġġati sistemi ta' saħħa dinamiċi u teknoloġiji ġodda, filwaqt li jirrikonoxxi li teknoloġiji ġodda jistgħu jtejbu l-prevenzjoni, id-dijanjosi u t-trattament ta' mard, jiffaċilitaw Is-sigurtà tal-pazjent u jtejbu l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-saħħa, l-użu ta' riżorsi u s-sostenibbiltà; |
3. |
WAQT LI JFAKKAR li r-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ħarġu Dikjarazzjoni (20 ta' Frar 2009) fil-Konferenza Ministerjali dwar is-Saħħa elettronika tal-2009 fi Praga (2), li tirrikonoxxi l-benefiċji tas-Saħħa elettronika għal settur tas-saħħa aktar sikur u aktar effiċjenti, waqt li tappella għal azzjoni dwar il-bini ta' qasam tas-Saħħa elettronika għaċ-ċittadini Ewropej, u li tibda proċess ta' azzjoni u governanza kkoordinati fil-qasam tas-Saħħa elettronika; |
4. |
WAQT LI JFAKKAR fl-inizjattivi tal-Unjoni Ewropea rilevanti għas-Saħħa elettronika, inkluż:
|
5. |
JILQA' l-kollaborazzjoni reċenti bejn numru ta' Stati Membri:
|
6. |
JILQA' r-Rapport tal-Presidenza Svediża dwar is-Saħħa elettronika għal Ewropa Aktar b'Saħħitha (11), ippreżentat fil-laqgħa informali tal-Ministri tas-Saħħa f'Jönköping fis-6 u s-7 ta' Lulju 2009, li jagħti eżempju dwar kif jistgħu jitwettqu għanijiet politiċi għall-kura tas-saħħa permezz ta' investimenti fis-Saħħa elettronika; |
7. |
JIRRIKONOXXI l-importanza tas-Saħħa elettronika bħala għodda biex tittejjeb il-kwalità u s-sikurezza tal-pazjent, jiġu modernizzati sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa, tiżdied l-effettività tagħhom, u tagħmilhom aktar aċċessibbli għal kulħadd u adatti aħjar biex jissodisfaw il-ħtiġijiet individwali tal-pazjenti, il-professjonisti tas-saħħa u l-isfidi ta' soċjetà li qed tixjieħ; |
8. |
JIRRIKONOXXI l-ħtieġa għal aktar tmexxija politika u biex is-Saħħa elettronika tiġi integrata fil-politika tas-saħħa sabiex jiġu żviluppati servizzi tas-Saħħa elettronika fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika; |
9. |
JAPPELLA lill-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw inizjattivi mmirati li jippermettu d-disponibbiltà u l-użu tas-servizzi tas-Saħħa elettronika, b'mod partikolari biex:
|
10. |
JAPPELLA lill-Kummissjoni biex:
|
11. |
JAPPELLA lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex:
|
(1) WHITE PAPER - Flimkien għas-Saħħa: approċċ strateġiku għall-UE 2008-2013 (COM(2007) 630),
(2) http://www.ehealth2009.cz/Pages/108-Prague-Declaration.html
(3) COM(2004) 356
(4) 9628/04
(5) COM(2007) 860
(6) COM(2008) 3282
(7) COM(2008) 689
(8) “Smart Open Services for European Patients” - kofinanzjat mill-KE taħt il-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) ICT PSP: http://www.epsos.eu
(9) Talba għall-Interoperabbiltà, iffinanzjat mill-KE taħt is-CIP ICT PSP: http://www.calliope-network.eu
(10) Mandat dwar l-Istandards tal-Interoperabbiltà tas-Saħħa elettronika (M/403): http://www.ehealth-interop.nen.nl
(11) Saħħa elettronika għal Ewropa Aktar b'Saħħitha - opportunitajiet għall-użu aħjar tar-riżorsi tal-kura tas-saħħa http://www.se2009.eu
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/15 |
Abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar l-Alkoħol u s-Saħħa
2009/C 302/07
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA:
1. IFAKKAR
— |
fl-Artikolu 152 tat-Trattat, li jiddikjara li għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem mill-istituzzjonijiet Komunitarji kollha fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-linji politiċi u l-attivitajiet Komunitarji kollha, u li l-azzjoni Komunitarja għandha tikkumplimenta linji politiċi nazzjonali, |
— |
fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-Komunità Ewropea fil-qasam tas-Saħħa (1), |
— |
fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ix-xorb tal-alkoħol miż-żgħażagħ (2), li stiednet lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, sabiex tagħmel użu sħiħ mil-linji politiċi Komunitarji kollha biex tindirizza l-materji koperti fir-Rakkomandazzjoni, fost l-oħrajn, l-iżvilupp fil-livell nazzjonali u Ewropew ta' linji politiċi komprensivi għall-promozzjoni tas-saħħa li jindirizzaw l-alkoħol, |
— |
fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar Strateġija Komunitarja biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol (3), imtennija fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill fl-2004 (4), |
— |
fl-appoġġ tal-Kunsill (5) għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija tal-UE li tappoġġa lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta' ħsara relatata mal-alkoħol (6), inklużi s-suġġetti prijoritarji u l-azzjonijiet tagħha u stedina lill-Kummissjoni biex tirrapporta regolarment, b'bidu fl-2008, dwar il-progress kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali, |
— |
li l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ddikjarat b'mod ripetut li s-saħħa pubblika hija fuq quddiem nett fost l-interessi protetti mill-Artikolu 30 tat-Trattat, u li huwa f'idejn l-Istati Membri li, fil-limiti imposti mit-Trattat, jiddeċiedu dwar il-livell ta' protezzjoni tas-saħħa li jfittxu jassiguraw permezz tal-linji politiċi u l-leġislazzjoni nazzjonali (7), |
— |
fil-Karta Ewropea tad-WHO dwar l-Alkoħol adottata mill-Istati Membri kollha tal-UE fl-1995, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ etika li t-tfal, l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ kollha għandhom id-dritt li jikbru f’ambjent protett mill-konsegwenzi negattivi tal-konsum tal-alkoħol u, safejn possibbli, mill-promozzjoni ta’ xorb alkoħoliku, |
— |
fil-ħidma mwettqa taħt l-awspiċju tar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa dwar “Strateġiji biex jitnaqqas l-użu dannuż tal-alkoħol” (WHA61.4) li talbet lid-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex iħejji abbozz ta' strateġija globali biex jitnaqqas l-użu dannuż tal-alkoħol, li għandu jiġi inkluż fid-dokumentazzjoni għall-126 Laqgħa tal-Bord Eżekuttiv li ser jinżamm f'Jannar 2010. |
2. ITENNI
— |
li l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà prinċipali għall-politika nazzjonali dwar l-alkoħol u li permezz tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Alkoħol il-Kummissjoni tista' tappoġġa aktar u tikkomplementa l-linji politiċi nazzjonali dwar is-saħħa pubblika, |
— |
li l-konsum dannuż u perikoluż tal-alkoħol huwa t-tielet fattur ta' riskju l-aktar sinifikanti għall-problemi ta' saħħa u mewt prematur fl-UE, wara t-tabakk u l-pressjoni għolja (8), |
— |
li bosta linji politiċi Komunitarji għandhom impatt potenzjali pożittiv jew negattiv fuq is-saħħa u l-benessri u li huwa importanti li jiġi kkunsidrat l-impatt fuq is-saħħa tad-deċiżjonijiet fis-setturi kollha ta' politika. |
3. JINNOTA
— |
li l-livell ta' ħsara relatat mal-alkoħol, speċjalment fost il-persuni vulnerabbli, fit-toroq u fil-postijiet tax-xogħol, għadu għoli fl-Istati Membri, u li huwa stmat li 15 % tal-popolazzjoni adulta tal-UE tixrob f'livelli ta' ħsara fuq bażi regolari u li bejn ħames u disa’ miljun tifel/tifla f'familji fl-UE huma milquta b'mod negattiv mill-alkoħol u li l-użu perikoluż u ta' ħsara tal-alkoħol huwa fattur kawżali f'madwar 16 % tal-każijiet ta' abbuż u negliġenza tat-tfal, u li stima ta' madwar 60 000 twelid taħt il-piż kull sena jistgħu jiġu attribwiti għall-użu dannuż u perikoluż tal-alkoħol (9) (10), |
— |
li l-effett mill-użu dannuż tal-alkoħol huwa akbar fil-gruppi ta' età iżgħar għaż-żewġ sessi. Aktar minn 10 % tal-mortalità fin-nisa u madwar 25 % tal-mortalià fl-irġiel fil-grupp ta' età bejn 15 u 29 hija relatata mal-konsum perikoluż tal-alkoħol (11) u barra minn hekk, l-użu dannuż tal-alkoħol fost it-tfal u l-adolexxenti wkoll għandu effett negattiv fuq il-prestazzjoni akkademika, |
— |
li l-kwistjonijiet relatati mal-alkoħol huma wkoll ta' rilevanza Komunitarja minħabba l-element transkonfini u l-effett negattiv kemm fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali kif ukoll is-saħħa pubblika, |
— |
li l-promozzjoni kummerċjali tal-alkoħol, flimkien mal-influwenza ta' fatturi rilevanti oħra, bħar-rwol tal-familja u tal-ambjent soċjali, huwa fattur li jżid il-probabbiltà li t-tfal u l-addoloxxenti jibdew jużaw l-akoħol, u jixorbu aktar jekk diġà qed jagħmlu użu mill-alkoħol (12), |
— |
li bejn l-1996 u l-2004 (13) l-alkoħol sar aktar għall-but ta' kulħadd fl-UE kollha u linji politiċi nazzjonali dwar il-prezz tal-alkoħol imfassla adegwatament, partikolarment meta assoċjati ma' miżuri oħrajn ta' prevenzjoni, jista' jkollhom impatt fuq il-livelli ta' konsum perikoluż u ta' ħsara ta' alkoħol u ħsara relatata, partikolarment fost iż-żgħażagħ (14), |
— |
li, għal ammont determinat ta' konsum ta' alkoħol, il-popolazzjonijiet aktar foqra jistgħu jgħaddu minn livelli sproporzjonatament ogħla ta' ħsara relatata mal-alkoħol, li jikkontribwixxu għal inugwaljanza fis-saħħa bejn gruppi ta' popolazzjonijiet u għal distakki fis-saħħa bejn l-Istati Membri; (15), |
— |
li l-adulti akbar fl-età (ta' 60 sena jew aktar) huma aktar sensittivi għall-effetti tal-użu dannuż tal-alkoħol mill-adulti l-oħra, u li l-imwiet relatati mal-alkoħol fost l-adulti akbar fl-età żdiedu b'mod sinifikattiv tul l-aħħar għaxar snin, u li f'xi każijiet ir-rata tal-imwiet żdiedet b'aktar mid-doppju (16), |
— |
ir-relazzjoni bejn l-użu dannuż tal-alkoħol u l-mard li jittieħed bħall-HIV/AIDS, it-tuberculożi (TB), u mas-saħħa materna (17), |
— |
li l-Konsultazzjoni Reġjonali tad-WHO fl-Ewropa (18) enfasizzat li “r-riżorsi għall-implimentazzjoni tal-linji politiċi u t-trattament adegwat għal dawk fil-bżonn” [traduzzjoni mhux uffiċjali] kienu meqjusa bħala ferm importanti.. |
4. JIKKUNSIDRA
— |
li l-Istrateġija tal-UE dwar l-Alkoħol tirrikonoxxi li hemm drawwiet kulturali differenti relatati mal-konsum tal-alkoħol fl-Istati Membri varji u li għalhekk il-miżuri adottati għandhom jieħdu kont tal-eżitu tal-valutazzjonijiet tal-impatt nazzjonali (19), |
— |
li hemm ħtieġa li jiġu pprovduti konsulenza u appoġġ lit-tfal, l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ u/jew lill-familji milquta mill-ħsara relatata mal-alkoħol, |
— |
li hemm ħtieġa li tiġi inkluża l-faxxa ta' età ta' 60 sena u aktar fis-sistemi ta' informazzjoni eżistenti fl-Istati Membri tal-UE u fil-livell tal-UE, |
— |
li hemm ħtieġa li jiġu esplorati x-xejriet ta' komportament tan-nisa u l-irġiel ta' gruppi ta' età differenti bil-ħsieb ta' tfassil aħjar tal-miżuri għall-prevenzjoni tal-konsum ta' alkoħol, sabiex jiġu indirizzati it-tipi differenti ta' riskji b'mod adegwat, |
— |
li l-inugwaljanzi fis-saħħa bbażati fuq determinanti soċjali huma marbuta sew, fost fatturi oħrajn, mal-konsum tal-alkoħol kemm bħala kawża kif ukoll bħala konsegwenza. L-użu dannuż tal-alkoħol innifsu huwa riskju magħruf sewwa jew fattur kawżali ta' ċerta mard li jittieħed u li ma jittiħidx u għandu impatt fuq is-saħħa tal-forza tax-xogħol. |
5. JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX
— |
jimplimentaw il-prassi t-tajba ppreżentata fl-Istrateġija tal-UE dwar l-Alkoħol, u biex jagħmlu użu mill-evidenza eżistenti dwar miżuri effettivi biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol, waqt li jittieħed kont tal-ħames temi prijoritarji identifikati: jipproteġu liż-żgħażagħ, lit-tfal u lit-trabi fil-ġuf; inaqqsu l-korrimenti u l-imwiet mill-inċidenti tat-traffiku relatati mal-alkoħol; jipprevjenu l-ħsara relatata mal-alkoħol fost l-adulti u jnaqqsu l-impatt negattiv fuq il-post tax-xogħol; jinformaw, jedukaw u jqajmu kuxjenza dwar l-impatt tal-konsum perikoluż u ta’ ħsara tal-alkoħol; u jiżviluppaw u jżommu bażi ta' evidenza komuni fil-livell tal-UE, |
— |
irawmu approċċ multi-settorjali u, f'konformità mal-ħidma fil-livell tal-UE, isaħħu jew jiżviluppaw, kif adatt, strateġiji jew pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali komprensivi i mfassla skont il-bżonnijiet nazzjonali u jirrappurtaw lill-Kummissjoni rigward żviluppi u riżultati sal-2011, |
— |
jagħmlu użu mill-aktar miżuri effettivi biex jipprovdu regolamentazzjoni u nfurzar fil-qasam tal-politika dwar l-alkoħol fuq livell nazzjonali, |
— |
jikkunsidraw ir-rwol tal-politika tal-ipprezzar, bħal pereżempju r-regolamenti dwar il-happy hours, it-taxxi speċjali fuq ix-xorb imħallat u l-offerti ta' xorb bla ħlas, bħala għodda effettiva, partikolarment meta assoċjati ma' miżuri oħrajn ta' prevenzjoni, fil-firxa ta' għodod biex jitnaqqas id-dannu relatat mal-alkoħol u jiġi evalwat l-impatt tagħha, |
— |
jindirizzaw il-benessri tal-popolazzjoni li qed tixjieħ fl-UE, inklużi l-effetti tal-konsum dannuż tal-alkoħol fuq tixjieħ fis-saħħa u b'dinjità f'livell tal-UE u jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni fost il-professjonisti tal-kura, il-persuni li b'mod informali jieħdu ħsieb lil ħaddieħor u ċ-ċittadini akbar fl-età dwar l-interazzjonijiet potenzjali bejn il-mediċini u l-alkoħol. |
6. JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX
— |
iżommu l-politika dwar l-alkoħol bbażata fuq is-saħħa pubblika fi prominenza fuq l-aġenda lejn l-2012 sabiex jinbnew impenji sostenibbli u għall-perijodu fit-tul biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol fil-livell tal-UE, u jħarsu lejn prijoritajiet għall-fażi li jmiss tal-ħidma tal-Kummissjoni biex tappoġġa lill-Istati Membri fit-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol fl-UE, |
— |
isaħħu l-identifikazzjoni, it-tixrid u l-monitoraġġ ta' miżuri effettivi mmirati biex jiġi minimizzati l-impatti soċjali u fuq is-saħħa tal-użu dannuż tal-alkoħol, |
— |
isaħħu l-iżvilupp u t-tixrid ta' eżempji bbażati fuq il-provi ta' programmi preventivi biex titnaqqas il-dannu relatat mal-alkoħol matul it-tqala u matul is-sewqan, |
— |
jirrikonoxxu t-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa bħala prijorità politika u l-ħtieġa li jnaqqsu l-inugwaljanzi permezz ta' interventi ta' prevenzjoni soċjali kif ukoll interventi ta' prevenzjoni mmirati kontra l-alkoħol, b'kont meħud tad-determinanti soċjali, |
— |
jimpenjaw lill-atturi fil-katina tax-xorb alkoħoliku biex jaħdmu b'mod proattiv fl-infurzar tal-miżuri regolatorji sabiex il-prodotti tagħhom jiġu prodotti, distribwiti u kummerċjalizzati b'mod responsabbli, sabiex jgħinu biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol. Barra minn hekk, jikkunsidraw kif jtejbu l-implimentazzjoni tar-regolamenti nazzjonali u tal-UE dwar il-promozzjoni kummerċjali tal-alkoħol sabiex it-tfal u l-adoloxxenti jkunu protetti b'mod effettiv kemm jista' jkun mill-espożizzjoni għall-promozzjoni kummerċjali tal-alkoħol, |
— |
jiżguraw li, fejn huma diġa stabbiliti, jiġu żviluppati, implimentati u monitorjati standards u kodiċi awtoregolatorji b'kollaborazzjoni ma' entitajiet tal-promozzjoni tas-saħħa, |
— |
jinkludu fis-sistemi ta' informazzjoni eżistenti dejta xjentifika dwar il-konsum tal-alkoħol u l-ħsara kkawżata mill-użu dannuż tal-alkoħol fil-faxxa ta' età ta' 60 sena u aktar, |
— |
iżidu r-riċerka dwar rabtiet bejn l-użu dannuż tal-alkoħol u l-mard li jittieħed bħall-HIV/AIDS, it-TB, |
— |
jiżviluppaw u jimplimentaw proċeduri ta' identifikazzjoni bikrija u intervent fil-qosor fil-kura tas-saħħa primarja u tal-anzjani u fl-ambjent tas-saħħa skolastika, |
— |
iħeġġu inizjattivi biex titqajjem kuxjenza dwar l-impatt tal-użu dannuż tal-alkoħol fuq is-saħħa u l-ħarsien soċjali, bħala parti mill-approċċ sħiħ maħsub fil-kunċett tal-iskola li tippromwovi s-saħħa, |
— |
jikkunsidraw kif jistgħu jinformaw u jedukaw lill-konsumaturi bl-aħjar mod, inkluż riċerka dwar kif it-tikketti fuq ix-xorb alkoħoliku jistgħu jkollhom rwol biex jgħinu lill-konsumaturi jivvalutaw il-konsum tagħhom, jew jinformawhom dwar ir-riskji għas-saħħa, |
— |
jieħdu kont ta' dawn il-konklużjonijiet meta jiżviluppaw u jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku. |
7. JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX
— |
tkompli tipprovdi appoġġ qawwi għall-Istati Membri fl-iżvilupp ta' linji politiċi nazzjonali komprensivi, effettivi u sostnuti dwar l-alkoħol, |
— |
tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-objettiv tat-tnaqqis tal-ħsara soċjali u fuq is-saħħa relatata mal-alkoħol tkun rikonoxxuta fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-linji politiċi u l-attivitajiet Komunitarji kollha rilevanti, |
— |
meta adatt, tikkunsidra passi oħra għall-protezzjoni tat-tfal, l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ mill-ħsara relatata mal-alkoħol, b'mod partikolari biex jonqsu l-konsum taħt l-età, ix-xorb bla rażan, l-espożizzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-alkoħol u l-ħsara mġarrba mit-tfal li jikbru f'familji bi problemi relatati mal-alkoħol, |
— |
tiżviluppa għarfien, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, ta' problemi transkonfini attwali fl-UE kkawżati mill-kummerċ illeċitu, il-kummerċjalizzazzjoni transkonfini u d-differenzi fil-prezzijiet bl-imnut tax-xorb alkoħoliku, |
— |
tiżviluppa għarfien fir-rigward tal-impatt tal-alkoħol fuq il-post tax-xogħol u kif għandu jiġi indirizzat l-użu dannuż tal-alkoħol fil-qafas aktar ġenerali tat-tidrib u l-prevenzjoni tal-mard u l-promozzjoni tas-saħħa, |
— |
tirrapporta lill-Kunsill, sa mhux aktar tard mill-2012, dwar il-progress u l-eżitu tal-ħidma tal-Kummissjoni u dwar l-attivitajiet irrappurtati mill-Istati Membri, |
— |
tiddefinixxi prijoritajiet għall-istadju li jmiss tal-ħidma tal-Kummissjoni fuq l-alkoħol u s-saħħa wara t-tmiem tal-istrateġija attwali fl-2012. |
(1) 8756/00.
(2) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2001/458/KE tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar ix-xorb tal-alkoħol miż-żgħażagħ, b’mod partikolari mit-tfal u l-adoloxxenti, (ĠU L 161, 16.6.2001, p. 38).
(3) Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar Strateġija Komunitarja biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol (ĠU C 175, 20.6.2001, p. 1).
(4) Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 u t-2 ta’ Ġunju 2004 dwar l-alkoħol u ż-żgħażagħ (9881/04).
(5) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija tal-UE biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol, 30 ta' Novembru - 1 ta' Diċembru 2006 (16165/06).
(6) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2006 (14851/06).
(7) Il-każ Franzen (C-89/95), il-każ Heinonen (C-394/97), il-każ Gourmet (C-405/98), Catalunja (C-1/90 u C-179/90), Loi Evin (C-262/02 u C-429/02).
(8) Uffiċċju Reġjonali tal-WHO għall-Ewropa, l-Alkoħol fl-Ewropa (2006).
(9) L-Alkoħol fl-Ewropa: Alcohol in Europe: A public health perspective, Institute of Alcohol Studies, UK 2006, abbażi ta' WHO Global Burden of Disease Study, Rehm et al 2004 u 2005.
(10) Strateġija tal-UE dwar l-Alkoħol, Kummissjoni Ewropea (2006).
(11) Strateġija tal-UE dwar l-Alkoħol, Kummissjoni Ewropea (2006), u l-Valutazzjoni dwar l-Impatt tagħha.
(12) Opinjoni Xjentifika tal-Grupp Xjentifiku tal-Alkoħol Ewropew u l-Forum dwar is-Saħħa (2009) u Impact of Alcohol Advertising and Media Exposure on Adolescent Alcohol Use:
A Systematic Review of Longitudinal Studies (2009).
(13) Sors: Eurostat, kalkoli speċjali Rabinovich L et.al.
(14) Rabinovich L et al. (2009) The affordability of alcoholic beverages in the EU: understanding the link between alcohol affordability, consumption and harms.
(15) Kummissjoni tad-WHO dwar id-determinanti soċjali u l-Alkoħol: Equity and Social Determinants, Dokument ta' sfond tad-WHO għal-Laqgħa tal-Esperti Globali dwar l-Alkoħol, is-Saħħa u l-Iżvilupp Soċjali, 23 ta' Settembru 2009 http://www.who.int/social_determinants/final_report/en/index.html
(16) Mats H et al., Alcohol consumption among elderly European Union citizens (2009).
(17) J Rehm et al., Alcohol, Social Development and Infectious Disease (2009).
(18) Konsultazzjoni Reġjonali tad-WHO f'Kopenħagen 20 – 23 ta' April 2009 http://www.who.int/substance_abuse/activities/globalstrategy/en/index.html
(19) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2006 (14851/06, paġna 4).
Il-Kummissjoni
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/19 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-11 ta’ Diċembru 2009
2009/C 302/08
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4757 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,13 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4420 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,90515 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,4490 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,5125 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,4435 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,727 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
273,12 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7068 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1457 |
RON |
Leu Rumen |
4,2568 |
TRY |
Lira Turka |
2,2058 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6076 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5481 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,4373 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,0274 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0495 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 718,14 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,0255 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,0755 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,2810 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 936,05 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0166 |
PHP |
Peso Filippin |
68,082 |
RUB |
Rouble Russu |
44,3730 |
THB |
Baht Tajlandiż |
48,868 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,5846 |
MXN |
Peso Messikan |
19,0144 |
INR |
Rupi Indjan |
68,7100 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/20 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 302/09
Stat Membru |
Franza |
|||||||
Rotot konċernati |
Pointe-à-Pitre–La Désirade Pointe-à-Pitre–Les Saintes Pointe-à-Pitre–Marie-Galante Pointe-à-Pitre–Saint-Barthélemy Pointe-à-Pitre–Saint-Martin (Grand Case) |
|||||||
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku |
Tħassir |
|||||||
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u t-tagħrif rilevanti kollu u/jew dokumentazzjoni relatata mal-obbligi tas-servizz pubbliku modifikat. |
Digriet tal-10 ta' Novembru 2009 dwar it-tħassir tal-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-ajru bi skeda bejn Pointe-à-Pitre, minn naħa, u La Désirade, Les Saintes, Marie-Galante, Saint-Martin (Grand Case) u Saint-Barthélemy, minn naħa l-oħra NOR: DEVA0926582A http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do Għal aktar informazzjoni:
|
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/21 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 302/10
Stat Membru |
Franza |
|||||||
Rotot konċernati |
Clermont–Ferrand–Lille Clermont–Ferrand–Marseille Clermont–Ferrand–Strasbourg Clermont–Ferrand–Toulouse |
|||||||
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku |
L-1 ta’ Jannar 2010 |
|||||||
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni relatata mal-obbligu ta’ servizz pubbliku |
Arrêté du 26 novembre 2009 relatif à l’imposition d’obligations de service public sur les services aériens réguliers entre Clermont-Ferrand et Lille (Digriet tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku fuq is-servizzi tal-ajru bi skeda bejn Clermont-Ferrand u Lille) NOR: DEVA0925650A Arrêté du 26 novembre 2009 relatif à l’imposition d’obligations de service public sur les services aériens réguliers entre Clermont-Ferrand et Marseille (Digriet tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku fuq is-servizzi tal-ajru bis keda bejn Clermont-Ferrand u Marsilja) NOR: DEVA0925656A Arrêté du 26 novembre 2009 relatif à l’imposition d’obligations de service public sur les services aériens réguliers entre Clermont-Ferrand et Strasbourg (Digriet tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku fuq is-servizzi tal-ajru bi skeda bejn Clermont-Ferrand u Strażburgu) NOR: DEVA0925660A Arrêté du 26 novembre 2009 relatif à l’imposition d’obligations de service public sur les services aériens réguliers entre Clermont-Ferrand et Toulouse (Digriet tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku fuq is-servizzi tal-ajru bi skeda bejn Clermont-Ferrand u Toulouse) NOR: DEVA0925664A http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do Kuntatti:
|
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/22 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5731 – AXA LBO FUND IV/Home Shopping Europe)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 302/11
1. |
Fit-3 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AXA LBO FUND IV (Franza), entità taħt il-kontroll aħħari tal-Group AXA (“AXA”, Franza), akkwistat, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament, il-kontroll uniku tal-impriża Home Shopping Europe GmbH (“HSE”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5731 – AXA LBO FUND IV/Home Shopping Europe, fl-indirizz li ġej:
|
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/s3 |
AVVIŻ
Fis-12 ta’ Diċembru 2009, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 302 A, se jiġi ppubblikat il-“Katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli – it-28 edizzjoni kompluta”.
L-abbonati tal-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jiksbu l-istess numru ta’ kopji u verżjonijiet lingwistiċi ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali bħal dawk li jiksbu mingħajr ħlas. L-abbonati huma mitluba jirritornaw il-formola mehmuża hawnhekk, mimlija u bin-numru sħiħ ta’ l-abbonament tagħhom (il-kodiċi jidher fuq ix-xellug ta’ kull tikketta u jibda: O/…). Dan il-Ġurnal Uffiċjali se jibqa’ disponibbli mingħajr ħlas għal sena mid-data ta’ meta jiġi ppubblikat.
Non-abbonati jistgħu jordnaw dan il-Ġurnal Uffiċjali bi ħlas f’wieħed mill-uffiċini ta’ bejgħ tagħna (ara http://publications.europa.eu/others/agents/index_mt.htm).
Dan il-Ġurnal Uffiċjali — bħall-Ġurnali Uffiċjali kollha (L, C, CA, CE) — jista’ jiġi kkonsultat mingħajr ħlas online fuq http://eur-lex.europa.eu