ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 418

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
16 ta' Diċembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 418/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Valuri korrispondenti tal-limiti tad-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2015/C 418/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għad-Danimarka

4

2015/C 418/03

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija tal-UE dwar it-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol

6

2015/C 418/04

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-appoġġ għall-persuni li jgħixu bid-demenzja: it-titjib tal-politiki u l-prassi tal-kura

9

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 418/05

Rata tal-kambju tal-euro

13

2015/C 418/06

Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2016 (Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 ( ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1 ))

14

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2015/C 418/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

15

2015/C 418/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat tas-servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru bi skeda

16


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 418/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7793 — Lone Star Fund IX/MRH) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Valuri korrispondenti tal-limiti tad-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2015/C 418/01)

Il-valuri korrispondenti fil-valuti nazzjonali għajr għall-euro tal-limiti tad-Direttivi 2004/17/KE (1), 2004/18/KE (2) u 2009/81/KE (3) huma dawn li ġejjin:

EUR 80 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

156 464

CZK

Koruna Ċeka

2 184 400

DKK

Krone Daniż

596 520

GBP

Lira Sterlina

62 842

HRK

Kuna Kroata

610 024

HUF

Forint Ungeriż

24 549 600

PLN

Zloty Pollakk Ġdid

333 992

RON

Leu Rumen Ġdid

355 632

SEK

Krona Żvediża

731 224


EUR 135 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

264 033

CZK

Koruna Ċeka

3 686 175

DKK

Krone Daniż

1 006 628

GBP

Lira Sterlina

106 047

HRK

Kuna Kroata

1 029 416

HUF

Forint Ungeriż

41 427 450

PLN

Zloty Pollakk Ġdid

563 612

RON

Leu Rumen Ġdid

600 129

SEK

Krona Żvediża

1 233 941


EUR 209 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

408 762

CZK

Koruna Ċeka

5 706 745

DKK

Krone Daniż

1 558 409

GBP

Lira Sterlina

164 176

HRK

Kuna Kroata

1 593 688

HUF

Forint Ungeriż

64 135 830

PLN

Zloty Pollakk Ġdid

872 554

RON

Leu Rumen Ġdid

929 089

SEK

Krona Żvediża

1 910 323


EUR 418 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

817 524

CZK

Koruna Ċeka

11 413 790

DKK

Krone Daniż

3 116 817

GBP

Lira Sterlina

328 352

HRK

Kuna Kroata

3 187 375

HUF

Forint Ungeriż

128 271 660

PLN

Zloty Pollakk Ġdid

1 745 108

RON

Leu Rumen Ġdid

1 858 177

SEK

Krona Żvediża

3 820 645


EUR 750 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

1 466 850

CZK

Koruna Ċeka

20 478 750

DKK

Krone Daniż

5 592 375

GBP

Lira Sterlina

589 148

HRK

Kuna Kroata

5 718 975

HUF

Forint Ungeriż

230 152 500

PLN

Zloty Pollakk Ġdid

3 131 175

RON

Leu Rumen Ġdid

3 334 050

SEK

Krona Żvediża

6 855 225


EUR 1 000 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

1 955 800

CZK

Koruna Ċeka

27 305 000

DKK

Krone Daniż

7 456 500

GBP

Lira Sterlina

785 530

HRK

Kuna Kroata

7 625 300

HUF

Forint Ungeriż

306 870 000

PLN

Zloty Pollakk Ġdid

4 174 900

RON

Leu Rumen Ġdid

4 445 400

SEK

Krona Żvediża

9 140 300


EUR 5 225 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

10 219 055

CZK

Koruna Ċeka

142 668 625

DKK

Krone Daniż

38 960 213

GBP

Lira Sterlina

4 104 394

HRK

Kuna Kroata

39 842 193

HUF

Forint Ungeriż

1 603 395 750

PLN

Zloty Pollakk Ġdid

21 813 853

RON

Leu Rumen Ġdid

23 227 215

SEK

Krona Żvediża

47 758 068


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(3)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Diċembru 2015

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għad-Danimarka

(2015/C 418/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-13 ta’ Ottubru 2015 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-perjodu mill-20 ta’ Ottubru 2015 sad-19 ta’ Ottubru 2020.

(2)

Il-Gvern tad-Danimarka ppreżenta nomini oħra għal diversi karigi li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali mill-20 ta’ Ottubru 2015 sad-19 ta’ Ottubru 2020:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Supplenti

Danimarka

Is-Sinjura Karin MØHL LARSEN

Is-Sinjura Marie-Louise OUTZEN


II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membri

Supplenti

Danimarka

Is-Sur Christian SØLYST

Is-Sinjura Tine SKOV JENSEN


III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Supplenti

Danimarka

Is-Sinjura Christiane MIßLBECK-WINBERG

Is-Sur Henning GADE

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar lill-membri u lill-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. ETGEN


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali (ĠU C 341, 16.10.2015, p. 4).


16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/6


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija tal-UE dwar it-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol

(2015/C 418/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

1.

IFAKKAR li taħt l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni, u li l-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard, u lejn l-evitar tal-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana. Din l-azzjoni għandha tkopri wkoll il-ġlieda kontra il-flaġelli kbar tas-saħħa, billi b’mod partikolari tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa;

L-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa pubblika u, jekk meħtieġ, tagħti sostenn lill-azzjoni tagħhom. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkultivaw kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti. L-azzjoni tal-Unjoni għandha tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom, kif ukoll l-organizzazzjoni u l-għoti ta’ servizzi tas-saħħa u tal-kura medika, kif ukoll l-allokazzjoni tar-riżorsi assenjati lilhom;

2.

IFAKKAR li l-użu ta’ ħsara tal-alkoħol ingħaraf bħala fattur ta’ riskju importanti stabbilit fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-istrateġija tal-Komunità Ewropea fil-qasam tas-saħħa (1) u li l-azzjonijiet biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol ġew iffinanzjati mit-tieni u t-tielet Programm tal-Unjoni fil-Qasam tas-Saħħa (2);

3.

IFAKKAR fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2001 dwar ix-xorb tal-alkoħol miż-żgħażagħ (3), li stiednet lill-Kummissjoni biex, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tagħmel użu sħiħ mill-politiki Komunitarji kollha biex tindirizza l-materji koperti fir-rakkomandazzjoni, fost l-oħrajn, l-iżvilupp fil-livell nazzjonali u dak Ewropew ta’ politiki komprensivi għall-promozzjoni tas-saħħa li jindirizzaw l-alkoħol;

4.

IFFAKAR fl-Istrateġija tal-UE li tappoġġa lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ ħsara relatata mal-alkoħol (2006–2012) (4) kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2001 (5), 2004 (6) u 2006 (7), li jistiednu lill-Kummissjoni tressaq strateġija komprensiva mmirata lejn it-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol, l-istabbiliment tal-Kumitat dwar il-Politika u l-Azzjoni Nazzjonali dwar l-Alkoħol (CNAPA) għall-appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ tali strateġija, kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2009 (8) li jistiednu lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi l-prijoritajiet għall-fażi li jmiss tal-ħidma tal-Kummissjoni dwar l-alkoħol u s-saħħa wara t-tmiem tal-ewwel Strateġija tal-UE dwar l-Alkoħol fl-2012;

5.

JILQA’ r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Strateġija dwar l-Alkoħol tad-29 ta’ April 2015 li titlob Strateġija ġdida tal-UE dwar l-Alkoħol (2016-2022) (9), u li ttenni l-importanza ta’ impenn politiku b’saħħtu mill-Kummissjoni, il-Parlament, il-Kunsill u l-Istati Membri biex jiżdiedu l-isforzi għall-prevenzjoni tal-ħsara relatata mal-alkoħol;

6.

JILQA’ l-Istrateġija Globali tal-WHO biex jitnaqqas l-użu ta’ ħsara tal-alkoħol (10) u l-pjan ta’ azzjoni Ewropew tal-WHO biex jitnaqqas l-użu ta’ ħsara tal-alkoħol 2012–2020 (11);

7.

JINNOTA BI TĦASSIB li, skont ir-Rapport tal-Istatus Globali tal-WHO dwar l-alkoħol u s-saħħa (12), l-użu ta’ ħsara tal-alkoħol huwa fost il-fatturi dinjija ewlenin ta’ riskju ta’ mard u diżabbiltà, u li l-Unjoni Ewropea hija r-reġjun bl-ogħla konsum ta’ alkoħol fid-dinja b’konsum medju ta’ alkoħol mill-adulti (ta’ 15-il sena jew aktar) ta’ 10,1 litri ta’ alkoħol pur fl-2012 (13);

8.

JINNOTA BI TĦASSIB li, skont ir-rapport tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar “Tackling Harmful Alcohol Use - Economics and Public Health Policy” (14), ix-xorb b’mod regolari u eċċessiv qiegħed jiżdied f’xi Stati Membri, u hemm tħassib ġenerali dwar iż-żieda allarmanti fil-konsum tal-alkoħol fost iż-żgħażagħ (minuri u adulti żgħażagħ) u n-nisa f’ħafna Stati Membri, u li l-abbuż mill-alkoħol ma għandux biss impatt negattiv fuq is-saħħa tal-individwi, iżda wkoll fuq is-soċjetà b’mod ġenerali;

9.

JENFASIZZA li t-tnaqqis tal-piż tal-mewt, il-mard kroniku u il-feriti kroniċi, il-vjolenza, l-inugwaljanzi fis-saħħa u konsegwenzi soċjali oħra għal partijiet terzi relatati mal-alkoħol u li jistgħu jiġu evitati, kif ukoll tal-imġiba ta’ xorb riskjuża b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, sar tħassib komuni u li l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-livell tal-UE jkunu ta’ valur miżjud;

10.

JENFASSIZA li l-prevenzjoni tal-ħsara relatata mal-alkoħol tirrapreżenta investiment neċessarju, li huwa ta’ benefiċċju għall-ekonomija peress li tippermetti l-limitazzjoni fit-tul tat-telf ekonomiku u n-nefqa fil-kura tas-saħħa, fost oħrajn permezz tat-tnaqqis tal-piż tal-mard kroniku, inkluż il-kanċer, u ż-żieda tal-produttività tal-forza tax-xogħol;

11.

JENFASIZZA wkoll li t-tnaqqis tal-użu ta’ ħsara tal-alkoħol għandu wkoll effett pożittiv fuq is-sigurtà pubblika u s-sigurtà fit-toroq, b’mod partikolari fuq it-tnaqqis tal-imwiet u l-korrimenti dovuti għal inċidenti tat-toroq;

12.

JINNOTA li t-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol jirrikjedi azzjonijiet fuq firxa ta’ oqsma ta’ politika u li jinvolvu ħafna setturi fis-soċjetà kollha, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE;

13.

ITENNI t-talba għal strateġija tal-UE dwar it-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol espressa minn għadd kbir ta’ Ministri fil-laqgħa informali tal-Ministri għas-saħħa tal-21 ta’ April 2015 kif ukoll fil-Kunsill EPSCO tad-19 ta’ Ġunju 2015, u jissottolinja l-fatt li tali strateġija tista’ tappoġġa u tikkomplementa aktar il-politiki nazzjonali dwar is-saħħa pubblika.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

14.

IKOMPLU jippromwovu approċċ multisettorjali fir-rigward tat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol fil-livell nazzjonali u dak tal-UE u jsaħħu jew jiżviluppaw, kif xieraq, strateġiji jew pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali komprensivi mfassla għal tradizzjonijiet lokali u reġjonali speċifiċi;

15.

JADOTTAW miżuri xierqa biex jindirizzaw il-protezzjoni taż-żgħażagħ mill-użu ta’ ħsara tal-alkoħol, b’mod partikolari fil-qasam tal-età legali tax-xorb u l-esponiment għall-kummerċjalizzazzjoni u JKOMPLU jappoġġaw l-informazzjoni u l-edukazzjoni dwar l-użu ta’ ħsara tal-alkoħol u b’mod partikolari dwar imġiba ta’ xorb riskjuża.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:

16.

ISAĦĦU l-kooperazzjoni fl-identifikazzjoni ta’ miżuri effettivi u l-aħjar prattiki mmirati lejn it-tnaqqis tal-impatti fuq is-saħħa u dawk soċjali kif ukoll l-inugwaljanzi fis-saħħa li ġejjin mill-użu ta’ ħsara tal-alkoħol, filwaqt li jiffukaw b’mod partikolari fuq il-prevenzjoni ta’ imġiba ta’ xorb riskjuża fost iż-żgħażagħ, fuq in-nies li jikkunsmaw l-alkoħol f’livelli ta’ ħsara jew b’xejriet ta’ xorb ta’ ħsara, fuq il-konsum tal-alkoħol waqt it-tqala u fuq is-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol;

17.

IKOMPLU jappoġġaw il-ħidma tas-CNAPA, filwaqt li jieħdu kont tar-riżultati tar-rapport tal-implimentazzjoni dwar l-ewwel Strateġija tal-UE dwar l-Alkoħol (15) kif ukoll l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-livell nazzjonali u dak Ewropew biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol;

18.

JAGĦRFU l-ħtieġa li jitkompla l-ġbir ta’ informazzjoni fil-livell tal-UE dwar l-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni nazzjonali relatata mal-alkoħol, filwaqt li jiġu rispettati l-kompetenzi nazzjonali kif ukoll it-tradizzjonijiet soċjali u kulturali fil-livell reġjonali u dak lokali;

19.

JIKKUNSIDRAW, b’mod partikolari fid-dawl tar-rapport li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, il-possibbiltà tal-introduzzjoni ta’ tikkettar mandatorju tal-ingredjenti u d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, b’mod partikolari tal-valur enerġetiku, ta’ xorb alkoħoliku.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

20.

TKOMPLI tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-ħsara relatata mal-alkoħol, filwaqt li tirrispetta b’mod sħiħ il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

21.

TADOTTA sa tmiem l-2016, filwaqt li tirrispetta b’mod sħiħ il-kompetenzi tal-Istati Membri, strateġija komprensiva tal-UE dedikata għat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol u li tinkludi azzjonijiet fil-politiki kollha tal-UE sabiex jiġu indirizzati il-konsegwenzi ta’ saħħa, soċjali u ekonomiċi tal-użu ta’ ħsara tal-alkoħol. Din l-istrateġija dedikata tal-UE għandha tiffoka fuq inizjattivi dwar it-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol b’dimensjoni transkonfinali u valur miżjud tal-UE bħala segwitu għall-ewwel Strateġija dwar l-Alkoħol tal-UE (2006–2012) u għandha tqis il-ħidma mwettqa mis-CNAPA kif ukoll il-ħidma li saret taħt l-Istrateġija Globali dwar l-Alkoħol tal-WHO u l-pjan ta’ azzjoni Ewropew tal-WHO biex jitnaqqas l-użu ta’ ħsara tal-alkoħol 2012–2020;

22.

TIRRAPORTA lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-ħidma u l-progress tagħha fil-qasam tat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol.


(1)  8756/00.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3); Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2001/458/KE tal-5 ta’ Ġunju 2001 dwar ix-xorb tal-alkoħol miż-żgħażagħ, b’mod partikolari mit-tfal u l-adoloxxenti, (ĠU L 161, 16.6.2001, p. 38).

(4)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tal-24 ta’ Ottubru 2006, Strateġija tal-UE li tappoġġa lill-Istati Membri għat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol, COM(2006) 625 final.

(5)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2001 (ĠU C 175, 20.6.2001, p. 2).

(6)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Ġunju 2004 dwar l-alkoħol u ż-żgħażagħ, 9507/04 (Presse 163).

(7)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2006, Strateġija tal-UE biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol, 15258/06.

(8)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-alkoħol u s-saħħa tal-1 ta’ Diċembru 2009 (ĠU C 302, 12.12.2009, p. 15).

(9)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2015 dwar Strateġija dwar l-Alkoħol (2015/2543(RSP)).

(10)  Riżoluzzjoni WHA63.13, p. 27.

(11)  Riżoluzzjoni EUR/RC61/R4.

(12)  WHO 2014, p. 46, p. 31.

(13)  Health at a Glance: Europe 2014 (Ħarsa fuq fuq lejn is-saħħa: Ewropa 2014)(pubblikazzjoni konġunta mill-OECD u l-Kummissjoni Ewropea), Diċembru 2014.

(14)  Tackling Harmful Alcohol Use - Economics and Public Health Policy, Mejju 2015.

(15)  Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi, L-ewwel rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Alkoħol, Settembru 2009.

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).


16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/9


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-appoġġ għall-persuni li jgħixu bid-demenzja: it-titjib tal-politiki u l-prassi tal-kura

(2015/C 418/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

1.

IFAKKAR li skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni, u li l-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politiki nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika. L-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa pubblika u, jekk meħtieġ, tagħti sostenn lill-azzjonijiet tagħhom u trawwem il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti. L-azzjoni tal-Unjoni għandha tirrispetta b’mod sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-għoti ta’ servizzi tas-saħħa u kura medika, inkluż l-allokazzjoni tar-riżorsi assenjati lilhom;

2.

JINNOTA BI TĦASSIB li 47,5 miljun ruħ fid-dinja kollha bħalissa qegħdin jgħixu bid-demenzja, b’58 % minnhom jgħixu f’pajjiżi bi dħul baxx u medju. Huwa stmat li fl-Unjoni Ewropea 6,4 miljun ruħ jgħixu bid-demenzja (1);

3.

IFAKKAR li d-demenzja hija waħda mill-kawżi prinċipali ta’ diżabilità u dipendenza fost l-anzjani madwar id-dinja u li għandha impatt fiżiku, psikoloġiku, soċjali u ekonomiku fuq il-persuni li jgħixu bid-demenzja u l-familji tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom, kif ukoll fuq is-soċjetà (2);

4.

IFAKKAR li filwaqt li l-maġġoranza tal-persuni bid-demenzja huma anzjani, hemm ukoll għadd sinifikanti ta’ persuni b’bidu bikri tad-demenzja;

5.

JENFASIZZA d-drittijiet tal-pazjenti, b’mod partikolari dawk relatati mad-dinjità tal-bniedem, kif stabbilit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (3);

6.

JIRRIKONOXXI li l-persuni jistgħu jgħixu tajjeb bid-demenzja għal għadd ta’ snin, partikolarment jekk ikun hemm fis-seħħ l-aċċess, il-valutazzjoni, id-dijanjożi u l-appoġġ it-tajjeb f’waqthom;

7.

JIRRIKONOXXI l-impatt sinifikanti tad-demenzja u ta’ mard marbut mad-demenzja fuq is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tas-saħħa u s-sigurtà soċjali;

8.

JENFASIZZA l-importanza li jiġu promossi stili ta’ ħajja f’saħħa tajba, inklużi s-saħħa tal-moħħ, tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja, sabiex jiżdiedu s-snin ta’ ħajja f’saħħa tajba;

9.

IFAKKAR li fehim aħjar ta’ dawn il-kondizzjonijiet huwa meħtieġ biex jintlaħqu standards għoljin ta’ saħħa għal soċjetà li qed tixjieħ, li hija waħda mill-prijoritajiet kemm tat-tieni kif ukoll tat-tielet Programm tas-Saħħa attwali (2014-2020) (4);

10.

IFAKKAR li bosta inizjattivi fil-livell tal-UE rrikonoxxew ukoll d-demenzja bħala prijorità għal azzjoni fil-kuntest tal-bidla demografika u tenna l-konsegwenzi sinifikanti taż-żieda fl-għadd ta’ persuni li jgħixu bil-marda (5);

11.

IFAKKAR fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fis-16 ta’ Diċembru 2008 dwar strateġiji tas-saħħa pubblika għall-ġlieda kontra l-mard newrodeġenerattiv assoċjat max-xjuħija, li talab lill-Kummissjoni biex fl-2009 tadotta inizjattiva għall-ġlieda kontra dan il-mard (6);

12.

IFAKKAR li l-Kummissjoni pproponiet approċċ ġdid favur użu aħjar tal-fondi pubbliċi tal-Ewropa għar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) permezz ta’ Programmazzjoni Konġunta f’oqsma ewlenin li jinkludu l-marda tal-Alzheimer. Bħala riżultat, fl-2010 tnediet l-Inizjattiva ta’ Programmazzjoni Konġunt dwar il-Mard Newrodeġenerattiv (JPND) immexxija mill-Istati Membri bil-għan li jikkoordinaw aħjar l-isforzi ta’ riċerka nazzjonali fil-qasam tal-mard newrodeġenerattiv, u b’mod partikolari l-marda tal-Alzheimer;

13.

IFAKKAR li fis-7 Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (2007-2013) intefqu aktar minn EUR 576 miljun f’finanzjament dwar ir-riċerka fuq id-demenzja u l-mard newroġenerattiv bejn l-2007 u l-2013; waqt li jibni fuq dawn ir-riżultati, l-Orizzont 2020 (2014-2020), il-Qafas il-ġdid tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 jippermetti li tiġi indirizzata aktar id-demenzja bħala sfida soċjetali u tas-saħħa, b’diġà aktar minn EUR 103 miljun investiti f’riċerka rilevanti għad-demenzja u azzjonijiet ta’ innovazzjoni;

14.

JILQA’ r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, adottata fid-19 ta’ Jannar 2011, dwar inizjattiva Ewropea dwar il-marda ta’ Alzheimer u demenzji oħrajn li tappella biex id-demenzja ssir prijorità tal-UE fil-qasam tas-saħħa u tħeġġeġ b’mod qawwi lill-Istati Membri biex jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali ddedikati (7);

15.

IFAKKAR fl-ewwel rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), “Demenzja: Prijorità tas-Saħħa Pubblika” (8), ippubblikat fl-2012, li pprovda informazzjoni u qajjem sensibilizzazzjoni dwar id-demenzja u li għamel id-demenzja waħda mill-kundizzjonijiet ta’ prijorità li ġew indirizzati fil-Programm ta’ Azzjoni għas-Saħħa Mentali tad-WHO (9), li għandu l-għan li jżid il-kura għal disturbi mentali, newroloġiċi u dawk relatati mal-abbuż tad-droga;

16.

JILQA’ d-Dikjarazzjoni tal-Ministri tas-Saħħa tal-G8 dwar id-Demenzja, adottata fil-11 ta’ Diċembru 2013 fis-Summit tal-G8, biex titrawwem l-innovazzjoni għall-identifikazzjoni ta’ kura jew terapija li timmodifika l-marda tad-demenzja sal-2025 kif ukoll oqsma ta’ prijorità strateġika u biex jiżdied il-finanzjament għar-riċerka (10);

17.

IFAKKAR fil-Konferenza tal-Presidenza Taljana “Id-Demenzja fl-Ewropa: sfida għall-futur komuni tagħna”, li saret f’Ruma fl-14 ta’ Novembru 2014 (11), li tat ħarsa ġenerali tal-inizjattivi dwar id-demenzja fl-UE, b’mod partikolari dwar il-prevenzjoni, it-trattament u l-promozzjoni tas-saħħa fix-xjuħija;

18.

IFAKKAR fir-rapport tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) tat-13 ta’ Marzu 2015 intitolat “Kura aħjar għad-demenzja u kura fil-futur jeħtieġu azzjoni llum” (12), li afferma mill-ġdid il-ħtieġa li d-demenzja ssir prijorità politika;

19.

JILQA’ s-Sejħa għall-Azzjoni ffirmata mill-parteċipanti fl-ewwel Konferenza Ministerjali tad-WHO dwar Azzjoni Globali Kontra d-Demenzja f’Ġinevra fis-17 ta’ Marzu 2015, li ssottolinjat ir-rwol u r-responsabbiltà primarji tal-gvernijiet fir-rispons għall-isfida tad-demenzja u enfasizza l-ħtieġa għal azzjoni multisettorjali u koordinata fuq livell nazzjonali u globali, immirata b’mod partikolari lejn l-avvanz tal-prevenzjoni, it-tnaqqis tar-riskju, id-dijanjosi u t-trattament tad-demenzja (13);

20.

JENFASIZZA li fis-snin reċenti d-demenzja saret prijorità għolja għal aktar u aktar Stati Membri, minħabba l-fatt li l-iżvilupp, l-adozzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali, pjanijiet ta’ azzjoni jew programmi li jindirizzaw id-demenzja għaddejjin fil-maġġoranza tal-Istati Membri; li l-inizjattivi tal-Istati Membri diġà fis-seħħ jew li jinsabu fil-proċess huma bbażati fuq approċċ integrat għat-triq tal-pazjent li jikkunsidra kwistjonijiet soċjali u ta’ saħħa;

21.

JILQA’ d-diskussjoni fil-laqgħa informali tal-Ministri għas-Saħħa tal-UE fl-24 ta’ Settembru 2015 dwar it-trawwim tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali, pjanijiet ta’ azzjoni jew programmi dwar id-demenzja kif ukoll dwar l-iffaċilitar tal-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell tal-UE, b’kont meħud tal-attivitajiet tad-WHO;

22.

JILQA’ t-tieni Azzjoni Konġunta dwar id-Demenzja, li għandha titnieda fl-2016.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

23.

JINDIRIZZAW id-demenzja bħala prijorità permezz ta’ strateġiji, pjanijiet ta’ azzjoni jew programmi nazzjonali u transversali dwar id-demenzja biex jipprovdu kura u assistenza adatta lill-persuni li jgħixu bid-demenzja, il-familji tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom, filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u s-sigurtà soċjali.

24.

IKOMPLU jiddedikaw attenzjoni speċjali lit-tisħiħ tal-koordinazzjoni fl-Istati Membri ta’ politiki rilevanti fil-qasam tad-demenzja, inkluż it-tisħiħ tar-rwol tal-kura primarja.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:

25.

JIRRIKONOXXU li kollaborazzjoni kontinwa bejn is-setturi fost l-Istati Membri u fil-livell tal-UE – filwaqt li jieħdu kont tal-attivitajiet tad-WHO – ser tippermetti kontribut siewi biex jittejjeb l-appoġġ ta’ persuni li jgħixu bid-demenzja;

26.

JIRRIKONOXXU l-benefiċċji tal-awtonomizzazzjoni ta’ persuni li jgħixu bid-demenzja u jinkoraġġixxu l-inklużjoni tagħhom fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet billi jsaħħu r-rappreżentanza tagħhom, b’mod partikolari f’inizjattivi, organizzazzjonijiet u korpi fil-qasam tad-demenzja;

27.

JAPPOĠĠAW approċċ individwali u bbażat fuq riċerka u sensittiv għall-ġeneru fl-elaborazzjoni ta’ strateġiji, pjanijiet u programmi dwar id-demenzja, b’kont meħud ta’ gruppi bi ħtiġijiet speċifiċi, l-impatt tad-diversità kulturali fuq il-perċezzjonijiet tad-demenzja, kif ukoll l-aspettattivi u d-drittijiet ta’ persuni li jgħixu bid-demenzja u l-familji tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom;

28.

JIRRIKONOXXU r-rwol importanti ta’ familji u persuni li jieħdu ħsiebhom, b’mod partikolari billi jiżguraw l-inklużjoni tagħhom fi proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, u l-ħtieġa li jipproteġu l-benesseri fiżiku u mentali tagħhom permezz ta’ appoġġ adegwat.

29.

JIRRIKONOXXU l-ħidma importanti tal-Grupp ta’ Esperti Governattivi dwar id-Demenzja fil-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ esperjenzi u prassi tajba biex jappoġġaw lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji, pjanijiet jew programmi nazzjonali dwar id-demenzja;

30.

JAPPOĠĠAW il-ħidma fil-kuntest ta’ oqsma ta’ politika tal-UE li jista’ jkollhom impatt fuq il-politika dwar id-demenzja, b’mod partikolari l-Grupp ta’ Ħidma dwar is-Saħħa Pubblika fil-livell ta’ Uffiċjali Għolja kif ukoll il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (SPC) (14) u l-Kumitat għall-Politika Ekonomika (EPC) (15) dwar il-kura tas-saħħa u l-kura għal perijodu twil;

31.

IMEXXU 'L QUDDIEM, filwaqt li jirrispettaw b’mod sħiħ il-kompetenzi tal-Istati Membri, diskussjonijiet fil-livell tal-UE dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-rwol tal-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa, it-tnaqqis tar-riskju, l-iskoperta bikrija, id-dijanjosi f’waqtha u l-appoġġ ta’ wara d-dijanjożi fil-kontribuzzjoni għat-tnaqqis tal-piż tad-demenzja;

(b)

modi biex jiġi żgurat li l-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament u l-kura jkunu kkoordinati fi ħdan il-pajjiżi, bl-involviment ta’ kompetenzi esperti multidixxiplinari, u li dawn jingħataw f’postijiet eqreb għad-dar;

(c)

il-valur miżjud tal-iskambju tal-aħjar prassi b’attenzjoni fuq il-komponenti ewlenin u l-għodod li jiżguraw il-kwalità tal-kura tal-pazjenti u l-appoġġ għal dawk li jieħdu ħsiebhom, sabiex jiġu evalwati aħjar id-diversi approċċi u prattiki f’dawn l-oqsma;

(d)

il-promozzjoni tad-drittijiet ta’ persuni li jgħixu bid-demenzja, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjoni etika tad-demenzja sabiex tkun żgurata xjuħija f’saħħitha bid-dinjità;

(e)

l-użu tal-potenzjal tas-saħħa elettronika u teknoloġiji ta’ assistenza fit-titjib tal-appoġġ u l-kura għal persuni li jgħixu bid-demenzja;

(f)

ir-raggruppament u l-aċċess għal għarfien eżistenti dwar inizjattivi li għaddejjin u l-bażi ta’ evidenza relatata kif ukoll l-integrazzjoni tagħha fil-prattika ta’ kuljum fil-kura tas-saħħa u l-kura soċjali;

(g)

il-ħtieġa li jiġu promossi r-rwol u l-edukazzjoni kontinwa tal-professjonisti tas-saħħa biex jiġi żgurat l-aħjar sostenn possibbli għal persuni li jgħixu bid-demenzja u l-familji tagħhom;

(h)

il-promozzjoni ta’ komunitajiet li jappoġġaw id-demenzja;

32.

JINTENSIFIKAW ir-riċerka dwar id-demenzja, waqt li jibnu fuq ir-riżultat ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE bħall-Inizjattiva ta’ Programmazzjoni Konġunta tal-UE dwar il-Mard Newrodeġenerattiv (JPND), partikolarment dwar il-fatturi ta’ riskju u l-patofiżjoloġija sottostanti tagħha, kif ukoll it-traduzzjoni ta’ interventi ta’ suċċess dwar il-ġestjoni tad-demenzja fil-prassi klinika, waqt li jikkunsidraw ukoll sħubijiet pubbliċi-pubbliċi, pubbliċi-privati u internazzjonali;

33.

JIBBENEFIKAW minn riżorsi, mudelli u għodod żviluppati b’suċċess fil-livell tal-UE, bħal dawk miġbura permezz tas-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu, l-Azzjoni Konġunta ALCOVE u mill-istrateġiji żviluppati biex tiżdied il-prassi tajba;

34.

JIŻVILUPPAW, fejn adatt, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta’ Esperti Governattivi dwar id-Demenzja, gwida volontarja bbażata fuq perspettiva komprensiva u integrata dwar id-demenzja, filwaqt li jitqiesu l-aspetti ta’ prevenzjoni u promozzjoni tas-saħħa kkoordinati, id-dijanjożi f’waqtha, l-appoġġ wara d-djanjożi, it-trattament u l-kura, filwaqt li jirrispettaw il-kompetenzi tal-Istati Membri;

35.

JIDENTIFIKAW u JISKAMBJAW, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta’ Esperti Governattivi dwar id-Demenzja, prassi tajba, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni mmirata, inkluż il-prevenzjoni sekondarja, il-promozzjoni tas-saħħa, id-dijanjożi f’waqtha, l-appoġġ u t-terapija wara d-dijanjożi, ir-riċerka, it-taħriġ u l-edukazzjoni ulterjuri tal-professjonisti tas-saħħa, kif ukoll informazzjoni pubblika għall-ġlieda kontra l-istigma;

36.

ITEJBU l-kwalità tal-informazzjoni epidemjoloġika dwar id-demenzja sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ strateġiji, pjanijiet ta’ azzjoni jew programmi nazzjonali, kif ukoll l-iskambju ta’ prassi tajba;

37.

JENFASIZZAW il-ħidma ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi u x-xogħol volontarju fil-qasam tad-demenzja bil-għan li jikkontribwixxu b’mod effettiv għal strateġiji, pjanijiet ta’ azzjoni jew programmi nazzjonali.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

38.

ISSAĦĦAĦ il-kooperazzjoni ta’ Stati Membri tal-Grupp ta’ Esperti Governattivi dwar id-Demenzja sabiex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar oqfsa ta’ politika u prattiki tajba diġà fis-seħħ, kif ukoll biex tappoġġa lill-pajjiżi fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji, pjanijiet u programmi nazzjonali dwar id-demenzja;

39.

TRAWWEM il-kooperazzjoni li għaddejja mad-WHO u l-OECD dwar id-demenzja, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.


(1)  WHO, Skeda informattiva Nru 362, Marzu 2015, http://www.who.int/mediacentre/factsheets/fs362/en/; Rapport tal-Azzjoni Konġunta ALCOVE, Sommarju Eżekuttiv, p. 29, http://www.alcove-project.eu/images/synthesis-report/ALCOVE_SYNTHESIS_REPORT_WP4.pdf

(2)  WHO, Skeda informattiva Nru 362, Marzu 2015.

(3)  Ara l-Kapitolu I dwar id-Dinjità, disponibbli biex jitniżżel minn fuq l-Internet fuq http://www.europarl.europa.eu/charter/pdf/text_en.pdf

(4)  Regolament (UE) Nru 282/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020); (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1)

(5)  Ara l-ħarsa ġenerali dwar l-inizjattivi fil-qasam tad-demenzja – bħall-Azzjoni Konġunta ALCOVE, is-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu, il-Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benesseri Mentali, il-Pjattaforma Ewropea biex tiffaċilita prova tal-kunċett għall-prevenzjoni tal-marda ta’ Alzheimer (EPOC-AD) u l-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi – li tinsab fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar inizjattiva Ewropea dwar il-marda ta’ Alzheimer u demenzji oħrajn, SWD(2014) 321 final tas-16.10.2014.

(6)  http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/lsa/104778.pdf

(7)  2010/2084 (INI).

(8)  WHO, “Dementia: a public health priority”, 2012, disponibbli biex jitniżżel minn fuq l-Internet fuq http://www.who.int/mental_health/publications/dementia_report_2012/en/

(9)  http://www.who.int/mental_health/mhgap/en/

(10)  https://www.gov.uk/government/publications/g8-dementia-summit-agreements

(11)  http://www.salute.gov.it/portale/ItaliaUE2014/dettaglioEvento.jsp?lingua=english&id=246

(12)  http://www.oecd.org/newsroom/better-dementia-care-and-a-future-cure-require-action-today.htm

(13)  http://www.who.int/mediacentre/news/releases/2015/action-on-dementia/en/#

(14)  Grupp ta’ Ħidma tal-SPC dwar Kwistjonijiet ta’ Tixjiħ, ara http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=758

(15)  Grupp ta’ Ħidma tal-EPC dwar il-Popolazzjonijiet li qed Jixjieħu u s-Sostenibbiltà, http://europa.eu/epc/working_groups/ageing_en.htm


Il-Kummissjoni Ewropea

16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/13


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Diċembru 2015

(2015/C 418/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0990

JPY

Yen Ġappuniż

132,97

DKK

Krona Daniża

7,4614

GBP

Lira Sterlina

0,72520

SEK

Krona Żvediża

9,2883

CHF

Frank Żvizzeru

1,0831

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,4945

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,022

HUF

Forint Ungeriż

316,50

PLN

Zloty Pollakk

4,3537

RON

Leu Rumen

4,4960

TRY

Lira Turka

3,2573

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5200

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5069

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5173

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6186

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5457

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 292,34

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,4213

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1017

HRK

Kuna Kroata

7,6390

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 423,14

MYR

Ringgit Malażjan

4,7295

PHP

Peso Filippin

52,057

RUB

Rouble Russu

77,4920

THB

Baht Tajlandiż

39,427

BRL

Real Brażiljan

4,2609

MXN

Peso Messikan

18,9649

INR

Rupi Indjan

73,5161


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/14


Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2016

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

(2015/C 418/06)

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella ta’ qabel din hija ppubblikata-ĠU C 333, 9.10.2015, p. 3.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.1.2016

0,12

0,12

1,63

0,12

0,46

0,12

0,36

0,12

0,12

0,12

0,12

0,12

1,92

1,37

0,12

0,12

0,12

0,12

0,12

0,12

0,12

1,83

0,12

1,65

-0,22

0,12

0,12

1,04


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/15


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2015/C 418/07)

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

3.12.2015

Tul ta’ żmien

3.12 – 31.12.2015

Stat Membru

Spanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

GHL/N3LMNO

Speċi

Ħalibatt tal-Greenland (Reinhardtius hippoglossoides)

Żona

3LMNO tan-NAFO

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

67/TQ104


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/16


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat tas-servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru bi skeda

(2015/C 418/08)

Stat Membru

Spanja

Ir-rotta kkonċernata

Gran Canaria - Tenerife Sur

Gran Canaria - El Hierro

Tenerife Norte - La Gomera

Gran Canaria - La Gomera

Data tal-ftuħ mill-ġdid tar-rotot tal-OSP għal trasportaturi tal-ajru komunitarji

1.8.2016

L-indirizz minn fejn jista’ jinkiseb t-test u kwalunkwe tagħrif jew dokumentazzjoni oħra b’rabta mal-obbligi tas-servizz pubbliku.

Ministerio de Fomento

Dirección General de Aviación Civil

Subdirección General de Transporte Aéreo

Paseo de la Castellana 67

28071 Madrid

SPANJA

Telefown: +34 915977505

Faks: +34 915978643

Indirizz tal-posta elettronika: [email protected]

Ir-rotot suġġetti għall-obbligi tas-servizz pubbliku jistgħu jiġu operati abbażi ta’ aċċess ħieles għall-kompetizzjoni sa mill-1 ta’ Awwissu 2016. Jekk f’perjodu ta’ 15-il jum tal-kalendarju mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-ebda trasportatur tal-ajru ma jissottometti programm ta’ servizzi konformi mal-obbligi imposti tas-servizz pubbliku, l-aċċess se jiġi ristrett għal trasportatur wieħed tal-ajru permezz tal-proċedura tal-offerti pubbliċi korrispondenti, f’konformità mal-Artikolu 16(9) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7793 — Lone Star Fund IX/MRH)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 418/09)

1.

Fit-8 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Lone Star Fund IX (l-Istati Uniti tal-Amerika), takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-impriża MRH (GB) Limited kollha kemm hi (“MRH” tar-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Lone Star huwa grupp ta’ fondi ta’ ekwità privata li jinvesti fi proprjetà immobbli, f’ekwità, fi kreditu u f’assi finanzjarji oħra'

MRH hija s-sid u topera stazzjonijiet ta’ servizz ta’ fjuwil għall-karozzi fir-Renju Unit u ċ-Channel Islands.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permez tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil [email protected] jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7793 — Lone Star Fund IX/MRH, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.