|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
Il-572 Sessjoni Plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 21.9.2022—22.9.2022 |
|
|
2022/C 486/01 |
||
|
2022/C 486/02 |
||
|
2022/C 486/03 |
||
|
2022/C 486/04 |
||
|
2022/C 486/05 |
||
|
2022/C 486/06 |
||
|
2022/C 486/07 |
||
|
2022/C 486/08 |
||
|
2022/C 486/09 |
||
|
2022/C 486/10 |
||
|
2022/C 486/11 |
||
|
2022/C 486/12 |
||
|
2022/C 486/13 |
||
|
2022/C 486/14 |
||
|
2022/C 486/15 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
Il-572 Sessjoni Plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 21.9.2022—22.9.2022 |
|
|
2022/C 486/16 |
||
|
2022/C 486/17 |
||
|
2022/C 486/18 |
||
|
2022/C 486/19 |
||
|
2022/C 486/20 |
||
|
2022/C 486/21 |
||
|
2022/C 486/22 |
||
|
2022/C 486/23 |
||
|
2022/C 486/24 |
||
|
2022/C 486/25 |
||
|
2022/C 486/26 |
||
|
2022/C 486/27 |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-572 Sessjoni Plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 21.9.2022—22.9.2022
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/1 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-SMEs, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, l-artiġjanat u l-professjonijiet liberi: ‘lesti għall-mira ta’ 55 %’”
(Opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 486/01)
|
Relatur: |
Milena ANGELOVA |
|
Korelatur: |
Rudolf KOLBE |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
20.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Suq Uniku, Produzzjoni u Konsum |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
27.6.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
143/1/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
L-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, kemm jekk huma intrapriżi tradizzjonali, negozji tal-familja, kummerċjanti, intrapriżi tal-ekonomija soċjali, artiġjanat jew professjonijiet liberi (minn hawn ’il quddiem MSMEs) huma parti essenzjali mis-soluzzjoni lejn ekonomija tal-UE kompetittiva, newtrali għall-klima, ċirkolari u inklużiva, sakemm jinħolqu u jipprevalu l-kundizzjonijiet xierqa. L-MSMEs jiġġeneraw impatt pożittiv billi jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom stess u billi jipprovdu għarfien espert u soluzzjonijiet lil intrapriżi oħrajn, liċ-ċittadini u lis-settur pubbliku. Filwaqt li jirrikonoxxi u jenfasizza d-diversità u l-ħtiġijiet differenti tal-MSMEs, il-KESE jitlob biex tingħata attenzjoni speċifika lill-iżgħar MSMEs u lil dawk l-aktar vulnerabbli. |
|
1.2. |
Ħafna MSMEs ma għandhomx għarfien dwar ir-rekwiżiti leġiżlattivi li dejjem jevolvu, stabbiliti biex tinkiseb in-newtralità klimatika, u dwar kif iwieġbu għalihom. Barra minn hekk, għandhom diffikultajiet biex jidentifikaw benefiċċji u opportunitajiet kummerċjali potenzjali provduti mit-tranżizzjoni ekoloġika. Għaldaqstant, il-KESE jenfasizza li hemm bżonn urġenti li l-MSMEs jiġu appoġġjati biex jifhmu u jiġġestixxu t-tranżizzjoni ekoloġika bl-aħjar mod possibbli. |
|
1.3. |
Il-KESE jitlob għal miżuri ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni estiżi u mmirati, imwettqa b’mod koordinat u komplementari mill-KE u mill-Istati Membri, flimkien mal-organizzazzjonijiet kummerċjali, il-kmamar tal-kummerċ, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati rilevanti oħrajn. |
|
1.4. |
Il-KESE jitlob ukoll għal programm komprensiv, immirat lejn l-appoġġ lill-MSMEs fil-kwistjonijiet kollha li jaffaċċjaw fl-operat tan-negozju u fl-attivitajiet tagħhom biex isiru aktar ekoloġiċi u jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni. Peress li hemm differenzi konsiderevoli bejn l-MSMEs, huma meħtieġa soluzzjonijiet adattati ħafna u politki u miżuri mmirati sew. |
|
1.5. |
Appoġġ fuq terminu qasir immedjat u mmirat għall-MSMEs huwa kruċjali biex l-irkupru ekonomiku tagħhom mill-pandemija jingħata spinta u biex jiġu megħjuna jindirizzaw il-konsegwenzi tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, bħal prezzijiet għoljin tal-enerġija u nuqqas ta’ provvista ta’ materjali u prodotti. Minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji, il-KESE jqis li għandha tingħata l-flessibilità xierqa fl-iskedi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew sakemm tintemm il-kriżi, filwaqt li jiġi żgurat li l-miri ma jiġux abbandunati għall-ebda raġuni. |
|
1.6. |
Bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi tal-MSMEs, il-KESE jipproponi li jiġu stabbiliti “ċentri ta’ ċirkolarità” f’diversi reġjuni. Dan għandu jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn kumpaniji fl-oqsma kollha u jiffaċilita l-iżvilupp ta’ prattiki u proċessi ġodda, inkluż id-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda. L-organizzazzjonijiet tal-MSMEs, il-kmamar tal-kummerċ, il-qasam akkademiku, l-imsieħba soċjali, u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra għandhom ikunu parti integrali mill-proċess. |
|
1.7. |
Il-KESE jemmen li huwa importanti li r-rappreżentanti tal-MSMEs jiġu involuti fit-tħejjija ta’ pjani direzzjonali settorjali għal azzjoni klimatika fil-livell nazzjonali, kif ukoll fit-tiswir tal-mogħdijiet ta’ tranżizzjoni fil-livell tal-UE għal diversi ekosistemi tan-negozji, biex b’hekk jissaħħu wkoll l-għarfien dwar il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, l-allokazzjoni xierqa tar-riżorsi u l-implimentazzjoni effiċjenti. |
|
1.8. |
Il-KESE jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jaċċeleraw l-investimenti ekoloġiċi tal-MSMEs billi jiżguraw li jkun hemm ambjent regolatorju abilitanti, prevedibbli u ta’ inkoraġġiment, inklużi proċeduri ta’ għoti ta’ permessi bla intoppi u l-evitar ta’ kompiti amministrattivi onerużi, kif ukoll billi jiġi pprovdut aċċess rapidu, faċli, sempliċi u traċċabbli għall-finanzjament, imfassal skont il-ħtiġijiet differenti tal-gruppi diversi kollha tal-MSMEs. |
|
1.9. |
Il-KESE jitlob għal kooperazzjoni mill-qrib bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u l-MSMEs sabiex ifasslu taħriġ li jkopri l-kompetenzi u l-ħiliet meħtieġa fit-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż permezz ta’ titjib u tiġdid tal-ħiliet kemm tal-impjegati kif ukoll tal-intraprendituri. Barra minn hekk, il-KESE jitlob għal appoġġ għal attivitajiet ta’ innovazzjoni għall-MSMEs billi tiġi inċentivata u ffaċilitata l-kooperazzjoni ma’ negozji oħrajn, l-organizzazzjonijiet tagħhom, il-kmamar tal-kummerċ, l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka. |
|
1.10. |
Il-KESE jħeġġeġ il-promozzjoni tal-kummerċ ta’ soluzzjonijiet ekoloġiċi prodotti mill-MSMEs, inkluż fil-kuntest tal-akkwist pubbliku, billi l-MSMEs jiġu pprovduti b’kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq uniku u billi jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għas-swieq barranin ta’ prodotti, teknoloġiji u servizzi ekoloġiċi. Irid jiġi żgurat ambjent tan-negozju kompetittiv għall-intrapriżi tal-UE b’rabta mal-pajjiżi terzi, bl-użu tal-mezzi diplomatiċi kollha, inkluż fl-oqsma tal-politika dwar il-klima, ir-riżorsi u dik kummerċjali, u b’attenzjoni speċifika għal mossi miċ-Ċina u minn swieq emerġenti oħrajn. |
2. It-tranżizzjoni ekoloġika u l-MSMEs
|
2.1. |
L-MSMEs jikkontribwixxu għal ekonomija sostenibbli u li toħloq l-impjiegi. Huma jżommu lis-soċjetajiet aktar magħqudin u spiss jaqdu funzjonijiet kemm ekonomiċi kif ukoll soċjali. B’dan il-mod isaħħu l-bażi tad-demokrazija, l-għaqda u l-inklużività. Huma kruċjali għall-irkupru u l-ġid ekonomiku u soċjali, peress li joperaw fil-livell lokali f’kull rokna tal-UE u speċjalment fiż-żoni remoti u rurali, fejn spiss ikunu l-uniku fattur li jiġġenera attività ekonomika. |
|
2.2. |
It-tibdil fil-klima jixpruna t-tranżizzjoni enerġetika sostenibbli, imma – fuq kollox – jixpruna l-ekonomija u s-soċjetà b’mod ġenerali lejn in-newtralità klimatika, iċ-ċirkolarità u s-sostenibbiltà inġenerali. Huwa jikkawża fenomeni ta’ temp estrem u diżastri naturali, u huwa marbut ma’ sfidi ambjentali ewlenin oħrajn bħat-telf tal-bijodiversità, it-tniġġis ambjentali, u d-degradazzjoni tar-riżorsi naturali. |
|
2.3. |
Il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” jiffoka b’mod speċifiku fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u jinkludi bosta biċċiet ta’ leġiżlazzjoni li jaffettwaw lill-MSMEs b’diversi modi. Huwa parti mill-implimentazzjoni tal-inizjattiva ewlenija tal-UE — il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li tindirizza t-tkabbir sostenibbli relatat mal-industriji, mal-kummerċ, mas-servizzi u mal-enerġija, mat-trasport, mal-bini u mas-sistemi tal-ikel. L-MSMEs għandhom rwol essenzjali f’dawn l-oqsma kollha. |
|
2.4. |
L-MSMEs huma parti essenzjali mis-soluzzjoni fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Eropew, sakemm jinħolqu u jipprevalu l-kundizzjonijiet adatti. Dan l-impatt pożittiv jiġi ġġenerat, min-naħa waħda, permezz ta’ titjib fil-prestazzjoni ta’ varjetà wiesgħa ta’ MSMEs, u min-naħa l-oħra, permezz tal-azzjonijiet ta’ dawn l-MSMEs, billi jipprovdu għarfien espert u soluzzjonijiet lil intrapriżi oħrajn, liċ-ċittadini u lis-settur pubbliku. |
|
2.5. |
It-tranżizzjoni ekoloġika hija marbuta mill-qrib mat-trasformazzjoni diġitali, u l-MSMEs jeħtieġ jindirizzaw iż-żewġ partijiet ta’ din it-tranżizzjoni doppja – sfida doppja eżiġenti immens minħabba l-bżonn sostanzjali għal riżorsi. Id-diġitalizzazzjoni hija għodda biex l-operazzjonijet tan-negozji jsiru iżjed effiċjenti, tgħin fl-espansjoni tas-suq u fl-internazzjonalizzazzjoni, u għandha l-potenzjal konsiderevoli li tnaqqas l-emissjonijiet, l-iskart u l-użu tar-riżorsi naturali. Iżda s-servizzi u l-apparat diġitali jikkawżaw ukoll impatti ambjentali li jeħtieġ li jiġu ġestiti simultanjament. |
|
2.6. |
Apparti milli jirsistu għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, l-MSMEs qegħdin jissieltu mal-irkupru ekonomiku mill-pandemija u mal-implikazzjonijiet tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna. Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija u n-nuqqas ta’ provvista ta’ materjali u prodotti huma fost il-kwistjonijiet reċenti li għandhom impatti sinifikanti fuq l-MSMEs u n-negozju tagħhom. Il-kompetittività tagħhom, kif ukoll il-kompetittività ġenerali tal-ekonomija tal-UE, qiegħda tkompli tiġi pperikolata mill-mossi għal għarrieda taċ-Ċina u ta’ swieq emerġenti oħrajn, li wkoll jieħdu vantaġġ milli jevitaw is-sanzjonijiet fuq ir-Russja u jsegwu rekwiżiti klimatiċi u ambjentali aktar baxxi. |
|
2.7. |
Il-kwistjonijiet relatati mal-klima u mal-ambjent ma humiex biss kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà ambjentali iżda huma wkoll, fil-biċċa l-kbira, parti essenzjali tal-kompetittività, il-profitabbiltà u l-prestazzjoni ekonomika ġenerali tal-intrapriżi. Apparti milli jserrħu fuq il-valuri tagħhom u fuq il-kuxjenzi ġenerali, l-MSMEs jissodisfaw rekwiżiti u aspettattivi klimatiċi u ambjentali permezz ta’ diversi mekkaniżmi.
|
|
2.8. |
Ħafna MSMEs ma humiex konxji għalkollox mill-impatti ta’ politiki u rekwiżiti klimatiċi u ambjentali speċifiċi fuq in-negozji tagħhom u l-katini tal- provvista u tal-valur tagħhom, u lanqas minn kif jadattaw jew jittrasformaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom f’fażi bikrija biex jipprevjenu telf jew saħansitra esklużjoni mis-suq aktar ’il quddiem. Apparti minn hekk, huma kkonfrontati minn riżorsi umani u finanzjarji limitati għall-operazzjonijiet ta’ kuljum u biex jiżviluppaw in-negozji tagħhom, u hemm riskju li d-daqs limitat tagħhom jeħtieġ jew jirrikjedi wisq għarfien multiplu. Parti notevoli tal-intrapriżi jaffaċċjaw diffikultajiet minħabba l-kumplessità ta’ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni li dejjem jevolvu, piżijiet amministrattivi, regoli finanzjarji u spejjeż għoljin, nuqqas ta’ għarfien espert u għarfien ambjentali speċifiku biex jagħżlu l-aħjar azzjonijiet (1), flimkien ma’ diffikultajiet biex jaċċessaw katini tal-valur ġodda, finanzjament, ħaddiema u mudelli ta’ negozju ġodda, fost oħrajn. |
|
2.9. |
Filwaqt li n-nuqqas ta’ għarfien dwar ir-rekwiżiti u modi kif wieħed iwieġeb għalihom huwa sfida importanti, daqstant ieħor huma d-diffikultajiet biex jiġu identifikati benefiċċji u opportunitajiet ta’ negozju potenzjali, bħal inqas spejjeż għall-enerġija u għall-materjali, aċċess imtejjeb għal finanzjament, talba ogħla u swieq ġodda, u dehra mtejba fost il-partijiet ikkonċernati. |
|
2.10. |
L-MSMEs bi proposta ta’ valur ta’ negozju fl-ekonomija ċirkolari, fil-klima, fil-bijodiversità, fl-enerġija rinnovabbli u f’temi oħrajn tal-Patt Ekoloġiku Ewropew għandhom inizjattiva inerenti biex jesploraw, jinvestu u jisfruttaw opportunitajiet ta’ negozju ġodda f’dawn l-oqsma. Għandhom bosta opportunitajiet, eż. fir-rinnovazzjoni tal-bini, fl-ippjanar u l-kostruzzjoni ta’ infrastruttura, fil-produzzjoni industrijali u fil-manutenzjoni ta’ apparat, fl-għoti ta’ servizzi legali u ta’ kontabilità, u fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet diġitali. Il-proċess ta’ tranżizzjoni huwa dipendenti ferm mis-soluzzjonijiet intelliġenti tagħhom, iġġenerati mill-esperti li jimpjegaw, li juri l-importanza ta’ edukazzjoni ta’ kwalità għolja u rilevanti, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) u titjib kostanti tal-ħiliet. |
|
2.11. |
L-aktar grupp vulnerabbli ta’ MSMEs, li għandu wkoll l-akbar ħtieġa ta’ informazzjoni huwadak li jemmen li l-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa sempliċiment biċċa leġiżlazzjoni addizzjonali li tkompli żżid mal-piżijiet amministrattivi kumulattivi, li tpoġġi lill-mudelli ta’ negozju tal-MSMEs taħt pressjoni, u li tillimita l-profitabbiltà f’xenarju ta’ żamma tal-istatus quo. Dan jenfasizza l-fatt li l-kategoriji kollha ta’ MSMEs, kemm jekk huma dawk vulnerabbli li waqgħu lura, dawk segwituri jew mexxejja, jeħtieġu appoġġ li huwa differenti u mmirat speċifikament lejhom (2). |
|
2.12. |
Barra minn hekk, f’termini ta’ kapaċità u livell ta’ tħejjija, hemm ħafna differenzi bejn l-MSMEs f’termini tan-natura u d-daqs tal-kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali, ir-rekwiżiti u l-aspettattivi mmirati lejhom, u l-opportunitajiet li jsiru disponibbli għalihom. Id-differenzi jinbtu minn diversi fatturi: l-intensità fir-riżorsi naturali tan-negozju, id-daqs tal-intrapriża, il-pożizzjoni tal-intrapriża fil-katini tal-provvista u fl-ekosistemi tan-negozju, il-lokalizzazzjoni tal-intrapriża, it-tipi ta’ klijenti, is-sorsi tal-fatturi ta’ produzzjoni, u s-swieq ġeografiċi tal-intrapriża. |
|
2.13. |
Dan jitlob soluzzjonijiet adattati ħafna u politiki u miżuri mmirati sew li jikkunsidraw id-differenzi bejn, ngħidu aħna, intrapriżi ta’ daqs medju fl-industriji tal-manifattura, intrapriżi li joperaw fl-oqsma tal-ospitalità u tal-bejgħ bl-imnut, negozji tal-familja u tradizzjonali, negozji ġodda innovattivi, intrapriżi tal-ekonomiji soċjali, u l-artiġjanat u l-professjonijiet liberi. |
|
2.14. |
Minkejja l-ħafna differenzi bejn l-MSMEs, il-ġestjoni b’suċċess tat-tranżizzjoni ekoloġika f’kull intrapriża tibda b'sensibilizzazzjoni xierqa dwar kwistjonijiet u xejriet topiċi u l-għarfien tagħhom, li jippermetti li jiġu identifikati l-punti b’saħħithom, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u r-riskji tal-intrapriża, u li tiġi definita l-pożizzjoni li jixtiequ jieħdu fit-tranżizzjoni ekoloġika. |
|
2.15. |
L-aktar sforzi konkreti fil-livell tal-intrapriża huma relatati mal-ippjanar, l-organizzazzjoni u l-monitoraġġ tan-negozju b’mod ġenerali, inkluż il-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti u servizzi, it-trasport u l-loġistika, u l-akkwist ta’ enerġija, materja prima u fatturi ta’ produzzjoni oħrajn. L-aspetti klimatiċi u ambjentali huma wkoll element integrali fl-attivitajiet ta’ innovazzjoni, fl-iżvilupp ta’ ħiliet u fl-involviment tal-ħaddiema kollha, u fil-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. |
3. Politiki u miżuri biex jiġu appoġġjati l-MSMEs taħt il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”
|
3.1. |
Bil-għan li jkunu lesti għall-mira ta’ 55 % u kapaċi jiksbu b’suċċess it-tranżizzjoni ekoloġika, l-MSMEs iridu jkunu infurmati sew u ffaċilitati sabiex jifhmu aħjar l-implikazzjonijiet tal-proposti leġiżlattivi ġodda u kumplessi (3). Dan jitlob informazzjoni u miżuri ta’ sensibilizzazzjoni wesgħin u mmirati, imwettqa b’mod koordinat u komplementari mill-KE u mill-Istati Membri, li f’dan ir-rigward għandhom responsabbiltà kruċjali. Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet kummerċjali u tal-kmamar tal-kummerċ ukoll huwa essenzjali biex jinfurmaw u jappoġġjaw lill-membri tagħhom, ikkumplementati mill-fornituri ta’ edukazzjoni u taħriġ, l-uffiċċji ta’ żvilupp reġjonali, l-organizzazzjonijiet raggruppanti, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili. |
|
3.1.1. |
Wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna, il-politiki tal-Patt Ekoloġiku Ewropew issa jinsabu taħt konsultazzjoni miftuħa f’termini ta’ skedi minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji ġodda, u d-dipendenza tal-UE mill-enerġija u l-ikel mir-Russja u mill-Ukranja. Il-KESE jirrikonoxxi ċ-ċirkostanzi u d-dipendenzi straordinarji, u jqis li l-miri ekoloġiċi ma għandhomx jiġu abbandunati għall-ebda raġuni, madankollu, għandha tingħata flessibilità loġika għal ċertu żmien sakemm tintemm il-kriżi. |
|
3.1.2. |
Apparti mill-valutazzjoni xierqa tal-impatt tal-inizjattivi leġiżlattivi kollha, il-KESE jitlob lill-KE sabiex tipprovdi gwida komprensiva, ċara u mhux ambigwa dwar ir-rekwiżiti relatati mal-klima eżistenti u dawk li ġejjin u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-MSMEs, li għandha tkopri:
|
|
3.1.3. |
Il-KESE jitlob biex titlesta gwida korrispondenti għal leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali ewlenin oħrajn. B’mod aktar ġenerali, dan it-tip ta’ gwida għandha ssir prattika regolari u takkumpanja kwalunkwe inizjattiva futura fil-qasam tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-MSMEs jeħtieġu qafas leġiżlattiv stabbli li jipprovdi perspettivi ċari u ppjanar għall-investimenti tagħhom. Għalhekk, għandhom jiġu evitati bidliet f’daqqa, bħall-bidla reċenti tal-miri fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika proposti fil-pjan REPowerEU, peress li dawn jaggravaw l-ambjent diġà kumpless u inċert ħafna. |
|
3.2. |
Fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni wies’ u tal-profondità tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, hija prevista trasformazzjoni industrijali totali. Fid-dawl tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”, u bil-għan li jiġi evitat li l-MSMEs “sempliċiment ifallu”, huwa meħtieġ programm komprensiv u wiesa’ ta’ appoġġ u żvilupp tal-kapaċità. L-għan huwa li l-MSMEs jiġu appoġġjati fil-kwistjonijiet kollha li jaffaċċjaw fl-operazzjonijiet u l-attivitajiet kummerċjali tagħhom biex isiru aktar ekoloġiċi u jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni. |
|
3.2.1. |
Il-KESE jqis li hemm livell għoli ta’ interess, espress mill-KE u mill-PE, biex issir ħidma ulterjuri fuq l-inizjattivi diġà fis-seħħ biex tiġi promossa l-istrateġija għall-SMEs u jiġu eżaminati aktar possibbiltajiet biex l-istrateġija titwettaq b’suċċess. Il-KESE jitlob biex dan l-interess jissarraf effettivament f’politika fl-oqsma kollha possibbli, u jisħaq fuq ir-rwol indispensabbli tal-Istati Membri, li għandhom jaġixxu f’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-MSMEs, mal-kmamar tal-kummerċ, mal-imsieħba soċjali u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn. |
|
3.2.2. |
L-intraprendituri żgħażagħ huma l-futur ta’ aktar tkabbir tal-MSMEs u tal-impjiegi. Għaldaqstant l-attenzjoni għall-konsumaturi u l-attraenza tagħhom għal impjegati żgħażagħ, flimkien ma’ tħassib dejjem akbar dwar it-tranżizzjoni ekoloġika, għandu jiġi identifikat u indirizzat b’mod aktar speċifiku, pereżempju fil-pjani ta’ rkupru. Barra minn hekk, sabiex isir użu mill-potenzjal sħiħ tas-soċjetà kollha u biex titkattar id-diversità fin-negozji, għandu jitneħħa kwalunkwe ostakolu għall-intraprenditorija fost in-nisa. L-ispirtu intraprenditorjali tal-gruppi vulnerabbli kollha, bħall-persuni b’diżabilità, il-migranti u l-komunitajiet li jħaddnu minoranzi, għandu jiġi stimulat u promoss ukoll. |
|
3.2.3. |
Bil-għan li jissaħħu s-sinerġiji tad-diġitalizzazzjoni u tal-ekoloġizzazzjoni fl-MSMEs, iż-żewġ xejriet għandhom jiġu kkunsidrati fl-istess ħin fit-tfassil ta’ politiki u miżuri. Peress li la t-tranżizzjoni ekoloġika u lanqas dik diġitali ma huma sempliċi kwistjonijiet tekniċi jew finanzjarji, iridu jiġu indirizzati l-kwistjonijiet personali u tan-negozju ewlenin sabiex ikun hemm maġġoranza kbira ta’ MSMEs li tadotta tranżizzjoni doppja fuq terminu twil u li tibqa’ valida fil-futur (4). |
|
3.2.4. |
Il-KESE jitlob ukoll lill-KE u l-Istati Membri biex jimmonitorjaw l-effetti tal-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali f’termini tal-katini tal-provvista u tal-valur, u tal-iżviluppi ekonomiċi u tas-soċjetà reġjonali rispettivi sabiex ikunu jistgħu jpattu għal effetti negattivi possibbli fuq l-MSMEs u fuq l-impjiegi fi stadju bikri. |
|
3.3. |
Sabiex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta’ negozju ta’ kuljum tal-MSMEs, bħall-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi, il-produzzjoni tal-enerġija u l-użu u l-organizzazzjoni tal-loġistika, jeħtieġ li tkun disponibbli provvista xierqa ta’ servizzi ta’ konsulenza prattika u ta’ pjattaformi ta’ kooperazzjoni. |
|
3.3.1. |
Il-KESE jitlob lill-UE u l-Istati Membri biex isaħħu u jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta’ servizzi ta’ appoġġ teknoloġiku u maniġerjali disponibbli għall-MSMEs, billi jużaw il-potenzjali sħiħ ta’ strumenti differenti, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza u tal-Ftehimiet ta’ Sħubija, bit-tir li jgħinu lill-intrapriżi jtejbu l-effiċjenza enerġetika u materjali, u jnaqqsu l-ġenerazzjoni ta’ emissjonijiet u skart, sabiex jimminimizzaw kemm l-ispejjeż kif ukoll l-impatti ambjentali. Il-KESE jitlob ukoll biex l-aspetti ambjentali jiġu integrati fis-servizzi ta’ konsulenza fil-qasam diġitali. |
|
3.3.2. |
Bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi tal-MSMEs, il-KESE jipproponi li jiġu stabbiliti “ċentri ta’ ċirkolarità” f’diversi reġjuni. Dan għandu jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji fl-oqsma kollha u jiffaċilita l-iżvilupp ta’ proċessi ġodda għar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-iskart u tal-prodotti sekondarji, inkluża d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda. |
|
3.3.3. |
Il-KESE jitlob għall-involviment tal-MSMEs u tar-rappreżentanti tagħhom fit-tħejjija ta’ pjani direzzjonali settorjali għal azzjoni klimatika fil-livell nazzjonali, kif ukoll fit-tiswir tal-mogħdijiet ta’ tranżizzjoni fil-livell tal-UE għal diversi ekosistemi tan-negozji, biex b’hekk jissaħħu wkoll l-għarfien dwar il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, l-allokazzjoni adatta tar-riżorsi u l-implimentazzjoni effiċjenti. |
|
3.4. |
Bil-għan li jissaħħaħ u jiġi appoġġjat l-investiment fl-ekoloġizzazzjoni tal-MSMEs, tal-ekonomija u tas-soċjetà inġenerali, għandu jiġi żgurat ambjent li jiffavorixxi l-investiment u kundizzjonijiet li jiffaċilitaw lill-MSMEs aċċess adatt għall-finanzjament. |
|
3.4.1. |
Il-KESE jistieden lill-UE u l-Istati Membri biex jaċċeleraw l-investimenti tal-MSMEs billi:
|
|
3.4.2. |
Il-KESE jistieden lill-KE biex tqis kif dovut l-impatti indiretti tal-kriterji ta’ finanzjament sostenibbli fuq l-MSMEs. Dan japplika wkoll għar-rekwiżiti ta’ solvenza għall-banek u kwalunkwe miżura oħra ta’ politika fl-oqsma tal-politika ekonomika u fiskali li għandhom impatt indirett fuq il-kapaċità tal-MSMEs li jinvestu u joperaw, li tirriżulta fil-ħolqien u ż-żamma ta’ impjiegi. |
|
3.4.3. |
Il-KESE jitlob biex jiġu rispettati r-regoli ta’ kompetizzjoni b’saħħitha fl-allokazzjoni ta’ finanzjament pubbliku għal investimenti ekoloġiċi. Il-KESE jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa għal monitoraġġ tal-flussi ta’ finanzjament b’indikaturi xierqa. Importanti li l-MSMEs jingħataw aċċess ugwali għall-akkwist u l-investiment pubbliku, eż. fl-infrastruttura ġenerali, kif ukoll li jiġi inkoraġġut l-investiment fl-ekoloġizzazzjoni tal-MSMEs infushom, eż. billi jintuża finanzjament pubbliku bħala stimolu tal-investiment privat. |
|
3.4.4. |
Wara żviluppi reċenti fis-swieq tal-enerġija, il-KE rrikonoxxiet il-vulnerabbiltà tal-MSMEs ikkawżata mir-riskju dejjem akbar ta’ faqar enerġetiku (5). Il-KESE jilqa’ d-definizzjoni ta’ “mikrointrapriżi vulnerabbli” u jitlob għal sforz addizzjonali biex jiġu pprovduti bl-appoġġ rilevanti biex jindirizzaw dan il-piż. |
|
3.5. |
Il-KESE jitlob lill-UE u l-Istati Membri biex isaħħu l-kummerċ ta’ soluzzjonijiet ekoloġiċi mill-MSMEs billi jiżviluppaw u jiżguraw kundizzjonijiet tas-suq xierqa li jagħmlu dan li ġej:
|
|
3.6. |
Sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-MSMEs fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ekoloġiċi ġodda għan-negozji, għall-konsumaturi u għas-soċjetà inġenerali, il-KESE jitlob għall-miżuri li ġejjin:
|
|
3.7. |
Biex jiġi żgurat li jkun hemm il-ħiliet adattati meħtieġa biex jiġu żviluppati u operati negozji f’konformità mat-tranżizzjoni ekoloġika (6), il-KESE jitlob dan li ġej.
|
|
3.8. |
Il-KESE jitlob għall-ħolqien ta’ indikaturi xierqa u għodod prattiċi li jikkontribwixxu għall-monitoraġġ sistematiku tal-operazzjonijiet u tal-impatti tal-intrapriżi b’rabta mat-tranżizzjoni ekoloġika. Dan għandu jservi wkoll għall-komunikazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati. Sadanittant, il-KESE jitlob lil dawk fl-UE li jfasslu l-politiki biex joqogħdu lura milli jiffissaw obbligi ta’ rappurtar ta’ piż kbir għall-MSMEs, u anke biex jevalwaw l-implikazzjonijiet indiretti għall-MSMEs ikkawżati mir-rekwiżiti ta’ rappurtar immirati lejn kumpaniji kbar. |
4. Kummenti speċifiċi dwar il-professjonijiet liberi, l-artiġjanat u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali
|
4.1. |
Biex tiġi żgurata tranżizzjoni ekoloġika ġusta fejn ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, huwa kruċjali li l-politiki tal-UE jitfasslu b’kunsiderazzjoni tal-impatt potenzjali tagħhom fuq is-snajja’ u l-artiġjanat. Dawn l-atturi ekonomiċi huma tabilħaqq importanti għall-ekonomiji lokali, għaliex jipprovduhom b’oġġetti u b’servizzi indispensabbli mfassla għall-ħtiġijiet tal-konsumaturi, anke f’żoni ġeografiċi li huma inqas konnessi maċ-ċentri urbani. Id-djalogu mar-rappreżentanti tagħhom, bħall-organizzazzjonijiet kummerċjali u l-kmamar tal-kummerċ, jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet għaqlin li jikkunsidraw l-impatt potenzjali fir-realtà. |
|
4.2. |
Għarfien espert professjonali indipendenti huwa meħtieġ biex jinstabu soluzzjonijiet innovattivi ottimizzati għat-tibdil fil-klima u għal sfidi ambjentali oħrajn. Il-professjonijiet liberali jwieġbu għal dan il-bżonn f’għadd ta’ oqsma tal-ekonomija u tas-soċjetà billi jipprovdu għarfien espert u pariri tekniċi, legali, finanzjarji u mhux finanzjarji. Il-KESE jitlob għal miżuri fl-UE kollha biex jinċentivaw lill-Istati Membri jippromovu regolamenti professjonali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni adatta tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, pereżempju f’approċċi tekniċi kumplessi, b’tali mod li jiġu promossi l-aktar soluzzjonijiet ekonomiċi u innovattivi. |
|
4.3. |
Tista’ tiġi żgurata aktar sostenibbiltà fl-ippjanar tal-ispazju lokali u reġjonali billi jissaħħu s-servizzi ta’ konsulenza għall-muniċipalitajiet. Huwa importanti wkoll li jkompli jiġi żviluppat il-kunċett ta’ valutazzjoni ambjentali strateġika fid-direzzjoni tal-valutazzjoni tas-sostenibbiltà (ekoloġika, ekonomika u soċjali). Il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku fl-UE għandhom japplikaw kriterji klimatiċi u kriterji oħrajn orjentati lejn il-kwalità, u permezz ta’ dan jippromovu l-innovazzjoni fl-MSMEs u jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għal proġetti, speċjalment fil-qasam tas-servizzi ta’ ppjanar. |
|
4.4. |
Huma meħtieġa tekniki, prodotti u proċessi ġodda fit-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ċirkolari. Pereżempju, fis-settur tal-kostruzzjoni dan jitlob li l-iskart tar-rinnovazzjoni u tal-kostruzzjoni jiġi riċiklat, l-elementi jerġgħu jintużaw, u jiġu introdotti materjali ġodda għall-kostruzzjoni, inkluż li jiġu rikonoxxuti materjali tal-kostruzzjoni sekondarji ta’ kwalità garantita, u kooperazzjoni mill-qrib bejn il-produtturi, il-professjonisti tal-artiġjanat u l-industrija tar-riċiklaġġ. Il-katini tal-valur reġjonali u r-raggruppamenti tal-bini wkoll iridu jissaħħu bl-involviment tal-artiġjanat. |
|
4.5. |
L-isfidi ambjentali relatati mal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali huma essenzjalment l-istess bħal dawk ta’ intrapriżi oħra f’termini tal-kwistjonijiet rilevanti. Madankollu, il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ dawn l-intrapriżi jridu jiġu kkunsidrati kif dovut f’konformità mal-bosta Opinjonijiet tal-KESE, permezz ta’ miżuri mmirati mibnija fuq il-pjan ta’ azzjoni reċenti tal-UE dwar l-ekonomija soċjali. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Data mill-Flash Eurobarometer 498. Rapport dwar l-SMEs, is-swieq ekoloġiċi u l-effiċjenza fir-riżorsi, p. 46, Marzu 2022.
(2) Smit, S.J., SME focus – Long-term strategy for the European industrial future, Dipartiment Tematiku tal-PE għall-Politika Ekonomika, Xjentifika u tal-Kwalità tal-Ħajja, PE 648.776 – April 2020.
(3) Il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” jinkludi firxa wiesgħa ta’ inizjattivi leġiżlattivi, fejn id-deċiżjoni finali hija soġġetta għal negozjati bejn l-istituzzjonijiet. Sakemm jitlesta dan il-proċess, l-MSMEs jistgħu jsegwu biss parti mill-informazzjoni, u jaffaċċjaw inċertezza dwar il-futur.
(4) SME focus, Dipartiment tal-Politika tal-PE, April 2020.
(5) COM(2021) 568 final, 14.7. 2021 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1395674057421&uri=CELEX:52021PC0568
(6) F’konformita wkoll ma’ ĠU C 56, 16.2.2021, p. 1.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/9 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Trasferimenti ta’ negozji bħala promoturi tat-tkabbir tal-irkupru sostenibbli fis-settur tal-SMEs”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 486/02)
|
Relatur: |
Mira-Maria KONTKANEN |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
20.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 32(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
8.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
143/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
It-trasferimenti ta’ negozji huma proċess strateġiku importanti li jiżgura l-kontinwità ta’ negozji u jħares l-impjieg. Għalhekk, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jissuġġerixxi li l-Unjoni Ewropea (UE) u l-politiki ta’ rkupru u tkabbir tal-Istati Membri jagħtu rwol b’saħħtu lill-promozzjoni tat-trasferimenti ta’ negozji. |
|
1.2. |
It-trasferimenti ta’ negozji jissalvagwardjaw in-nisġa soċjali taż-żoni rurali fejn l-MSMEs (intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju) għandhom preżenza qawwija. L-iżvilupp ta’ ekosistemi ta’ trasferiment ta’ negozji li jiffunzjonaw tajjeb u servizzi ta’ appoġġ huwa essenzjali għall-preservazzjoni tal-għajxien u l-ekonomiji ta’ żoni rurali u monoindustrijali. Il-KESE jemmen li dan għandu jiġi rikonoxxut fl-implimentazzjoni tal-viżjoni fit-tul tal-UE għaż-żoni rurali u fil-Pjan ta’ Azzjoni Rurali. |
|
1.3. |
It-trasferimenti ta’ negozji b’suċċess jissalvagwardjaw l-impjiegi eżistenti u joħolqu impjiegi ġodda kif ukoll prospetti futuri għall-impjegati f’termini ta’ kontinwità tal-impjiegi u żvilupp professjonali. Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkondividu l-aħjar prattiki dwar kif jista’ jiġi promoss it-trasferiment ta’ kumpanija lill-impjegati, pereżempju fil-forma ta’ kooperattiva (1) u intrapriżi oħra tal-ekonomija soċjali li huma proprjetà tal-ħaddiema. |
|
1.4. |
Aktar ma l-intraprendituri jħejju kmieni għat-trasferiment, aktar ikun ta’ suċċess it-trasferiment. L-Istati Membri għandhom iżidu l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tagħhom dwar it-trasferimenti ta’ negozji u jgħammru lin-negozji u lil organizzazzjonijiet oħra ta’ appoġġ biex jippromovu u jassistu t-trasferimenti tal-MSMEs. Il-KESE jappella wkoll lill-Istati Membri biex jintroduċu u jkomplu jiżviluppaw mekkaniżmi ta’ Twissija Bikrija (2) għall-MSMEs biex jappoġġjaw ir-reżiljenza, il-vijabbiltà u fl-aħħar mill-aħħar it-trasferibbiltà tan-negozju. |
|
1.5. |
L-akkwist ta’ negozju eżistenti għandu jiġi promoss b’mod attiv bħala opportunità li tkun attraenti daqslikieku wieħed ikun intraprenditur ta' negozju ġdid. L-għarfien dwar ix-xiri ta’ kumpanija u s-suċċessjoni għandhom ikunu parti mill-edukazzjoni intraprenditorjali, fl-edukazzjoni sekondarja u għolja. Għalhekk, il-KESE jappella sabiex jiġu żviluppati inċentivi għat-trasferiment ta’ kumpaniji żgħar lil intraprendituri żgħażagħ. Inċentivi bħal dawn jistgħu jinkludu s-sensibilizzazzjoni, is-servizzi ta’ konsulenza, il-mentoraġġ u l-aċċess għall-finanzi. Barra minn hekk, il-fehim tal-intraprendituri żgħażagħ dwar id-djalogu soċjali jista’ jissaħħaħ aktar biex jiġi żgurat li t-trasferimenti tan-negozji jirnexxu għall-partijiet interessati kollha. Bl-istess mod, għandhom jiġu żviluppati aktar inċentivi għat-trasferimenti ta’ negozji għall-intraprendituri nisa, sabiex jiżdied in-numru ta’ intraprendituri nisa li bħalissa huwa baxx wisq. |
|
1.6. |
Il-finanzjament għadu ostaklu għat-trasferimenti ta’ negozji b’suċċess u l-biċċa l-kbira tat-trasferimenti ta’ negozji jeħtieġu finanzjament estern. Il-KESE jħeġġeġ bil-qawwa lil kull Stat Membru biex jiżgura li jkun hemm istituzzjonijiet finanzjarji disponibbli biex jappoġġjaw it-trasferimenti ta’ negozji fil-każ tal-MSMEs, pereżempju billi jassistu fil-kollaterali tas-self bankarju. |
|
1.7. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Istati Membri jistabbilixxu fora nazzjonali għall-partijiet interessati fit-trasferiment ta’ negozji li jirrappreżentaw kemm il-partijiet interessati pubbliċi kif ukoll dawk privati. Il-forums tat-trasferiment ta’ negozji joffru approċċ sistematiku u fit-tul għall-promozzjoni tat-trasferimenti ta’ negozji. Dawn jipprovdu wkoll spazju għal djalogu kontinwu bejn l-esperti nazzjonali u jikkostitwixxu użu aktar effiċjenti tar-riżorsi. |
|
1.8. |
Il-KESE jemmen li l-pjattaformi ta’ trasferiment tan-negozji online għandhom jiġu żviluppati fl-Istati Membri kollha tal-UE, u li għandhom ikunu aċċessibbli wkoll għall-mikrokumpaniji u l-kumpaniji ż-żgħar. Għandhom jiġu żviluppati interkonnessjonijiet u sinerġiji bejn pjattaformi online differenti fl-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea tista’ tiffaċilita r-rabta bejn swieq online differenti fl-UE. |
|
1.9. |
Id-data dwar it-trasferimenti ta’ negozji ta’ spiss tkun frammentata, insuffiċjenti, skaduta, u mhux komparabbli fl-Istati Membri kollha tal-UE. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu jtejbu l-bażi tad-data dwar it-trasferimenti ta’ negozji. |
|
1.10. |
Għandha tiġi żviluppata analiżi regolari tas-sitwazzjoni tat-trasferimenti ta’ negozji fl-Ewropa, pereżempju fil-forma ta’ barometru mifrux fl-UE kollha għat-trasferiment ta’ negozji li jipprovdi wkoll kontribut għal tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza. L-Assemblea annwali tal-SMEs tal-UE għandha tintuża bħala forum għal diskussjoni regolari u għall-iskambju tal-esperjenza għat-trasferimenti tal-MSMEs. Fl-aħħar nett, għandhom jiġu kkunsidrati diversi inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni, bħat-twaqqif ta’ ġimgħa nazzjonali u/jew Ewropea għat-trasferimenti ta’ negozji. |
2. Introduzzjoni
|
2.1. |
Iż-żieda fl-għadd ta’ trasferimenti ta’ negozji b’suċċess ikollha benefiċċji immedjati għall-impjieg, il-kontinwità tan-negozju u l-ekonomija Ewropea kollha kemm hi. F’konformità mal-proposti tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (3), it-trasferimenti ta’ negozji jikkontribwixxu għal soċjetajiet aktar reżiljenti u koeżivi. |
|
2.2. |
It-trasferimenti ta’ negozji jiffurmaw parti dejjem aktar sinifikanti u naturali tal-iżvilupp strateġiku, it-tiġdid u t-tkabbir tal-MSMEs. Hekk kif il-popolazzjoni tal-Ewropa qed tixjieħ u l-għadd ta’ intraprendituri li qed jippjanaw li jirtiraw min-negozju qed jiżdied, it-trasferimenti ta’ negozji b’suċċess qed isiru saħansitra aktar kruċjali għall-ekonomija Ewropea tal-MSMEs. |
|
2.3. |
Kull sena madwar 450 000 kumpanija b’2 miljun impjegat qed jiġu trasferiti fl-Ewropa kollha. Huwa stmat li kull sena, madwar 150 000 negozju jirriskjaw li ma jiġux trasferiti b’suċċess, u dan jipperikola madwar 600 000 impjieg. L-aktar vulnerabbli għal dan huma n-negozji ż-żgħar (4). |
|
2.4. |
It-trasferimenti ta’ negozji jistgħu jkunu proċess kumpless minħabba sfidi finanzjarji, maniġerjali, regolatorji, amministrattivi jew tas-suq, bħat-tqabbil tal-bejjiegħa max-xerrejja. Fl-istess ħin, il-parti l-kbira tat-trasferimenti kollha ta’ negozji jseħħu f’mikronegozji b’riżorsi limitati. It-trasferiment ta’ spiss ikun aktar diffiċli għan-negozji ż-żgħar u għan-negozji fejn is-sid stabbilit ikollu rwol dominanti (5). |
|
2.5. |
Ekosistema ta’ trasferimenti ta’ negozji li tiffunzjona tajjeb hija essenzjali għal trasferimenti ta’ suċċess u tgħin biex jinbnew swieq dinamiċi għat-trasferiment ta’ negozji. L-ekosistemi tat-trasferiment ta’ negozji jinkludu diversi partijiet interessati pubbliċi u privati: xerrejja, bejjiegħa, predeċessuri, suċċessuri, konsulenti tan-negozju bħal sensara tan-negozju, kontabilisti, avukati u konsulenti, medjaturi, istituzzjonijiet finanzjarji, organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għan-negozju, dawk li jfasslu l-politika, u akkademiċi. L-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, li l-għan tagħhom huwa li tiżdied it-tħejjija għat-trasferimenti ta’ negozji, huma parti importanti mill-ekosistema. Sal-lum, ix-xenarju tat-trasferimenti ta’ negozji jvarja b’mod sostanzjali bejn l-Istati Membri u bejn ir-reġjuni fi ħdan Stat Membru partikolari, u jħalli spazju għal tagħlim reċiproku u titjib għall-ekosistemi tat-trasferimenti ta’ negozji fl-Ewropa kollha. Madankollu, ir-responsabbiltà aħħarija għat-trasferiment dejjem tkun tal-intraprenditur. |
|
2.6. |
Il-bidla b’suċċess tas-sjieda tista’ twassal għal negozju aktar reżiljenti, innovattiv u kompetittiv. Meta n-negozji b’sidien ġodda jadottaw aktar mudelli ta’ negozju ekoloġiċi u diġitali, it-trasferimenti ta’ negozji jikkontribwixxu wkoll għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tas-settur tal-MSMEs. |
|
2.7. |
Il-pandemija tal-COVID-19 ħarġet fid-dieher ukoll il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tan-negozji Ewropej u li jiġi żgurat ippjanar ta’ tħejjija aħjar. Il-kumpanija u l-mudell kummerċjali tagħha għandhom ikunu b’saħħithom u reżiljenti għal xokkijiet esterni biex it-trasferiment ikun ta’ suċċess. Is-saħħa finanzjarja u r-reżiljenza jżidu l-possibbiltajiet ta’ trasferiment b’suċċess. |
3. Sfond
|
3.1. |
It-trasferimenti ta’ negozji ilhom parti mill-politika tal-UE dwar l-intraprenditorija sa mill-bidu tad-disgħinijiet. Fl-1994, il-Kummissjoni Ewropea abbozzat Rakkomandazzjoni (6) biex ittejjeb il-kundizzjonijiet qafas fl-Istati Membri għat-trasferimenti ta’ negozji. Din ir-rakkomandazzjoni pproponiet sensiela ta’ miżuri għall-Istati Membri biex itejbu s-sitwazzjoni għan-negozji li jkunu qed iħejju għal trasferiment. Dawn il-miżuri jinkludu attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ tħejjija, it-titjib tal-ambjent finanzjarju għat-trasferimenti ta’ negozji, il-ftuħ ta’ perkorsi legali għar-ristrutturar, il-provvediment ta’ mezzi legali biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-sħubija f’każ ta’ mewt ta’ msieħeb jew sid, l-iżgurar li t-taxxi fuq il-wirt jew id-donazzjonijiet ma jxekklux it-trasferimenti ta’ negozji u l-iffaċilitar tat-trasferiment lil partijiet terzi permezz ta’ regoli adegwati tat-taxxa. |
|
3.2. |
Minn dak iż-żmien ’il hawn, il-KE rrevediet ir-Rakkomandazzjoni fl-2006 u ppubblikat il-Komunikazzjoni (7) L-Implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi: Trasferiment tan-Negozju — Kontinwità bis-saħħa ta’ bidu ġdid. Ir-reviżjoni enfasizzat li l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-1994 għadha teħtieġ aktar sforzi. Minbarra s-sejħa għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-1994, il-Komunikazzjoni tal-2006 għamlet aktar rakkomandazzjonijiet għall-promozzjoni tat-trasferiment ta’ negozji bħaż-żieda tal-attenzjoni politika mogħtija lit-trasferimenti ta’ negozji, l-għoti ta’ appoġġ speċjalizzat u l-mentoraġġ, l-organizzazzjoni ta’ swieq trasparenti tat-trasferiment, u l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura ta’ appoġġ nazzjonali, reġjonali u lokali biex jitrawmu t-trasferimenti. |
|
3.3. |
Fl-2013, il-KE evalwat il-progress tar-rakkomandazzjonijiet tal-2006. Il-konklużjoni ġenerali kienet li ma sarx biżżejjed progress fl-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jittejjeb il-qafas għat-trasferimenti ta’ negozji mill-Komunikazzjoni tal-2006 ’l hawn. In-nuqqasijiet elenkati fl-evalwazzjoni kienu f’oqsma bħall-arranġamenti tat-taxxa għal partijiet terzi jew impjegati jew fl-għoti ta’ appoġġ dedikat u inizjattivi finanzjarji. L-evalwazzjoni indikat ukoll li t-trasferimenti ta’ negozji ma ngħatawx biżżejjed attenzjoni politika fil-livell tal-UE jew tal-Istati Membri, b’kuntrast mal-politika dwar in-negozji ġodda. |
|
3.4. |
Fl-2020, il-KE ppubblikat Strateġija tal-UE għall-SMEs (8) li tikkonferma mill-ġdid l-impenn tagħha biex tkompli taħdem biex tagħmel it-trasferimenti ta’ negozji aktar faċli u biex tappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jistabbilixxu ambjent tan-negozju favur it-trasferiment. Dan l-aħħar, il-KE ffukat fuq it-titjib tal-bażi ta’ evidenza tat-trasferimenti ta’ negozji, billi ppubblikat rapport fl-2021 (9). L-azzjonijiet tal-KE u l-prattiki tajba ffinanzjati mill-UE jistgħu jiġu segwiti fuq is-sit web tal-KE (10). |
|
3.5. |
Il-KESE rrikonoxxa wkoll l-importanza tat-trasferimenti tal-MSMEs u qed jappella għal miżuri rapidi li jiffaċilitawhom u jissemplifikawhom b’kost raġonevoli (11). Fl-Opinjoni tiegħu dwar l-Istrateġija tal-UE għall-SMEs, il-KESE jappella wkoll biex tingħata attenzjoni speċjali lit-trasferimenti transfruntiera tal-MSMEs ħalli jiġu indirizzati l-ispejjeż għoljin assoċjati ma’ dawn it-tranżazzjonijiet u d-differenzi sostanzjali bejn ir-regolamenti nazzjonali (12). L-Opinjoni ta’ segwitu tal-KESE dwar l-Istrateġija tal-UE għall-SMEs (13) turi l-potenzjal ta’ trasferimenti ta’ negozji b’suċċess biex in-negozju jsir aktar diġitali u sostenibbli, f’konformità mal-għanijiet ta’ tranżizzjoni doppja tal-UE. |
4. Kummenti ġenerali
|
4.1. |
It-trasferimenti ta’ negozji huma suġġett dejjem aktar importanti għall-MSMEs minħabba d-demografija Ewropea u l-intraprendituri li qed jixjieħu. Madwar 90 % tat-trasferimenti ta’ negozji jsiru f’mikrokumpaniji (14). |
|
4.2. |
Iż-żieda fl-għadd ta’ trasferimenti ta’ negozji b’suċċess għandha benefiċċji immedjati għall-ekonomija Ewropea. Meta mqabbla ma’ negozji ġodda, in-negozji trasferiti b’suċċess għandhom prestazzjoni aħjar f’termini ta’ sopravivenza, fatturat, profitt, innovazzjoni, u impjiegi (15). Skont il-Kummissjoni Ewropea, il-kumpaniji eżistenti jikkonservaw medja ta’ ħames impjiegi filwaqt li negozju ġdid jiġġenera biss żewġ impjiegi bħala medja (16). Il-promozzjoni tat-trasferimenti ta’ negozji hija għalhekk l-aħjar promozzjoni possibbli għat-tkabbir intraprenditorjali. |
|
4.3. |
It-trasferimenti ta’ negozji jissalvagwardjaw in-nisġa soċjali taż-żoni rurali fejn ikun hemm preżenza qawwija ta’ MSMEs; huwa stmat li mill-inqas terz tal-MSMEs Ewropej jinsabu f’żoni rurali. Huma jiżguraw il-koeżjoni ekonomika u soċjali ta’ dawn iż-żoni permezz tas-servizzi tagħhom liċ-ċittadini, lill-konsumaturi u lill-attivitajiet ekonomiċi lokali kif ukoll permezz tal-impjiegi li jipprovdu (17). It-trasferimenti ta’ negozji jgħinu biex jiġi evitat it-telf ta’ għarfien espert tal-artiġjanat lokali. Ħafna drabi, l-artiġjanat lokali u s-settur tal-bejgħ bl-imnut jikkontribwixxu b’mod pożittiv għal għażla diversa tal-konsumatur fis-suq, u joffru alternattiva għal ktajjen tal-bejgħ bl-imnut uniformi. Għall-konsumaturi, trasferiment li jirnexxi jfisser servizzi u prodotti kontinwi u ta’ spiss imtejba. L-iżvilupp ta’ ekosistemi ta’ trasferiment ta’ negozji li jiffunzjonaw tajjeb u servizzi ta’ appoġġ huwa essenzjali għall-preservazzjoni tal-għajxien u l-ekonomiji ta’ żoni monoindustrijali u rurali, li għandhom importanza speċifika speċjalment għas-settur agrikolu u tal-ipproċessar tal-ikel. It-trasferimenti b’suċċess joffru wkoll triq biex jitħaffef il-pass tat-tranżizzjoni doppja fiż-żoni rurali permezz ta’ trasformazzjoni mibdija permezz ta’ bidla fis-sjieda. Il-KESE jemmen li l-iżvilupp ta’ ekosistemi ta’ trasferiment ta’ negozji u servizzi ta’ appoġġ għandu jkun parti mill-implimentazzjoni tal-viżjoni fit-tul tal-UE għaż-żoni rurali u tal-Pjan ta’ Azzjoni Rurali. |
|
4.4. |
Il-promozzjoni tat-trasferimenti ta’ negozji hija ta’ benefiċċju wkoll għall-impjegati peress li tippreserva l-impjiegi u l-kontinwità tan-negozju. Fl-MSMEs b’mod partikolari, l-impjegati huma l-aktar assi ta’ valur li jiġi ttrasferit lis-sjieda l-ġdida. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat il-benesseri tal-impjegati fil-każ ta’ trasferimenti ta’ negozji. Ħafna drabi, sidien ġodda javviċinaw it-trasferiment b’entużjażmu biex jiżviluppaw u jkabbru n-negozju. Dan ifisser ukoll perspettivi futuri aħjar għall-impjegati f’termini ta’ kontinwità tal-impjieg u żvilupp professjonali. Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkondividu l-aħjar prattiki fir-rigward tat-trasferimenti fejn l-impjegati jistgħu jkomplu jaħdmu u jiżviluppaw l-attivitajiet billi jieħdu f’idejhom l-intrapriża tagħhom, pereżempju fil-forma ta’ kooperattiva u forom oħra ta’ intrapriża fl-ekonomija soċjali li jkunu proprjetà ta’ ħaddiema (18) li wrew ir-reżistenza tagħhom għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Barra minn hekk, il-promozzjoni tad-djalogu soċjali u l-informazzjoni upstream tiffaċilita l-akkwiżizzjonijiet mill-impjegati. Dan huwa konformi mal-Opinjoni tal-KESE INT/925 (19), li tenfasizza l-akkwiżizzjoni mill-impjegati bħala prattika tajba għat-tnedija mill-ġdid ta’ kumpaniji fi kriżi u t-trasferiment ta’ SMEs li s-sidien tagħhom ma jkollhomx suċċessuri. |
|
4.5. |
Il-promozzjoni tat-trasferimenti ta’ negozji għandha tingħata rwol b’saħħtu fil-politiki tal-UE u tal-Istati Membri għall-irkupru u t-tkabbir. Il-KESE japprova l-isforz strateġiku li sar mill-Kummissjoni kif ukoll l-organizzazzjonijiet ta’ promozzjoni tat-trasferimenti ta’ negozji bħal Transeo (20) biex joħolqu ambjent aktar favorevoli għat-trasferimenti fl-Ewropa. Madankollu, għad hemm lok għat-titjib. Il-livell ta’ attenzjoni, il-funzjonalità ġenerali attwali tal-ekosistema tat-trasferimenti ta’ negozji u l-firxa tal-miżuri ta’ promozzjoni tat-trasferimenti ta’ negozji jvarjaw b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri. F’ambjent ta’ negozju li qed jiżviluppa b’rata mgħaġġla, l-intraprendituri jeħtieġ li jħaddnu opportunitajiet għat-tkabbir, kemm internament kif ukoll permezz ta’ akkwiżizzjonijiet. Għandhom jiġu kkunsidrati t-tipi kollha ta’ trasferimenti ta’ sjieda, inklużi s-suċċessjonijiet tal-familja, ix-xiri sfurzat u l-akkwiżizzjonijiet mill-maniġment, l-akkwiżizzjonijiet strateġiċi, u l-akkwiżizzjonijiet mill-impjegati. |
|
4.6. |
Sabiex it-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn l-ekonomija diġitali u ekoloġika tirnexxi, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-MSMEs. It-trasferimenti ta’ negozji huma mod naturali biex mudell kummerċjali tal-MSMEs jiġi ttrasformat f’wieħed aktar ekoloġiku u aktar diġitali, bħala appoġġ għat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika tagħhom. Il-bidla b’suċċess tas-sjieda tista’ twassal għal negozju aktar reżiljenti, innovattiv u kompetittiv. Barra minn hekk, minn perspettiva ta’ riżorsi, ix-xiri ta’ kumpanija eżistenti bl-assi tal-produzzjoni tagħha ħafna drabi jkun aktar favur l-ambjent mix-xiri ta’ oħrajn ġodda. |
|
4.7. |
Speċjalment meta n-negozju jkun qed jiġi trasferit minn intraprenditur li qed jixjieħ għal wieħed iżgħar, x’aktarx li l-intraprenditur żagħżugħ ikun mgħammar aħjar biex jintegra teknoloġiji ġodda, metodi ta’ produzzjoni u mudelli ta’ negozju sostenibbli fin-negozju akkwistat. Għalhekk, il-KESE jappella sabiex jiġu żviluppati aktar inċentivi, bħas-sensibilizzazzjoni, is-servizzi ta’ konsulenza, il-mentoraġġ u l-aċċess għall-finanzi għat-trasferiment tal-MSMEs lill-intraprendituri żgħażagħ. Barra minn hekk, il-fehim tal-intraprendituri żgħażagħ dwar id-djalogu soċjali jista’ jissaħħaħ aktar pereżempju permezz ta’ moduli ta’ djalogu soċjali fit-taħriġ tal-intraprenditorija. Il-fatt li wieħed jibda bħala intraprenditur permezz tal-akkwist ta’ negozju eżistenti għandu jiġi promoss b’mod attiv bħala opportunità li tkun ugwalment attraenti daqslikieku wieħed isir intraprenditur ta’ negozju ġdid. Bl-istess mod, għandhom jiġu żviluppati aktar inċentivi għat-trasferimenti ta’ negozji għall-intraprendituri nisa, sabiex jiżdied in-numru ta’ intraprendituri nisa li bħalissa huwa baxx wisq. |
|
4.8. |
Fil-biċċa l-kbira tat-trasferimenti ta’ negozji hemm bżonn ta’ finanzjament estern. Minħabba ż-żieda fir-rekwiżiti regolatorji fis-settur finanzjarju, hemm żewġ strumenti finanzjarji ewlenin li jridu jiġu enfasizzati biex jiġu promossi t-trasferimenti ta’ negozji. L-ewwel nett, il-ħtieġa għal kollaterali biex jiġu ffinanzjati pakketti ta’ trasferiment ta’ negozji hija ovvja. Madankollu, is-sehem dejjem jikber tal-assi tan-negozju huwa immaterjali, u s-settur bankarju huwa meħtieġ jikkonforma ma’ regoli dejjem aktar stretti. Kull Stat Membru jeħtieġ operatur jew organizzazzjoni li tipprovdi kollateral għal self bankarju. It-tieni, l-iżvilupp tal-qafas regolatorju tal-UE jżid id-domanda għall-finanzjament tal-ekwità. Hemm diversi xerrejja, li jkunu kkwalifikati biex imexxu n-negozju fil-mira iżda huma nieqsa mill-finanzjament tal-ekwità. Il-KESE jħeġġeġ bil-qawwa lill-KE biex tieħu rwol proattiv fil-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ dawn iż-żewġ strumenti finanzjarji fl-Istati Membri. |
|
4.9. |
Fil-futur, numru dejjem akbar ta’ MSMEs tal-familja ser jiġu trasferiti lil partijiet terzi. Biex jattira xerrejja terzi, in-negozju jeħtieġ li jkun fi stat vijabbli, ekonomikament b’saħħtu u attraenti. Aktar ma l-intraprendituri jħejju kmieni għat-trasferiment, aktar ikun ta’ suċċess it-trasferiment. L-Istati Membri għandhom iżidu l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tagħhom dwar it-trasferimenti ta’ negozju u jgħammru lin-negozju u lil organizzazzjonijiet oħra ta’ appoġġ biex jippromovu u jassistu t-trasferimenti tal-MSMEs. L-appoġġ ta’ Twissija Bikrija offrut lil negozju f’diffikultà finanzjarja jista’ jkun importanti wkoll biex tingħata għajnuna lil intraprenditur biex imexxi n-negozju lura lejn triq finanzjarjament vijabbli u jippreparah għal trasferiment. Għalhekk, il-KESE jappella lill-Istati Membri biex jintroduċu u jiżviluppaw aktar mekkaniżmi ta’ appoġġ ta’ Twissija Bikrija għall-MSMEs. |
Studju reċenti dwar il-Promozzjoni tat-Trasferiment ta’ Negozji fil-Pajjiżi Ewropej (21) juri prattiki ta’ promozzjoni tat-trasferimenti ta’ negozji fl-Istati Membri li jistgħu jiġu replikati f’pajjiżi oħra. Il-KESE jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-istudju biex l-Istati Membri jistabbilixxu forums nazzjonali għall-partijiet interessati dwar it-trasferimenti ta’ negozji, li jirrappreżentaw kemm il-partijiet interessati pubbliċi kif ukoll dawk privati. Il-kooperazzjoni tal-partijiet interessati hija meħtieġa fil-livelli kollha: reġjonali, nazzjonali u internazzjonali. Il-forums dwar it-trasferimenti ta’ negozji joffru — permezz ta’ djalogu kontinwu bejn l-esperti nazzjonali — approċċ sistematiku u fit-tul għall-promozzjoni tat-trasferimenti ta’ negozji u jikkostitwixxu użu aktar effiċjenti tar-riżorsi. Eventwalment, jista’ jiġi stabbilit djalogu transfruntier, promoss mill-Kummissjoni Ewropea, bejn forums nazzjonali differenti għall-iskambju tal-aħjar prattiki fil-promozzjoni tat-trasferimenti ta’ negozji fl-Istati Membri.
|
4.10. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mit-teknoloġiji diġitali fil-promozzjoni tat-trasferimenti ta’ negozji. Il-pjattaformi online għat-trasferimenti ta’ negozji li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huma proprjetà ta’ partijiet interessati privati u ġestiti minnhom, għandhom jiġu żviluppati fl-Istati Membri kollha, u jenħtieġ li jkunu aċċessibbli wkoll għall-mikrokumpaniji u kumpaniji żgħar. Jenħtieġ li jiġu żviluppati interkonnessjonijiet u sinerġiji bejn pjattaformi online differenti fl-Istati Membri u l-KE tista’ tiffaċilita l-aċċess għal swieq online differenti fl-Istati Membri. Barra minn hekk, l-għadd ta’ trasferimenti transfruntiera tan-negozji fost in-negozji ż-żgħar qed jiżdied. Kooperazzjoni mtejba bejn il-pjattaformi online nazzjonali tkun mod kosteffettiv biex in-negozji ż-żgħar ikunu jistgħu jiskopru sidien potenzjali fi Stati Membri oħra. |
|
4.11. |
It-tfassil ta’ politika Ewropea b’suċċess dwar it-trasferimenti ta’ negozji jeħtieġ titjib fil-ġbir tad-data. Sal-lum, id-data dwar it-trasferimenti ta’ negozji hija frammentata u mhux komparabbli. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu l-passi ssuġġeriti biex itejbu l-bażi tad-data dwar it-trasferimenti ta’ negozji. Dawn il-passi ġew deskritti fir-rapport reċenti Improving the evidence base on transfer of business in Europe (Titjib tal-bażi ta’ evidenza dwar it-trasferiment ta’ negozji fl-Ewropa) (22). Il-KESE jirrakkomanda wkoll l-iżvilupp ta’ barometru għat-trasferimenti ta’ negozji fl-UE kollha, li jirrapporta darba kull erba’ snin, biex jipprovdi kontribut għal tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza abbażi ta’ data mtejba. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll diversi inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni, bħat-twaqqif ta’ ġimgħa nazzjonali u/jew Ewropea għat-trasferimenti ta’ negozji. |
|
4.12. |
Il-KESE jissuġġerixxi li, minbarra l-iżvilupp ta’ ġbir aħjar tad-data, il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni tat-trasferimenti ta’ negozji fl-Ewropa. L-Assemblea annwali tal-SMEs tal-UE għandha tintuża bħala diskussjoni regolari u bħala forum għall-iskambju tal-esperjenza għat-trasferimenti ta’ negozji fil-każ tal-MSMEs. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Pereżempju, hemm qafas fi Franza biex jiġi organizzat u ffaċilitat it-trasferiment ta’ kumpanija lill-impjegati u biex tissaħħaħ l-attività ekonomika tat-territorji billi jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-MSMEs.
(2) Il-mekkaniżmu ta’ Twissija Bikrija huwa servizz ta’ konsulenza u appoġġ lill-kumpaniji f’diffikultà finanzjarja li għandu l-għan ta’ intervent bikri biex jipprevjeni l-fallimenti ta’ negozji vijabbli.
(3) Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, Rapport dwar l-Eżitu Finali, Mejju 2022.
(4) Kummissjoni Ewropea: Business Dynamics: Start-ups, business transfers and bankruptcy, (Id-Dinamika ta’ Negozju: Negozji ġodda, trasferimenti ta’ negozji u fallimenti), 2011 (mhux disponibbli bil-Malti).
(5) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi Trasferiment tan-negozju — Kontinwità bis-saħħa ta’ bidu ġdid, 2006, COM(2006) 117 final, p. 4.
(6) Commission Recommendation of 7 December 1994 on the transfer of small and medium-sized enterprises (94/1069/EC) (mhux disponibbli bil-Malti).
(7) Komunikazzjoni tal-KE, L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi Trasferiment tan-negozju — – Kontinwità bis-saħħa ta’ bidu ġdid, 2006, COM(2006) 117 final.
(8) Komunikazzjoni tal-KE, Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali, 2020, COM(2020) 103 final.
(9) KE, Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, Improving the evidence base on transfer of business in Europe (Titjib tal-bażi ta’ evidenza dwar it-trasferiment ta’ negozji fl-Ewropa): rapport finali, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2021 (mhux disponibbli bil-Malti).
(10) ec.europa.eu/growth/smes/supporting-entrepreneurship/transfer-businesses_en
(11) ĠU C 197, 8.6.2018, p. 1.
(12) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 210.
(13) ĠU C 194, 12.5.2022, p. 7.
(14) KE, EASME, Improving the evidence base on transfer of business in Europe (KE, EASME, Titjib tal-bażi ta’ evidenza dwar it-trasferiment ta’ negozji fl-Ewropa): rapport finali, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2021 (mhux disponibbli bil-Malti).
(15) Tall, Varamäki & Viljamaa: Business Transfer Promotion in European Countries, Seinäjoki 2021, p. 8.
(16) Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (2006), Trasferiment tan-negozju — Kontinwità bis-saħħa ta’ bidu ġdid, Brussell, p. 3.
(17) SMEunited, Position on long-term vision for the EU’s rural area, April 2022.
(18) Pereżempju, kumpaniji proprjetà tal-ħaddiema (sociedades laborales”) fi Spanja.
(19) ĠU C 286, 16.7.2021, p. 13.
(20) Transeo hija assoċjazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta’ qligħ li tlaqqa’ flimkien esperti fit-trasferimenti u l-akkwiżizzjonijiet ta’ negozji żgħar u ta’ daqs medju mill-Ewropa u lil hinn.
(21) Tall, Varamäki & Viljamaa: Business Transfer Promotion in European Countries, Seinäjoki 2021, p. 8.
(22) Kummissjoni Ewropea, Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, Improving the evidence base on transfer of business in Europe (Titjib tal-bażi ta’ evidenza dwar it-trasferiment ta’ negozji fl-Ewropa): rapport finali, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2021 (mhux disponibbli bil-Malti).
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/15 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Tassonomija soċjali — Sfidi u oppurtunitajiet”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 486/03)
|
Relatur: |
Judith VORBACH |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
20.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
9.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
22.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
123/26/12 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
B’din l-Opinjoni, il-KESE jitfa’ dawl fuq l-idea ta’ tassonomija soċjali, bil-għan li jiġi stimulat id-dibattitu. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tippubblika r-rapport, li ilu mistenni, li jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet li jkunu meħtieġa biex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tat-tassonomija għal “objettivi oħra ta’ sostenibbiltà, bħall-objettivi soċjali”, kif mitlub fir-Regolament dwar it-Tassonomija (1) (ir-Regolament). Il-KESE jitkellem favur tassonomija soċjali li hija vijabbli fil-livell operattiv u kunċettwalment soda, biex l-opportunitajiet isiru realtà, filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi. It-tassonomija tal-UE għandha tkun allinjata ma’ approċċ olistiku inkluża s-sostenibbiltà ambjentali kif ukoll soċjali. Minħabba l-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika, l-impatti ekonomiċi u soċjali tal-pandemija, il-gwerra fl-Ukrajna kkawżata mill-aggressjoni tar-Russja u t-tensjonijiet ġeopolitiċi li jirriżultaw, il-KESE jtenni t-talba għal politika ekonomika bilanċjata u enfasi akbar fuq l-għanijiet soċjali. |
|
1.2. |
Is-salvagwardji minimi tar-Regolament huma milqugħa u għandhom jiġu implimentati bir-reqqa. Madankollu, dawn mhumiex biżżejjed biex jiżguraw is-sostenibbiltà soċjali għall-ħaddiema, il-konsumaturi u l-komunitajiet. It-tassonomija tal-UE tgħin biex jintlaħqu l-ħtiġijiet urġenti ta’ investiment fil-qasam soċjali billi tidderieġi l-investimenti f’dik id-direzzjoni. Hija saħansitra tikseb importanza jekk tkun parti minn politika globali mmirata lejn il-ġustizzja soċjali u l-inklużjoni. Tranżizzjoni ġusta teħtieġ kundizzjonijiet soċjali sostenibbli, u tassonomija soċjali tista’ tipprovdi l-linji gwida tant mistennija. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi stima tal-fondi meħtieġa sabiex jiġi implimentat il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Kollox ma’ kollox, l-investiment pubbliku se jkompli jkollu rwol kruċjali fil-qasam tas-servizzi pubbliċi. Il-finanzjament tal-għajnuna soċjali permezz tal-infiq tal-gvern u sistemi stabbli tas-sigurtà soċjali jibqa’ fundamentali. Madankollu, tassonomija soċjali miftiehma b’mod komuni tista’ tipprovdi linji gwida għal investimenti b’impatti soċjali pożittivi. |
|
1.3. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-approċċ f’diversi livelli u varjat propost mill-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli (2) (il-Pjattaforma) għandu jiġi rispettat fir-rapport tal-Kummissjoni. Meta jitqies li hemm ħafna xogħol xi jsir, l-integrazzjoni ta’ tassonomija soċjali fl-ambjent leġiżlattiv tal-UE dwar il-finanzi u l-governanza sostenibbli tkun utli. B’mod partikolari, id-Direttiva proposta dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD) tkun komplement importanti għal tassonomija soċjali sabiex il-miżuri jistgħu jiġu vvalutati u evalwati fir-rigward tagħha. Tassonomija soċjali mfassla tajjeb tikkontribwixxi wkoll biex tiġi indirizzata l-problema potenzjali tal-ħasil soċjali. Il-KESE jirrakkomanda li wieħed jibda b’linji gwida sempliċi u ċari, li jipprovdu proċeduri faċli u trasparenti u li jiġu kkomplementi pass pass fi stadju aktar tard. L-integrazzjoni mill-qrib tat-tassonomiji soċjali u ambjentali għandha tkun l-għan aħħari, iżda bħala l-ewwel pass is-salvagwardji minimi reċiproċi jistgħu jkunu prattiċi. |
|
1.4. |
It-tassonomija tal-UE għandha tindika azzjonijiet u kumpaniji li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għas-sostenibbiltà soċjali u jikkostitwixxu standard prestiġġjuż li jirrifletti livell ogħla ta’ ambizzjoni minn dak previst fil-leġiżlazzjoni. Il-KESE jilqa’ l-objettivi proposti mill-Pjattaforma ta’ xogħol deċenti, standards ta’ għajxien adegwati u komunitajiet inklużivi u sostenibbli. Filwaqt li diversi prinċipji internazzjonali u tal-UE għandhom iservu ta’ bażi, il-KESE jirrakkomanda b’mod partikolari li ssir referenza għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) rilevanti, bħall-SDG 8 dwar ix-xogħol deċenti. Fi kwalunkwe każ, il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema trid tkun kundizzjoni għall-konformità mat-tassonomija. L-aderenza ma’ ftehimiet kollettivi u mekkaniżmi ta’ kodeterminazzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali u Ewropea rispettiva hija kruċjali u għandha tikkostitwixxi prinċipju DNSH (3). Il-linji gwida b’impatti soċjali pożittivi, li huma bbażati fuq il-ftehim tal-imsieħba soċjali, għandhom jitqiesu konformi mat-tassonomija. Jeħtieġ li jitqies li l-livell ta’ kopertura tan-negozjar kollettiv ivarja b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri u niżel fi 22 minnhom, problema li ġiet indirizzata mid-Direttiva dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea. |
|
1.5. |
Il-KESE jħeġġeġ lil-leġiżlaturi biex jinvolvu bis-sħiħ lill-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tat-tassonomija soċjali, kemm peress li huma affettwati u jridu jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar, kif ukoll sabiex tiġi salvagwardjata s-sjieda tagħhom. Il-KESE jistaqsi dwar l-użu eċċessiv ta’ atti delegati fil-qasam tat-tassonomija, minħabba li qed tiġi indirizzata firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet politiċi. L-għan tat-tassonomija huwa li tipprovdi t-trasparenza għall-investituri, il-kumpaniji u l-konsumaturi. Fil-futur, l-użu potenzjali tagħha mill-istituzzjonijiet governattivi bħala referenza għall-programmi ta’ għajnuna u finanzjament għandu jiġi vvalutat u diskuss kif suppost. Kwalunkwe użu usa’ jrid ikun soġġett għal proċess adatt ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Għandha tiġi evitata interferenza bla bżonn mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali. Fl-aħħar nett, għandu jiġi eskluż il-periklu ta’ social washing. Għandhom jiġu pprovduti mekkaniżmi tal-ilmenti għat-trade unions, il-kunsilli tax-xogħol, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u rappreżentanti oħra tas-soċjetà ċivili organizzata u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom isiru aktar responsabbli biex iwettqu l-kompiti ta’ kontroll tagħhom. |
|
1.6. |
Il-KESE jixtieq jenfasizza aktar benefiċċji relatati ma’ tassonomija soċjali. L-ewwel nett, id-domanda dejjem tikber għal investiment b’orjentazzjoni soċjali għandha tiġi appoġġjata billi tiġi pprovduta tassonomija affidabbli li tikkostitwixxi kunċett koerenti għall-kejl tas-sostenibbiltà soċjali. It-tieni, l-attivitajiet ta’ ħsara għas-soċjetà jistgħu jissarrfu f’riskji ekonomiċi, u t-tassonomija tista’ tgħin biex dawn jitnaqqsu kemm jista’ jkun. It-tielet, it-trasparenza hija kruċjali għall-effiċjenza tas-suq kapitali, u tista’ tikkontribwixxi wkoll għas-suq intern soċjali kif stabbilit fl-Artikolu 3 tat-TFUE. Dan irawwem kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, jipprevjeni l-kompetizzjoni inġusta u jagħmel lill-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet li jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà soċjali aktar viżibbli. Ir-raba’, l-UE għandha tibni fuq il-punti b’saħħithom tagħha u tistinka biex issir mudell u tkun minn ta’ quddiem nett għas-sostenibbiltà ambjentali u soċjali. Id-dibattitu dwar aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-UE għandu jitnieda mill-ġdid. Il-KESE jġedded ukoll is-sejħa tiegħu biex il-fornituri tad-data finanzjarja u extrafinanzjarja jkunu regolati u ssorveljati kif suppost. |
|
1.7. |
Il-KESE jenfasizza wkoll l-isfidi u s-soluzzjonijiet possibbli. L-ewwel nett, jinħoloq tħassib dwar l-esklużjoni mis-suq. Madankollu, l-investimenti huma bbażati wkoll fuq kriterji oħra, bħar-redditu mistenni, li jista’ jisboq l-għanijiet tas-sostenibbiltà, u hemm ħafna każijiet ta’ sinerġiji bejn l-investituri u interessi tal-partijiet interessati oħra. Fi kwalunkwe każ, in-nuqqas ta’ konformità mat-tassonomija ma għandux jitqies li huwa ta’ ħsara, u dan għandu jiġi ċċarat mill-Kummissjoni. L-enfasi fuq l-impatt tal-investiment sostenibbli fuq l-attivitajiet tal-ekonomija reali għandu jissaħħaħ. It-tieni, id-definizzjoni ta’ x’għandu jiġi inkluż fit-tassonomija se tkun kontroversjali. Din hija eżattament ir-raġuni għaliex il-proċess ta’ definizzjoni għandu jkun soġġett għal dibattitu u teħid ta’ deċiżjonijiet demokratiċi. Għalhekk, tista’ tiġi żviluppata idea komuni u affidabbli ta’ sostenibbiltà, li għaliha jistgħu u għandhom jirreferu l-atturi individwali. Is-suċċess tat-tassonomija huwa marbut mal-kredibbiltà tagħha, u l-attivitajiet inklużi jridu jissodisfaw definizzjoni aċċettata b’mod wiesa’ ta’ sostenibbiltà. It-tielet, tassonomija soċjali tista’ twassal għal rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni timminimizzahom, filwaqt li tevita d-duplikazzjonijiet. Il-konsulenza u l-forniment ta’ servizzi relatati mat-tassonomija minn aġenzija awtorizzata legalment jistgħu jkunu utli speċjalment għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-kooperattivi u l-mudelli ta’ negozju mingħajr skop ta’ qligħ. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu mħeġġa jipprovdu valutazzjonijiet tal-impatti soċjali tal-investimenti, kif isir bħalissa minn banek ibbażati fuq il-valur madwar id-dinja. |
2. Kuntest ta’ din l-Opinjoni
|
2.1. |
Il-qafas finanzjarju sostenibbli tal-UE għandu jgħin biex imexxi l-flussi finanzjarji privatilejn attivitajiet ekonomiċi sostenibbli. Il-pjan ta’ azzjoni tal-2018 dwar il-finanzi sostenibbli jikkonsisti f’tassonomija, sistema ta’ divulgazzjoni għall-kumpaniji, u għodod ta’ investiment, inklużi parametri referenzjarji, standards u tikketti, filwaqt li l-istrateġija mġedda dwar il-finanzi sostenibbli tal-2021 tiffoka fuq il-finanzjament tat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà tal-ekonomija reali, kif ukoll fuq l-inklużività, ir-reżiljenza, il-kontribut tas-settur finanzjarju u l-għanijiet globali. F’dan il-qafas, l-UE ħadmet fuq diversi inizjattivi leġiżlattivi fejn it-tassonomija tal-UE għandha rwol ewlieni. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-Opinjonijiet rispettivi tiegħu (4). |
|
2.2. |
It-tassonomija tal-UE għandha tipprovdi trasparenza għall-investituri u l-kumpaniji u tappoġġjahom fl-identifikazzjoni ta’ investimenti sostenibbli. Ir-Regolament jikkostitwixxi sistema ta’ klassifikazzjoni, li tiffoka fuq sitt objettivi ambjentali fl-oqsma tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-ilma, il-bijodiversità, il-prevenzjoni tat-tniġġis u l-ekonomija ċirkolari. Investiment ambjentali sostenibbli jrid jagħti kontribut sinifikanti biex jintlaħqu wieħed jew aktar minn dawn l-objettivi, ma jagħmel l-ebda ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi (il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”), u jikkonforma mal-limiti ta’ prestazzjoni (imsejħa kriterji tekniċi ta’ skrinjar). Irid jissodisfa wkoll is-salvagwardji minimi soċjali u dawk relatati mal-governanza (l-Artikolu 18). Għalhekk, il-kumpaniji jridu jimplimentaw proċeduri biex jiżguraw l-allinjament ta’ attività mal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali (MNEs), il-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (UNGPs), id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol u l-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
|
2.3. |
L-Artikolu 26 tar-Regolament jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tippubblika rapport sa tmiem l-2021 li jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet li jkunu meħtieġa biex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għal “objettivi oħra ta’ sostenibbiltà, bħall-objettivi soċjali”. Dan jiżvela l-intenzjoni li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, iżda xorta ma jirrekjedix l-implimentazzjoni ta’ tassonomija soċjali. F’konformità mar-Regolament, is-sottogrupp tal-Pjattaforma dwar it-tassonomija soċjali ngħata l-kompitu li jesplora l-estensjoni tat-tassonomija għall-objettivi soċjali. Ir-rapport finali tiegħu dwar it-tassonomija soċjali nħareġ fi Frar 2022 (5), aktar tard milli tħabbar, u l-Kummissjoni mistennija tfassal ir-rapport tagħha bbażat fuq dan. Barra minn hekk, il-Pjattaforma hija mitluba tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18, jiġifieri biex tagħti gwida dwar kif il-kumpaniji jistgħu jikkonformaw ma’ salvagwardji minimi, u dwar il-ħtieġa possibbli li jiġu ssupplimentati r-rekwiżiti tal-Artikolu. |
|
2.4. |
Il-Pjattaforma tipproponi struttura għal tassonomija soċjali fi ħdan l-ambjent leġiżlattiv attwali tal-UE dwar il-finanzi u l-governanza sostenibbli. Fil-każ tal-implimentazzjoni ta’ tassonomija soċjali, dispożizzjonijiet ulterjuri jipprovdu xenarju regolatorju, inkluż id-Direttiva proposta dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD), li se tissostitwixxi d-Direttiva dwar ir-Rapportar Mhux Finanzjarju u tintroduċi standards obbligatorji tal-UE dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà; ir-Regolament dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà tas-servizzi finanzjarji; u d-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta għas-Sostenibbiltà Korporattiva. B’mod partikolari, id-Direttiva proposta dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà teħtieġ li l-kumpaniji jindirizzaw ukoll ġabra ta’ informazzjoni dwar suġġetti soċjali u rappurtar dwar fatturi ta’ governanza, u hija mistennija li ttejjeb l-iżvelar fir-rigward ta’ kwistjonijiet soċjali. Għalhekk, dan ikun komplement importanti għal tassonomija soċjali li magħha jistgħu jitkejlu u jiġu evalwati dawn il-kwistjonijiet. |
|
2.5. |
Minkejja xi differenzi, il-Pjattaforma tissuġġerixxi li jiġu segwiti l-aspetti strutturali tat-tassonomija ambjentali. Hija tipproponi tliet objettivi ewlenin flimkien ma’ sotto-objettivi. L-objettiv tax-xogħol deċenti jinkludi sotto-objettivi bħat-tisħiħ tad-djalogu soċjali, il-promozzjoni tan-negozjar kollettiv, u pagi li jiggarantixxu ħajja deċenti. L-objettiv ta’ standards tal-għajxien adegwati jinkludi prodotti tajbin għas-saħħa u sikuri, kura tas-saħħa ta’ kwalità u akkomodazzjoni ta’ kwalità, u l-objettiv ta’ komunitajiet inklużivi u sostenibbli għandu jippromovi wkoll l-ugwaljanza u t-tkabbir inklużiv u jappoġġja għajxien sostenibbli. Is-salvagwardji minimi suġġeriti jirreferu għal għanijiet ambjentali, governattivi u soċjali sabiex jiġu evitati l-inkonsistenzi, bħal kumpanija li twettaq attivitajiet sostenibbli tkun involuta f’abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, għandhom jiġu indirizzati l-partijiet interessati rilevanti, speċifikament il-forza tax-xogħol tal-entità u l-ħaddiema tal-katina tal-valur, l-utenti finali u l-komunitajiet affettwati. Il-kriterji tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” relatati mal-qasam soċjali u l-elenkar ta’ attivitajiet ta’ ħsara huma wkoll issuġġeriti. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jappella għal politika ekonomika konsistenti mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat tal-UE u mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Hemm bżonn ta’ fokus ibbilanċjat fuq objettivi ta’ politika ewlenin, speċifikament is-sostenibbiltà ambjentali, it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, il-livell massimu ta’ impjiegi u x-xogħol ta’ kwalità għolja, id-distribuzzjoni ġusta, is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja, l-istabbiltà finanzjarja, l-istabbiltà fil-prezzijiet, il-kummerċ ibbilanċjat ibbażat fuq struttura industrijali u ekonomika ġusta u kompetittiva, u finanzi pubbliċi stabbli. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-aġenda kompetittiva dwar is-sostenibbiltà li tqiegħed l-erba’ dimensjonijiet tagħha — is-sostenibbiltà ambjentali, il-produttività, il-ġustizzja u l-istabbiltà makroekonomika — fuq l-istess livell sabiex jinkisbu effetti ta’ tisħiħ u tranżizzjoni ekoloġika u diġitali b’suċċess (6). Fid-dawl tal-gwerra fl-Ukrajna kkawżata mill-aggressjoni tar-Russja, il-KESE jenfasizza t-talba tiegħu għal politika ekonomika bilanċjata li tgħin sabiex jittaffew l-impatti ekonomiċi u soċjali tagħha, u jiġbed l-attenzjoni lejn id-dikjarazzjoni fil-Kostituzzjoni tal-1919 tal-ILO li biha l-“paċi universali u dejjiema tista’ tiġi stabbilita biss jekk tkun ibbażata fuq il-ġustizzja soċjali”. |
|
3.2. |
Il-KESE jitfa’ dawl fuq il-kunċett ta’ tassonomija soċjali, bil-għan li jiġi stimulat id-dibattitu u titqajjem is-sensibilizzazzjoni. Il-KESE jitkellem dwar tassonomija soċjali mfassla tajjeb, li tkun vijabbli fil-livell operattiv u kunċettwalment soda biex jiġu vverifikati l-opportunitajiet konsiderevoli filwaqt li jiġu megħluba l-isfidi (ara hawn taħt). Bħall-politika ekonomika kollha kemm hi, il-kunċett ta’ sostenibbiltà relatata mal-finanzi u, b’mod partikolari, it-tassonomija tal-UE għandhom jiġu allinjati ma’ approċċ olistiku u multidimensjonali li għandu jkollu l-għan li jqiegħed fuq livell ugwali kemm is-sostenibbiltà ambjentali kif ukoll dik soċjali. Barra minn hekk, it-tranżizzjoni ekoloġika tista’ tkun ta’ ħsara f’termini soċjali. Għalhekk, il-protezzjoni u t-titjib tal-istandards fil-qasam soċjali huma meħtieġa, b’enfasi fuq li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Tranżizzjoni ġusta teħtieġ kundizzjonijiet soċjali sostenibbli, u tassonomija soċjali tista’ tipprovdi l-linji gwida. |
|
3.3. |
Il-KESE jqis tassonomija soċjali bħala komplement importanti u neċessarju għad-dimensjoni soċjali tal-UE, u jistieden lill-Kummissjoni tippubblika r-rapport kif mitlub fl-Artikolu 26 fi żmien xieraq. L-approċċ f’diversi livelli u varjat tar-rapport tal-Pjattaforma għandu jiġi rispettat. Madankollu, l-isforz għall-perfezzjoni u l-inklużjoni tal-aspetti kollha tas-sostenibbiltà soċjali f’daqqa jista’ jwassal għal dewmien enormi fl-implimentazzjoni tat-tassonomija soċjali, u anke r-riskju li l-proġett jiġi abbandunat kollu kemm hu. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li jinbeda l-proċess b’linji gwida sempliċi u ċari kif ukoll proċeduri ta’ trasparenza faċli fil-ħin u mbagħad dan jiġi kkomplementat kontinwament pass pass. Fir-rigward tar-relazzjoni bejn it-tassonomija ambjentali u t-tassonomija soċjali, l-għan għandu jkun li jsir sforz għall-koerenza u integrazzjoni mill-qrib taż-żewġ approċċi. Madankollu, bħala l-ewwel pass, is-salvagwardji minimi reċiproċi jistgħu jkunu prattiċi. |
|
3.4. |
Il-KESE jinsab kuntent li l-Pjattaforma ppubblikat abbozz tar-rapport tagħha dwar l-Artikolu 18 tar-Regolament sabiex tagħti pariri lill-kumpaniji dwar kif jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-artikolu u possibbilment tippermetti li jiġi emendat. B’mod partikolari, fil-kuntest tas-sostenibbiltà soċjali huwa kruċjali li tiġi vvalutata l-prestazzjoni reali ta’ kumpanija fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, ir-relazzjonijiet industrijali u x-xogħol deċenti. Madankollu, filwaqt li s-salvagwardji minimi tat-tassonomija ambjentali huma milqugħa tajjeb ħafna u għandhom jiġu implimentati bir-reqqa, dawn qatt ma jissostitwixxu tassonomija soċjali. Dawn mhumiex biżżejjed biex jiżguraw is-sostenibbiltà soċjali għall-ħaddiema, il-konsumaturi u l-komunitajiet (7). Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda l-kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-intrapriżi soċjali sabiex jiġi mmonitorjat u promoss l-impatt pożittiv tal-attivitajiet ekonomiċi fuq il-partijiet interessati. |
|
3.5. |
It-tassonomija soċjali ser tikseb importanza jekk tkun parti minn politika ġenerali mmirata lejn is-sostenibbiltà soċjali akkumpanjata minn regoli adatti, pereżempju fir-rigward tad-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem. Madankollu, qatt mhu se tissostitwixxi regolamentazzjoni governattiva soda u politika soċjali. Il-finanzjament tal-għajnuna soċjali permezz tal-infiq tal-gvern u sistemi stabbli tas-sigurtà soċjali jibqa’ fundamentali. It-tassonomija m’għandhiex isservi bħala strument għall-esklużjoni jew il-privatizzazzjoni. L-investiment pubbliku għad għandu rwol kruċjali fil-qasam tas-servizzi pubbliċi u ta’ spiss jistimula aktar investiment privat. Madankollu, it-tassonomija soċjali tista’ tipprovdi kriterji ta’ sostenibbiltà fil-qasam tal-infrastruttura, is-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-akkomodazzjoni soċjali għal kwalunkwe investitur biex jiġu permessi investimenti soċjalment sostenibbli fl-ekonomija reali u jiġi evitat il-ħasil soċjali. Fil-futur, it-tassonomija tista’ tintuża wkoll minn istituzzjonijiet governattivi bħala referenza għall-programmi ta’ għajnuna u ta’ finanzjament. Dan irid jiġi vvalutat u diskuss kif suppost. |
|
3.6. |
Tassonomija soċjali tipprovdi struttura dettaljata tal-impatti soċjali pożittivi u negattivi tal-attivitajiet ekonomiċi. Ħafna punti li qed jiġu kkunsidrati huma relatati mill-qrib ma’ kwistjonijiet tradizzjonalment diskussi bejn l-imsieħba soċjali u fost l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-KESE jappella biex is-soċjetà ċivili organizzata tkun involuta bis-sħiħ fit-tfassil tat-tassonomija soċjali, b’mod partikolari s-(sotto)objettivi, il-kriterji tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u l-prinċipji ta’ salvagwardja. Min iħaddem, l-impjegati, il-konsumaturi, partijiet interessati u komunitajiet oħra huma affettwati mit-tfassil tal-objettivi u/jew iridu jilħqu l-obbligi ta’ rapportar. Il-KESE jindika wkoll il-fondi tal-pensjonijiet bħala eżempju ta’ impjegati li huma l-benefiċjarji ta’ investimenti. L-involviment tal-partijiet interessati huwa kruċjali biex tiġi salvagwardjata s-sjieda. Il-KESE jistenna li tista’ tiġi implimentata tassonomija soċjali permezz tar-reviżjoni tar-Regolament, u b’hekk titwettaq proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-użu eċċessiv ta’ atti delegati fil-kuntest ta’ finanzi sostenibbli u b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tat-tassonomija huwa dubjuż minħabba li firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet politiċi huma indirizzati, li jmorru ferm lil hinn mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. |
|
3.7. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni fil-qasam tal-investimenti soċjalment sostenibbli u li tiġi evitata d-diżinformazzjoni dwar is-sitwazzjoni soċjali, sabiex jiġu evitati impatti negattivi fuq il-partijiet ikkonċernati kollha. Tassonomija soċjali mfassla tajjeb tikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex issolvi problemi bħal dawn billi tindika b’mod ċar attivitajiet u entitajiet li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għas-sostenibbiltà soċjali. Għandha tikkostitwixxi standard prestiġġjuż u tirrifletti livell ogħla ta’ ambizzjoni minn dak diġà previst fil-leġiżlazzjoni, filwaqt li ssib il-bilanċ it-tajjeb bejn li tkun globali wisq u limitata żżejjed. Filwaqt li l-kriterji ambjentali huma bbażati aktar fuq ix-xjenza, tassonomija soċjali kif proposta mill-Pjattaforma tkun tiddependi aktar fuq standards u oqfsa maqbula globalment, li jistgħu ma jkunux preskrittivi iżda jaġixxu bħala linji gwida biex jinkoraġġixxu attivitajiet soċjalment sostenibbli. |
|
3.8. |
Il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema trid tkun kundizzjoni għall-konformità mat-tassonomija. Bl-istess mod, l-aderenza ma’ ftehimiet kollettivi u mekkaniżmi ta’ kodeterminazzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali u Ewropea rispettiva hija kruċjali u għandha tikkostitwixxi prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. Barra minn hekk, il-linji gwida li jipprevedu proċeduri faċli u trasparenti b’impatti soċjali pożittivi, li huma żviluppati bi qbil mal-imsieħba soċjali, għandhom jiġu inklużi fid-definizzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi konformi mat-tassonomija. Huwa importanti li jitqies hawnhekk li l-livell u l-kopertura tan-negozjar kollettiv ivarjaw b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri, minn 7 % biss fil-Litwanja għal 98 % fl-Awstrija. Mis-sena 2000 ’il hawn, il-kopertura tan-negozjar kollettiv naqset fi 22 Stat Membru u huwa stmat li mill-inqas 3,3 miljun inqas ħaddiema issa huma koperti minn ftehim ta’ negozjar kollettiv. Id-Direttiva l-ġdida dwar il-pagi minimi u l-estensjoni tal-applikazzjoni tal-ftehimiet ta’ negozjar kollettiv għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni tat-tassonomija soċjali (8). Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda li jingħata parir ċar dwar l-implimentazzjoni ta’ salvagwardji minimi fl-att legali propost, possibbilment abbażi tar-rapport tal-Pjattaforma dwar l-Artikolu 18 tar-Regolament. |
|
3.9. |
Diversi normi u prinċipji internazzjonali u tal-UE jistgħu jservu ta’ bażi għat-tassonomija soċjali. Fir-rigward tas-(sotto)objettivi, il-KESE jirrakkomanda li ssir referenza għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-pjan ta’ azzjoni assoċjat u l-SDGs rilevanti, speċifikament l-SDG 8 (xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku), l-SDG 1 (l-ebda faqar), l-SDG 2 (l-ebda ġuħ), l-SDG 3 (saħħa u benesseri), l-SDG 4 (edukazzjoni u taħriġ), l-SDG 5 (ugwaljanza bejn il-ġeneri), l-SDG 10 (tnaqqis fl-inugwaljanzi) u l-SDG 11 (bliet u komunitajiet sostenibbli). L-oqfsa miftiehma mill-imsieħba soċjali jistgħu wkoll jipprovdu sors importanti. Il-KESE jqis li l-idea tal-Pjattaforma li timplimenta salvagwardji minimi bbażati fuq il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (UNGPs) u l-linji gwida tal-OECD hija kruċjali. Barra minn hekk, il-Karta Soċjali Ewropea, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Direttiva proposta dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva jikkostitwixxu wkoll punti ta’ referenza siewja għal tassonomija soċjali. Fl-aħħar nett, għandhom jiġu esklużi attivitajiet meqjusa bħala ta’ ħsara sinifikanti, jiġifieri attivitajiet li fundamentalment u taħt iċ-ċirkostanzi kollha huma kontra kwalunkwe objettiv ta’ sostenibbiltà u li ma jħallu l-ebda mod li jistgħu jkunu inqas ta’ ħsara. Armi kkundannati minn ftehimiet internazzjonali, bħal bombi dispersivi jew mini kontra l-persunal, għandhom jiġu inklużi hawn. Il-KESE jirrakkomanda wkoll l-iżvilupp ta’ kunċett dwar kif għandhom jiġu ttrattati reġimi aggressivi u belliġerenti. |
4. Opportunitajiet ta’ tassonomija soċjali
|
4.1. |
Il-KESE jirrakkomanda ħafna li jintuża l-potenzjal tat-tassonomija biex jiġi indirizzat l-investiment lejn attivitajiet u entitajiet soċjalment sostenibbli u jinħolqu impjiegi deċenti. Ħafna aktar minn 20 % taċ-ċittadini tal-UE jinsabu f’riskju ta’ faqar; il-pandemija aggravat l-inugwaljanzi u l-gwerra fl-Ukrajna se tkompli żżid it-tensjonijiet ekonomiċi u soċjali. Globalment, huwa stmat li madwar USD 3,3 sa 4,5 triljun fis-sena jeħtieġ li jiġu mobilizzati biex jintlaħqu l-SDGs. Il-prodotti li jkunu ġew prodotti bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati max-xogħol huma marbuta mas-suq tal-UE li jiġu importati lejh. Fl-UE, hemm ukoll ħtieġa urġenti għal investiment soċjali, pereżempju fit-tnaqqis tal-faqar, it-tagħlim tul il-ħajja u s-saħħa (9). Id-distakk minimu fl-investiment fl-infrastruttura soċjali kien stmat għal madwar EUR 1,5 triljun mill-2018 sal-2030 (10). Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi stima aġġornata tal-ħtiġijiet ta’ investiment sabiex tikkonforma mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u tilħaq il-miri ewlenin tal-UE għall-2030. Hemm bżonn ta’ fondi pubbliċi u privati konsiderevoli biex tiġi infurzata s-sostenibbiltà soċjali. |
|
4.2. |
Bl-għajnuna ta’ tassonomija soċjali, l-investituri u l-kumpaniji jistgħu jivvalutaw l-impatt soċjali tal-investiment jew l-attività tagħhom u volontarjament iqisu dan bħala objettiv essenzjali. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għad-domanda dejjem tikber għal investiment b’orjentazzjoni soċjali u jħaddan il-ftuħ tal-investituri għal finanzjament soċjalment sostenibbli. B’kuntrast ma’ dan, hemm nuqqas ta’ definizzjoni u standardizzazzjoni, u l-analiżi tal-klassifikazzjonijiet tal-kriterji ambjentali, soċjali u ta’ governanza u l-eżiti relatati juru wkoll differenzi fundamentali skont il-fornitur tal-klassifikazzjonijiet, li jagħmel l-investiment soċjalment sostenibbli diffiċli. Tassonomija soċjali tkun tikkostitwixxi kunċett koerenti għad-definizzjoni u l-avvanz tas-sostenibbiltà soċjali u l-kejl tal-progress. Għandha l-potenzjal li ssaħħaħ ir-responsabbiltà u li tipprovdi gwida ċara. Għalhekk tappoġġja b’mod deċiżiv l-ambizzjonijiet tal-investituri u tista’ tikkostitwixxi inċentivi għal aktar parteċipanti fis-suq biex jinvestu f’dan il-qasam, filwaqt li fl-istess ħin tgħin fil-prevenzjoni tal-ħasil soċjali. |
|
4.3. |
L-attivitajiet soċjalment dannużi jistgħu jissarrfu wkoll f’riskji ekonomiċi. Hemm riskji ta’ bojkotts jekk negozju jkun assoċjat mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u kumpanija tkun fir-riskju li tiġi eskluża minn kuntratti pubbliċi jekk tinjora d-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem. Tista’ tinqabad ukoll f’litigazzjoni għalja minħabba abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, jew il-ktajjen tal-provvista jistgħu jiġu mfixkla minħabba strajks. Ir-riskji ekonomiċi u politiċi minħabba distakk dejjem jikber bejn is-sinjuri u l-foqra jistgħu wkoll jolqtu l-investimenti. Dan is-sett ta’ riskji jista’ jiġi minimizzat permezz ta’ deċiżjonijiet ta’ investiment ibbażati wkoll fuq tassonomija soċjali. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-ħidma tal-BĊE dwar it-tisħiħ tal-monitoraġġ u l-ġestjoni tar-riskji sistemiċi minħabba t-traskuraġni tal-fatturi ta’ sostenibbiltà. Il-KESE jenfasizza li r-riskji ambjentali spiss ikunu akkumpanjati minn riskji soċjali, pereżempju meta n-nies jitilfu djarhom minħabba għargħar. Kollox ma’ kollox, ir-riskji għas-sostenibbiltà soċjali għandhom jiġu indirizzati b’mod espliċitu u jkunu parti mill-azzjoni tal-BĊE dwar ir-riskji għas-sostenibbiltà. |
|
4.4. |
Il-KESE jinnota wkoll li t-trasparenza hija element essenzjali tal-effiċjenza tas-suq. Dan ma jirreferix biss għas-swieq kapitali. Tassonomija soċjali tista’ sservi wkoll bħala għodda biex jiġi appoġġjat bilanċ bejn il-libertajiet ekonomiċi u d-drittijiet soċjali u tax-xogħol (11). Billi ttejjeb it-trasparenza, tista’ tikkontribwixxi għas-suq intern soċjali kif stabbilit fl-Artikolu 3 tat-TFUE u tippromovi l-kompetizzjoni ġusta. Barra minn hekk, it-tassonomija soċjali trawwem ukoll kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u żżid il-viżibbiltà ta’ kumpaniji li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema u jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għas-sostenibbiltà soċjali, u tgħinhom jattiraw investituri. Ir-rwol trasformattiv potenzjali tat-tassonomija jiġi infurzat billi ssir magħrufa aktar. F’dan il-kuntest, il-KESE jerġa’ jiġbed l-attenzjoni għar-rwol pożittiv li l-istrumenti finanzjarji jistgħu jaqdu fl-iżvilupp ta’ kumpaniji b’impatt soċjali (12). |
|
4.5. |
Fl-aħħar nett, l-UE stabbiliet lilha nnifisha bħala mexxejja fil-finanzjament ambjentali sostenibbli fil-livell internazzjonali u qed tikkontribwixxi b’mod attiv għal dan l-isforz globali. Il-KESE jilqa’ dawn l-isforzi, iżda jfakkar lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tiġi avvanzata wkoll is-sostenibbiltà soċjali u jiġu promossi l-SDGs. Barra minn hekk, fil-kuntest tas-sostenibbiltà soċjali, l-UE għandha tistinka biex isservi ta’ mudell u ssir minn ta’ quddiem billi tqajjem is-suġġett fil-forums internazzjonali. B’mod partikolari fi żminijiet ta’ gwerra u tensjonijiet internazzjonali, struttura internazzjonali ta’ finanzi sostenibbli jeħtieġ li tinkludi wkoll is-sostenibbiltà soċjali. |
5. Sfidi u soluzzjonijiet possibbli
|
5.1. |
L-intenzjonijiet tal-investituri finanzjarji li jwettqu investimenti soċjali u ambjentali sostenibbli huma milqugħa tajjeb ħafna u għandhom jiġu appoġġjati. Madankollu, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji b’mod ġenerali jibbażaw id-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom fuq l-aspettattivi dwar ir-redditu, ir-riskju, il-likwidità u l-maturità. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jikkontradixxu l-interessi ta’ partijiet interessati oħra u jmorru kontra jew saħansitra jisbqu l-objettivi ambjentali jew soċjali. Madankollu, il-KESE jindika wkoll ħafna sinerġiji possibbli bejn l-interessi tal-investituri u ta’ partijiet interessati oħra, pereżempju meta t-titjib fil-parteċipazzjoni tal-ħaddiema jtejjeb il-produttività tal-kumpaniji jew meta attività ekonomika tikkontribwixxi għall-benesseri tal-komunitajiet. Fi kwalunkwe każ, l-attivitajiet ekonomiċi jew l-entitajiet li jistgħu ma jkunux konformi mat-tassonomija ma għandhomx awtomatikament jitqiesu bħala dannużi. F’dak il-kuntest jinħoloq tħassib dwar l-esklużjoni mis-suq, u l-KESE jitlob lill-Kummissjoni għal kjarifika u approċċ bilanċjat tajjeb. L-enfasi fuq l-impatt tal-investiment sostenibbli fuq l-attivitajiet tal-ekonomija reali għandha tissaħħaħ. |
|
5.2. |
Jistgħu jinqalgħu inkompatibbiltajiet minħabba li l-kwistjonijiet soċjali huma regolati fil-livell tal-Istati Membri u bejn l-imsieħba soċjali, filwaqt li s-soċjetà ċivili organizzata kollha kemm hi tistinka biex tkun involuta fi kwistjonijiet soċjali, ambjentali u ta’ politika oħra. Madankollu, il-KESE jilqa’ r-rapport tal-Pjattaforma rigward ir-riskji ta’ ksur ta’ regolamenti oħra, u jassumi wkoll li l-proposta tal-Kummissjoni ser tieħu ħsieb li tevita duplikazzjonijiet kontradittorji u interferenza mas-sistemi soċjali nazzjonali, ir-relazzjonijiet industrijali u r-regolamenti. Barra minn hekk, tassonomija soċjali tkun tiddependi fuq dikjarazzjonijiet u prinċipji komuni internazzjonali u Ewropej — bħall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali — u tikkostitwixxi bażi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet volontarju mingħajr ma tistipula politika soċjali partikolari. Madankollu, kwalunkwe użu usa’ tat-tassonomija kif imsemmi hawn fuq għandu jkun soġġett għal proċess xieraq ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Għandha tiġi evitata interferenza bla bżonn mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali, u jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti d-differenzi fil-mudelli nazzjonali tas-suq tax-xogħol u fis-sistemi ta’ negozjar kollettiv. |
|
5.3. |
L-iżvilupp ta’ tassonomija soċjali, u għalhekk ħarsa ġenerali strutturata tal-attivitajiet u s-setturi sostenibbli soċjali, jolqot ukoll il-valuri politiċi. Se jkun diffiċli li jiġi definit liema attività ekonomika u/jew settur huwa meqjus bħala konformi mat-tassonomija. Madankollu, din hija eżattament ir-raġuni għaliex it-tfassil ta’ tassonomija għandu jkun soġġett għal dibattitu politiku u teħid ta’ deċiżjonijiet demokratiċi (13). F’dawn il-kundizzjonijiet biss tista’ tiġi żviluppata idea komuni ta’ sostenibbiltà soċjali li l-atturi individwali jistgħu u għandhom jistrieħu fuqha u jirreferu għaliha. Il-KESE jenfasizza li fl-isfera soċjali s-suċċess tat-tassonomija jiddependi mill-aċċettazzjoni wiesgħa tagħha wkoll. L-attivitajiet u s-setturi inklużi jridu jissodisfaw definizzjoni aċċettata b’mod wiesa’ ta’ sostenibbiltà u jkunu bbażati fuq valuri rikonoxxuti b’mod ġenerali, bħad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġustizzja, l-inklużjoni, in-nondiskriminazzjoni, is-solidarjetà, l-affordabbiltà, il-benesseri u d-diversità. Is-salvagwardja tal-kredibbiltà tat-tassonomija hija kruċjali sabiex il-proġett ma jiġix ipperikolat kollu kemm hu. |
|
5.4. |
Tħassib ieħor huwa li t-tassonomija soċjali tista’ twassal għal piż żejjed fuq il-kumpaniji b’rekwiżiti addizzjonali ta’ rapportar u l-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni kumplessa u diffiċli flimkien ma’ proċeduri ta’ awditjar għaljin. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas kemm jista’ jkun dawn il-piżijiet u tfassal kriterji sempliċi u faċilment osservabbli, filwaqt li tibni wkoll fuq duplikazzjonijiet ma’ rekwiżiti oħra ta’ rappurtar. Il-KESE jilqa’ l-approċċ tal-Pjattaforma fl-istrutturar tal-objettivi tat-tassonomija soċjali b’mod simili għall-istruttura tad-Direttiva proposta dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà. B'mod kollettiv, il-KESE jappella għal sett ta’ regoli ordnati u konsistenti mingħajr kumplessità u duplikazzjoni eċċessivi sabiex taħdem fil-prattika, filwaqt li jipprovdi wkoll l-ammont meħtieġ ta’ trasparenza. L-għoti ta’ pariri u l-forniment ta’ servizzi relatati mat-tassonomija minn aġenzija awtorizzata legalment u speċjalizzata lill-kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra li jixtiequ jsiru konformi mat-tassonomija jistgħu jkunu utli wkoll. Dan jiżgura wkoll li l-kumpaniji b’inqas riżorsi ta’ rapportar ikollhom aċċess għat-tassonomija. Madankollu, l-istituzzjonijiet finanzjarji xorta jistgħu jipprovdu valutazzjonijiet tal-impatt soċjali tal-investimenti kif isir bħalissa minn banek ibbażati fuq il-valur madwar id-dinja. |
|
5.5. |
Għalkemm l-għan tat-tassonomija huwa li jiġi pprovdut qafas affidabbli għall-investiment soċjalment sostenibbli, il-periklu ta’ ħasil ekoloġiku jew soċjali ma jistax jiġi eskluż. Il-KESE jaqbel mal-Pjattaforma li s-sempliċi verifika tal-impenji u l-politiki ma tiżgurax l-implimentazzjoni effettiva u s-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem, lanqas ma jappoġġja l-iżvilupp ta’ attivitajiet soċjalment sostenibbli. Hemm diffikultajiet serji fis-superviżjoni u l-infurzar tal-konformità ta’ kumpanija mal-objettivi ta’ sostenibbiltà soċjali pproklamati u fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni tagħha tul il-ktajjen tal-provvista ta’ spiss kumplessi ħafna tal-lum. Min-naħa l-oħra, il-Pjattaforma tindika żviluppi promettenti fil-qasam tad-data soċjali kwantifikabbli, bħal fil-kuntest tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali riveduta u l-SDGs. Kollox ma’ kollox, it-tassonomija soċjali trid tkun trasparenti, affidabbli u aġġornata kontinwament. Il-KESE jipproponi wkoll li l-kunsilli tal-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, pereżempju, jiġu kkunsidrati f’dan ir-rigward. |
|
5.6. |
Il-KESE jipproponi li jitnieda mill-ġdid id-dibattitu dwar aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-UE, li issa tista’ tiffoka fuq is-sostenibbiltà, u b’hekk jissaħħaħ ir-rwol pijunier tal-UE f’dan il-qasam. Iġedded ukoll is-sejħa tiegħu biex il-fornituri tad-data finanzjarja u extrafinanzjarja jkunu regolati u ssorveljati kif suppost. Għandhom jiġu previsti mekkaniżmi tal-ilmenti għat-trade unions, il-kunsilli tal-ħaddiema, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u rappreżentanti oħra tas-soċjetà ċivili organizzata fil-każ ta’ pretensjonijiet foloz ta’ konformità mat-tassonomija. Il-KESE jirrikonoxxi li fir-Regolament, il-miżuri u l-penali applikabbli għall-ksur jitħallew f’idejn l-Istati Membri. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (14) għandhom isiru aktar responsabbli biex iwettqu l-kompiti ta’ kontroll tagħhom, flimkien ma’ obbligi li jirrapportaw lill-parlamenti u lis-soċjetà ċivili tagħhom. |
Brussell, it-22 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13.
(2) Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu).
(3) DNSH = La tagħmilx ħsara sinifikanti.
(4) ĠU C 517, 22.12.2021, p. 72.
(5) Rapport Finali dwar it-Tassonomija Soċjali (europa.eu).
(6) ĠU C 275, 18.7.2022, p. 50.
(7) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 97.
(8) Direttiva dwar pagi minimi adegwati fl-UE, Artikolu 4(2), ftehim proviżorju. Il-limitu ta’ kopertura tan-negozjar kollettiv ta’ 80 % stabbilit fid-Direttiva biex l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu miżuri biex iżidu r-rata għandu jiġi appoġġjat f’tassonomija soċjali.
(9) Rapport Finali dwar it-Tassonomija Soċjali (europa.eu).
(10) Kummissjoni Ewropea, It-Titjib tal-Investiment fl-Infrastruttura Soċjali fl-Ewropa, Dokument ta’ Diskussjoni 074/Jannar 2018.
(11) ĠU C 275, 18.7.2022, p. 50.
(12) ĠU C 194, 12.5.2022, p. 39.
(13) Ara hawn fuq kapitolu 3.
(14) Ara r-Regolament dwar it-Tassonomija, Artikolu 21.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/23 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Fond ta’ Aġġustament għall-Klima ffinanzjat mill-Koeżjoni u min-NextGenerationEU”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 486/04)
|
Relatur: |
Ioannis VARDAKASTANIS |
|
Korelatur: |
Judith VORBACH |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
20.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
9.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
139/3/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
L-Unjoni Ewropea (UE) qed tieħu passi sinifikanti biex tindirizza t-tibdil fil-klima u tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Il-politiki tal-UE dwar il-klima, l-ambjent u l-enerġija għandhom pjan fit-tul biex jgħinu fil-prevenzjoni tal-agħar impatti tal-emerġenza klimatika li qed tiffaċċja l-pjaneta tagħna. Madankollu, dan xorta jista’ ma jkunx biżżejjed. |
|
1.2. |
Filwaqt li l-impenn tal-UE huwa sinifikanti, il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u l-iskarsezza tar-riżorsi sfortunatament diġà qed jagħmlu lilhom infushom magħrufa. Għalhekk qed ikollna naġġustaw għal realtà li ma esperjenzajniex qabel. Filwaqt li l-UE hija ġustament impenjata li tevita li s-sitwazzjoni tmur għall-agħar, madankollu m’aħniex lesti għal emerġenzi klimatiċi, kriżijiet tal-enerġija u diżastri naturali mhux previsti. |
|
1.3. |
Mill-2021 esperjenzajna żewġ emerġenzi notevoli ħafna li l-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE wrew li mhumiex attrezzati biżżejjed biex jirrispondu għalihom. L-ewwel waħda hija l-qerda kkawżata mill-għargħar u n-nirien fil-foresti madwar l-Ewropa matul is-sajf tal-2022. It-tieni waħda hija l-kriżi tal-enerġija li għaddejja bħalissa u l-ħtieġa għall-awtonomija enerġetika tal-UE li ġabet magħha l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fl-2022. |
|
1.4. |
Il-mekkaniżmu attwali tal-UE għar-rispons għal diżastri naturali huwa l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE). Madankollu, il-baġit annwali disponibbli tal-FSUE m’huwa xejn meta mqabbel mal-ispiża tal-ħsara kkawżata minn diżastri naturali reċenti u jeħtieġ li jiżdied drastikament. Il-finanzjament tal-UE għat-tranżizzjoni tal-enerġija ekoloġika huwa aktar sostanzjali, iżda ma jqisx l-urġenza tal-ħtieġa attwali tal-UE għall-awtonomija enerġeti u r-riskju enormi ta’ faqar enerġetiku, kif deskritt fl-Opinjoni tal-KESE dwar L-indirizzar tal-faqar enerġetiku u r-reżiljenza tal-UE: l-isfidi minn perspettiva ekonomika u soċjali (1). |
|
1.5. |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-UE teħtieġ mekkaniżmu ta’ finanzjament ġdid li jista’ joffri assistenza immedjata u ambizzjuża biex tgħin lill-Istati Membri f’emerġenzi bħal dawk indikati hawn fuq. Għalhekk, il-KESE jipproponi li jinħoloq Fond ta’ Aġġustament għall-Klima ġdid. Dan il-finanzjament għandu jiġi ridirett minn fondi eżistenti tal-UE, b’mod partikolari mill-Fond ta’ Koeżjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, iżda jiġi ġestit b’mod semplifikat u koerenti permezz ta’ dan il-Fond il-ġdid. |
|
1.6. |
Il-modernizzazzjoni tal-ambjent ta’ finanzjament tista’ tinkludi wkoll it-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni, it-tisħiħ tal-programmi eżistenti u l-kunsiderazzjoni ta’ Next Generation EU bħala mudell għal għodda ġdida ta’ finanzjament. |
|
1.7. |
Fid-dawl tal-ħtiġijiet sinifikanti ta’ investiment, il-KESE jagħti parir ukoll lill-Kummissjoni biex teżamina t-tisħiħ tal-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima billi tinkoraġġixxi investiment u kontribuzzjonijiet privati. Fir-rigward tad-diżastri naturali b’mod speċifiku, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu sforzi biex iżidu u jiffaċilitaw il-kopertura tal-assigurazzjoni u jużaw is-sistema tal-assigurazzjoni bħala mezz biex jidderieġu l-finanzjament lejn it-titjib tar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari f’żoni f’riskju, sabiex titnaqqas id-dipendenza mill-appoġġ finanzjarju tal-UE. |
|
1.8. |
Il-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima jrid ikun kapaċi jiġi adattat, flessibbli, u lest biex jirrispondi għal kriżijiet ġodda u emerġenti fis-snin u fid-deċennji li ġejjin. |
|
1.9. |
Huwa kruċjali li l-funzjonament tal-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima, aktar iffukat fuq reazzjonijiet rapidi u urġenti, ikun koerenti mal-politiki globali tal-UE dwar il-klima, l-ambjent u l-enerġija, li fit-tul se jnaqqsu d-dipendenza mir-reazzjonijiet ta’ emerġenza u jipproteġu l-umanità kif ukoll id-dinja naturali. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-indirizzar tal-kriżi klimatika huwa konformi mal-impenji tal-UE skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew biex jiġu implimentati l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Filwaqt li t-trażżin tal-kawżi tat-tibdil fil-klima għandu jkun fuq quddiem nett tal-politika klimatika tal-UE, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li, b’mod parallel mal-pjani għat-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra, ikun hemm mekkaniżmi ta’ finanzjament robusti u semplifikati disponibbli biex jiġu indirizzati l-emerġenzi klimatiċi u enerġetiċi li diġà qed jiffaċċjaw in-nies tal-UE. |
|
2.2. |
Il-viżjoni tal-KESE hija għal Fond ta’ Aġġustament għall-Klima ġdid, proposta appoġġjata minn diversi Membri tal-Parlament Ewropew (2). Dan il-mekkaniżmu għandu jingħata r-riżorsi bl-użu ta’ flus eżistenti mill-Fond ta’ Koeżjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ikkonċentrati f’fond uniku li ser itejjeb l-effiċjenza u l-ħinijiet ta’ rispons u jiffaċilita l-monitoraġġ ċentralizzat ta’ fejn il-finanzjament huwa l-aktar meħtieġ. Għandu jsaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tappoġġja lill-Istati Membri biex jirreaġixxu malajr għal emerġenzi klimatiċi, ambjentali u tal-enerġija. Fil-kuntest attwali, dan iservi biex jiġu indirizzati tnejn mill-aktar emerġenzi notevoli li qed nesperjenzaw bħalissa: l-irkupru minn diżastri naturali dejjem aktar frekwenti, u l-ħtieġa urġenti għal tranżizzjoni tal-enerġija ekoloġika u ċaqliqa lejn awtonomija enerġetika Ewropea, iżda bi flessibbiltà biex jiġu indirizzati kriżijiet li jinqalgħu fil-futur. |
|
2.3. |
Il-fondi tal-UE diġà qed jiġu diretti lejn it-tranżizzjoni tal-enerġija u l-irkupru minn diżastri; iżda, diversi kwistjonijiet qed ixekklu l-effettività tagħhom. Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea eżistenti, stabbilit biex jgħin lill-komunitajiet jirkupraw minn diżastri naturali, sempliċement mhuwiex kbir biżżejjed biex jirreaġixxi għall-iskala ta’ diżastri klimatiċi moderni. Il-finanzjament għat-tranżizzjoni tal-enerġija huwa aktar ambizzjuż, iżda għadu ’l bogħod milli jkun biżżejjed. Barra minn hekk huwa ġestit permezz ta’ għadd ta’ fondi differenti, bir-riskju ta’ inkoerenza jew trikkib, u b’mod li jħallat objettivi imminenti ma’ miri aktar fit-tul marbuta mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-ħtieġa li tiżdied l-awtonomija tal-enerġija tal-UE minħabba l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja ssottolinjat il-punt sa fejn id-dipendenza enerġetika tagħna minn pajjiżi ostili ddgħajjef il-kapaċità tagħna li nirreaġixxu b’mod deċiżiv quddiem avvenimenti internazzjonali. |
|
2.4. |
Għalhekk, il-KESE jappella għall-ħolqien ta’ Fond ta’ Aġġustament għall-Klima li jaqdi l-għan speċifiku li jirreaġixxi għal emerġenzi ambjentali, klimatiċi u tal-enerġija imminenti, u li jgħin lill-UE taġġusta għal realtà ġdida fejn kriżijiet bħal dawn sfortunatament qed isiru dejjem aktar komuni. Il-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima għandu jservi bħala riżerva ta’ finanzjament, lest biex jintuża fi żminijiet meta jkunu meħtieġa investimenti b’mod urġenti. |
|
2.5. |
Il-Fond irid joffri l-flessibbiltà u r-robustezza meħtieġa għal investiment rapidu u ambizzjuż biex jintlaħqu l-ħtiġijiet immedjati tal-UE, filwaqt li jibqa’ konsistenti mal-politiki fit-tul dwar il-klima u l-enerġija. Għandu jiġbor flimkien sehem mill-Fondi ta’ Koeżjoni li bħalissa huwa maħsub għal kwistjonijiet klimatiċi, il-FSUE eżistenti, u sehem mill-finanzjament tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza maħsub għar-riformi ambjentali. Jekk dawn ir-riżorsi jiġu kkonċentrati f’fond uniku b’enfasi ċara fuq azzjoni urġenti, dan se jtejjeb l-effiċjenza tar-rispons u jiffaċilita l-monitoraġġ tal-aktar ħtiġijiet ta’ investiment urġenti. Dan għandu jtejjeb il-kapaċità li l-flus imorru fejn ikun meħtieġ mingħajr dewmien. |
|
2.6. |
Il-modernizzazzjoni tal-ambjent tal-finanzjament tista’ tinkludi wkoll it-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni u t-tisħiħ ta’ programmi eżistenti. Minħabba l-interess komuni u l-ħtieġa urġenti li jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi katastrofiċi tiegħu, il-KESE jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal metodu ta’ finanzjament imtejjeb fil-futur. Anki jekk regola tad-deheb għall-investimenti ekoloġiċi kellha tiġi implimentata, u bir-raġun, xi Stati Membri xorta jista’ ma jkollhomx il-kapaċità li jżidu l-ammonti enormi ta’ investiment meħtieġa mingħajr ma jipperikolaw is-sostenibbiltà fiskali tagħhom. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda wkoll li Next Generation EU jitqies bħala mudell għall-finanzjament tal-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima. L-għotjiet u/jew is-self minn dan il-Fond għandhom jiġu żblukkati bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jew ir-reġjun li jirċevihom jinvesti fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima jew il-konsegwenzi tiegħu billi, pereżempju, jagħmel investimenti sussegwenti fl-enerġija rinnovabbli u dekarbonizzata. Kwalunkwe miżura ta’ politika bħal din trid tkun marbuta ma’ involviment obbligatorju tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għandu jiġi rispettat ukoll il-prinċipju tas-sħubija minqux fil-politika ta’ koeżjoni. |
|
2.7. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima waħdu mhux se jkun biżżejjed biex jindirizza l-konsegwenzi tad-diżastri naturali u jkopri l-ispejjeż tal-adattament għat-tibdil fil-klima biex jippermetti reżiljenza aħjar. F’dan ir-rigward, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għad- “distakk fil-protezzjoni tal-klima”, jiġifieri s-sehem ta’ telf ekonomiku mhux assigurat ikkawżat minn diżastri relatati mal-klima. Il-kopertura tal-assigurazzjoni kontra d-diżastri naturali għadha baxxa fl-Ewropa, b’madwar 35 % biss tat-telf minħabba diżastri naturali bejn l-1980 u l-2017 kien assigurat (3). Għalhekk huwa importanti li tiġi eżaminata u promossa l-assigurazzjoni kontra d-diżastri fl-Istati Membri u li jiġu promossi skemi ta’ assigurazzjoni nazzjonali li jinkoraġġixxu lill-utenti jinvestu fl-adattament, inaqqsu l-pressjoni fuq il-fondi tal-UE u jinkoraġġixxu investiment proattiv. Id-djalogu bejn il-partijiet ikkonċernati u l-innovazzjoni fir-rigward tal-prodotti tal-assigurazzjoni jistgħu jiżviluppaw soluzzjonijiet ġodda għat-trasferiment tar-riskju fi ħdan is-sistema tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, filwaqt li jipprijoritizzaw l-istabbiltà tas-suq finanzjarju u l-protezzjoni tal-konsumatur (4). Dan għandu jtejjeb il-kapaċità tal-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima biex ikun jista’ jindirizza l-isfidi quddiemu. |
|
2.8. |
Il-fondi tal-UE għandhom ukoll rwol importanti bħala kapital inizjali biex jattiraw l-investiment privat inkluż fl-adattament għat-titjib tar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima. |
3. Il-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima bħala għodda għall-irkupru mid-diżastri u t-tħejjija għalihom
|
3.1. |
Studju interistituzzjonali tal-UE jiddeskrivi l-urġenza li tiġi indirizzata l-katastrofi klimatika bi kliem ċar: żieda ta’ 1,5 grad hija l-massimu li l-pjaneta tista’ tittollera; jekk it-temperaturi jkomplu jiżdiedu wara l-2030, se niffaċċjaw saħansitra aktar nixfiet, għargħar, sħana estrema u faqar għal mijiet ta’ miljuni ta’ nies; x’aktarx il-qerda tal-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli (5). |
|
3.2. |
Qed jibda joħroġ fid-dieher li bl-ebda mod ma ninsabu ppreparati biżżejjed għall-isfidi li jġib miegħu t-tibdil fil-klima. Fl-2021, l-Istati Membri tal-UE esperjenzaw qerda bla preċedent minħabba diżastri naturali, li jvarjaw minn għargħar fatali fil-Ġermanja u l-Benelux, għal nirien katastrofiċi fil-Greċja u fi Spanja. Quddiem il-kriżi klimatika, u flimkien ma’ sorsi oħra ta’ degradazzjoni ambjentali, wisq probabbli li l-qerda u d-diżastri naturali ser isiru n-norma aktar milli l-eċċezzjoni. Aktar ma l-miżuri effettivi biex jiġu indirizzati l-kriżi klimatika u d-degradazzjoni ambjentali jiġu posposti, imdgħajfa jew evitati, aktar ser jiżdiedu r-riskji. |
|
3.3. |
Mill-inqas 240 persuna tilfu ħajjithom fl-għargħar li laqat il-punent tal-Ewropa fis-sajf tal-2021 (6), b’għadd akbar ta’ persuni spostati u li tilfu djarhom. Fil-Greċja, ġew irreġistrati mhux inqas minn 500 każ ta’ nar fil-foresti matul mewġa ta’ sħana li laqtet lill-pajjiż (7). |
|
3.4. |
Mhux biss l-iskala tal-qerda u t-telf ta’ ħajja minħabba diżastri ambjentali fl-2021 kienet bla preċedent, iżda wkoll l-ispiża finanzjarja għall-komunitajiet affettwati. Fil-Punent tal-Ewropa l-għargħar kien stmat li kkawża ħsarat b’valur ta’ EUR 38 biljun (8). Fil-Greċja, il-Prim Ministru kien obbligat japprova pakkett ta’ għajnuna ta’ EUR 500 miljun għall-gżira ta’ Evia, ir-reġjun l-aktar milqut min-nirien (9). |
|
3.5. |
L-ebda parti mid-dinja ma hija ħielsa mill-perikli dejjem jiżdiedu ta’ diżastri naturali. Bl-istess mod, l-ebda Stat Membru tal-UE ma huwa attrezzat biżżejjed biex jegħleb sfidi kbar bħal dawn — kemm f’termini ta’ riżorsi u materjal biex jiġu indirizzati n-nixfiet, in-nirien fil-foresti u l-għargħar, kif ukoll f’termini ta’ finanzjament meħtieġ biex jgħin liż-żoni milquta jirkupraw. |
|
3.6. |
L-investiment mill-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima bħala rispons għad-diżastri naturali għandu jaħdem biex jikkomplementa l-infiq kontinwu mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fit-tħejjija u l-prevenzjoni tad-diżastri. Hemm bżonn ta’ investiment enormi biex tinħoloq reżiljenza kontra l-impatti tat-tibdil fil-klima, pereżempju investiment fil-kostruzzjoni ta’ digi, bini reżistenti għall-għargħar, protezzjoni kontra l-erożjoni kostali, tagħmir għall-monitoraġġ u t-trażżin tan-nirien fil-foresti, u teknoloġija li tgħin biex ma jinħeliex u jinħażen l-ilma ħelu f’żoni affettwati min-nixfiet, fost affarijiet oħra. Filwaqt li l-fondi ta’ investiment strutturali għandhom jaħdmu ex ante biex inaqqsu l-ħsara possibbli, il-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima għandu jkun hemm biex jirreaġixxi malajr f’każijiet fejn tali miżuri preventivi ma rnexxilhomx iwarrbu ċerta ħsara. |
|
3.7. |
Il-KESE jenfasizza li r-riperkussjonijiet previsti tal-kriżi klimatika jeħtieġu mekkaniżmu ta’ appoġġ ħafna aktar robust minn dak fis-seħħ bħalissa. Il-baġit totali tal-FSUE huwa limitat għal total ta’ EUR 500 miljun fis-sena (10). Sa mill-implimentazzjoni tiegħu fl-2002, il-FSUE appoġġja 28 pajjiż Ewropew differenti u pprovda aktar minn EUR 7 biljun (11). Dan huwa impressjonanti, iżda bl-ebda mod mhuwa biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż tal-ħsara minħabba diżastri naturali fl-2021 biss. |
|
3.8. |
F’każi ta’ diżastri naturali, naraw riskju akbar ta’ telf ta’ ħajja fost ċerti gruppi li ma jistgħux faċilment jevakwaw iż-żoni affettwati. Dan huwa partikolarment il-każ għal persuni akbar fl-età, persuni b’diżabbiltà u tfal. L-investimenti jeħtieġ li jkunu mmirati biex jiżguraw li s-servizzi ta’ emerġenza jkollhom il-materjal u l-appoġġ ta’ ħaddiema ta’ salvataġġ addizzjonali biex jassistu lill-persuni kollha li jeħtieġu attenzjoni partikolari. Persuni b’inqas riżorsi huma wkoll inqas kapaċi jevakwaw minħabba l-ispiża involuta biex tinstab akkomodazzjoni alternattiva u minħabba l-aċċess limitat tagħhom għal mezzi ta’ mobbiltà personali. Din għandha tkun xi ħaġa li l-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima jfittex li jindirizza. |
4. Il-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima bħala triq lejn it-tranżizzjoni lejn l-enerġija ekoloġika
|
4.1. |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-aġġustament għall-klima huwa wkoll dwar l-aġġustament għal realtà ġdida ta’ produzzjoni tal-enerġija sostenibbli. Minħabba żviluppi reċenti, l-UE qed tiffaċċja sfidi kbar u urġenti fir-rigward tal-indipendenza enerġetika li ma kinux previsti meta tfasslu l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), Next Generation EU u l-qafas ta’ Governanza Ekonomika. B’referenza għall-pjan tal-Kummissjoni REPowerEU (12) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-KESE jaqbel bis-sħiħ li, wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, il-każ għall-indipendenza enerġetika qatt ma kien aktar b’saħħtu, inkluż l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. |
|
4.2. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li ssir enfasi fuq ir-rwol li t-teknoloġiji tal-enerġija ekoloġika u dekarbonizzata jistgħu jaqdu, it-titjib tal-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija fiż-żieda tal-provvista u l-affordabbiltà tal-enerġija fl-UE. Dan se jgħin biex tingħata protezzjoni miż-żidiet fil-prezzijiet, li jimpedixxu t-tkabbir ekonomiku, jaggravaw l-inugwaljanzi, jipprovokaw il-faqar enerġetiku, iżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni u jfixklu l-kompetittività tal-UE. B’mod partikolari, il-KESE jilqa’ l-aċċellerazzjoni fl-industrija tal-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi bbażati fuq l-idroġenu u l-elettriku rinnovabbli kompetittiv f’termini ta’ kostijiet. |
|
4.3. |
Il-ħtieġa li jsir investiment urġenti u ambizzjuż fiċ-ċaqliqa lejn forom aktar ekoloġiċi ta’ enerġija prodotta fl-UE hija aktar importanti minn qatt qabel. Filwaqt li l-produzzjoni tal-enerġija ekoloġika u l-awtonomija enerġetika għandhom dejjem ikunu għan fit-tul għall-UE, il-kuntest immedjat jara lill-UE fi ħtieġa urġenti ta’ provvista tal-enerġija affordabbli minn sorsi alternattivi, mingħajr ma tikkomprometti l-għanijiet tal-enerġija tagħha. L-investiment urġenti meħtieġ biex tiġi pprovduta enerġija affordabbli minn sorsi alternattivi għaċ-ċittadini jista’ jiġi indirizzat mill-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima b’mod aktar effettiv u effiċjenti mill-mekkaniżmi eżistenti. |
|
4.4. |
Il-KESE josserva b’dejjem aktar ċarezza li d-dipendenza fuq l-enerġija hija fattur kawżali li jdgħajjef ir-reazzjonijiet tal-UE lejn pajjiżi bħar-Russja, kif jidher b’mod ċar fir-rispons tal-UE għall-invażjoni tal-Ukrajna. Id-dipendenza żejda attwali fuq il-gass Russu timmina serjament il-kapaċità tal-UE u tal-Istati Membri tagħha li jieħdu azzjoni rapida mingħajr ma jpoġġu liċ-ċittadini tagħhom f’riskju ta’ nuqqas ta’ fjuwil u faqar enerġetiku. Sfortunatament, il-pjani biex jinkiseb gass naturali mill-Istati Uniti ma joffrux soluzzjoni sostenibbli jew ambjentalment responsabbli (13). |
|
4.5. |
Il-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima għandu jservi bħala mezz ta’ finanzjament tal-ħtieġa urġenti tagħna għal enerġija ekoloġika u dekarbonizzata prodotta fl-UE, b’akkwist ambizzjuż ta’ teknoloġiji eżistenti u investiment fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda biex tinkiseb ekonomija b’emissjonijiet żero. Il-KESE jħeġġeġ li l-gwerra fl-Ukrajna m’għandhiex twassal biex tiġi ttraskurata l-missjoni tal-UE li tilħaq l-għanijiet ambjentali u soċjali, peress li huma l-bażi biex tinbena s-saħħa ekonomika fit-tul. |
|
4.6. |
Fil-kuntest tat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, il-progress ivarja sew bejn l-Istati Membri. Fl-2018, 11 biss mis-27 Stat Membru naqsu d-domanda domestika totali għall-enerġija għal inqas mill-mira tal-2020. Kollox ma’ kollox, l-UE għadha ’l bogħod milli tilħaq il-miri tagħha għall-2030, u dan jimplika l-ħtieġa għal sforzi addizzjonali. Fortunatament, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-UE żdied b’mod kostanti. Il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” ippropona li jintlaħaq sehem ta’ 40 % ta’ sorsi rinnovabbli fil-konsum tal-enerġija sal-2030. Filwaqt li s-sehem ta’ sorsi rinnovabbli fil-konsum tal-enerġija jvarja b’mod sostanzjali wkoll madwar l-UE, hekk ukoll il-kapaċità li tiġi prodotta enerġija rinnovabbli, minħabba restrizzjonijiet baġitarji u ġeografija. F’xi pajjiżi, il-kapaċità fotovoltajka installata għal kull ras hija pjuttost baxxa minkejja l-potenzjal għoli f’dan il-qasam. Pajjiżi oħra jiksbu sehem għoli ta’ enerġiji rinnovabbli minħabba l-possibbiltajiet ġeografiċi favorevoli għall-impjanti idroelettriċi. |
|
4.7. |
Iż-żieda fl-isforzi lejn it-tranżizzjoni tal-enerġija ekoloġika se timxi id f’id ma’ ħtiġijiet ġodda ta’ finanzjament, u se jkollha ssir b’mod urġenti fid-dawl tal-kriżi tal-enerġija u l-ħtieġa dejjem tikber għall-awtonomija enerġetika tal-UE. It-tisħiħ tal-proposti “lesti għall-mira ta’ 55 %”, b’miri ogħla u skadenzi aktar bikrija għall-enerġija rinnovabbli, pereżempju bl-introduzzjoni tal-enerġija mix-xemx u mir-riħ u t-titjib tal-effiċjenza enerġetika, se jirrikjedi rispons ta’ finanzjament robust. Il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tivvaluta dawn il-ħtiġijiet ta’ finanzjament fil-kuntest tal-proposti REPowerEU (14), ibbażati fuq l-immappjar tal-ħtiġijiet fl-Istati Membri, kif ukoll ir-rekwiżiti għal investiment transfruntier. Il-KESE jilqa’ dan, iżda jiġbed l-attenzjoni wkoll għat-tħassib li l-għodod ta’ finanzjament attwali fil-livell tal-UE u dak nazzjonali mhux ser ikunu biżżejjed u li hija meħtieġa azzjoni biex l-enerġija rinnovabbli ssir soluzzjoni issa. In-nefqa tal-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima fuq l-enerġiji rinnovabbli għandha tingħata spinta wkoll billi jiġi attirat l-investiment privat, bil-fond jaġixxi bħala fornitur ta’ flus inizjali. |
|
4.8. |
Iż-żieda fl-investiment biex tittejjeb l-awtonomija enerġetika tal-UE għandha ssir f’konformità ma’ enfasi fuq it-tranżizzjoni tal-enerġija ekoloġika u rinnovabbli. Sabiex tirnexxi, kif ukoll biex isir investiment aktar immedjat permezz tal-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima, l-UE se tirrikjedi investimenti sinifikanti fit-tul fir-riċerka u l-innovazzjoni u modi ġodda ta’ produzzjoni u konsum, biex intejbu l-kapaċità tagħna li noffru enerġija nadifa u affordabbli lil kulħadd. L-aġenda tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE diġà qed turi impenn konsiderevoli għal dan l-għan, bil-potenzjal li jsir progress notevoli. Madankollu, din l-enfasi fuq ir-riċerka trid tkun akkumpanjata minn impenn mill-Istati Membri biex jadottaw forom aktar ekoloġiċi ta’ produzzjoni tal-enerġija u l-kapaċità tagħhom li jagħmlu tranżizzjoni lil hinn minn mezzi aktar tradizzjonali ta’ produzzjoni tal-enerġija, b’mod partikolari fl-Istati Membri li għad għandhom dipendenza qawwija mill-faħam. |
|
4.9. |
Filwaqt li l-KESE jilqa’ l-finanzjament eżistenti ddedikat għall-politika dwar il-klima fil-QFP u fin-Next Generation EU, huwa jenfasizza wkoll li l-aktar theddid ambjentali immedjat għan-nies fl-UE nbidel minn meta tfassal u li huma meħtieġa approċċi ġodda. Minbarra l-ħolqien ta’ dan il-fond il-ġdid, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tirrevedi l-ambjent tal-finanzjament sabiex tidentifika lakuni ta’ finanzjament u ħtiġijiet ta’ finanzjament addizzjonali fir-rigward ta’ diversi aspetti tal-politika dwar il-klima. |
5. L-iżgurar tar-robustezza tal-politiki eżistenti tal-UE dwar il-klima u l-enerġija u l-komplementarjetà tal-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima
|
5.1. |
Il-Fond ta’ Aġġustament għall-Klima jirrispondi għal ħtieġa speċifika ħafna mhux issodisfata f’termini ta’ finanzjament tal-UE, jiġifieri li jkun hemm biżżejjed finanzjament disponibbli għal reazzjonijiet rapidi għal emerġenzi relatati mal-klima, l-ambjent u l-enerġija. Madankollu, dan il-fond irid ikun konsistenti u koerenti mal-politiki ġenerali tal-UE f’dawn l-oqsma. |
|
5.2. |
Il-kriżi klimatika hija kwistjoni sistemika li tmur lil hinn mill-fruntieri, li jfisser li hemm ħtieġa għal bidla sistemika għal kif taħdem l-ekonomija tagħna u li tagħmilha kruċjali li l-gvernijiet jimpenjaw ruħhom għal soluzzjonijiet sistemiċi minflok sempliċiment jindirizzaw is-sintomi tal-problema. |
|
5.3. |
Differenzi kbar fil-mod kif l-individwi u l-gruppi huma involuti u affettwati jaggravaw il-problema tat-tibdil fil-klima. Dawn id-differenzi huma relatati mal-impronti tal-karbonju, b’varjazzjoni pjuttost sinifikanti fl-emissjonijiet ta’ CO2 per capita fi Stati Membri u reġjuni differenti tal-UE. Naraw ukoll disparitajiet fl-impatti tat-tibdil fil-klima, il-kapaċità ta’ adattament u l-indirizzar tal-isfidi u, fl-aħħar nett, l-impatti tal-miżuri tal-politika dwar il-klima, u l-bidliet strutturali sinifikanti imminenti. |
|
5.4. |
Fi ħdan l-UE, l-impatti klimatiċi jvarjaw ħafna fl-Istati Membri u bejniethom, skont il-ġeografija tagħhom u l-istat u l-istruttura tal-ekonomija tagħhom. Pereżempju, filwaqt li 7 % tal-popolazzjoni tal-UE tgħix f’żoni b’riskju għoli ta’ għargħar, aktar minn 9 % tgħix f’żoni kkaratterizzati minn 120 jum mingħajr xita. |
|
5.5. |
Il-ħidma għal tranżizzjoni ġusta teħtieġ ukoll kundizzjonijiet soċjali sostenibbli f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Barra minn hekk, il-KESE jappella għal approċċ olistiku għas-sostenibbiltà ambjentali u jindika r-Regolament dwar it-Tassonomija, li jistabbilixxi sitt objettivi ambjentali: il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi. |
|
5.6. |
B’baġit approvat ta’ aktar minn EUR 330 biljun fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, il-politika ta’ koeżjoni bħalissa hija l-akbar u l-aktar għodda ta’ investiment komuni importanti fl-Ewropa u għalhekk għandha rwol kruċjali biex tindirizza l-kriżi klimatika. Id-differenzi fi ħdan u bejn l-Istati Membri, li l-politika ta’ koeżjoni għandha l-għan li tindirizza, huma wkoll probabbli ħafna affettwati mit-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi tiegħu. Min-naħa tiegħu, il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza jpoġġi wkoll enfasi qawwija fuq il-klima. Filwaqt li naraw impenn ċar għall-investiment, hemm bżonn li jkun hemm stampa ċara u strutturata ta’ liema fondi tal-UE huma mmirati lejn l-indirizzar tat-tibdil fil-klima u kif jiġu ġestiti. |
|
5.7. |
Il-KESE jenfasizza wkoll il-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jieħdu impenn politiku ċar biex jintlaħqu l-miri tal-klima. Hemm ħtieġa urġenti li jissaħħaħ id-djalogu f’diversi livelli fost l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ miżuri nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima fil-livell reġjonali u lokali, dwar l-aċċess dirett għall-finanzjament għall-awtoritajiet lokali, u dwar il-monitoraġġ tal-progress tal-miżuri adottati. L-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili organizzata jridu jkunu involuti f’dan il-proċess sabiex jiġi salvagwardjat approċċ bilanċjat, li jirrispetta l-interessi tal-gruppi kollha. |
|
5.8. |
Il-KESE jenfasizza r-rwol kruċjali tal-imsieħba lokali, soċjali u reġjonali biex jindirizzaw il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima. Sfortunatament, l-appoġġ li ħafna minn dawn l-atturi jirċievu biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom xejn mhu biżżejjed biex jiġu indirizzati l-isfidi li qed jiffaċċjaw. Fost affarijiet oħra, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jeħtieġ li jissaħħaħ biex joffri appoġġ aħjar. |
|
5.9. |
Il-KESE jinsisti li t-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà ambjentali trid tkun inklużiva u konformi mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. F’dan il-kuntest, il-kriterji ewlenin iridu jinkludu s-salvagwardja u l-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi ġodda u ta’ kwalità, u b’hekk jiġu żgurati t-taħriġ u l-miżuri soċjali inklużivi billi jiġu żviluppati setturi ekonomiċi alternattivi newtrali għall-klima għall-popolazzjoni reġjonali. Dan għandu jegħleb l-effetti rigressivi potenzjali tal-miżuri tal-politika dwar il-klima u l-bidliet strutturali. Pereżempju, l-akkwist pubbliku u l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat għall-kumpaniji għandhom ikunu marbuta mal-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u jirrispettaw id-drittijiet tal-ħaddiema, l-istandards ambjentali u l-obbligi fiskali. Barra minn hekk, il-persuni vulnerabbli jridu jiġu protetti mill-impatt tat-tibdil fil-klima, filwaqt li jiġi evitat il-faqar enerġetiku f’kull ħin. Fl-aħħar nett, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-prinċipju tat-tassonomija tal-UE “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, li jistipula li l-ebda għan ambjentali ma jista’ jiġi ppreġudikat permezz tal-implimentazzjoni ta’ diversi politiki. |
|
5.10. |
Peress li l-edukazzjoni formali u mhux formali huma mekkaniżmi importanti għall-ġlieda kontra l-kriżi klimatika, huwa kruċjali li jsir investiment f’edukazzjoni aċċessibbli relatata mat-tibdil fil-klima u ċ-ċittadinanza attiva. L-edukazzjoni dwar is-sostenibbiltà hija għodda b’saħħitha li tattrezza liż-żgħażagħ, u tagħtihom is-setgħa li jieħdu sehem fil-konverżazzjonijiet dwar id-direzzjoni li għandha tieħu politika konkreta dwar il-klima. Ir-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima qed jiġi rikonoxxut dejjem aktar. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/tackling-energy-poverty-and-eus-resilience-challenges-economic-and-social-perspective (Ara l-paġna 88 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Regional development MEPs suggest to setup a Climate Change Adaptation Fund | Aħbarijiet | Il-Parlament Ewropew
(3) Economic losses from climate-related extremes in Europe — Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
(4) Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima — L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM(2021) 82 final, Taqsima 2.2.3 u Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli COM(2021) 390 final, Taqsimiet II u III, Azzjoni 2 c, id-dashboard tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) dwar id-distakk fil-protezzjoni tal-assigurazzjoni u dokument ta’ diskussjoni.
(5) ESPAS_Report.pdf, p. 8.
(6) https://www.brusselstimes.com/belgium-all-news/199487/europes-summer-floods-amount-to-worlds-second-most-costly-natural-disaster-of-2021.
(7) https://www.reuters.com/world/europe/greece-starts-count-cost-after-week-devastating-fires-2021-08-09/
(8) Europe's summer floods amount to world's second-most costly natural disaster of 2021 (brusselstimes.com).
(9) https://www.reuters.com/world/europe/greece-starts-count-cost-after-week-devastating-fires-2021-08-09/
(10) Fond ta’ Solidarjetà tal-UE;
(11) https://ec.europa.eu/regional_policy/mt/funding/solidarity-fund/
(12) Il-Pjan REPowerEU, COM(2022) 230 final.
(13) U.S., EU strike LNG deal as Europe seeks to cut Russian gas | Reuters.
(14) COM(2022) 230 final.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/30 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Kriptoassi — Sfidi u opportunitajiet”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 486/05)
|
Relatur: |
Philip VON BROCKDORFF |
|
Korelatur: |
Louise GRABO |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
24.3.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta' Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
9.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
22.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
148/0/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Filwaqt li jirrikonoxxi ż-żieda fil-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-kriptoassi, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolament dwar is-Swieq fil-Kriptoassi (MiCA) li għandu l-għan li jirregola l-kriptoassi fl-UE u li rriżulta fi ftehim politiku proviżorju tal-koleġiżlaturi fit-30 ta’ Ġunju 2022 (1). |
|
1.2. |
Il-KESE jappella wkoll għal qafas regolatorju u operazzjonali b’saħħtu biex jittejbu l-intraċċar finanzjarju tat-tranżazzjonijiet u l-konformità tat-taxxa tal-kriptoassi. |
|
1.3. |
Il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa li l-awtoritajiet għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ “l-istess attività, l-istess riskji, l-istess regoli”. Dan jirrikjedi l-bini fuq oqfsa regolatorji eżistenti fil-każ ta’ negozji li jagħmlu tranżazzjonijiet fi kriptoassi fejn jeħtieġ li jiġu koperti riskji simili bħal dawk li jirriżultaw fi tranżazzjonijiet tradizzjonali. Il-KESE jemmen li dan huwa meħtieġ biex jiġu evitati asimmetriji bejn servizzi u assi analogi li jistgħu jaqgħu taħt oqfsa differenti minħabba t-teknikalitajiet. |
|
1.4. |
Qafas regolatorju għall-kriptoassi jeħtieġ li jkun konsistenti bejn il-ġuriżdizzjonijiet u mhux biss fl-UE. Standards imsejsa fuq kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għandhom jiġu stabbiliti fi ħdan u barra l-UE biex jiġu protetti l-konsumaturi. Il-KESE jappoġġja r-Regolament dwar it-Trasferiment ta’ Fondi (2) għalkemm f’xi aspetti dan imur lil hinn milli fil-każ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji tradizzjonali. Madankollu, fl-istess ħin, il-KESE jappoġġja l-innovazzjoni fl-UE u huwa importanti li l-prodotti ordinarji bbażati fuq it-teknoloġija tal-blockchain li mhumiex ta’ natura finanzjarja jiġu ttrattati bħala kontropartijiet fiżiċi tagħhom u mhux bħala strumenti finanzjarji, skont il-prinċipju ta’ “l-istess attività, l-istess riskju, l-istess regoli”. |
|
1.5. |
Il-KESE jinnota bi tħassib il-konsegwenzi ambjentali tal-kriptoassi u l-attivitajiet ta’ estrazzjoni relatati minħabba l-impenji klimatiċi tal-UE bħala parti mill-Patt Ekoloġiku u huwa tal-fehma li minkejja d-DLTs (teknoloġija ta’ reġistru distribwit) emerġenti bħall-blockchain li jidhru li jistgħu jipprovdu infrastruttura sostenibbli għal futur b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, ma hemm l-ebda prova konklużiva li dan huwa l-każ. |
|
1.6. |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-blockchain, bħala t-teknoloġija sottostanti ewlenija għall-kriptoassi, jista’ jgħin biex jiġu indirizzati r-riskji li attwalment jeżistu fis-suq. Il-benefiċċji potenzjali tal-blockchain ivarjaw minn tranżazzjonijiet f’ħin reali li jippermettu tnaqqis tar-riskju u ġestjoni aħjar tal-kapital, sa effettività regolatorja mtejba, pereżempju bl-użu tal-blockchain għal kontrolli ta’ għarfien tal-konsumatur jew kontra l-ħasil tal-flus. |
|
1.7. |
Il-KESE jinnota wkoll li żviluppi teknoloġiċi ulterjuri jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet eżistenti fir-rigward tal-konformità tat-taxxa, u b’hekk jittejbu t-trasparenza u l-kwalità tad-data mibgħuta lill-awtoritajiet tat-taxxa għal finijiet ta’ kontroll, filwaqt li jiġu indirizzati l-frodi tat-taxxa u t-tranżazzjonijiet illeċiti. |
|
1.8. |
Żviluppi teknoloġiċi ulterjuri fil-blockchain jistgħu wkoll jimmotivaw lill-banek biex jikkooperaw fi ħdan l-ekosistema tal-blockchain, u jippermettulhom jaqsmu l-informazzjoni u l-esperjenza mal-komunità usa’ tal-blockchain permezz ta’ pjattaforma finanzjarja kummerċjali bbażata fuq il-blockchain. |
|
1.9. |
Fl-aħħar nett, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ ir-rwol tal-BĊE fil-monitoraġġ tal-iżviluppi fil-kriptoassi u l-implikazzjonijiet potenzjali tagħhom għall-politika monetarja u r-riskji li l-kriptoassi jistgħu joħolqu għall-funzjonament bla xkiel tal-infrastrutturi u l-pagamenti tas-suq, kif ukoll għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. |
2. Sfond
|
2.1. |
Il-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-kriptoassi aktar milli ttriplikat fl-2021 għal USD 2,6 triljun, iżda l-kriptoassi jibqgħu porzjon żgħir tal-assi kumplessivi tas-sistema finanzjarja globali (3). F’termini ta’ numri, il-kriptoassi jistgħu jitqabblu ma’ xi wħud mill-klassijiet ta’ assi stabbiliti, għalkemm għandhom ħafna inqas importanza mill-bonds tal-gvern, is-swieq tal-istokks u d-derivattivi. It-tkabbir rapidu tal-kriptoassi attira diversi atturi ġodda fl-ekosistema b’għadd dejjem akbar ta’ kriptoassi li qed jiġu offruti, xi wħud minnhom imsejħa “muniti virtwali” jew “muniti” jew “tokens” diġitali. L-aktar kriptoassi prominenti sal-lum jinkludu l-Bitcoin u l-Ether, li flimkien jirrappreżentaw madwar 60 % tal-kapitalizzazzjoni kollha tas-suq tal-kriptoassi. |
|
2.2. |
Fl-aħħar sena, id-domanda għal klassi ta’ kriptoassi msejħa stablecoins (4) rat tkabbir bla preċedent minħabba żviluppi fit-teknoloġija, b’mod partikolari l-blockchain. B’mod partikolari, il-volumi tan-negozjar tal-istablecoins qabżu kważi l-kriptoassi l-oħra kollha, l-aktar minħabba li jintużaw ħafna biex jissaldaw tranżazzjonijiet spot u derivattivi fil-boroż. L-istabbiltà relattiva tal-prezzijiet tal-istablecoins tgħin ukoll biex tipproteġi lid-detenturi tal-kriptoassi mill-volatilità assoċjata ma’ kriptoassi li mhumiex stablecoins. |
|
2.3. |
Il-finanzi deċentralizzati jew DeFi (5) bbażati fuq it-teknoloġija tal-blockchain u l-forniment ta’ servizzi finanzjarji bl-użu ta’ stablecoins u kriptoassi oħrajn huma waħda mir-raġunijiet ewlenin għaż-żieda fid-domanda għall-kriptoassi, peress li ppermettew lill-utenti jinnegozjaw kriptoassi mingħajr intermedjarju. Barra minn hekk, m’hemm l-ebda ħtieġa għal evalwazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-klijent matul tranżazzjoni. Huwa interessanti li tranżazzjonijiet bħal dawn jinvolvu prinċipalment atturi istituzzjonali minn ekonomiji żviluppati fejn tranżazzjonijiet ta’ stablecoins huma komuni (6). |
|
2.4. |
It-teknoloġija tal-blockchain jew ta’ reġistru distribwit (DLT) tista’ tiġi deskritta bħala fajl pubbliku kbir wieħed li jiġi kondiviż u maħżun f’network enormi ta’ kompjuters li fihom it-tranżazzjonijiet kollha fil-kriptoassi. Peress li huwa kondiviż pubblikament u l-kontenut tiegħu validat, mhuwiex possibbli li t-tranżazzjoni titreġġa’ lura jew tinbidel. Għalhekk, il-fajl pubbliku prodott bħala konsegwenza tal-użu tad-DLT jipprekludi tranżazzjonijiet frodulenti. |
|
2.5. |
Matul l-eqqel tal-kriżi tal-COVID-19, żmien ta’ stress fis-suq, il-valur tal-Bitcoin laħaq l-ogħla livell ta’ USD 10 367,53 f’nofs Frar 2020, u niżel għal USD 4 994,70 f’nofs Marzu tal-istess sena. Madankollu, iż-żieda qawwija u t-tnaqqis daqstant qawwi fil-valur ftit li xejn kellhom x’jaqsmu mal-pandemija u l-effett tagħha fuq is-suq tal-ishma (7). L-imġiba apparentement erratika tal-valur tal-Bitcoin hija riżultat tal-fenomenu li l-minaturi u l-esperti jirriferu għalih bħala “halving” (“tnaqqis bin-nofs”). It-tnaqqis bin-nofs fil-Bitcoin iseħħ kull erba’ snin, jew kull darba li jiġu estratti 210 000 blokk. Dan seħħ fl-2012 u wera l-istess varjazzjonijiet prevedibbli fil-prezzijiet tal-Bitcoin. Din ix-xejra ma nbidlitx wisq mill-2012. |
|
2.6. |
Kif inhuma l-affarijiet bħalissa, il-kriptoassi ma jidhrux li joħolqu riskju materjali għall-istabbiltà finanzjarja, kif ġie kkonfermat mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) fir-rapport tiegħu tal-2018. Minkejja dan, l-FSB innifsu esprima tħassib dwar ir-riskji li żieda fil-kapitalizzazzjoni tas-suq tista’ ġġib magħha, b’mod partikolari riskji rigward il-fiduċja tal-investituri, riskji li jirriżultaw mill-esponiment dirett u indirett tal-istituzzjonijiet finanzjarji, u riskji mill-użu ta’ kriptoassi għal pagamenti u skambji. |
|
2.7. |
L-istess tħassib ġie espress mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (l-EBA, l-ESMA u l-EIOPA) li wissew lill-konsumaturi li ħafna kriptoassi huma riskjużi ħafna u spekulattivi, u mhumiex adattati għall-biċċa l-kbira tal-investituri fil-livell tal-konsumatur jew bħala mezz ta’ pagament jew skambju. Il-fehma tagħhom hija li l-konsumaturi jiffaċċjaw il-possibbiltà reali ħafna li jitilfu l-flus kollha investiti tagħhom jekk jixtru kriptoassi b’riskju għoli. Iwissu wkoll li l-konsumaturi għandhom joqogħdu attenti għar-riskji ta’ reklami qarrieqa, inkluż permezz tal-midja soċjali u influwenzaturi. Il-konsumaturi għandhom ikunu partikolarment attenti għal redditi mwiegħda malajr jew għoljin. |
|
2.8. |
Il-konnessjonijiet diretti bejn il-kriptoassi u l-istituzzjonijiet finanzjarji sistemikament importanti u s-swieq finanzjarji ewlenin, filwaqt li qed jikbru b’mod rapidu, huma limitati bħalissa. Madankollu, l-involviment istituzzjonali fis-swieq tal-kriptoassi, kemm bħala investituri kif ukoll bħala fornituri ta’ servizzi, kiber matul l-aħħar sena, għalkemm minn bażi baxxa. Jekk it-trajettorja attwali tat-tkabbir fl-iskala u l-interkonnettività tal-kriptoassi ma’ dawn l-istituzzjonijiet kellha tkompli, dan jista’ jkollu implikazzjonijiet għas-sistema finanzjarja globali. |
|
2.9. |
It-tkabbir fl-iskala u l-interkonnettività tal-kriptoassi jsaħħaħ il-ħtieġa u l-importanza li l-kriptoassi jgħaddu minn awditi konsistenti, komparabbli u oġġettivi bl-objettiv li jirrapportaw dwar il-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni finanzjarja li tkun qed tiġi rrapportata lill-pubbliku. Fuq dan l-isfond, f’Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva biex tarmonizza u tilleġittimizza r-regolamentazzjoni tal-kriptovaluta fil-kriptoassi (8). Il-proposta tipprovdi qafas komprensiv għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-emittenti u l-offerenti tal-kriptoassi u fornituri tas-servizzi tal-kriptoassi, bil-ħsieb li jiġu protetti l-konsumaturi u l-integrità u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Fit-30 ta’ Ġunju 2022 intlaħaq qbil politiku proviżorju bejn il-koleġiżlaturi. It-test leġiżlattiv finali huwa mistenni li jiġi ppubblikat u jidħol fis-seħħ fix-xhur li ġejjin. Il-pożizzjoni tal-KESE dwar dan tinsab fl-Opinjoni tiegħu dwar Kriptoassi u teknoloġija ta’ reġistru distribwit (9). |
3. Riskji li joħolqu l-kriptoassi
|
3.1. |
It-tkabbir rapidu tal-kriptoassi kien ġeneralment ikkaratterizzat minn struttura operazzjonali fqira, ġestjoni dgħajfa tar-riskji ċibernetiċi u oqfsa ta’ governanza dgħajfa. Dawn it-tliet riskji kkombinati jżidu r-riskji għall-klijenti, u ċ-ċibersigurtà hija kwistjoni fil-qasam tal-kriptoassi. Il-kriptoassi misruqa tipikament isibu triqithom lejn swieq illegali u jintużaw biex jiffinanzjaw aktar attività kriminali. Fuq l-istess linji, fil-kuntest ta’ attakki ta’ ransomware, il-kriminali spiss jitolbu lill-vittmi jħallsu r-riskatt fi kriptovaluti bħal Bitcoin (10). Ir-Regolament dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju (DORA), maqbul reċentement mill-koleġiżlaturi u li bħalissa jinsab fil-proċess li jiġi ffinalizzat sabiex jiġi ppubblikat, jipprovdi rekwiżiti uniformi dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni li jappoġġjaw il-proċessi tan-negozju tal-entitajiet finanzjarji, inklużi l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb livell komuni għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali. |
|
3.2. |
L-ekosistema tal-kriptoassi hija esposta wkoll għal ċertu livell ta’ riskju ta’ konċentrazzjoni b’negozjar iddominat minn għadd relattivament żgħir ta’ entitajiet (11). Studju sab li inqas minn 10 000 persuna madwar id-dinja kollettivament għandhom 4,8 miljun Bitcoin (12) — kważi terz tat-18,5 miljun Bitcoin estratti s’issa. Dawn tal-aħħar kellhom valur tas-suq ta’ kważi USD 600 biljun. Is-sitwazzjoni ma nbidlitx ħafna. L-ekosistema tal-Bitcoin għadha ddominata minn atturi kbar u kkonċentrati, kemm jekk huma minaturi kbar (13), detenturi ta’ Bitcoin jew skambjaturi. Din il-konċentrazzjoni tagħmel il-Bitcoin suxxettibbli għal riskju sistemiku, u timplika wkoll li l-maġġoranza tal-gwadanji minn adozzjoni ulterjuri x’aktarx jmorru b’mod sproporzjonat fuq sett żgħir ta’ parteċipanti (14). |
|
3.3. |
Fl-aħħar rapport tiegħu (15), l-FSB jiddikjara li s-sistemi tas-suq bħall-ibbankjar ġew fil-biċċa l-kbira protetti mill-volatilità tal-kriptoassi. Madankollu, l-FSB iwissi dwar l-importanza dejjem tikber tal-assi diġitali fl-operazzjonijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji. Jekk stablecoin maġġuri (użat b’mod estensiv għall-pagamenti) ifalli, dan jista’ jkollu impatt ulterjuri fuq l-istabilità finanzjarja, fi żmien ta’ inċertezza dejjem tikber minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, bi prezzijiet tal-prodotti bażiċi għoljin b’mod persistenti. Stablecoin li qed ifalli jista’ jwassal ukoll għal nuqqas ta’ likwidità fi ħdan l-ekosistema usa’ tal-kriptoassi, u b’hekk jillimita l-volumi tan-negozjar. |
|
3.4. |
Kif intqal f’Opinjoni preċedenti (16), il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi fl-UE biex tiżdied is-superviżjoni tal-kriptoassi. Madankollu, minħabba l-perċezzjoni tal-anonimità tagħhom, il-kriptoassi xorta jistgħu jkunu vittmi ta’ intenzjoni kriminali minkejja titjib fit-traċċar tagħhom. Dan l-aħħar ukoll il-kriptoassi dehru l-aktar bħala l-munita ppreferuta tal-aggressuri ċibernetiċi, li jużaw ir-ransomware biex jiħħekkjaw f’sistemi u mbagħad jitolbu pagamenti ta’ Bitcoin biex ma jeqirdux jew ma jikxfux id-data ta’ valur tal-kumpanija. Barra minn hekk, kien hemm żieda fir-rapporti ta’ skemi Ponzi tal-kripto. Il-BĊE jiddikjara wkoll li l-kriptovaluti qed jintużaw biex jiġu evitati s-sanzjonijiet imposti fuq l-oligarki Russi minħabba l-gwerra fl-Ukrajna (17). Ir-riskju ta’ użu ħażin tal-kriptoassi biex jiġu evitati s-sanzjonijiet kontra r-Russja huwa tfakkira importanti li dawn is-swieq iridu jkunu mġiegħla jikkonformaw mal-istandards meħtieġa, inkluża informazzjoni dwar l-investituri u rekwiżiti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u ta’ divulgazzjoni. |
|
3.5. |
Informazzjoni qarrieqa u nuqqas ta’ trasparenza huma punt ieħor ta’ tħassib kbir. Xi kriptoassi jiġu rreklamati b’mod aggressiv lill-pubbliku, bl-użu ta’ materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni u informazzjoni oħra li tista’ ma tkunx ċara, ma tkunx kompluta, ma tkunx preċiża jew tqarraq apposta, filwaqt li tissopravaluta l-gwadanji potenzjali u tinjora r-riskji involuti. Il-kummerċjalizzazzjoni spiss issir permezz ta’ influwenzaturi fuq il-midja soċjali li ma jiżvelawx jekk għandhomx inċentiv finanzjarju biex jikkummerċjalizzaw ċerti kriptoassi, b’mod partikolari ż-żieda reċenti fl-arti mhux funġibbli (l-arti NFT) marbuta ma’ diversi ċelebritajiet u personalitajiet mid-dinja tal-isport. |
|
3.6. |
L-awtoritajiet superviżorji tal-UE jemmnu li l-fluttwazzjonijiet estremi fil-prezzijiet tal-kriptoassi joħolqu riskju kbir għall-investituri, għalkemm jistgħu jinħolqu wkoll riskji simili fil-fluttwazzjonijiet globali tas-suq tal-ishma. Fil-fatt ħafna kriptoassi huma soġġetti għal varjazzjonijiet f’daqqa u estremi tal-prezzijiet li jagħmluhom spekulattivi ħafna, bi prezzijiet prinċipalment dipendenti fuq id-domanda tal-investituri. Varjazzjonijiet estremi fil-prezzijiet iqajmu dubji ġodda dwar il-futur tal-kriptovaluti bħala klassi ta’ assi. |
|
3.7. |
B’mod inkwetanti fil-każ tal-kriptoassi, l-investituri spiss isibuha kważi impossibbli li jasserixxu talbiet għad-danni jew talbiet legali oħra, pereżempju informazzjoni qarrieqa, b’mod partikolari minħabba li s’issa dawn l-assi ma jaqgħux taħt il-protezzjoni eżistenti tar-regolamenti attwali tal-UE għas-servizzi finanzjarji. L-investituri mhumiex protetti wkoll mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti tal-banek peress li jkopru biss il-munita u mhux il-kriptoassi, l-istokks jew il-bonds. |
|
3.8. |
Minn perspettiva tal-UE, bid-dħul fis-seħħ eventwali tal-MiCA, għandu jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fost l-Istati Membri li attwalment jipprevali. Fir-rigward tat-tassazzjoni, japplikaw diversi approċċi madwar l-Istati Membri, u bosta minnhom jimponu taxxa fuq il-qligħ kapitali fuq il-profitti derivati mill-kriptoassi b’rati ta’ 0-50 %. Fl-2020, bl-adozzjoni tal-pakkett dwar il-finanzi diġitali, immirat biex jirregola t-teknoloġija finanzjarja, l-UE rrikonoxxiet il-potenzjal tal-finanzi diġitali f’termini ta’ innovazzjoni u kompetizzjoni, filwaqt li ttaffi r-riskji li jirriżultaw minnhom. |
|
3.9. |
Il-KESE jappella għal qafas regolatorju u operazzjonali effettiv biex jittejjeb l-intraċċar finanzjarju tat-tranżazzjonijiet u l-konformità tat-taxxa tal-kriptoassi. Filwaqt li jirrikonoxxi l-problemi kkawżati min-nuqqas ta’ kontroll ċentralizzat għall-kriptoassi, il-psewdoanonimità tiegħu, id-diffikultajiet fil-valutazzjoni, il-karatteristiċi ibridi u l-evoluzzjoni rapida tat-teknoloġija sottostanti, il-KESE huwa tal-fehma li tista’ tinkiseb konformità tat-taxxa bbażata fuq approċċ simmetriku. Studju reċenti (18) rrapporta li l-potenzjal tad-dħul mit-taxxa mill-qligħ kapitali mill-Bitcoin fl-UE ammonta għal EUR 850 miljun fl-2020, fatt li jenfasizza l-qligħ potenzjali sinifikanti mit-taxxa li jista’ jinkiseb minn dan is-settur. Dan jassumi naturalment li l-introjtu derivat mill-kriptoassi għandu jkun soġġett għat-tassazzjoni, b’mod simili bħal strumenti finanzjarji tradizzjonali. Għal darb’ oħra, dan jeħtieġ infurzar xieraq tal-obbligi tat-taxxa abbażi ta’ rappurtar adatt u aċċess għad-data pprovduta lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Benefiċċju miżjud ta’ traċċar imtejjeb f’ħin reali tal-bejgħ tan-negozju jkun titjib fil-proċess tal-ġbir tal-VAT. |
|
3.10. |
Huwa pertinenti li jiġi indikat li xi kriptoassi jistgħu jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji II (MiFID II), jew jikkwalifikaw bħala flus elettroniċi fid-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi (EMD), jew bħala fondi skont id-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament 2 (PSD 2). Il-problema hija li ċerti Stati Membri stabbilew regoli mfassla apposta fil-livell nazzjonali għall-kriptoassi li jaqgħu barra mir-regolamenti attwali tal-UE, u li jwasslu għal frammentazzjoni regolatorja. Dan ifixkel il-kompetizzjoni fis-Suq Uniku, u jagħmilha aktar diffiċli għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi biex jespandu l-attivitajiet tagħhom bejn il-fruntieri, u dan iwassal għal arbitraġġ regolatorju. |
|
3.11. |
Filwaqt li l-KESE jaqbel li l-approċċ preferut huwa wieħed olistiku sabiex jiġu mmirati kemm il-kriptoassi li jistgħu jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji eżistenti kif ukoll il-kriptoassi li bħalissa jaqgħu barra mill-perimetru regolatorju, il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa li l-awtoritajiet jirrispettaw il-prinċipju ta’ “l-istess attività, l-istess riskji, l-istess regoli”. Dan jirrikjedi l-bini fuq oqfsa regolatorji eżistenti fil-każ ta’ negozji li jagħmlu tranżazzjonijiet fi kriptoassi fejn jeħtieġ li jiġu koperti riskji simili bħal dawk li jirriżultaw f’dawk tradizzjonali. Il-KESE jemmen li dan huwa meħtieġ biex jiġu evitati asimmetriji bejn servizzi u assi analogi li jistgħu jaqgħu taħt oqfsa differenti minħabba t-teknikalitajiet. Barra minn hekk, kwalunkwe innovazzjoni fil-kriptoassi trid tiġi segwita minn rispons regolatorju effettiv biex jittaffew ir-riskji. |
|
3.12. |
Fl-aħħar nett, il-konsegwenzi ambjentali tal-kriptoassi u tal-attivitajiet tal-estrazzjoni relatati huma importanti ħafna, minħabba l-impenji klimatiċi tal-UE bħala parti mill-Patt Ekoloġiku. Studju reċenti mill-Bank Ċentrali tan-Netherlands (2021) jirrapporta li l-marka tal-karbonju tan-network tal-Bitcoin qed tiżdied, b’użu totali tal-elettriku tan-network komparabbli mal-użu tal-elettriku tan-Netherlands u spiża ambjentali li tammonta għal EUR 4,2 biljun (19). Minkejja dan, jista’ jkun pertinenti li jitqabbel l-użu tal-elettriku tal-industrija bankarja globali. F’dan ir-rigward, il-KESE jinnota li d-DLTs emerġenti, bħall-blockchain, milli jidher qed jintużaw biex jippermettu t-twassil ta’ infrastruttura sostenibbli għal futur b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Madankollu, s’issa għad m’hemmx evidenza tanġibbli li dan huwa l-każ. Fuq nota pożittiva, l-iżviluppaturi fis-settur tal-enerġija kollu qed ifittxu li jisfruttaw it-teknoloġija tad-DLT biex jgħinu fid-deċentralizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-enerġija, jikkontrollaw in-networks tal-enerġija permezz ta’ kuntratti intelliġenti u jipprovdu servizzi ta’ rispons għad-domanda marbuta mal-użu tal-elettriku u t-tbassir tal-provvista. |
4. Opportunitajiet li jirriżultaw mill-kriptoassi
|
4.1. |
Fid-dawl tar-riskji msemmija hawn fuq, mhuwiex ċar jekk il-kriptovaluti humiex qatt se jsiru mezz ġenerali ta’ skambju. Madankollu, mhuwiex irraġonevoli li wieħed ibassar li bi żviluppi futuri fit-teknoloġija, jistgħu jiġu indirizzati n-nuqqasijiet li kkaratterizzaw il-kriptoassi, bħall-kapaċità tal-ipproċessar u l-konsum għoli ħafna tal-enerġija għall-estrazzjoni tagħhom. L-istess jista’ jingħad għar-riskji assoċjati tal-attività kriminali u l-ħasil tal-flus fejn is-sehem illeċitu tal-volum tat-tranżazzjonijiet tal-kriptovaluti niżel minn 0,62 % fl-2020 għal 0,15 % fl-2021 (20) u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi qed itejbu l-intraċċar u l-konfiska ta’ kriptovaluti illeċiti. Fid-dawl ta’ dan, il-KESE jinnota li mill-pubblikazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Fintech tal-KE f’Marzu 2018, il-Kummissjoni qieset kemm l-opportunitajiet kif ukoll l-isfidi li jirriżultaw mill-kriptoassi. |
|
4.2. |
Sa fejn huwa meħtieġ li jiġi pprovdut qafas leġiżlattiv robust għall-kriptoassi kif deskritt fil-Proposta tal-Kummissjoni (21), il-KESE huwa tal-fehma li l-blockchain, bħala t-teknoloġija sottostanti ewlenija għall-kriptoassi, tista’ tikkontribwixxi ħafna biex jiġu indirizzati r-riskji eżistenti. Il-benefiċċji potenzjali tal-blockchain ivarjaw minn tranżazzjonijiet f’ħin reali li jippermettu tnaqqis tar-riskju u ġestjoni aħjar tal-kapital, sa effettività regolatorja mtejba, pereżempju bl-użu tal-blockchain għal kontrolli ta’ għarfien tal-konsumatur jew kontra l-ħasil tal-flus. Barra minn hekk, il-blockchain iġib miegħu wkoll ċibersigurtà msaħħa peress li l-iħħekkjar f’ekosistema bbażata fuq il-blockchain ikun jeħtieġ riżorsi eżorbitanti f’termini ta’ enerġija tan-network u potenza komputazzjonali. Hemm ukoll potenzjal enormi għall-integrazzjoni ma’ teknoloġiji emerġenti oħra, bħall-intelliġenza artifiċjali u l-internet tal-oġġetti, biex tiġi appoġġjata t-teknoloġija għall-kriptoassi. |
|
4.3. |
Kif ġie rrimarkat qabel, in-nuqqas ta’ trasparenza u informazzjoni huwa problema serja b’rabta mal-kriptoassi, li jwassal kemm għal psewdoanonimità kif ukoll għal data dwar it-taxxa skarsa. Żviluppi teknoloġiċi ulterjuri jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet eżistenti, u b’hekk jittejbu t-trasparenza u l-kwalità tad-data mibgħuta lill-awtoritajiet tat-taxxa għal finijiet ta’ konformità, filwaqt li jiġu indirizzati l-frodi tat-taxxa u t-tranżazzjonijiet illeċiti. Barra minn hekk, is-sinerġiji bejn il-blockchain u l-intelliġenza artifiċjali jistgħu jkunu wkoll soluzzjoni, peress li t-teknoloġija tal-blockchain tipprovdi data ta’ kwalità għolja għall-applikazzjonijiet tal-IA, xejriet trasparenti għall-istudji dwar valutazzjoni komparattiva, u tiżgura l-integrità ta’ valutazzjoni tat-taxxa awtomatizzata. |
|
4.4. |
Żviluppi teknoloġiċi ulterjuri fil-blockchain jistgħu wkoll jimmotivaw lill-banek biex jikkooperaw fi ħdan l-ekosistema tal-blockchain, u jippermettulhom jaqsmu l-informazzjoni u l-esperjenza mal-komunità usa’ tal-blockchain permezz ta’ pjattaforma tal-kummerċ. Tali infrastruttura tista’ toffri servizz ta’ negozjar, saldu u kustodja minn tarf sa tarf integrat bis-sħiħ għall-assi diġitali bbażati fuq il-blockchain. Tista’ tipprovdi wkoll ambjent sikur għall-ħruġ u n-negozjar ta’ assi diġitali, u tippermetti t-tokenizzazzjoni ta’ titoli eżistenti u assi mhux bankabbli biex l-assi li qabel ma setgħux jiġu nnegozjati jkunu negozjabbli. |
|
4.5. |
Ovvjament biex jinkiseb dan, jeħtieġ li jkun hemm qafas regolatorju robust. Barra minn hekk, il-qafas regolatorju jeħtieġ li jkun konsistenti bejn il-ġurisdizzjonijiet u mhux biss fi ħdan l-UE. Standards, ibbażati fuq prinċipji ta’ kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, għandhom jiġu stabbiliti fi ħdan u barra l-UE biex jiġu protetti l-konsumaturi. F’dan il-kuntest, il-KESE jappoġġja r-Regolament dwar it-Trasferiment tal-Fondi għalkemm f’xi aspetti dan imur lil hinn minn dak għal tranżazzjonijiet finanzjarji tradizzjonali. Madankollu, fl-istess ħin, il-KESE jappoġġja l-innovazzjoni fl-UE u huwa importanti li l-prodotti ordinarji bbażati fuq it-teknoloġija tal-blockchain li mhumiex ta’ natura finanzjarja jiġu ttrattati bħala kontropartijiet fiżiċi tagħhom u mhux bħala strumenti finanzjarji, skont il-prinċipju ta’ “l-istess attività, l-istess riskju, l-istess regoli”. |
|
4.6. |
Il-kunsiderazzjoni finali hija relatata mal-introduzzjoni possibbli ta’ euro diġitali. Għandu jiġi ċċarat li euro diġitali mhuwiex kriptoassi iżda forma oħra tal-euro (22). Euro diġitali jippermetti liċ-ċittadini tal-UE jagħmlu pagamenti diġitali fiż-żona tal-euro kollha — bħalma jistgħu jużaw il-flus kontanti għal pagamenti fiżiċi. Naturalment, hemm argumenti favur u kontra d-dħul ta’ euro diġitali iżda jidher li huwa pass loġiku li wieħed jieħu hekk kif il-pagamenti jsiru dejjem aktar diġitalizzati. Dan huwa kritiku għal żewġ raġunijiet ewlenin: euro diġitali jista’ jiġġieled xi ftit id-dominanza tas-suq tal-istablecoin tal-Istati Uniti, u huwa rilevanti li l-BĊE ikompli jimmonitorja żviluppi fil-kriptoassi u l-implikazzjonijiet potenzjali tagħhom għall-politika monetarja u r-riskji li l-kriptoassi jistgħu joħolqu għall-funzjonament bla xkiel tal-infrastrutturi u l-pagamenti tas-suq, kif ukoll għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. |
Brussell, it-22 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) It-test huwa mistenni li jiġi ffinalizzat ladarba jiġi approvat mill-COREPER fi tmiem Settembru 2022 u għalhekk x’aktarx mhux ser ikun disponibbli qabel l-adozzjoni ta’ din l-Opinjoni tal-KESE.
(2) Ir-Regolament dwar it-Trasferiment ta’ Fondi huwa bażikament ir-riżultat tar-rakkomandazzjoni tal-FATF (Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja) biex jinħoloq obbligu fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jakkumpanjaw it-trasferimenti ta’ fondi b’informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju. Teknoloġiji ġodda bħal dawk użati fit-trasferimenti tal-kriptoassi se jkunu koperti mir-Regolament dwar it-Trasferiment ta’ Fondi.
(3) Valutazzjoni tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja mill-kriptoassi.
(4) Liao & Caramichael, “Stablecoins: Growth potential and impact on banking”, International Finance Discussion Papers Nru 1334, Washington: Bord tal-Gvernaturi tas-Sistema Federali ta’ Riżerva (2022).
(5) DeFi bażikament tfisser il-forniment ta’ servizzi finanzjarji b’mod deċentralizzat, jiġifieri mingħajr l-użu ta’ intermedjarju biex jiffaċilita l-forniment tas-servizz finanzjarju. Ladarba jiġu żviluppati minn individwi, l-applikazzjonijiet DeFi jiġu skjerati fuq il-blockchain u gradwalment jieħdu ħajja tagħhom stess hekk kif il-governanza tiġi ċeduta lill-komunità tal-utenti. Il-forma aħħarija ta’ applikazzjoni DeFi hija organizzazzjoni awtonoma deċentralizzata. Dan jikkuntrasta mas-sistema finanzjarja tradizzjonali, li tiddependi fuq intermedjarji ċentralizzati li jikkontrollaw l-aċċess għas-servizzi finanzjarji. L-użu tat-teknoloġija tal-blockchain waħdu ma joħloqx DeFi, huwa pjuttost in-nuqqas ta’ intermedjarji (li jsir possibbli permezz ta’ blockchain) li jwassal għal DeFi.
(6) Chainalysis (2021).
(7) Ara Sajeev, K.C., Afjal, M. “Contagion effect of cryptocurrency on the securities market: a study of Bitcoin volatility using diagonal BEKK and DCC GARCH models”. SN Bus Econ 2, 57 (2022).
(8) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, COM/2020) 593 final, 24.9.2020.
(9) ĠU C 155, 30.4.2021, p. 31.
(10) Crypto-assets: Key developments, regulatory concerns and responses (Il-kriptoassi: l-iżviluppi ewlenin, it-tħassib regolatorju u r-risponsi għalih).
(11) Huwa pertinenti li jiġi enfasizzat li l-grad ta’ riskju ta’ konċentrazzjoni huwa f’termini relattivi u limitat għall-ekosistema tal-kriptoassi. M’għandu l-ebda effett fuq il-konċentrazzjoni tal-ġid kif deskritta, pereżempju, fil-Lista ta’ Biljunarji ta’ Forbes World.
(12) Makarov, I., Schoar, A., Blockchain Analysis of the Bitcoin Market (18 ta’ April, 2022).
(13) L-estrazzjoni ta’ kriptovaluta hija l-proċess tal-ħolqien ta’ blokok individwali miżjuda mal-blockchain billi jissolvew problemi matematiċi kumplessi. L-għan tal-estrazzjoni huwa li jiġu vverifikati t-tranżazzjonijiet kriptovaluti u li tintwera prova tax-xogħol, filwaqt li din l-informazzjoni tiżdied ma’ blokk fuq il-blockchain, li jaġixxi bħala reġistru għat-tranżazzjonijiet tal-estrazzjoni.
(14) Makarov, I., Schoar, A., Blockchain Analysis of the Bitcoin Market (18 ta’ April, 2022).
(15) Valutazzjoni tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja mill-kriptoassi.
(16) Opinjoni tal-KESE dwar Kriptoassi u teknoloġija ta’ reġistru distribwit, ĠU C 155, 30.4.2021, p. 31.
(17) Il-President tal-BĊE Christine Lagarde tgħid li l-kriptovaluti qed jintużaw biex jiġu evitati s-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja
(18) Thiemann, A. (2021), Cryptocurrencies: An empirical View from a Tax Perspective (Il-kriptovaluti: opinjoni empirika minn perspettiva tat-taxxa), Dokumenti ta’ Ħidma tal-JRC dwar it-Tassazzjoni u r-Riformi Strutturali Nru 12/2021, Kummissjoni Ewropea, Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Sevilja, JRC126109.
(19) Trespalacios, J.P., and Dijk, J., “The carbon footprint of bitcoin”, De Nederlandsche Bank, DNB Analysis Series, 2021.
(20) Rapport dwar Kripto-Reati tal-2022 ta’ Chainalysis.
(21) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, COM/2020) 593 final
(22) Ara l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja li għaddejja bħalissa dwar euro diġitali.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/37 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Strateġija dwar il-forza tax-xogħol u l-kura fil-qasam tas-saħħa għall-futur tal-Ewropa”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 486/06)
|
Relatur: |
Danko RELIĆ |
|
Korelatur: |
Zoe TZOTZE-LANARA |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
20.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
6.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
194/4/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jżomm sod mal-prinċipju li sistemi tas-saħħa b’saħħithom u reżiljenti jistgħu jkunu bbażati biss fuq, u żviluppati minn, forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa li għandha kwalifiki, ħiliet u motivata, u li dan huwa fundamentali biex titħaddem politika tas-saħħa ta’ suċċess u bħala konsegwenza essenzjali għall-kisba ta’ kopertura tas-saħħa ċċentrata fuq il-bniedem għal kulħadd u tad-“dritt għas-saħħa”, kif rakkomandat mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, u b’hekk jiġi żgurat lill-Ewropej kollha aċċess ugwali u universali għal kura tas-saħħa affordabbli, preventiva, kurattiva u ta’ kwalità. |
|
1.2. |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva għal azzjoni fil-livell tal-UE biex jissaħħu l-kura fit-tul u l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal kif previst mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li se tikkontribwixxi għal servizzi ta’ kura ta’ kwalità għolja, aċċessibbli, ekwitabbli u affordabbli u se tgħin biex tissaħħaħ l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġustizzja soċjali. |
|
1.3. |
Il-KESE jappella għal approċċ trasformattiv għall-kura ċċentrat fuq il-persuni, id-drittijiet tagħhom u l-ħtiġijiet tagħhom, inkluża l-parteċipazzjoni tagħhom fi kwalunkwe diskussjoni, konsultazzjoni u deċiżjoni rilevanti. Huwa jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkun ambizzjuża fit-tfassil ta’ strateġija ta’ kura li tista’ tikkontribwixxi għall-koeżjoni u l-konverġenza ’l fuq fil-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul fost u fi ħdan l-Istati Membri. |
|
1.4. |
Garanzija Ewropea għall-Kura tista’ tiżgura li kull min jgħix fl-UE jkollu aċċess tul il-ħajja għal servizzi ta’ kura affordabbli u ta’ kwalità, tista’ tindirizza n-nuqqasijiet fil-kura, u tippromovi kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, u toffri opportunitajiet ta’ taħriġ. L-appoġġ u r-rikonoxximent aħjar ta’ indokraturi informali u politiki mmirati lejn l-indirizzar tal-problemi fil-kura informali bi ħlas u mingħajr ħlas huma kruċjali għal użu effiċjenti tar-riżorsi. |
|
1.5. |
Peress li servizzi pubbliċi effiċjenti, responsabbli u ffinanzjati sew jibqgħu kruċjali biex jiġi żgurat aċċess ugwali għal kura ta’ kwalità, il-KESE jistieden lill-Unjoni Ewropea tiżgura komplementarjetà bejn il-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ kura abbażi tas-solidarjetà, tħeġġeġ l-investiment fis-servizzi pubbliċi u l-ekonomija soċjali u tappoġġja l-atturi tal-ekonomija soċjali fis-settur tal-kura. |
|
1.6. |
L-ippjanar tal-forza tax-xogħol għandu jqis l-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali peress li l-innovazzjonijiet f’dawn l-oqsma joffru opportunitajiet għall-ħolqien ta’ ambjenti ta’ xogħol u sitwazzjonijiet ġodda fejn tingħata l-kura, u jeħtieġu ħiliet ġodda. L-appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tal-kura fit-tul huwa kruċjali fl-indirizzar tad-distakk diġitali u l-faqar diġitali. |
|
1.7. |
Il-KESE jipproponi aġġornament tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Forza tax-Xogħol fil-Qasam tas-Saħħa u tal-Kura fl-Unjoni Ewropea (1). L-iżvilupp ta’ ppjanar u tbassir integrat tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa u l-adattament tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa u l-kura fit-tul huma essenzjali biex jittejjeb l-aċċess għal u l-kwalità ta’ dawn is-servizzi. Pjan aġġornat jista’ jiżgura ġbir aħjar ta’ data fl-UE, l-isfruttar tal-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni madwar l-UE, u l-iżvilupp ta’ metodi biex jiġu mbassra aħjar il-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol u tal-ħiliet. |
|
1.8. |
Il-KESE jenfasizza li d-dritt għall-mobbiltà jrid jiġi rrispettat fl-UE. Il-mobbiltà transfruntiera żżid dimensjoni żejda għall-ippjanar tal-forza tax-xogħol, u l-istabbiliment ta’ servizz ta’ sorveljanza tal-forza tax-xogħol tas-saħħa Ewropea biex jgħin lill-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu strutturi ta’ ppjanar u jikkoordinaw aspetti transfruntiera tal-ippjanar għandu jkun element infrastrutturali fit-tul utli. |
|
1.9. |
Djalogu soċjali li jinvolvi lill-gvernijiet, lill-impjegaturi u lill-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom huwa kruċjali għal strateġija tal-kura trasformattiva u sistemi tas-saħħa u ta’ kura reżiljenti fl-UE; dawk li jagħtu u li jirċievu l-kura jeħtieġ li jiġu inklużi fit-tfassil ta’ ekosistema tas-saħħa u tal-kura inklużiva, reżiljenti, u ugwali bejn il-ġeneri. |
2. Kummenti ġenerali dwar il-kura
|
2.1. |
Ta’ importanza vitali għall-protezzjoni soċjali u l-benesseri taċ-ċittadini tal-UE, il-kura fit-tul tinkludi firxa ta’ servizzi u assistenza għal persuni li jesperjenzaw fraġilità u/jew diżabilità mentali u/jew fiżika għal żmien twil, jiddependu fuq l-għajnuna għall-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum, u/jew jeħtieġu xi kura mill-infermiera permanenti minn fornituri mħallsa/mhux imħallsa professjonali jew mhux professjonali fid-dar jew f’faċilitajiet tal-kura u residenzjali (2). |
|
2.2. |
Il-pandemija tal-COVID-19 kienet eżami diffiċli għar-reżiljenza u l-adegwatezza tas-sistemi ta’ kura fl-UE, fejn indikat problemi strutturali, bħal nuqqas ta’ finanzjament u ta’ persunal f’ħafna pajjiżi, li jistgħu jiddeterjorjaw minħabba l-isfidi ekonomiċi/politiċi li għadhom għaddejjin, l-inflazzjoni, l-inċertezza u l-kriżi tal-enerġija. |
|
2.3. |
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistabbilixxi d-dritt għall-kura u d-dritt li kulħadd ikollu aċċess għal servizzi ta’ kura formali ta’ kwalità għolja bbażati fuq il-ħtieġa. L-Istrateġija Ewropea għall-Kura, li tħabbret mill-President tal-Kummissjoni von der Leyen fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2021, tinkludi żewġ rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-kura tat-tfal (ir-reviżjoni tal-miri ta’ Barċellona) u l-kura fit-tul. Il-Parlament Ewropew irrakkomanda li jittejjeb l-għoti ta’ kura tul il-ħajja abbażi tal-ħtiġijiet ta’ dawk li jirċievu l-kura u dawk li jipprovdu l-kura, u ħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ servizzi ta’ kura ta’ kwalità (3). |
|
2.4. |
Il-KESE adotta diversi Opinjonijiet dwar l-għoti ta’ kura fl-UE (4), li fihom jenfasizza l-bżonn ta’ investiment f’kura ta’ kwalità għolja, sostenibbli u aċċessibbli għal kulħadd, u l-bżonn li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kura tat-tfal u fil-kura fit-tul. Huwa identifika nuqqasijiet fl-għoti tal-kura għal kulħadd, “id-diversifikazzjoni u l-frammentazzjoni tas-servizzi offruti, ir-regolazzjoni ħażina tagħhom, id-diffikultajiet fil-koordinazzjoni tal-livelli ta’ ġestjoni, il-problemi ta’ koordinazzjoni bejn is-servizzi soċjali u tas-saħħa, il-kummerċjalizzazzjoni dejjem tikber tas-servizzi, u l-ħtieġa ta’ politiki u miżuri ta’ prevenzjoni”; filwaqt li oppona l-użu ta’ sterjotipi u diskriminazzjoni oħra kontra l-persuni akbar fl-età, il-KESE appella għal kura ffukata fuq in-nies appoġġjata mid-diġitalizzazzjoni. F’dan il-kuntest, il-KESE jirrakkomanda l-użu sħiħ tad-diġitalizzazzjoni biex titnaqqas il-burokrazija żejda għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u jiġu applikati l-aħjar kisbiet tar-regolamentazzjoni intelliġenti. |
3. Approċċ trasformattiv għall-kura
|
3.1. |
Strateġija Ewropea għall-Kura effettiva tirrikjedi impenn lejn approċċ trasformattiv u ambizzjuż, li jpoġġi lin-nies u d-drittijiet fundamentali u l-ħtiġijiet tagħhom fil-qalba tiegħu, li jiżgura l-parteċipazzjoni tagħhom fil-konsultazzjonijiet u d-deċiżjonijiet, bil-potenzjal li jikkontribwixxi għal koeżjoni bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom. |
|
3.2. |
Billi tinkorpora din it-trasformazzjoni, Garanzija Ewropea għall-Kura tiżgura li kull persuna li tgħix fl-UE jkollha aċċess għal servizzi tal-kura affordabbli u ta’ kwalità tul ħajjitha, tipprovdi qafas koeżiv biex l-Istati Membri jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja u strateġiji tal-kura tul il-ħajja, kif ukoll titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u taħriġ għall-indokraturi u appoġġ għall-indokraturi informali. |
|
3.3. |
L-investiment fuq skala kbira fl-ekonomija u l-infrastruttura tal-kura huwa neċessarju għal approċċ trasformattiv li jindirizza disparitajiet persistenti fil-kura, bil-potenzjal li joħloq madwar 300 miljun impjieg sal-2035 li jtejjeb ukoll l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-aċċess tan-nisa għas-swieq tax-xogħol (5). |
|
3.4. |
Filwaqt li jeżistu mudelli differenti fl-Istati Membri, servizzi pubbliċi effiċjenti, responsabbli u b’finanzjament adegwat jibqgħu kruċjali biex jiġi żgurat l-aċċess ugwali għall-kura ta’ kwalità, u biex jingħata appoġġ lil fornituri tal-kura mhux imħallsa, b’mod partikolari n-nisa. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġu massimizzati l-komplementarjetà u s-sinerġija bejn il-fornituri tal-kura u tas-saħħa kollha kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat (għal skop ta’ qligħ jew mingħajr skop ta’ qligħ) biex tinkiseb kopertura għal kulħadd (6), u li jitqiesu l-aħjar prattiki u eżempji pożittivi fl-Istati Membri, u fl-istess ħin jiġu rispettati l-ispeċifiċitajiet u d-differenzi nazzjonali. |
|
3.5. |
Ix-xejriet ta’ privatizzazzjoni u l-prattiki li jiżviluppaw skont is-suq bħall-għażla tar-riskju u l-massimizzazzjoni tal-qligħ minflok il-kura u s-saħħa jistgħu jkomplu jkattru l-inugwaljanzi, li jaffettwaw lil dawk l-aktar vulnerabbli bi bżonnijiet ta’ kura mhux sodisfati. Abbażi tas-solidarjetà u r-rispett tal-kompetenzi nazzjonali u s-sussidjarjetà, il-kura fit-tul u l-kura tat-tfal fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri jeħtieġu sistemi ta’ protezzjoni soċjali u servizzi pubbliċi b’saħħithom, investiment soċjali u atturi tal-ekonomija soċjali — eż. assoċjazzjonijiet mutwi — biex jiġu pprovduti kura fil-komunità u kura fid-djar ottimali minn indokraturi mħarrġa b’mod adegwat (7). |
|
3.6. |
Il-fondi strutturali u ta’ investiment tal-UE jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw l-investiment fil-kura. Fir-rigward tal-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, il-Kummissjoni għandha timmira aħjar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tagħha fi ħdan is-Semestru Ewropew u, fejn meħtieġ, tgħin lill-Istati Membri jipprijoritizzaw finanzjament adegwat bħala investiment produttiv aktar milli piż ekonomiku. |
4. Kundizzjonijiet tax-xogħol, sfidi u l-potenzjal għall-impjiegi
|
4.1. |
Madwar 6,3 miljun persuna jaħdmu fis-settur tal-kura fit-tul fl-UE filwaqt li 44 miljun persuna jipprovdu kura fit-tul informali frekwenti lil qraba jew ħbieb, f’wieħed mis-setturi li qed jikber l-aktar malajr fid-dinja (8). Huwa mistenni li sal-2030 ser jinħolqu sa 7 miljun impjieg għal professjonisti assoċjati tal-kura tas-saħħa u għal ħaddiema fis-settur tal-kura (9). |
|
4.2. |
Fost l-isfidi ewlenin għas-settur tal-kura hemm in-nuqqas ta’ persunal, kundizzjonijiet tax-xogħol mhux attraenti u onerużi, kif ukoll is-sottofinanzjament, minħabba tnaqqis fil-baġit soċjali u tas-saħħa bħala risposta għall-kriżi ekonomika tal-2008, fi gradi differenti fl-Istati Membri kollha (10). Fi kważi l-pajjiżi kollha tal-UE, it-tkabbir fl-impjiegi huwa batut meta mqabbel mad-domanda dejjem tikber, minħabba l-kundizzjonijiet mentalment u fiżikament iebsa li jwasslu lill-ħaddiema tal-kura biex jitilqu mis-settur — xejra li kompliet tikber minħabba l-pandemija, li taffettwa ħażin lis-saħħa u s-sigurtà, kemm ta’ dawk li jirċievu l-kura kif ukoll tal-ħaddiema tal-kura. |
|
4.3. |
Approċċ trasformattiv għandu jippromovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, meta wieħed iqis li n-nisa jirrappreżentaw aktar minn 80 % tal-forza tax-xogħol fis-settur tal-kura, li huma r-riċevituri u l-fornituri tal-kura ewlenin f’sitwazzjonijiet formali u informali (11) u li bħala medja huma akbar fl-età mill-forza tax-xogħol ġenerali fl-UE. Billi n-nisa jwettqu l-maġġoranza tar-responsabbiltajiet ta’ kura fil-familja, servizzi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal (ECEC) u ta’ kura fit-tul aċċessibbli u affordabbli jippermettu li aktar nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol. Id-dritt għal mill-inqas ħamest ijiem ta’ xogħol ta’ liv għall-persuni li jindukraw fis-sena, introdott mid-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, se jipprovdi xi appoġġ lill-persuni li jindukraw b’mod informali li jippruvaw jibbilanċjaw ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-indukrar. Madankollu, in-nuqqas ta’ liv imħallas adegwat jipprevjeni t-tgawdija sħiħa tad-dispożizzjoni tad-Direttiva ta’ dan id-dritt u jista’ jaggrava l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri. |
|
4.4. |
Il-pagi fis-settur huma taħt il-medja f’ħafna pajjiżi tal-UE, minkejja kundizzjonijiet tax-xogħol iebsa, rekwiżiti speċifiċi f’ħiliet/kompetenzi u kwalifiki, u riskji għolja għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (12). F’bosta Stati Membri, il-grad ta’ sħubija f’unions, il-kopertura ta’ negozjar kollettiv, is-sodisfazzjon tax-xogħol u l-proporzjon ta’ ħaddiema u utenti huma f’livelli baxxi; fost l-oħrajn, il-pandemija kixfet nuqqas fil-provvista ta’ tagħmir personali protettiv. |
|
4.5. |
Il-kura informali bla ħlas, jew kura mill-familja, hija l-pedament tal-għoti ta’ kura fit-tul fl-Ewropa, iżda l-kura fid-dar u l-kura fil-komunità f’ħafna pajjiżi għadhom sottożviluppati u diffiċli biex jiġu aċċessati (13). Meta jitqies l-impatt tal-għoti tal-kura informali fuq sitwazzjonijiet tal-ħajja importanti, il-KESE jirrakkomanda bis-saħħa politiki li jrawmu l-“formalizzazzjoni” tal-kura informali, jappoġġjaw lill-indokraturi informali u jikkontribwixxu għall-użu effiċjenti tar-riżorsi. |
|
4.6. |
Il-KESE jesprimi tħassib dwar ix-xogħol prekarju tal-kura mifrux fost indukraturi domestiċi mhux iddikjarati, li huma prinċipalment nisa, li jwettqu kura “live-in”, li jiġu l-aktar minn gruppi migranti jew kategoriji ta’ ċittadini mobbli. Din iż-żona ambigwa, iggravata min-nuqqas ta’ aċċess għall-kura formali u mill-ħtieġa ekonomika, titlob approċċ ta’ politika ta’ koeżjoni, b’attenzjoni xierqa lejn iċ-ċertifikazzjoni tal-ħiliet, ir-regolarizzazzjoni, u/jew il-proċeduri għall-permess ta’ residenza. |
|
4.7. |
Hekk kif id-domanda għall-kura fit-tul qiegħda tkompli tikber, is-settur se jibbenefika minn pagi ogħla u aktar stimulanti, rappreżentazzjoni kollettiva u negozjar kollettiv effettiv, kif ukoll aktar taħriġ. L-isfruttament ta’ finanzjament pubbliku għal titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol (pereżempju permezz ta’ rekwiżiti fl-akkwist pubbliku) jista’ jgħin biex jindirizza n-nuqqas ta’ ħaddiema u jiżgura kura fit-tul ta’ kwalità għolja. Il-professjonalizzazzjoni, id-definizzjoni ta’ kwalità u t-tfassil ta’ standards għall-valutazzjoni/tkejjil tal-kwalità kif ukoll l-armonizzazzjoni ta’ standards fl-Istati Membri huma essenzjali għat-tiġdid tas-settur (14). |
5. Kummenti oħrajn
|
5.1. |
Il-pandemija kixfet frammentazzjoni u dispersjoni, b’mod partikolari fir-responsabbiltajiet tal-għoti u tal-finanzjament fl-Istati Membri, li jindika l-ħtieġa għal integrazzjoni aħjar bejn is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura nazzjonali (15), li jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jiżguraw aċċess għal kulħadd u effiċjenza. |
|
5.2. |
Sfida ewlenija emerġenti li tirrikjedi miżuri kkoordinati fl-istrateġija ġdida għall-kura tirrigwarda l-prevenzjoni u l-indirizzar tal-problemi ta’ saħħa mentali li huma riżultat ikkombinat tal-pandemija u ta’ inċidenzi tas-saħħa mentali li kulma jmur qegħdin jiżdiedu (eż. dimenzja) marbutin ma’ popolazzjoni li qiegħda tixjieħ. |
|
5.3. |
Kif turi l-esperjenza reċenti relatata mal-prevenzjoni u l-kontroll tal-COVID-19 fil-faċilitajiet ta’ kura fit-tul (16), il-valutazzjoni effettiva, is-superviżjoni esterna effiċjenti u semplifikata, u l-ispezzjoni, kemm fil-faċilitajiet pubbliċi kif ukoll privati li jipprovdu l-kura, huma kruċjali biex jipprevjenu l-abbuż u jiżguraw is-sigurtà u l-kwalità, b’mod partikolari għall-popolazzjonijiet vulnerabbli, il-persuni akbar fl-età u t-tfal, u billi jiġu sfruttati l-prattiki tajba eżistenti fl-Istati Membri. |
|
5.4. |
L-iżvilupp ta’ ġbir ta’ data standardizzata u ta’ indikaturi tal-kura fit-tul fil-livell tal-UE huwa vitali għal Strateġija għall-Kura ta’ suċċess fil-livell tal-Istati Membri, inkluż rekwiżiti ta’ rappurtar u reviżjonijiet regolari, li għandhom jitwettqu bi proċeduri effiċjenti u simplifikati. L-għoti ta’ kura tat-tfal xierqa, b’mod partikolari, jeħtieġ objettivi tal-kura kwantitattivi u kwalitattivi biex jitkejjel il-progress u biex il-miri ta’ Barċellona jitwettqu u saħansitra jinqabżu. |
|
5.5. |
L-appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tal-kura fit-tul huwa kruċjali fl-indirizzar tad-distakk diġitali. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-aċċessibbiltà, lis-sistemi ta’ assistenza, it-titjib tal-litteriżmu diġitali u lid-diġitalizzazzjoni għall-kwalità tal-impjiegi, it-titjib tal-ħiliet u metodi ġodda ta’ djanjożi, il-monitoraġġ u trattament. |
|
5.6. |
Il-KESE jikkundanna r-reati tal-gwerra mwettqa mill-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna, immirati lejn ħaddiema fil-qasam tal-kura u tas-saħħa, pazjenti, tfal, sptarijiet u faċilitajiet oħrajn; flimkien ma’ mwiet u korrimenti din l-aggressjoni qiegħda taffettwa serjament is-sistema tas-saħħa u tal-kura tal-Ukrajna, u jappella għal miżuri ta’ għajnuna u appoġġ immirati — anke meta jitqies li l-kriżi fl-Ukrajna qed tinfirex kullimkien u taffettwa ħafna aspetti tal-ambjent soċjali u ekonomiku. |
|
5.7. |
Djalogu soċjali li jinvolvi lill-gvernijiet, impjegaturi u ħaddiema u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom huwa kruċjali għal strateġija ta’ kura trasformattiva u sistemi tas-saħħa reżiljenti fl-UE; huwa importanti li dawk li jirċievu u jagħtu l-kura għandhom ikunu inklużi fit-tfassil ta’ ekosistema tal-kura u tas-saħħa aktar inklużiva, reżiljenti u ugwali bejn il-ġeneri, li tinvolvi lis-soċjetà ċivili u lil partijiet interessati oħrajn, eż. il-knisja u l-filantropija. |
6. Kummenti ġenerali dwar il-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa
|
6.1. |
Kura tas-saħħa tajba hija pilastru ta’ soċjetà stabbli, sikura u prospera u hija r-responsabbiltà tal-gvern li jorganizzaha. F’ħafna pajjiżi l-prattika komuni hija li jserrħu fuq ir-reklutaġġ bi prezz baxx u rapidu ta’ ħaddiema tas-saħħa minn pajjiżi Ewropej oħrajn. Dan huwa sempliċement rikonoxxut bħala fatt tal-ħajja u huwa xokkanti li mhux qiegħed jiġi indirizzat. |
|
6.2. |
Il-KESE jżomm sod mal-prinċipju li sistemi tas-saħħa b’saħħithom u reżiljenti jistgħu jkunu bbażati biss fuq, u żviluppati minn, forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa li għandha kwalifiki, b’ħiliet u motivata, u dan huwa fundamentali biex titħaddem politika tas-saħħa ta’ suċċess u, bħala konsegwenza, hija essenzjali għall-ksib ta’ kopertura tas-saħħa għal kulħadd u d-dritt għas-saħħa. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa stess għandhom l-għan li joħolqu “dritt għas-saħħa”, li jiggarantixxi lill-Ewropej kollha aċċess ugwali u għal kulħadd għal kura tas-saħħa affordabbli, preventiva, kurattiva u ta’ kwalità. |
|
6.3. |
L-Unjoni Ewropea tas-Saħħa għandha ttejjeb il-protezzjoni, il-prevenzjoni, it-tħejjija, u r-reazzjoni kontra l-perikli għas-saħħa tal-bniedem. F’dak il-kuntest, is-suċċess tal-inizjattivi ewlenin kollha fi ħdan l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa jiddependu ħafna fuq forza tax-xogħol tas-saħħa ta’ kwalità għolja. |
|
6.4. |
F’għadd ta’ Opinjonijiet (17), il-KESE indirizza l-kwistjoni tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa f’varjetà ta’ kuntesti u attivitajiet oħrajn. B’mod speċjali matul il-pandemija, il-ħaddiema tas-saħħa kienu fuq quddiem, u wrew livell eċċezzjonali ta’ solidarjetà matul l-aktar żminijiet diffiċli. |
|
6.5. |
Il-KESE jappoġġja miżuri li għandhom jittieħdu biex l-impjiegi fis-settur tal-kura tas-saħħa jsiru aktar attraenti għaż-żgħażagħ. Dan huwa wieħed mill-aktar prerekwiżiti importanti għall-ħolqien ta’ kapaċità tar-riżorsi umani suffiċjenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa, il-promozzjoni tas-saħħa, u l-prevenzjoni tal-mard. |
|
6.6. |
Id-data dwar in-numri, il-migrazzjoni, il-ħiliet, u dwar speċifiċitajiet oħra relatati mal-forza tax-xogħol tas-saħħa għandha tiġi standardizzata u kondiviża b’mod kontinwu fost l-Istati Membri. Bosta avvenimenti (il-pandemija tal-COVID-19, it-terremoti, l-għargħar, l-invażjoni Russa tal-Ukrajna, eċċ.) juru l-importanza ta’ reazzjoni rapida, b’mod speċjali f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. |
|
6.7. |
L-impjiegi fil-qasam tas-saħħa u s-servizzi soċjali żdiedu bi 48 % fil-pajjiżi tal-OECD bejn l-2000 u l-2017 (18). Hekk kif il-popolazzjoni tixjieħ u tinbidel, id-domanda għas-servizzi tas-saħħa tikber u tinbidel ukoll: huwa stmat li d-domanda globali għall-ħaddiema tas-saħħa kważi se tirdoppja sal-2030 (19). |
|
6.8. |
Minn qabel il-pandemija tal-COVID-19, il-kapaċità ta’ provvista ta’ servizzi tas-saħħa bażiċi kienet limitata f’ħafna pajjiżi minħabba n-nuqqas persistenti ta’ forza ta-xogħol fil-qasam tas-saħħa u nuqqas globali stmat ta’ 18-il miljun professjonist tas-saħħa sal-2030 (20). |
|
6.9. |
Huwa importanti li jiġu definiti b’mod ċar il-prinċipji tat-trasferiment jew kombinament possibbli ta’ ħiliet u kompiti (bidla fil-kompiti/taħlit tal-ħiliet). Jenħtieġ li jiġu kkoordinati l-istituzzjonijiet li jħarrġu lill-forza tax-xogħol tas-saħħa sabiex tirrispondi kif imiss għall-ħtiġijiet tas-sistema nazzjonali tal-kura tas-saħħa permezz ta’ korrezzjonijiet fil-ħin tar-rati ta’ reġistrazzjoni u tal-kurrikuli. |
|
6.10. |
L-iżvilupp tar-riżorsi umani fis-saħħa u l-kura soċjali għandu jsegwi l-prinċipju ta’ koordinazzjoni, kooperazzjoni bejn is-settur, u l-integrazzjoni tal-kura, bl-għan komuni li tinkiseb il-kura kontinwa għaċ-ċittadini fil-mudell 24/7/365. |
|
6.11. |
Għandha tingħata attenzjoni speċjali għad-disponibbiltà tat-trattament fil-komunitajiet lokali, b’mod speċjali f’żoni skarsament popolati, żoni rurali remoti jew iżolati, u fuq gżejjer, fejn is-soluzzjonijiet tat-trasport modern u tat-telemediċina jeħtieġ li jintużaw b’mod aktar attiv. |
7. L-ippjanar tal-forza tax-xogħol tas-saħħa
|
7.1. |
Il-KESE jemmen li l-ippjanar tal-forza tax-xogħol tas-saħħa għandu jkollu l-għan li joħloq kundizzjonijiet għal prattika professjonali li ttejjeb il-kwalità tal-kura u s-sigurtà tal-pazjenti. Fl-istess ħin, il-kapaċità għal taħriġ ta’ kwalità għolja għandha tiġi żgurata fil-livelli kollha. |
|
7.2. |
Il-ġestjoni tal-forza tax-xogħol tas-saħħa għandha titqies bħala attività ta’ importanza strateġika fil-livell tal-amministrazzjoni statali sħiħa u permezz tar-rwol ewlieni tal-gvern tal-Istati Membri, u għandha tiġi implimentata b’mod multisettorjali, li jqis perspettivi u prijoritajiet differenti. |
|
7.3. |
Il-ġestjoni tal-forza tax-xogħol tas-saħħa għandha tindirizza l-fażijiet kollha taċ-“ċiklu tal-ħajja tal-professjonisti” — mir-reklutaġġ ta’ studenti futuri sal-impjieg ta’ persuni rtirati. Il-proċess ta’ għażla tal-kandidati għat-taħriġ, l-impjiegi, u l-promozzjoni għandu jkun trasparenti u ġust, mingħajr ebda forma ta’ diskriminazzjoni. |
|
7.4. |
Meta tiġi ppjanata l-forza tax-xogħol tas-saħħa, huwa importanti li jitqiesu u jiġu rappreżentati b’mod ċar il-ħtiġijiet taċ-ċittadini u tal-ħaddiema tas-saħħa. Il-proċessi ta’ ppjanar u ġestjoni għandhom jistabbilixxu l-metodi li bihom ikun possibbli li jiġu identifikati l-ħtiġijiet kollha tal-professjonisti, mill-kundizzjonijiet tax-xogħol, id-drittijiet materjali, l-opportunitajiet għall-avvanz, il-ħin u r-riżorsi xierqa allokati għat-tagħlim u r-riċerka, sal-istabbiliment ta’ bilanċ sostenibbli bejn il-ħajja personali u dik professjonali. |
|
7.5. |
L-ippjanar tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa għandu jirrifletti l-ippjanar tal-istruttura, iżda wkoll l-azzjonijiet u l-proċessi biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti — biex jiġi definit dak li jeħtieġ li jinkiseb u b’liema mod speċifiku. |
|
7.6. |
Il-KESE jipproponi aġġornament tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Forza tax-Xogħol fil-Qasam tas-Saħħa u tal-Kura fl-Unjoni Ewropea (21). L-iżvilupp ta’ ppjanar u tbassir integrat tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa u l-adattament tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa u l-kura fit-tul huma essenzjali biex jittejjeb l-aċċess għal u l-kwalità ta’ dawn is-servizzi. |
|
7.7. |
L-imsieħba soċjali, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili interessati kollha għandu jkollhom rwol attiv fil-proċess tal-ippjanar tal-forza tax-xogħol tas-saħħa. Huwa neċessarju li jiġu definiti r-relazzjonijiet bejn il-gruppi professjonali differenti, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-popolazzjoni u s-sistema għal ċerti kompetenzi. |
|
7.8. |
L-identifikazzjoni ta’ żoni ġeografiċi mhux attraenti jew oqsma ta’ attività fejn hemm nuqqas ta’ riżorsi umani hija neċessarja għas-salvagwardja tad-drittijiet u l-għoti ta’ inċentivi xierqa għall-professjonisti tas-saħħa. Il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-proporzjonijiet minimi ta’ riżorsi għal kull unità ta’ popolazzjoni għall-kopertura universali ta’ bażi tas-saħħa u l-emerġenzi, filwaqt li jitqiesu d-distribuzzjoni ġeografika u l-profil tal-età (22). |
|
7.9. |
Bħala bażi ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, huwa importanti li jitjiebu l-eżerċizzji ta’ ġbir tad-data internazzjonali sabiex jiġu armonizzati l-kategoriji ta’ data fejn possibbli, sabiex jiġu identifikati d-differenzi u tiġi evitata l-interpretazzjoni ħażina tad-data. Huwa importanti li jiġu riflessi d-devjazzjonijiet nazzjonali mill-kategoriji armonizzati fl-Ewropa sabiex tkun tista’ titqiegħed id-data fil-kuntest (23). |
|
7.10. |
Il-kwistjoni tar-riżorsi finanzjarji se tiġi indirizzata b’mod differenti skont iċ-ċirkostanzi ekonomiċi f’kull Stat Membru. L-evidenza tissuġġerixxi li l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw li l-ippjanar tas-sistema inġenerali, u l-ippjanar tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa b’mod partikolari, iqisu kemm l-ambjent usa’ kif ukoll il-kapaċità relattiva tal-gvern li jinfluwenzah (24). |
|
7.11. |
L-ippjanar tal-forza tax-xogħol għandu jqis l-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali peress li l-innovazzjonijiet f’dawn l-oqsma joffru opportunitajiet għall-ħolqien ta’ ambjenti ta’ xogħol u sitwazzjonijiet ġodda fejn tingħata l-kura, u jeħtieġu ħiliet ġodda. |
8. Kundizzjonijiet tax-xogħol
|
8.1. |
L-importanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol bħala fattur fid-deċiżjonijiet tal-professjonisti biex jidħlu, jibqgħu jew jitilqu mill-karriera medika tenfasizza l-importanza ta’ politiki koerenti f’oqsma bħall-edukazzjoni, l-impjieg, il-ħajja tal-familja, il-finanzi, u l-migrazzjoni. Filwaqt li parti kbira tad-diskussjoni dwar l-ippjanar tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa tiffoka fuq il-kumpens professjonali bħala fattur ewlieni fir-reklutaġġ u ż-żamma, l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-iżvilupp professjonali u l-kapaċità li jinżammu l-ħiliet, kundizzjonijiet prattiċi bħad-disponibbiltà tal-kura, ħinijiet tax-xogħol uffiċjali, is-sigurtà tal-persunal, opportunitajiet sinifikattivi ta’ żvilupp professjonali, u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata kollha jikkontribwixxu għal ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa fejn il-mediċina hija għażla ta’ karriera attraenti u sostenibbli (25). |
|
8.2. |
L-organizzazzjonijiet mediċi Ewropej u internazzjonali jinnotaw li t-tobba li jaħdmu fl-isptarijiet, fi kliniki pubbliċi u privati qed iħabbtu wiċċhom dejjem aktar ma’ sitwazzjonijiet ta’ vjolenza — kultant estrema — fil-prattika ta’ kuljum tagħhom, lil hinn minn kwalunkwe kunflitt (26). Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u l-partijiet ikkonċernati kollha juru impenn politiku u jkunu konxji tal-ħtieġa urġenti li tiġi protetta l-forza tax-xogħol tas-saħħa meta twettaq ix-xogħol tagħha. |
|
8.3. |
Il-ħaddiema fil-kura tas-saħħa huma f’riskju li jlaqqtu mard infettiv minn esponiment waqt li qed jagħmlu xogħolhom. It-trażmissjoni tal-mard twassal għall-assenteiżmu, il-morbidità, u f’ċerti każijiet għall-mortalità fost il-ħaddiema fil-kura tas-saħħa. Dawn fl-aħħar nett joħolqu tnaqqis fil-forza tax-xogħol u b’konsegwenza, jaffettwaw il-kwalità tal-kura u s-sigurtà tal-pazjenti. |
|
8.4. |
Il-ħaddiema fil-kura tas-saħħa jistgħu jbatu wkoll minn stress psikoloġiku u, potenzjalment, disturbi mentali li jaffettwaw kemm ix-xogħol kif ukoll il-ħajja personali tagħhom. Fi snin reċenti, żdiedu r-rapporti ta’ ħaddiema fil-kura tas-saħħa li jnaqqsu l-prattika professjonali tagħhom jew jirtiraw kmieni minħabba eżawriment, dipressjoni, jew kundizzjonijiet tas-saħħa mentali oħrajn (27). Il-KESE jitlob investiment fis-servizzi pubbliċi tas-saħħa mentali biex jiġi żgurat aċċess sħiħ u mingħajr ħlas għal dawn is-servizzi għall-professjonisti tas-saħħa kollha. |
9. Mobbiltà
|
9.1. |
Il-KESE jenfasizza li d-dritt għall-mobbiltà għandu jiġi rrispettat kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha. Il-mobbiltà transfruntiera għandha tiġi ffaċilitata għall-benefiċċju tal-ħaddiem individwali u l-professjoni b’mod globali, għaliex tipprovdi opportunità għat-trasferiment tal-għarfien u t-tagħlim reċiproku, li huma ta’ benefiċċju għall-kura tal-pazjenti u fl-aħħar nett, għas-sistema tal-kura tas-saħħa kollha kemm hi. Fil-każ ta’ migrazzjoni minħabba neċessità ekonomika jew kundizzjonijiet tax-xogħol mhux favorevoli, huwa kritiku li jiġu identifikati u indirizzati l-kawżi prinċipali ta’ dawn id-dinamiċi u jkun hemm ħidma lejn it-titjib tas-sitwazzjoni tal-forza tax-xogħol tas-saħħa (28). |
|
9.2. |
Il-mobbiltà transfruntiera żżid dimensjoni żejda għall-ippjanar tal-forza tax-xogħol, u l-istabbiliment ta’ servizz ta’ sorveljanza tal-forza tax-xogħol tas-saħħa Ewropea biex jgħin lill-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu strutturi ta’ ppjanar u jikkoordinaw aspetti transfruntiera tal-ippjanar għandu jkun element infrastrutturali fit-tul utli. Dan għandu jintrabat ma’ proċessi tal-UE, b’mod partikolari s-Semestru Ewropew u l-ippjanar għal pandemiji previst fl-ambitu ta’ regolament futur tal-UE dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa (29). |
|
9.3. |
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw politiki ta’ reklutaġġ etiku skont il-Kodiċi ta’ Prattika Globali tad-WHO dwar ir-Reklutaġġ Internazzjonali tal-Persunal tas-Saħħa (30). Ir-reklutaġġ tal-professjonisti minn barra l-pajjiż m’għandux jitqies bħala mezz sempliċi ta’ mitigazzjoni tan-nuqqas tal-persunal domestiku tas-saħħa. Fejn hemm flussi tal-mobbiltà asimmetriċi, għandhom isiru sforzi biex jinħolqu mekkaniżmi ta’ bilanċ li jimmiraw għal skambji fejn kulħadd joħroġ rebbieħ. |
10. Kummenti oħrajn
|
10.1. |
It-tmexxija effettiva hija kruċjali għall-ġestjoni tal-professjonisti tas-saħħa fil-livelli kollha; din hija komponent kumpless u ta’ valur għoli tal-edukazzjoni dwar il-kura tas-saħħa li qed jiġi rikonoxxut dejjem aktar bħala essenzjali biex jinkisbu standards għoljin ta’ edukazzjoni, riċerka, u prattika klinika. |
|
10.2. |
B’konsegwenza ta’ dan, l-edukazzjoni u l-iżvilupp tat-tmexxija suffiċjenti u ta’ kwalità għolja għandhom ikunu parti mill-kurrikuli tal-professjonijiet tas-saħħa kollha (31). |
Brussell, it-22 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Fl-2012, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għall-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa tal-UE.
(2) Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni. (2014). “Adequate social protection for long-term care needs in an ageing society: report jointly prepared by the Social Protection Committee and the European Commission” (Protezzjoni soċjali adegwata għall-ħtiġijiet ta’ kura fit-tul f’soċjetà li qed tixjieħ: rapport imħejji b’mod konġunt mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni Ewropea), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, https://data.europa.eu/doi/10.2767/32352 p. 14.
(3) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2018 dwar is-servizzi tal-kura fl-UE għal ugwaljanza aħjar bejn is-sessi https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-8-2018-0464_MT.html
(4) ĠU C 129, 11.4.2018, p. 44; ĠU C 487, 28.12.2016, p. 7; ĠU C 204, 9.8.2008, p. 103; Fuljett u Opinjoni tal-KESE dwar “It-tibdil ekonomiku, teknoloġiku u soċjali tas-servizzi avvanzati tas-saħħa għall-anzjani” (ĠU C 240, 16.7.2019, p. 10); Opinjoni tal-KESE dwar “Lejn mudell ġdid ta’ kura għall-anzjani: Nitgħallmu mill-pandemija tal-COVID-19” (ĠU C 194, 12.5.2022, p. 19).
(5) Addati, L., Cattaneo, U., u E. Pozzan. (2022) Report on “Care at work: investing in care leave and services for a more gender equal world of work”. ILO, Ġinevra https://www.ilo.org/global/topics/care-economy/WCMS_838653/lang--en/index.htm (mhux disponibbli bil-Malti).
(6) https://www.who.int/publications/i/item/WHO-HIS-SDS-2018.53
(7) Ara l-Opinjoni tal-KESE “L-impatt tal-investimenti soċjali fuq l-impjiegi u l-fondi pubbliċi” (ĠU C 226, 16.7.2014, p. 21).
(8) Eurofound (2020), “Long-term care workforce: Employment and working conditions”, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE, il-Lussemburgu. https://www.eurofound.europa.eu/nb/publications/customised-report/2020/long-term-care-workforce-employment-and-working-conditions
(9) Barslund, Mikkel et. al (2021). “Study: Policies for long-term Carers” (2021). Brussell, Parlament Ewropew, https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2021/695476/IPOL_STU(2021)695476_EN.pdf
(10) https://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0011/186932/12-Summary-Economic-crisis,-health-systems-and-health-in-Europe.pdf
(11) Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, “Long-term care report: trends, challenges and opportunities in an ageing society”, Volum I, Kapitolu 3. Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, pp. 12-28 https://data.europa.eu/doi/10.2767/677726
(12) Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna, pp. 68-70.
(13) Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, Zigante, V., “Informal care in Europe: exploring formalisation, availability and quality”, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, https://data.europa.eu/doi/10.2767/78836
Spasova, S., et al (2018). Challenges in long-term care in Europe. A study of national policies (Sfidi fil-kura fit-tul fl-Ewropa. Studju ta’ politiki nazzjonali), Network Ewropew tal-Politika Soċjali (ESPN), Brussell: il-Kummissjoni Ewropea. https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=mt&pubId=8128&furtherPubs=yes
(14) Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna, kapitolu 3.
(15) Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni. (2014). “Adequate social protection for long-term care needs in an ageing society: report jointly prepared by the Social Protection Committee and the European Commission”, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, p. 36 https://data.europa.eu/doi/10.2767/32352 u Pan-European Commission on Health & Sustainable Development (2021). “Drawing light from the pandemic: a new strategy for health and sustainable development. A review of the evidence” https://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0015/511701/Pan-European-Commission-health-sustainable-development-eng.pdf
(16) Danis, K., Fonteneau, L., et al.,(2020). High impact of COVID-19 in long-term care facilities: suggestion for monitoring in the EU/EEA,. Euro Surveillance : European Communicable Disease Bulletin, 25(22). https://doi.org/10.2807/1560-7917.ES.2020.25.22.2000956
(17) ĠU C 286, 16.7.2021, p. 109; ĠU C 429, 11.12.2020, p. 251; ĠU C 242, 23.7.2015, p. 48; ĠU C 143, 22.5.2012; ĠU C 18, 19.1.2011, p. 74; ĠU C 77, 31.3.2009, p. 96.
(18) https://one.oecd.org/document/ECO/WKP(2021)43/en/pdf
(19) Liu JX, Goryakin Y, Maeda A, Bruckner T, Scheffler R. Global health workforce labor market projections for 2030 (Projezzjonijiet dwar is-suq tax-xogħol tal-forza tax-xogħol tas-saħħa globali għall-2030). Human Resources for Health 2017; 15:11 (https://human-resources-health.biomedcentral.com/articles/10.1186/s12960-017-0187-2).
(20) https://www.who.int/health-topics/health-workforce#tab=tab_1
(21) Fl-2012, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-Pjan ta’ Azzjoni għall-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa tal-UE.
(22) Politika tas-CPME dwar il-Forza tax-Xogħol fil-Qasam tas-Saħħa (https://www.cpme.eu/policies-and-projects/professional-practice-and-patients-rights/health-systems-and-health-workforce).
(23) Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna.
(24) Russo G, Pavignani E, Guerreiro CS, Neves C. Can we halt health workforce deterioration in failed states? Insights from Guinea Bissau on the nature, persistence and evolution of its HRH crisis. Human Resources for Health 2017; 15(1):12.
(25) Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna.
(26) https://www.cpme.eu/api/documents/adopted/2020/3/EMOs.Joint_.Statement.on_.Violence.FINAL_.12.03.2020.pdf
(27) Dyrbye, L. N., T. D. Shanafelt, C. A. Sinsky, P. F. Cipriano, J. Bhatt, A. Ommaya, C. P. West, u D. Meyers. 2017. Burnout among health care professionals: A call to explore and address this underrecognised threat to safe, high-quality care. NAM Perspectives. Dokument ta’ Diskussjoni, National Academy of Medicine, Washington, DC.
(28) Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni. (2014). “Adequate social protection for long-term care needs in an ageing society: report jointly prepared by the Social Protection Committee and the European Commission” (Protezzjoni soċjali adegwata għall-ħtiġijiet ta’ kura fit-tul f’soċjetà li qed tixjieħ: rapport imħejji b’mod konġunt mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni Ewropea), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, https://data.europa.eu/doi/10.2767/32352 p. 14.
(29) Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni. (2014). “Adequate social protection for long-term care needs in an ageing society: report jointly prepared by the Social Protection Committee and the European Commission” (Protezzjoni soċjali adegwata għall-ħtiġijiet ta’ kura fit-tul f’soċjetà li qed tixjieħ: rapport imħejji b’mod konġunt mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni Ewropea), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, https://data.europa.eu/doi/10.2767/32352 p. 14.
(30) https://www.who.int/publications/m/item/migration-code
(31) Van Diggele, C., Burgess, A., Roberts, C., & Mellis, C. (2020). Leadership in healthcare education. BMC Medical Education, 20 (Suppl. 2), 456. https://doi.org/10.1186/s12909-020-02288-x
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/46 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-Test taż-Żgħażagħ tal-UE”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 486/07)
|
Relatur: |
Katrīna LEITĀNE |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
24.2.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 32(2) tar-Regoli ta' Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adottat fis-sezzjoni |
6.9.2022 |
|
Data tal-adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
158/0/5 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-parteċipazzjoni politika hija l-bażi ta’ kull demokrazija li tiffunzjona. L-assi prinċipali tal-UE għaż-żgħażagħ Ewropej huwa r-rispett għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt (1). Huwa kruċjali li jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ikollhom vuċi fid-deċiżjonijiet li jaffettwaw il-futur tagħhom peress li anke effett indirett jista’ jkollu impatt qawwi fuq iż-żgħażagħ u l-ġenerazzjonijiet futuri. Il-politiki li ma jkunux immirati direttament lejn iż-żgħażagħ jew li ma jitqisux bħala parti mill-qasam tradizzjonali tal-politika taż-żgħażagħ xorta jista’ jkollhom impatt qawwi fuq il-ħajja taż-żgħażagħ. Huwa importanti li jiġu offruti mekkaniżmi effiċjenti li jikkomplementaw il-mekkaniżmi parteċipattivi eżistenti u li jkunu allinjati mal-prinċipji demokratiċi u mfasslin għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ. Dan jista’ jikkontribwixxi għal tfassil ta’ politika aħjar u aktar effettiv. |
|
1.2. |
Il-KESE jemmen li l-edukazzjoni hija waħda mill-aktar modi effettivi biex jintlaħqu ż-żgħażagħ u biex jiġu infurmati dwar il-forom kollha possibbli ta’ parteċipazzjoni u l-valuri li jirrappreżenta l-proġett Ewropew. Il-programmi eżistenti li jappoġġjaw l-edukazzjoni formali u mhux formali, bħall-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, tejbu b’suċċess il-fehmiet taż-żgħażagħ fir-rigward tal-parteċipazzjoni demokratika u l-valuri u l-prinċipji tal-Unjoni Ewropea. |
|
1.3. |
Il-KESE jirrimarka li hemm ħtieġa espliċita li ż-żgħażagħ jiġu inklużi fit-tfassil tal-politika permezz tal-parteċipazzjoni sinifikanti tagħhom bl-aktar mod adatt għaż-żgħażagħ, segwita minn monitoraġġ, evalwazzjoni u valutazzjoni tal-impatt biex jiġi żgurat li l-fehmiet taż-żgħażagħ ikunu tqiesu meta jittieħdu deċiżjonijiet ta’ politika. L-involviment matul il-proċess tat-tfassil tal-politika joħloq fiduċja fost il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ u lil hinn, li jippermettilhom li jitqiesu bħala rilevanti u sinifikanti matul il-proċess. Dawn il-proċessi għandhom jinkludu komunikazzjoni viżibbli u trasparenti tar-riżultati tal-involviment tagħhom. Dan l-element huwa kruċjali sabiex tinbena l-fiduċja bejn iż-żgħażagħ u t-tfassil tal-politika (2). Barra minn hekk, l-inklużjoni soċjali u l-ilħuq ta’ gruppi bi ħtiġijiet differenti huma importanti ħafna. |
|
1.4. |
Il-KESE jaqbel li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jaqdu rwol kritiku fl-involviment taż-żgħażagħ fl-isfidi tas-soċjetà u għalhekk fil-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-politika u fil-proċess demokratiku. Organizzazzjonijiet bħal dawn jistgħu jservu bħala pontijiet u networks ta’ appoġġ biex jgħinu liż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom ma’ korpi pubbliċi formali u jippermettu liż-żgħażagħ isiru ċittadini attivi. Il-KESE jappoġġja lil dawn l-organizzazzjonijiet u liċ-ċittadini żgħażagħ biex jieħdu azzjoni u jappella għal miżuri li jippermettulhom jagħmlu dan. |
|
1.5. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex jimplimentaw miżuri u mekkaniżmi li jiżguraw li l-perspettiva taż-żgħażagħ tiġi kkunsidrata f’kull qasam ta’ politika, filwaqt li jinħoloq ukoll spazju għaż-żgħażagħ biex jipprovdu kontribut konsistenti u espert dwar l-isfidi li qed jiffaċċjaw. Dawn l-istrutturi għandhom jinkludu wkoll mekkaniżmi ta’ segwitu u monitoraġġ trasparenti u viżibbli, u jikkomplementaw strumenti eżistenti ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, mingħajr ma jirriżultaw fi tnaqqis fil-finanzjament. Għandhom ikunu disponibbli riżorsi adegwati għal parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika. |
|
1.6. |
Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi ta’ politika u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tista’ tappoġġja regolamentazzjoni u politiki aħjar billi timmappja u tifhem ix-xejriet attwali u futuri li qed ikollhom impatt fuq il-ħajja taż-żgħażagħ u tal-ġenerazzjonijiet futuri. Dan jista’ wkoll jiffaċilita l-kompitu tal-awturi ta’ proposta, peress li jistgħu jirċievu input kwalitattiv biex jikkomplementaw data sekondarja. |
|
1.7. |
Il-KESE jixtieq jenfasizza li minkejja li t-Test taż-Żgħażagħ tal-UE huwa mibni fuq l-għanijiet ewlenin tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (3) u s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, it-tnejn jenfasizzaw l-importanza tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika, li teħtieġ approċċ transsettorjali. Huwa wkoll waħda mill-miżuri stabbiliti fir-Rapport dwar ir-Riżultat Finali (4) tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li ġie approvat mill-komponenti kollha tal-votazzjoni fil-plenarja tal-Konferenza u miċ-ċittadini li pparteċipaw. Sabiex jinkiseb impatt dejjiemi u legat lil hinn mis-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, jeħtieġ li ż-żgħażagħ jingħataw is-setgħa li jmexxu l-bidla u jibnu futur aħjar. |
|
1.8. |
Il-KESE jirrikonoxxi r-referenza għat-Test taż-Żgħażagħ tal-UE fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riżultat finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (5). Madankollu, huwa jenfasizza li l-proposta tal-Kummissjoni mhijiex konformi mal-għanijiet u l-mezzi tal-proposta oriġinali u hija nieqsa minn involviment sinifikanti mal-organizzazzjonijiet u l-esperti taż-żgħażagħ, l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fil-politiki kollha u ma tqisx l-impatt fit-tul tal-politiki fuq il-ġenerazzjonijiet futuri. Il-KESE jemmen li Test taż-Żgħażagħ tal-UE għandu jkun parti mill-Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar bħala għodda separata, peress li l-ġenerazzjonijiet futuri u ż-żgħażagħ jistħoqqilhom attenzjoni speċifika. |
|
1.9. |
Il-KESE jappella għal aktar kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet dwar l-allinjament ta’ inizjattivi eżistenti ta’ suċċess bħad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek” u l-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ, u biex dawn ikunu konnessi ma’ inizjattivi futuri bħat-Test taż-Żgħażagħ tal-UE, f’konformità mal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. Barra minn hekk, il-KESE jiddeskrivi lista ta’ proposti dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-KESE u għandu l-għan li jintroduċi l-kunċett tat-Test taż-Żgħażagħ tal-UE fil-ħidma tiegħu. |
2. Kummenti ġenerali
2.1. Ir-rwol taż-żgħażagħ fil-bini tal-proġett Ewropew
|
2.1.1. |
Iż-żgħażagħ huma l-mutur tal-proġett Ewropew u l-kreattività, l-enerġija u l-entużjażmu tagħhom huma l-forza li tixpruna s-sostenibbiltà tiegħu. Is-sena attwali 2022 ġiet magħżula bħala s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, fejn il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, iddikjarat li “l-Ewropa għandha bżonn iż-żgħażagħ kollha tagħha” u “L-Unjoni tagħna jrid ikollha ruħ u viżjoni li jkellmuhom” (6). |
|
2.1.2. |
Il-proġett tal-UE ma jistax jinkiseb b’mod effettiv u adegwat fl-ambjent demokratiku attwali mingħajr ma jiġi rikonoxxut id-diskors dwar il-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ (7) fi ħdan tradizzjonijiet demokratiċi u kuntesti ġeopolitiċi. Il-Viċi President għall-Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna, Margaritis Schinas, iddikjara li s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ għandha ġġib bidla fundamentali fil-mod kif ninkludu liż-żgħażagħ fil-politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-ġustifikazzjoni sottostanti hija li jiġi pprovdut aċċess għaż-żgħażagħ, u li tingħatalhom is-setgħa (8) li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ. |
|
2.1.3. |
Skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru (9), inqas minn nofs (47 %) tal-Ewropej jafdaw lill-UE u 44 % biss għandhom immaġni pożittiva tagħha. Il-futur tal-proġett Ewropew jiddependi ħafna fuq kemm hija b’saħħitha l-assoċjazzjoni taż-żgħażagħ mal-valuri tal-Ewropa u r-rieda tagħhom li jħaddnu identità Ewropea. L-involviment attiv taż-żgħażagħ fil-proċessi politiċi u tat-teħid tad-deċiżjonijiet huwa kruċjali peress li l-futur tagħhom se jkun determinat mid-deċiżjonijiet tal-lum. Għalhekk, għandhom jiġu introdotti strumenti parteċipattivi biex jiġi żgurat li jitqiesu l-ilħna taż-żgħażagħ. Il-parteċipazzjoni fil-ħajja ċivili u demokratika għandha tissaħħaħ fil-livelli kollha biex tiġi żgurata l-prosperità futura tal-Ewropa, u jiġi rikonoxxut li l-maturità demokratika tinfluwenza (10) xejriet ta’ parteċipazzjoni politika fost iż-żgħażagħ fl-UE. |
|
2.1.4. |
L-inizjattiva tal-UE li tlaqqa’ Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ħadmet bħala inċentiv biex jiġi promoss djalogu parteċipattiv maċ-ċittadini madwar l-Unjoni. It-titjib tal-effettività tal-mekkaniżmi eżistenti ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, u l-iżvilupp ta’ oħrajn ġodda, huwa meqjus bħala t-triq ’il quddiem. Kif issuġġerit fir-riżultat finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, dan jista’ jinkludi “Test taż-Żgħażagħ” (11) ta’ leġiżlazzjoni, b’valutazzjoni tal-impatt u mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni li jinvolvi rappreżentanti taż-żgħażagħ (12). |
|
2.1.5. |
It-Test taż-Żgħażagħ jaħdem bħala metodu ta’ Prospettiva Strateġika għat-tfassil tal-politika. Il-Prospettiva Strateġika hija kunċett siewi li l-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li tuża fil-proċess tat-tfassil tal-politika. Peress li din tibni fuq prinċipji bħall-analiżi tal-orizzont, l-analiżi tal-megatendenzi, l-ippjanar u l-viżjonament tax-xenarji, huwa inevitabbli li l-perspettiva taż-żgħażagħ u dik tal-ġenerazzjonijiet futuri jiġu kkunsidrati f’dan il-qafas. Filwaqt li l-proċess ta’ prospettiva jirrikonoxxi li l-futur mhuwiex determinat minn qabel, huwa jiġbor informazzjoni dwar xenarji possibbli u għandu l-għan li jħejji għall-isfidi emerġenti. Id-djalogu interġenerazzjonali jista’ jinkludi għodod siewja li jiżguraw li l-politiki abbozzati jqisu dawn ix-xejriet u xenarji futur. It-twettiq ta’ analiżi li tqis il-perspettiva taż-żgħażagħ u dik tal-ġenerazzjonijiet futuri tista’, u għandha, tikkontribwixxi għal politiki aħjar u mfasslin b’mod aktar personalizzat li huma kapaċi jindirizzaw l-isfidi tal-ġenerazzjonijiet futuri. |
|
2.1.6. |
Sabiex jinħolqu politiki aħjar li jkunu adatti għall-isfidi futuri, dawn jeħtieġ li jirrikonoxxu u jissalvagwardjaw id-drittijiet taż-żgħażagħ u tal-ġenerazzjonijiet futuri, filwaqt li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda impatt negattiv fuq kwalunkwe grupp ġenerazzjonali u soċjali speċifiku. Dawn il-gruppi bħalissa spiss jiġu injorati jew ikkunsidrati bħala parti minn gruppi oħra, li ma jirriflettix ir-realtà. B’riżultat ta’ dan, il-politiki ma jindirizzawx l-isfidi b’mod adegwat u jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-fiduċja u d-diżimpenn ma’ istituzzjonijiet formali. |
2.2. Il-ħtieġa għal parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ
|
2.2.1. |
L-involviment sinifikanti jfisser il-kondiviżjoni tal-poter, il-kapaċità li jittieħdu deċiżjonijiet, bl-involviment ta’ partijiet ikkonċernati oħra, b’kundizzjonijiet trasparenti magħrufa mill-atturi kollha kkonċernati. Proċessi ta’ responsabbiltà mfasslin tajjeb jistabbilixxu l-fiduċja tal-partijiet interessati kollha fil-proċessi politiċi parteċipattivi, u r-responsabbiltajiet espliċiti tad-diversi atturi għandhom jiġu kkomunikati lill-partijiet ikkonċernati kollha. |
|
2.2.2. |
Il-fiduċja taż-żgħażagħ fl-istituzzjonijiet pubbliċi staġnat mal-kriżi finanzjarja globali fl-aħħar tas-snin 2000 (13) u l-perċezzjoni tagħhom li jkollhom influwenza politika u rappreżentanza fit-teħid tad-deċiżjonijiet għadha l-istess. Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika tista’ tieħu diversi forom. Madankollu, il-votazzjoni fl-elezzjonijiet lokali, nazzjonali jew Ewropej hija meqjusa bħala l-aktar mod effettiv biex jitwassal leħinhom għand dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet (39 %) (14) filwaqt li l-proporzjon ta’ żgħażagħ li jafdaw dan it-tip ta’ parteċipazzjoni demokratika għadu baxx ħafna. Fl-istess ħin, għal dawk li x’aktarx jibqgħu ’l bogħod mill-politika dan ġej min-nuqqas ta’ impenn u fiduċja sinifikanti u s-sentiment li l-parteċipazzjoni tagħhom hija inutli jekk ma jitqiesx il-kontribut tagħhom. Wieħed mill-ostakli ewlenin għaż-żgħażagħ biex jipparteċipaw hija l-perċezzjoni li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet “ma jisimgħux lil nies bħali” (15). Il-promozzjoni tal-fiduċja u t-tisħiħ tad-djalogu bejn iż-żgħażagħ u l-istituzzjonijiet pubbliċi huma għalhekk kruċjali biex jiġu żgurati t-tħejjija u r-reżiljenza tas-soċjetajiet biex ilaħħqu ma’ xokkijiet futuri (16). |
|
2.2.3. |
Il-maġġoranza (70 %) (17) taż-żgħażagħ tħoss li m’għandhomx wisq xi jgħidu, jew saħansitra m’għandhom xejn xi jgħidu, dwar deċiżjonijiet, liġijiet u politiki importanti li jaffettwaw lill-UE kollha. 24,8 % (18) taż-żgħażagħ iħossu li ma għandhom l-ebda influwenza fuq is-suġġetti tematiċi ta’dibattiti pubbliċi jew politiċi, u 40,8 % oħra jgħidu li m’għandhomx wisq influwenza. Barra minn hekk, 2/3 ta’ dawk li wieġbu jqisu li aktar sensibilizzazzjoni fost il-politiċi dwar it-tħassib taż-żgħażagħ tgħin liż-żgħażagħ jinfluwenzaw aktar il-politika pubblika, u aktar minn 50 % minnhom jaħsbu li rwol aktar b’saħħtu tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-politika jaqdi dan l-għan ukoll. |
|
2.2.4. |
Iż-żgħażagħ biddlu l-modi ta’ parteċipazzjoni tagħhom, u issa jippreferu forom mhux istituzzjonalizzati, u b’mod partikolari mhux elettorali, ta’ impenn politiku (19). Ir-riċerka wriet dejjem aktar li dan huwa marbut ma’ livelli dejjem jonqsu ta’ fiduċja fil-korpi pubbliċi, u nuqqas ta’ sodisfazzjon dwar kif taħdem id-demokrazija rappreżentattiva. Il-parteċipazzjoni politika mhux konvenzjonali taż-żgħażagħ saret dejjem aktar fluwida, individwalizzata u personalizzata bi preferenza għal involviment fi kwistjonijiet u suġġetti uniċi kif ukoll attiviżmu dirett u protesta fis-sens ta’ “għażliet ta’ stil ta’ ħajja individwali” (20). B’mod ġenerali, iż-żgħażagħ huma motivati ħafna politikament. L-esperti dwar il-parteċipazzjoni politika, meta kkunsidraw il-kwistjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, biddlu l-attenzjoni tagħhom minn jekk iż-żgħażagħ jixtiqux jipparteċipaw għal fejn u kif dawn jagħżlu li jesprimu l-fehmiet politiċi tagħhom (21). Meta wieħed iqis il-firxa wiesgħa ta’ modi kif iż-żgħażagħ issa qed ifittxu li jinfluwenzaw il-politiki u l-politika, hemm ħtieġa ċara li titqies in-natura mhux konvenzjonali tal-parteċipazzjoni politika, it-teħid ta’ deċiżjonijiet parteċipattiv, il-mekkaniżmi msaħħa ta’ komunikazzjoni u trasparenza fi ħdan qafas ta’ istituzzjonijiet demokratiċi. It-tfassil tal-politika fi ħdan il-korpi pubbliċi għandu jiġi aġġustat u mfassal kif xieraq biex jiżgura s-sensibilizzazzjoni u l-involviment mal-gruppi kollha taż-żgħażagħ meta jittieħdu deċiżjonijiet ta’ politika. Il-mekkaniżmi parteċipattivi għandhom fil-fatt ikunu inklużivi u kkomunikati b’tali mod li jilħqu pubbliku divers u lil dawk li huma diffiċli li jintlaħqu. |
|
2.2.5. |
L-organizzazzjonijiet immexxija miż-żgħażagħ żviluppaw għarfien espert u għarfien ta’ firxa wiesgħa ta’ suġġetti relatati ma’ kwistjonijiet li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ. L-inklużjoni tagħhom fil-proċess tat-tfassil tal-politika se tirriżulta f’regoli u regolamenti aktar koerenti u adattati. Dan huwa appoġġjat ukoll mill-għadd dejjem jikber ta’ żgħażagħ li qed jingħaqdu ma’ dawn l-organizzazzjonijiet (22). |
|
2.2.6. |
L-involviment sinifikanti maż-żgħażagħ huwa kruċjali. Jeħtieġ li l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tittejjeb, filwaqt li jiġu indirizzati b’mod partikolari: in-nuqqas ta’ rappreżentanza demokratika taż-żgħażagħ, u n-nuqqas ta’ perspettiva taż-żgħażagħ barra mill-qasam tradizzjonali tal-politika taż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ jixtiequ jiġu inklużi fit-tfassil ta’ politiki li jħallu impatt fuq ħajjithom. Il-ġustizzja interġenerazzjonali (23) hija l-mod kif tista’ tiġi indirizzata l-inugwaljanza bejn il-ġenerazzjonijiet f’soċjetajiet li qed jixjieħu. |
|
2.2.7. |
L-għodod eżistenti għall-analiżi tal-impatt taż-żgħażagħ, bħall-Għodda #31 fl-istrumenti għal regolamentazzjoni aħjar, ma jipprevedux l-integrazzjoni taż-żgħażagħ u l-inklużjoni ta’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u żgħażagħ b’għarfien espert rilevanti, li jistgħu jipprovdu rieżami sistematiku tal-kwistjonijiet mill-perspettiva taż-żgħażagħ. Barra minn hekk, abbażi tal-pubblikazzjonijiet disponibbli, għodod bħal dawn huma implimentati b’mod inqas frekwenti minn kemm huwa meħtieġ mir-rilevanza u s-sinifikat tal-proposti. |
3. Kummenti speċifiċi
3.1. It-Test taż-Żgħażagħ tal-UE
|
3.1.1. |
Il-proposta hija bbażata fuq tliet pilastri: konsultazzjoni, valutazzjoni tal-impatt u miżuri ta’ mitigazzjoni (24). Din tipprovdi qafas għat-titjib tal-effettività u l-effiċjenza tal-politika, ibbażat fuq parteċipazzjoni msaħħa taż-żgħażagħ u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika, filwaqt li tqis ukoll gruppi vulnerabbli ta’ żgħażagħ, bħal żgħażagħ b’diżabbiltà, NEETs (25), żgħażagħ li jgħixu f’żoni remoti, eċċ. Bil-komponenti differenti tat-Test taż-Żgħażagħ tal-UE, din tipprovdi struttura koerenti għall-produzzjoni ta’ politiki aħjar u ta’ kwalità għolja li jindirizzaw kwistjonijiet li l-ġenerazzjonijiet futuri jistgħu jiffaċċjaw. |
|
3.1.2. |
L-ewwel pass tat-Test taż-Żgħażagħ tal-UE huwa li jiddetermina r-rilevanza u l-impatt ta’ kwalunkwe abbozz ta’ proposti ta’ politika li jmiss għaż-żgħażagħ u l-ġenerazzjonijiet futuri. Dan se jgħin biex jiġi ddeterminat jekk għandux jitwettaq Test taż-Żgħażagħ sħiħ dwar il-politika li jmiss. Permezz ta’ għodda ta’ lista ta’ kontroll, l-assessuri jiddeterminaw jekk l-abbozz ta’ proposta huwiex tabilħaqq rilevanti għaż-żgħażagħ, kif ukoll l-impatt dirett u indirett tal-proposta fuq iż-żgħażagħ u l-ġenerazzjonijiet futuri. Jekk issir tali determinazzjoni, it-Test taż-Żgħażagħ jipproċedi għall-istadji ta’ konsultazzjoni sħiħa, valutazzjoni tal-impatt u miżuri ta’ mitigazzjoni. L-indikaturi tal-lista ta’ kontroll ikunu bbażati fuq il-ħtiġijiet u l-ideat taż-żgħażagħ sabiex jiġi żgurat li din tikkunsidra l-proposti rilevanti mill-perspettiva tagħhom. |
|
3.1.3. |
Fil-pass li jmiss, l-assessuri rispettivi huma mistennija li jikkonsultaw b’mod sinifikanti mal-partijiet ikkonċernati relatati maż-żgħażagħ sabiex jiġi żgurat li jiġi pprovdut għarfien espert sistematiku għal analiżi bir-reqqa. Abbażi ta’ dan l-impenn, l-assessuri se jfittxu li jidentifikaw it-tħassib taż-żgħażagħ dwar l-impatti potenzjali tal-abbozz ta’ politika li qed jiġi ttestjat. Dan il-komponent parteċipattiv jeħtieġ li jkun trasparenti u jipprovdi spazju għal firxa wiesgħa ta’ rappreżentanti taż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet immexxija miż-żgħażagħ u żgħażagħ b’għarfien espert rilevanti biex jipprovdu kontribut. B’dan il-mod, jista’ jiġi żgurat approċċ sistematiku għall-kwistjonijiet indirizzati mill-abbozzi ta’ proposti ta’ politika. L-inklużjoni tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, ir-rappreżentanti taż-żgħażagħ u ż-żgħażagħ b’għarfien espert rilevanti tista’ tagħti sfond varjat u uniku ħafna għall-valutazzjoni tal-impatt. Permezz ta’ involviment sinifikanti, l-assessuri jistgħu jirċievu ħarsa ġenerali komprensiva bbażata fuq l-għarfien u l-għarfien espert ġenerali li dawn iż-żgħażagħ stabbilixxew. Bl-użu ta’ dan l-input, l-analiżi tal-impatt tista’ tkun dettaljata biżżejjed biex tidentifika l-isfidi u l-aspetti fejn il-politiki jistgħu jikkawżaw tfixkil. |
|
3.1.4. |
Abbażi tad-data disponibbli li għandha tinġabar matul il-proċess u tar-riżultati finali tal-konsultazzjonijiet, l-assessuri jistgħu jabbozzaw l-analiżi tal-impatt billi jsegwu s-suġġetti msemmija fil-lista ta’ kontroll u jipprovdu wkoll analiżi ta’ prospettiva għall-ġenerazzjonijiet futuri |
|
3.1.5. |
Jekk jiġi identifikat impatt negattiv, l-assessur għandu jipproponi miżuri ta’ mitigazzjoni li għandhom jiffukaw primarjament fuq gruppi li jgħixu f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u żgħażagħ żvantaġġati. Huwa rrakkomandat li, matul il-konsultazzjoni, l-assessuri jinkludu mistoqsijiet dwar miżuri ta’ mitigazzjoni possibbli li jistgħu jiġu inklużi fl-analiżi. Fis-snin li ġejjin, huwa rrakkomandat li titwettaq evalwazzjoni biex jiġi mmonitorjat l-impatt tal-politiki u kif il-miżuri ta’ mitigazzjoni indirizzaw l-impatti negattivi. |
|
3.1.6. |
It-Test taż-Żgħażagħ tal-UE m’għandux jissostitwixxi l-involviment sinifikanti maż-żgħażagħ b’mod ġenerali u għandu jikkomplementa l-mekkaniżmi parteċipattivi eżistenti. |
|
3.1.7. |
Il-proposta kienet riżultat ta’ sensiela ta’ diskussjonijiet mal-akbar networks taż-żgħażagħ tal-Ewropa, u ssemmiet ukoll b’mod speċifiku f’diversi rakkomandazzjonijiet tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ minn mindu ġie stabbilit (u l-predeċessur tiegħu d-Djalogu Strutturat). Iż-żgħażagħ esprimew ix-xewqa qawwija tagħhom għal proċedura trasparenti tat-tfassil tal-politika li tippermetti liż-żgħażagħ jikkontribwixxu għall-abbozzar u l-monitoraġġ tal-eżiti. |
|
3.1.8. |
Il-proposta hija ispirata wkoll mit-test tal-SMEs, li huwa eżempju ta’ għodda adatta għall-valutazzjoni tal-impatt fil-livell tal-UE, ibbażata fuq it-tliet pilastri ta’ konsultazzjoni, analiżi tal-impatt u miżuri ta’ mitigazzjoni (26). Barra minn hekk, bħat-test tal-SMEs, it-Test taż-Żgħażagħ tal-UE huwa maħsub ukoll li jkun parti mill-Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar bħala għodda separata sabiex jiġi enfasizzat ir-rwol taż-żgħażagħ fil-futur tal-Ewropa, f’konformità mal-komunikazzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
3.1.9. |
Il-proposta hija bbażata fuq l-eżempji ta’ għodod ta’ valutazzjoni tal-impatt taż-żgħażagħ li diġà jeżistu f’diversi Stati Membri, bħall-Awstrija, il-Ġermanja, Franza, il-Fjandri fil-Belġju, u barra mill-UE wkoll, bħal fi New Zealand u l-Kanada. |
|
3.1.10. |
Il-valutazzjoni tal-impatt proposta qed tipprovdi soluzzjoni biex jiġi żgurat li l-impatt tal-politiki jqis il-ħtiġijiet u l-aspettattivi taż-żgħażagħ u jipprovdi kamp ta’ applikazzjoni barra mill-qasam tradizzjonali tal-politika taż-żgħażagħ. Parti żgħira biss mill-proposti tal-Kummissjoni Ewropea hija analizzata mill-perspettiva taż-żgħażagħ. Madankollu, parti sinifikanti ta’ dawn il-proposti taffettwa direttament u indirettament il-kwalità tal-ħajja taż-żgħażagħ. |
|
3.1.11. |
Huwa ssuġġerit li t-Test taż-Żgħażagħ tal-UE jiġi inkluż fil-valutazzjonijiet tal-impatt tar-Regolamentazzjoni Aħjar li huma disponibbli għall-pubbliku u li jiġi ppubblikat fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ. Iżda l-aktar mod li jħalli impatt għandu jiġi esplorat aktar. Madankollu, id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni huwa mħeġġeġ jippromovih b’mod attiv biex jiżgura l-viżibbiltà tiegħu, u s-Segretarjat Ġenerali għandu jappoġġja l-adozzjoni tiegħu fid-Direttorati Ġenerali differenti. It-Test taż-Żgħażagħ tal-UE jista’ jiġi ppubblikat ukoll minn dawk l-istituzzjonijiet li jiddeċiedu li jimplimentawh, inkluż fuq is-sit web tal-KESE. Bil-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni u l-verżjoni finali tal-proposta, il-partijiet ikkonċernati żgħażagħ involuti fil-konsultazzjoni se jkunu jistgħu jaraw kif ġie kkunsidrat il-kontribut tagħhom. |
|
3.1.12. |
It-Test taż-Żgħażagħ tal-UE huwa propost li jkun struttura li tista’ tiġi implimentata fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, flimkien mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. |
|
3.1.13. |
It-Test taż-Żgħażagħ tal-UE jista’ potenzjalment itejjeb il-politiki iżda jeħtieġ ukoll li jkun ibbażat fuq mekkaniżmi parteċipattivi sinifikanti, minħabba li l-użu tal-għarfien tal-komunità huwa mod kif tiġi żgurata l-effiċjenza u jinkiseb titjib. |
3.2. Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fi ħdan il-KESE
|
3.2.1. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza tal-involviment taż-żgħażagħ fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa (27), u għaldaqstant iwettaq diversi inizjattivi ta’ suċċess bħal “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”, ir-Round Tables taż-Żgħażagħ dwar il-Klima u s-Sostenibbiltà, u s-Summit taż-Żgħażagħ tal-UE dwar il-Klima organizzat b’mod konġunt mill-KESE u l-Parlament Ewropew. Bħala segwitu għall-Opinjoni tal-KESE NAT/788 (28), il-KESE inkluda delegat żagħżugħ fid-delegazzjoni uffiċjali tiegħu għal-laqgħa tal-COP tal-UNFCCC għall-ewwel darba fl-2021, fl-okkażjoni tal-COP26. Barra minn hekk, fil-kuntest tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, il-Premju tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili 2022 se jippremja inizjattivi effettivi, innovattivi u kreattivi li għandhom l-għan li joħolqu futur aħjar għaż-żgħażagħ Ewropej u magħhom. |
|
3.2.2. |
Il-KESE ser jagħmel ħiltu biex jamplifika l-ilħna taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ permezz ta’ mekkaniżmi parteċipattivi taż-żgħażagħ aktar strutturati, sinifikanti u mmirati sabiex jissaħħaħ l-involviment intern taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-ħidma tal-KESE. Għaldaqstant, il-passi li ġejjin għandhom jittieħdu mill-KESE:
|
|
3.2.3. |
Il-KESE ser jesplora u jikkunsidra aktar modi possibbli biex jiġi applikat il-kunċett tat-Test taż-Żgħażagħ tal-UE fil-ħidma tiegħu biex jiġi żviluppat approċċ konsistenti dwar l-involviment taż-żgħażagħ fil-KESE. |
|
3.2.4. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex twieġeb għal din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja u l-proposta tal-UE dwar it-Test taż-Żgħażagħ u biex tiżviluppa ideat flimkien dwar l-implimentazzjoni. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Riċerka bbażata biss fuq id-dokumentazzjoni Iż-Żgħażagħ Ewropej fl-2021.
(2) Influencing and understanding political participation patterns of young people, Parlament Ewropew, 2021.
(3) Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027.
(4) Conference on the Future of Europe, Report on the final outcome, Mejju 2022.
(5) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52022DC0404&qid=1660827033223.
(6) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/speech_21_4701
(7) Deželan T., Moxon D., Influencing and understanding political participation patterns of young people: The European perspective, Studju, 2021.
(8) Barta O., Boldt G., Lavizzari A., “Meaningful youth political participation in Europe: concepts, patterns and policy implications”, Studju ta’ riċerka, 2021.
(9) Ewrobarometru 96 – Xitwa 2021-2022.
(10) Kitanova, M., “Youth political participation in the EU: evidence from a cross-national analysis”, Journal of Youth Studies, Vol. 23, Nru. 7, 2020 (artiklu riċevut fl-2018).
(11) https://www.youthforum.org/files/YFJ_EU_Youth_Test.pdf.
(12) Rapport dwar ir-riżultat finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa
(13) Governance for Youth, Trust and Intergenerational Justice Fit for all generations?
(14) Ewrobarometru Flash dwar iż-Żgħażagħ u d-Demokrazija, li sar bejn it-22 ta’ Frar u l-4 ta’ Marzu 2022.
(15) Rapport dwar l-istħarriġ dwar iż-żgħażagħ tal-Parlament (Parlament Ewropew, Settembru 2021).
(16) Governance for Youth, Trust and Intergenerational Justice Fit for all generations? Highlights.
(17) Rapport – Stħarriġ dwar iż-Żgħażagħ, Parlament Ewropew (Parlament Ewropew, Settembru 2021) (mhux disponibbli bil-Malti).
(18) Rapport dwar l-Istħarriġ dwar iż-Żgħażagħ (Taħt it-Triju ta’ Presidenzi Ġermanja-Portugall-Slovenja, Jannar 2022).
(19) Rapport dwar l-Istħarriġ dwar iż-Żgħażagħ (Taħt it-Triju ta’ Presidenzi Ġermanja-Portugall-Slovenja, Jannar 2022).
(20) Rapport dwar l-Istħarriġ dwar iż-Żgħażagħ (Taħt it-Triju ta’ Presidenzi Ġermanja-Portugall-Slovenja, Jannar 2022).
(21) Deželan T., Moxon D., “Influencing and understanding political participation patterns of young people: The European perspective”, studju, 2021.
(22) Eurobarometer on the European Year of Youth: Young Europeans are increasingly engaged, Kummissjoni Ewropea, 2022.
(23) Governance for Youth, Trust and Intergenerational Justice Fit for all generations? Highlights.
(24) https://www.youthforum.org/files/Concept-Note_final.pdf u https://www.youthforum.org/files/YFJ_EU_Youth_Test.pdf
(25) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 27.
(26) Better Regulation Toolbox – SME Test.
(27) SOC/706 Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, ĠU C 152, 6.4.2022, p. 122 u SOC/589 Strateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ, ĠU C 62, 15.2.2019, p. 142.
(28) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 44.
(29) Bħalissa għaddej studju tal-KESE dwar l-involviment strutturat taż-żgħażagħ: l-immappjar ta’ prattiki tajbin lokali, nazzjonali, tal-UE u dawk internazzjonali sabiex jiġu żviluppati l-mekkaniżmi meħtieġa u adegwati biex ikun żgurat li l-ilħna taż-żgħażagħ jinstemgħu.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/53 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rwol tat-teknoloġiji tal-assorbiment tal-karbonju għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija Ewropea”
(Opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 486/08)
|
Relatur: |
Andrés BARCELÓ DELGADO |
|
Korelatur: |
Monika SITÁROVÁ |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
18.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) |
|
Adottata fis-sezzjoni |
24.6.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
229/0/7 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jtenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-impenji tal-Patt Ekoloġiku u għat-tisħiħ tal-awtonomija strateġika fil-provvista tal-enerġija u t-tmexxija industrijali. |
|
1.2 |
L-effetti tal-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna fuq id-disponibbiltà tal-enerġija u l-materja prima ma jistgħux jiġu injorati, u s-Semestru Ewropew irid jimmonitorja s-sitwazzjoni. |
|
1.3 |
Biex tirnexxi, it-tranżizzjoni ekoloġika fl-industrija tal-manifattura teħtieġ bażi ta’ taħlita adatta u suffiċjenti ta’ enerġija rinnovabbli għall-elettrifikazzjoni u għall-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku. It-teknoloġiji tal-Assorbiment tad-Diossidu tal-Karbonju (CDR), tal-Qbid u l-Ħżin tal-Karbonju (CCS) u tal-Ġbir u l-Użu tal-Karbonju (CCU) se jgħinu lill-industrija tikseb newtralità klimatika. L-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku. |
|
1.4 |
Id-dekarbonizzazzjoni se teħtieġ trasformazzjoni profonda tal-attivitajiet industrijali (fit-30 sena li ġejjin). Għalkemm diġà jeżistu ħafna teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, il-livelli ta’ tħejjija teknoloġika tagħhom (TRL (1)) huma baxxi. Se jkunu meħtieġa pjani direzzjonali teknoloġiċi ambizzjużi biex dawn it-teknoloġiji rivoluzzjonarji jiżdiedu u jiġu implimentati b’mod wiesa’, u l-UE trid tippromovi l-innovazzjoni permezz tal-Fond għall-Klima u dak għall-Innovazzjoni. |
|
1.5 |
Għalhekk, l-iżvilupp tat-teknoloġiji u tal-edukazzjoni u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol huma vitali għat-tranżizzjoni ekoloġika fl-industrija tal-manifattura. Id-djalogu soċjali, kemm fil-livell Ewropew, kif ukoll f’dak tal-Istati Membri u reġjonali, għandu jappoġġja s-sensibilizzazzjoni, l-aċċettazzjoni u tranżizzjoni ekoloġika u ġusta fl-industrija. Il-bini tal-kapaċitajiet u l-proġetti li jiddefinixxu l-ħiliet ewlenin se jkunu essenzjali sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni industrijali effettiva li fiha ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. |
|
1.6 |
Iż-żieda fl-użu ta’ materja prima alternattiva – b’mod partikolari tal-bijomassa sostenibbli – għandha l-potenzjal li tikkontribwixxi għall-assorbiment sostenibbli tal-karbonju mill-atmosfera billi tippromovi l-ġestjoni sostenibbli tal-art għammiela (art agrikola u forestali) u l-użu tal-bijomassa fi prodotti b’ħajja twila li jkomplu jtawlu l-benefiċċju tal-assorbiment. Barra minn hekk, dan jgħin biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE mill-materja prima u r-riżorsi importati. |
|
1.7 |
Il-KESE jitlob li tiġi ppreservata l-kompetittività tal-industrija Ewropea: l-UE hija pijunier fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, iżda teħtieġ atturi oħra sabiex isegwu l-ambizzjoni klimatika tagħha. Peress li l-kriżi tal-klima hija globali, id-diplomazija tal-Unjoni Ewropea trid iżżid l-isforzi tagħha sabiex tipperswadi b’mod effettiv lil pajjiżi terzi biex iżidu l-isforzi tagħhom ħalli jkunu jistgħu jiġġilduha. Irrispettivament mill-objettivi ambizzjużi tal-politika tal-UE, l-UE se ssir dejjem aktar pijuniera fid-dekarbonizzazzjoni tal-industriji bis-saħħa tal-appoġġ politiku tagħha u l-għarfien prattiku tal-kumpaniji u tal-ħaddiema tagħhom fir-rigward tal-kapaċitajiet industrijali, it-teknoloġiji meħtieġa u kif tiġi antiċipata l-bidla, li jippermetti li jittieħdu miżuri prattiċi b’mod adatt. |
|
1.8 |
Iż-żamma ta’ bażi industrijali soda fi ħdan l-UE se tiżgura prosperità, impjiegi ta’ kwalità tajba u impenn għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima għas-soċjetà Ewropea. L-industrija Ewropea trid tinvesti fl-Ewropa, b’qafas regolatorju adatt, kemm fir-RŻI, kif ukoll fl-impjanti u t-tagħmir, sabiex iżżomm il-pożizzjoni kompetittiva tagħha. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1 |
Il-liġi Ewropea dwar il-klima stabbiliet mira ambizzjuża għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030, u fl-istess ħin ikkonfermat l-għan tan-newtralità klimatika għall-2050. Sabiex jintlaħaq l-għan tal-Unjoni Ewropea, l-attivitajiet kollha li jipproduċu emissjonijiet ta’ gassijiet serra jridu jiġu analizzati u jridu jiġu identifikati perkorsi għan-newtralità klimatika sa madwar l-2050. |
|
2.2 |
L-industriji tal-manifattura huma responsabbli għal 20 % (2) tal-emissjonijiet Ewropej. L-industriji tal-manifattura bl-ikbar intensità ta’ CO2 fl-Ewropa huma l-industriji tal-ħadid u tal-azzar, tas-siment, tal-kimika u l-petrokimika, tal-polpa u l-karta, tal-fertilizzanti, tal-ħġieġ, taċ-ċeramika, tar-raffineriji taż-żejt u tal-metall mhux ferruż (l-aktar l-aluminju). L-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-settur industrijali jinkludu d-diossidu tal-karbonju (CO2) mill-użu tal-enerġija, minn użi mhux tal-enerġija ta’ fjuwils fossili u minn sorsi ta’ fjuwils mhux fossili, kif ukoll gassijiet mhux tas-CO2. |
|
2.3 |
It-tranżizzjoni ekoloġika tal-industrija tal-manifattura hija vitali sabiex tkun konformi mal-liġi Ewropea dwar il-klima. Se jkun hemm tranżizzjoni fit-teknoloġiji u, wara din, se jkun hemm bidliet fil-metodi, fil-ħiliet u fil-kompetenzi tax-xogħol fl-industriji. Madankollu, se jkunu meħtieġa wkoll miżuri min-naħa tad-domanda biex jippromovu l-użu ta’ prodotti b’livell baxx ta’ karbonju u mudelli kummerċjali ġodda (simbjożi industrijali, ċirkolarità, rispons għad-domanda). |
3. L-industrija tal-manifattura fil-perkors għan-newtralità klimatika
|
3.1 |
Din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tiffoka fuq setturi industrijali fl-ambitu tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS). Għalhekk, l-utilitajiet tal-enerġija, tat-trasport u tal-bini mhumiex koperti. |
|
3.2 |
Minbarra l-isfida tad-dekarbonizzazzjoni, it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija huwa imperattiv għal kull wieħed mis-setturi industrijali. Għalkemm mhux se jkun biżżejjed li l-industrija Ewropea tiġi dekarbonizzata, l-effiċjenza fl-enerġija tista’ tnaqqas b’mod sinifikanti l-emissjonijiet mill-konsum tal-enerġija. Se jkun hemm bidla mill-fjuwils fossili għal teknoloġiji li ma jarmux gassijiet serra, li jikkonsistu l-aktar f’enerġija rinnovabbli. L-utilitajiet u l-awtoritajiet pubbliċi huma responsabbli għat-tranżizzjoni tal-enerġija mill-fjuwils fossili għal teknoloġiji li ma jarmux emissjonijiet. |
|
3.3 |
Fir-rigward tal-isfida tad-dekarbonizzazzjoni, l-industriji jistgħu jiġu kklassifikati kif ġej:
|
|
3.4 |
Il-koġenerazzjoni industrijali ta’ effiċjenza għolja (CHP (3)) żgur li se tikkontribwixxi għal aktar effiċjenza fl-enerġija, iżda ma tistax tiddekarbonizza l-industrija. Min-naħa l-oħra, l-użu ta’ sħana b’entalpija baxxa mill-industrija għat-tisħin distrettwali jkun mod ieħor li bih tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija ġenerali, u jista’ forsi jiġi kkreditat matul il-perkors ta’ tranżizzjoni għal dekarbonizzazzjoni sħiħa. |
|
3.5 |
It-teknoloġiji tal-Assorbiment tad-Diossidu tal-Karbonju (CDR) ineħħu s-CO2 diġà mormi mill-atmosfera u b’hekk jinħolqu emissjonijiet “negattivi”. It-teknoloġiji relatati mas-CCS, bħall-bijoenerġija bil-qbid u l-ħżin tal-karbonju (BECCS) u l-qbid u l-ħżin tal-karbonju dirett mill-arja (DACCS), huma parti importanti mill-portafoll tat-teknoloġiji ta’ emissjonijiet negattivi. Madankollu, minkejja l-potenzjal tagħhom ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, dawn it-teknoloġiji bħalissa jinsabu biss fl-istadju ta’ dimostrazzjoni. Teknoloġiji oħra tal-Assorbiment tad-Diossidu tal-Karbonju jinkludu attivitajiet li jsaħħu l-bjar naturali tas-CO2, bħall-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni, u jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjkoni ta’ din l-Opinjoni. |
L-isfida tal-futur tas-CDR fl-industrija tal-manifattura hija li jinstab bilanċ billi l-qbid u l-ħżin tal-karbonju jirrappreżentaw għażla ta’ mitigazzjoni flimkien ma’ teknoloġiji oħra għat-tnaqqis u l-assorbiment tal-karbonju. It-tnaqqis u l-assorbiment tal-gassijiet b’effett ta’ serra jridu jiġu allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi u mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Is-CCS jista’ jippermetti lill-UE tipproċedi bil-pass meħtieġ permezz tal-assorbiment tal-gassijiet serra, iżda l-għan irid ikun li jiġi evitat il-ħżin tal-karbonju fit-tul.
|
3.6 |
L-idroġenu prodott bl-użu tal-enerġija rinnovabbli (l-idroġenu ekoloġiku) jidher li huwa r-risposta transsettorjali għall-proċessi tad-dekarbonizzazzjoni. Pereżempju, hemm proġett fl-Iżvezja bl-għan li jelimina l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-produzzjoni tal-azzar billi juża l-idroġenu rinnovabbli. Fil-Finlandja, proġett partikolari se juri modi kif jista’ jiġi prodott l-idroġenu blu, u aktar tard l-idroġenu ekoloġiku, u kif jista’ jiġi maqbud u maħżun is-CO2 b’mod permanenti fil-Baħar Baltiku. |
4. L-industrija tal-manifattura fit-triq lejn id-dekarbonizzazzjoni
|
4.1 |
Mill-industriji Ewropej kollha, qed niffokaw fuq is-setturi li għandhom potenzjal għoli għal titjib fit-tnaqqis tal-emissjonijiet Ewropej tas-CO2 u għal impatt fuq tali tnaqqis. Fl-industrija tal-manifattura, l-enfasi hija fuq setturi li għandhom aktar sfidi x’jegħlbu sabiex jiġu dekarbonizzati. Din l-Opinjoni tiffoka fuq l-industriji tal-azzar, tas-siment, tal-kimika u tal-petrokimika, tar-raffineriji taż-żejt, tal-polpa u tal-karta, tal-fertilizzanti, tal-ħġieġ u taċ-ċeramika. |
|
4.2 |
Qabel ma niddeskrivu t-teknoloġiji li jista’ jkollhom impatt fuq it-tnaqqis u l-assorbiment tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, irridu nikkunsidraw li ngħaddu minn sorsi tal-enerġija derivati mill-fjuwils fossili għal sorsi oħra ta’ enerġija mingħajr emissjonijiet u sorsi rinnovabbli oħra. Dawn is-sorsi jistgħu jkunu l-enerġija mir-riħ, l-enerġija fotovoltajka u l-enerġija mis-sħana tax-xemx, l-idroenerġija, l-enerġija ġeotermali, il-bijomassa u l-bijokarburanti. |
|
4.3 |
Hemm xi industriji li jkollhom jadottaw teknoloġiji eżistenti jew ġodda fil-proċessi tagħhom sabiex jiksbu emissjonijiet żero ta’ gassijiet serra bil-għan li jimxu lejn soċjetà newtrali għall-klima. Skont l-industriji u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra attwali tagħhom, il-bidla tista’ sseħħ f’pass wieħed jew f’diversi passi. |
|
4.4 |
Dan l-ewwel pass jista’ jidher li huwa “biss” bidla fil-parti tal-produzzjoni/akkwist tal-proċess. F’ħafna sitwazzjonijiet oħra, jistgħu jkunu meħtieġa aktar riċerka u żvilupp, biex, pereżempju, jiġu adattati l-berners attwali tal-gass naturali għall-idroġenu jew biex jintużaw pompi tas-sħana. Barra minn hekk, għandhom jiġu indirizzati wkoll il-kunsiderazzjonijiet dwar l-interazzjoni bejn l-idroġenu u l-materjali jew il-prodotti. |
|
4.5 |
L-industrija tal-azzar:
L-isfida għall-industrija tal-azzar tradizzjonali (rotta integrata, li teħtieġ it-tnaqqis tal-mineral tal-ħadid) diġà wasslet għall-introduzjoni ta’ diversi approċċi teknoloġiċi ġodda, li issa qed jiffokaw fuq is-sostituzzjoni tal-fran tal-blast bil-fran b’ark elettriku, sostnuti minn ħadid miksub b’riduzzjoni diretta (DRI) li huwa prodott bl-użu tal-idroġenu ekoloġiku. Alternattivi oħra li diġà ġew esplorati jiddependu mit-teknoloġiji tas-CCS, iżda ma jistgħux jilħqu l-mira tat-tnaqqis tal-gassijiet serra. L-elettroliżi tal-mineral tal-ħadid tista’ tarmi sa 87 % inqas CO2 mir-rotta integrata attwali (jekk il-provvista tal-elettriku tkun kompletament dekarbonizzata). Tnaqqis tal-idroġenu tal-plażma mmirat lejn in-newtralità karbonika. Fil-fatt, il-manifattura tal-azzar ibbażata fuq l-idroġenu tista’ tarmi sa 95 % inqas CO2 mir-rotta integrata attwali (jekk jintuża elettriku li jkun kompletament dekarbonizzat), iżda minħabba l-enerġija mitlufa waqt il-produzzjoni tal-idroġenu, il-konsum tal-enerġija tal-industrija fl-aħħar mill-aħħar jiżdied. L-azzar prodott fil-fran b’ark elettriku jarmi 14 % biss tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mir-rotta integrata, u l-isfida ewlenija tiegħu hija li jissostitwixxi l-gass naturali fil-fran tal-irrumblar bl-idroġenu ekoloġiku jew bl-elettriku tal-induzzjoni. Jekk jiġi użat b’mod sħiħ, is-CCU (bl-użu tal-gassijiet tal-iskart tal-fran tal-blast) jista’ jnaqqas l-emissjonijiet sa 65 % (it-tnaqqis tas-CO2 jiddependi wkoll miċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti kimiċi li jirriżultaw minnu). Għadd minnhom jinsabu fi stadju aktar avvanzat ta’ żvilupp – l-impjant ta’ dimostrazzjoni ta’ Steelanol (li għadu qed jinbena – TRL 9) juża l-gass ta’ skart biex jipproduċi l-bijoetanol, u l-proġett Carbon2Chem (TRL 7-8) għandu l-għan li juża l-gass ta’ skart bħala materja prima għall-kimiki. |
|
4.6 |
L-industrija tas-siment:
37 % biss tal-emissjonijiet fl-industrija tas-siment jiġu mill-fjuwils, filwaqt li t-63 % tal-emissjonijiet li jifdal huma r-riżultat ta’ reazzjoni kimika tal-materja prima (l-hekk imsejħa emissjoni ta’ proċess). Għalhekk, l-użu tal-fjuwils derivati minn sorsi rinnovabbli (mill-bijomassa jew mill-idroġenu) se jnaqqas l-emissività b’massimu ta’ 35 %. Bħalissa qed jiġu ttestjati teknoloġiji li jistgħu jippermettu l-qbid u l-ġestjoni jew il-ħżin futuri tas-CO2 (bil-metodu tal-ammina u l-loop tal-kalċju). Mod ieħor kif jitnaqssu l-emissjonijiet huwa li jiġi żviluppat dak li hu magħruf bħala s-siment bi klinker baxx, li bħalissa għandu TRL ta’ 5-7. Simenti bħal dawn għandhom emissività sa 30 % inqas mis-siment pur ta’ Portland. |
|
4.7 |
L-industrija tal-kimika:
Fl-industrija tal-kimika, l-elettrifikazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni, bħall-elettrifikazzjoni tal-ikkrekkjar bl-istim għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 għal kull cracker b’90 %. Is-settur kimiku huwa kontributur importanti għar-restawr taċ-ċikli tal-karbonju sostenibbli. Il-prodotti kimiċi huma riżerva massiva ta’ karbonju li jistgħu jiffissaw il-karbonju għal 10 snin sa 40 sena. Illum, il-volum tal-karbonju inkorporat fil-prodotti kimiċi huwa komparabbli mal-emissjonijiet totali tal-industrija għall-produzzjoni tagħhom. Anke l-biċċa l-kbira ta’ dan il-karbonju jispiċċa fl-atmosfera meta l-prodotti jiġu inċinerati fit-tmiem tal-użu tagħhom, u għalhekk, it-twaqqif ta’ strateġija ta’ ekonomija ċirkolari ambizzjuża huwa prerekwiżit biex jinkisbu ċikli tal-karbonju sostenibbli u reżistenti għall-klima billi l-karbonju jinżamm “fil-loop”. Is-settur tal-kimika jista’ jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet f’setturi oħra billi “jassorbi” l-karbonju u jaħżnu fi prodotti. |
|
4.8 |
L-industrija tal-polpa u tal-karta:
Fl-industrija tal-polpa u tal-karta, taħlita ta’ titjib fil-proċess, inkluża t-tranżizzjoni għall-Industrija 4.0, flimkien ma’ investimenti f’teknoloġiji ta’ produzzjoni avvanzati, hija mistennija li twassal għal tnaqqis ta’ 7 miljun tunnellata ta’ CO2 sal-2050. Billi tuża l-faċilitajiet tas-CHP tagħha fuq il-post, l-industrija tista’ tipparteċipa fis-suq tal-enerġija billi tuża l-eċċessi ta’ enerġija rinnovabbli intermittenti. Il-benefiċċji assoċjati tad-dekarbonizzazzjoni jistgħu saħansitra jitilgħu sa żewġ miljun tunnellata. Konverżjoni ulterjuri ta’ installazzjonijiet industrijali għal sorsi ta’ enerġija b’livell baxx ta’ karbonju jew mingħajr karbonju hija pproġettata li tipprovdi tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ 8 miljun tunnellata ta’ CO2. Minbarra xi wħud mill-kunċetti innovattivi identifikati fit-Two team Project (4) , bħat-teknoloġija Deep Eutectic Solvents li qiegħda tiġi żviluppata bħalissa, soluzzjonijiet innovattivi u fixkiela oħra jistgħu wkoll jikkomplementaw l-isforz għat-tnaqqis tal-emissjonijiet b’madwar 5 miljun tunnellata ta’ CO2. |
|
4.9 |
Ir-raffineriji taż-żejt:
Ir-raffinerji taż-żejt għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni tal-enerġija u l-klima tal-ekonomija tal-UE b’żewġ modi: i) billi jnaqqsu sostanzjalment l-impronta tal-karbonju tal-proċess ta’ manifattura tagħhom, u ii) billi jissostitwixxu progressivament il-fjuwils u prodotti oħra ta’ oriġini fossili bi fjuwils u prodotti oħra bbażati fuq il-karbonju bijoġeniku jew riċiklat. Is-sostituzzjoni gradwali tal-enerġija fossili bil-bijoenerġija, flimkien mat-teknoloġiji tas-CCU u s-CCS, se tirriżulta saħansitra f’emissjonijiet negattivi tal-gassijiet serra. L-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra ġġenerati waqt l-użu ta’ fjuwils u prodotti oħra tar-raffineriji jistgħu jitnaqqsu b’mod radikali billi l-materja prima tinbidel b’mod gradwali minn żejt mhux raffinat għal bijomassa sostenibbli u CO2 riċiklat. L-emissjonijiet netti ta' CO2 fl-atmosfera wara l-użu ta' dawn il-fjuwils se jkunu żero jew fi kwantitajiet baxxi ħafna, u b’hekk jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, speċjalment għal dawk il-modalitajiet li huma l-aktar diffiċli li jiġu elettriċizzati. Investimenti u proġetti ġodda f’dawn l-oqsma għadhom għaddejjin. Bħala eżempju, tlieta mill-madwar 80 raffinerija ewlenin fl-UE ġew ikkonvertiti f’bijoraffineriji, li jissostitwixxu kompletament iż-żejt mhux raffinat b’bijomassa sostenibbli (5). Din l-istrateġija ta’ tranżizzjoni klimatika teħtieġ riżorsi finanzjarji aktar baxxi minn soluzzjonijiet oħra, peress li r-raffineriji nfushom u s-sistema loġistika għad-distribuzzjoni tal-prodotti jistgħu, fil-biċċa l-kbira, jiġu adattati u użati mill-ġdid. |
|
4.10 |
Il-fertilizzanti:
Bħalissa, l-industrija tal-fertilizzanti qed tesplora s-sostituzzjoni tal-gass naturali bħala materja prima bl-idroġenu ekoloġiku. Diversi proġetti pilota (6) qed jiġu żviluppati fl-UE, u ladarba l-idroġenu ekoloġiku jsir disponibbli u l-prezz tiegħu jistabbilizza, l-industrija se timxi ’l quddiem lejn dekarbonizzazzjoni sħiħa. |
|
4.11 |
Finalment, l-industrija tal-manifattura għandha potenzjal għad-dekarbonizzazzjoni permezz tal-effiċjenza fl-enerġija, l-ottimizzazzjoni tal-proċessi u l-konverżjoni għall-enerġija rinnovabbli. Se jkunu meħtieġa investimenti fir-RŻI sabiex jintlaħaq l-għan tan-newtralità karbonika sal-2050. It-teknoloġiji tas-CCS u tas-CCUS huma wkoll ta’ importanza għall-industriji tal-manifattura, bħall-industrija tas-siment u fejn il-bijomassa hija s-sors tal-enerġija. |
5. Ħiliet u kompetenzi fl-industrija tal-manifattura futura
|
5.1 |
Mingħajr ebda dubju, proċessi industrijali ġodda se jitolbu metodi ġodda ta’ ħidma. L-industriji u l-ħaddiema se jkollhom jadattaw il-mod ta’ kif iwettqu dmirijiethom fl-industrija, billi jiffokaw fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 sa mill-ewwel passi fil-proċessi tal-manifattura. |
|
5.2 |
It-tranżizzjoni ekoloġika tal-industrija tal-manifattura se tbiddel il-produzzjoni f’ħafna modi, billi tuża bis-sħiħ teknoloġiji ta’ produzzjoni ġodda u billi tieħu vantaġġ mid-diġitalizzazzjoni. Sabiex tinkiseb tranżizzjoni ġusta li fiha ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, se jkunu meħtieġa ħiliet ġodda, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid. Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex iċ-ċittadini u l-ħaddiema tal-UE, l-SMEs, l-intrapriżi soċjali u l-esperti reġjonali jiġu mistiedna jieħdu sehem b’mod proattiv fil-bidla inevitabbli fil-postijiet fejn jgħixu. |
|
5.3 |
L-UE trid tiżgura li l-għarfien dwar it-teknoloġiji l-ġodda u dwar kif għandhom jiġu implimentati fl-industriji attwali jasal għand il-ħaddiema tal-industrija. L-awtoritajiet pubbliċi u l-kumpaniji jridu jagħmlu sforz fil-qafas tad-djalogu soċjali biex jisfruttaw il-ħiliet diġà eżistenti kif ukoll biex jilħqu l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni. |
|
5.4 |
L-użu sħiħ tal-idroġenu ekoloġiku fl-industrija se jkun essenzjali għal ħafna industriji. Madankollu, barra minn hekk, l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji tal-assorbiment tad-diossidu tal-karbonju se tinfluwenza l-ħiliet u l-kompetenzi fl-industrija tal-manifattura u b’mod aktar qawwi fil-katina tal-provvista wkoll. |
6. L-azzjoni tal-UE u l-kundizzjonijiet ta’ qafas
|
6.1 |
Il-qafas legali tal-UE u r-regolamenti nazzjonali jridu jgħinu biex l-industrija tiġi dekarbonizzata. Għandu jqis li se jkun hemm possibbiltajiet differenti u/jew riżorsi li jistgħu jiġu investiti fit-tranżizzjoni li jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri u bejn ir-reġjuni fl-Ewropa. |
|
6.2 |
Il-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta, iddedikat għall-appoġġ ta’ reġjuni li huma dipendenti ħafna minn industriji li jużaw il-karbonju b’mod intensiv, huwa l-ewwel pass pożittiv. Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni, li huwa limitat għal reġjuni li jiddependu ħafna mill-faħam, il-linjite, il-pit, iż-żejt tax-shale u l-industriji li jużaw il-karbonju b’mod intensiv, huwa limitat wisq. Il-KESE, bħall-Parlament Ewropew, jipproponi żieda drammatika fil-baġit tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, sabiex jipprovdi appoġġ lil setturi oħra li se jiġu affettwati mid-dekarbonizzazzjoni tal-industrija. Għandhom jiġu allokati riżorsi baġitarji addizzjonali sabiex jiġu żgurati t-tranżizzjoni minn impjieg għal ieħor, il-ħolqien ta’ impjiegi alternattivi ta’ kwalità tajba fl-istess reġjuni u t-taħriġ adatt, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema. |
|
6.3 |
It-tranżizzjoni ekoloġika fl-industrija se teħtieġ aċċess għall-enerġija u għall-materja prima newtrali tal-karbonju fi kwantitajiet abbundanti, bi prezz affordabbli, stabbli u kompetittiv. Investimenti sinifikanti, fosthom fl-infrastruttura tal-enerġija, se jkollhom isiru fl-Ewropa sabiex tiġi ssodisfata l-ħtieġa tal-industrija għal kwantitajiet kbar ta’ enerġija rinnovabbli. |
|
6.4 |
Il-qafas regolatorju tal-UE jrid imexxi l-ekonomija tal-UE sabiex tilħaq l-għan tan-newtralità klimatika netta sal-2050 billi joħloq il-kundizzjonijiet biex jiġu sfruttati r-riżorsi kbar – finanzjarji, teknoloġiċi u intellettwali – għal investimenti f’teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju, inklużi t-Teknoloġiji tal-Assorbiment tal-Karbonju, li jridu jiġu implimentati malajr. |
|
6.5 |
Hemm bżonn ta’ inċentivi regolari biex jinkoraġġixxu l-użu tal-qbid tal-karbonju fl-industriji tal-manifattura, jew fil-livell Ewropew – permezz tal-Fond għall-Innovazzjoni – u f’kull Stat Membru, iżda mingħajr ma jintemm is-Suq Uniku, li huwa wieħed mill-pedamenti tal-UE. Se jkunu meħtieġa inizjattivi addizzjonali tal-UE biex jattiraw u jimmobilizzaw l-investiment privat. |
|
6.6 |
Jeħtieġ li jinħolqu alleanzi strateġiċi fil-livell Ewropew sabiex jitħaffef l-iżvilupp ta’ din l-industrija, li jippermettu li l-UE jkollha rwol ta’ mexxej f’dan ir-rigward. Ir-regoli attwali dwar l-għajnuna mill-Istat jistgħu jiġu adattati sabiex jippermettu li dan iseħħ. |
|
6.7 |
Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-attivitajiet tar-R&Ż, flimkien ma’ djalogu dwar dan fuq livell Ewropew. Il-Fond għall-Innovazzjoni għandu jkun il-mezz ippreferut biex jitwettqu dawn l-attivitajiet. |
|
6.8 |
Il-politiki tal-akkwist pubbliku għandhom jintużaw biex jagħtu spinta lis-swieq għall-prodotti ekoloġiċi fejn il-produtturi qed ibaxxu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra vis-à-vis prodotti “kannella”. |
|
6.9 |
Id-dewmien identifikat fl-indirizzar tal-isfida tal-klima u l-pressjoni tal-ħin ifissru li r-rapportar u r-rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew lil kull Stat Membru jridu jinkludu xi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jgħinu fl-ilħuq tad-dekarbonizzazzjoni meħtieġa tal-industrija. |
|
6.10 |
Ir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika għandu jirrevedi, perjodikament, il-progress, ix-xenarji/l-għażliet l-aktar promettenti u l-punti dgħajfa tat-tentattivi biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi. Dan huwa saħansitra aktar importanti peress li jista’ jipprovdi linji gwida għal investiment urġenti u ta’ riskju għoli, iżda wkoll għal ġbir raġonevoli tar-riżorsi, kemm vertikalment kif ukoll orizzontalment. |
|
6.11 |
Sett ta’ sinjali ta’ twissija juri kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u juri wkoll il-periklu ta’ “rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju” lejn pajjiżi terzi, li jfixkel it-tranżizzjoni għan-newtralita klimatika. Dan jenfasizza għal darb’oħra l-importanza li jiġi introdott il-kontroll tal-kompetittività f’għamla ta’ għodda ta’ filtrazzjoni tar-riskju u tal-orjentazzjoni. |
|
6.12 |
Huwa evidenti li hemm differenzi kwantitattivi fil-konċentrazzjonijiet tal-emissjonijiet skont l-Istati Membri, l-emissjonijiet per capita, is-setturi ekonomiċi u r-reġjuni. Minħabba l-pressjoni taż-żmien, jeħtieġ li tingħata prijorità sabiex jinkisbu l-akbar riżultati u dawk l-aktar mgħaġġla li jwasslu għal passi ta’ dekarbonizzazzjoni. Għalhekk, għandu jkun hemm enfasi qawwija fuq il-metallurġija, il-materjali minerali u l-kimiki u l-industrija tal-fjuwils rinnovabbli.
L-innovazzjonijiet fil-fażi bikrija u x-xewqa li dawn jintużaw u jinbiegħu jvarjaw skont id-daqs tal-kumpaniji: il-gruppi kbar ħafna għandhom vantaġġ fir-rigward tal-ewwel punt, u l-SMEs fir-rigward ta’ dak tal-aħħar. Għalhekk, it-trasferiment tal-għarfien kemm intersettorjali kif ukoll vertikali għandu jiġi mħeġġeġ u ffaċilitat billi jinħoloq ambjent kummerċjali favorevoli. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) TRL: il-Livelli ta’ Tħejjija Teknoloġika huma punti differenti fuq skala użata biex jitkejjel il-progress jew il-livell ta’ maturità ta’ teknoloġija.
(2) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
(3) CHP: sħana u enerġija kkombinati.
(4) https://www.cepi.org/two-team-project-report/.
(5) Gela, il-bijoraffinerija ta’ Venezja (eni.com) u La Mède (TotalEnergies.com).
(6) Fertiberia nediet impjant tal-fertilizzanti b’impatt żero fi Puertollano, Spanja.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/59 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-tranżizzjoni diġitali u tal-enerġija fiż-żoni rurali”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 486/09)
|
Relatur: |
John COMER |
|
Korelatur: |
Luís MIRA |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
20.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
30.6.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
173/1/2 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jqis li strateġija kkombinata ta’ tranżizzjoni diġitali u tal-enerġija fiż-żoni rurali ma ngħatatx il-livell ta’ attenzjoni u appoġġ li wieħed jistenna. Il-KESE jappella biex il-viżjoni fit-tul tal-Kummissjoni għaż-żoni rurali tal-UE tiġi implimentata malajr u jiġu mobilizzati l-partijiet interessati permezz tal-Patt Rurali tal-UE. L-aktar żoni rurali vulnerabbli jeħtieġu attenzjoni speċjali sabiex ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Huwa essenzjali li wieħed jiffoka fuq il-faqar enerġetiku u ż-żoni ta’ faqar rurali. |
|
1.2. |
Il-KESE huwa konvint li s-suċċess futur tal-Ewropa se jiddependi ħafna minn kif nittrattaw iż-żoni rurali b’mod li jkun f’bilanċ maż-żoni urbani. Il-komunitajiet rurali m’għandhomx ikunu żvantaġġati fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni u l-għażliet għall-użu tal-enerġija, eż. użu neċessarju ta’ karozzi privati minħabba nuqqas ta’ trasport pubbliku. |
|
1.3. |
Ir-rwol tal-komunitajiet lokali għandu jiġi sfruttat biex tinkiseb tranżizzjoni tal-enerġija ġusta flimkien mal-iżvilupp tal-komunità, permezz tal-istabbiliment u l-espansjoni tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini li jinkludu l-kollaborazzjoni volontarja taċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u l-SMEs biex jiġu promossi l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi. |
|
1.4. |
Il-KESE jitlob li jissaħħu l-politiki u l-istrumenti li ġejjin:
|
|
1.5. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tipproponi Digital Rural Act bħala t-tielet komponent tal-Istrateġija Diġitali tal-UE, flimkien mal-Att dwar is-Swieq Diġitali u l-Att dwar is-Servizzi Diġitali. Id-diġitalizzazzjoni se tiftaħ opportunitajiet ġodda, speċjalment għaż-żgħażagħ, u dan jista’ jbiddel ix-xejriet tal-popolazzjoni billi n-nies ikunu jistgħu jaħdmu mid-dar u minn ċentri rurali tax-xogħol. |
|
1.6. |
Il-KESE jenfasizza li sabiex il-pjani għall-irkupru u r-reżiljenza tal-UE jew nazzjonali jibbenefikaw bis-sħiħ mill-kontribut taż-żoni rurali, huwa imperattiv li tiġi żgurata fit-territorju kollu konnettività tal-internet b’veloċità għolja, inklużi ż-żoni b’popolazzjoni baxxa. Il-KESE jħeġġeġ lill-gvernijiet biex jew joħolqu l-kundizzjonijiet għall-operaturi privati biex jipprovdu dan is-servizzi jew jużaw kumpanija tal-istat biex jipprovdu s-servizz. |
|
1.7. |
Il-KESE jqis li l-awtoritajiet tal-gvern u l-fornituri tas-servizzi jeħtieġ li jiżviluppaw applikazzjonijiet faċli għall-utent adattati speċifikament għar-realtajiet tal-istil ta’ ħajja u l-attivitajiet rurali. L-applikazzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji se tnaqqas, pereżempju, il-marka tal-karbonju tal-agrikoltura (biedja ta’ preċiżjoni) u tgħin ittejjeb l-aċċessibbiltà ta’ żoni remoti (drones). Is-settur pubbliku irid jintervjeni jekk is-settur privat jonqos milli jipprovdi dawn is-soluzzjonijiet. |
|
1.8. |
Il-KESE jenfasizza li utenti rurali ta’ etajiet differenti jridu jiġu pprovduti bil-possibbiltajiet ta’ taħriġ xieraq u ta’ titjib tal-ħiliet sabiex jużaw din it-teknoloġija diġitali ġdida. L-inklussività f’żoni żvantaġġati trid tippermetti wkoll aċċess għall-apparat meħtieġ, jew permezz ta’ użu kondiviż jew permezz ta’ sussidju mill-istat għax-xiri tagħhom. |
|
1.9. |
Il-KESE jikkonkludi li l-użu tat-teknoloġiji diġitali fiż-żoni rurali huwa meħtieġ biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni tal-enerġija. Is-sistema tal-enerġija rurali trid tkun deċentralizzata, li timplika ħtieġa kbira għal aktar interkonnessjoni u interkonnessjoni aħjar, li minnha nnifisha tirrikjedi l-użu ta’ teknoloġiji diġitali biex tiġi sodisfatta l-provvista u d-domanda u jiġu żgurati flussi effiċjenti tal-enerġija. L-applikazzjoni diġitali fil-livell rurali se jkollha tkun effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija minħabba r-rata aktar baxxa ta’ utilizzazzjoni u d-densità aktar baxxa tal-popolazzjoni. Il-konnettività tal-IT li tikkonsma ftit enerġija hija essenzjali għaż-żoni rurali. |
|
1.10. |
Il-KESE jenfasizza li, bi 30 % tal-popolazzjoni tal-UE li jgħixu f’żoni rurali, tranżizzjoni ġusta tal-enerġija rurali hija element ewlieni fit-tranżizzjoni ġusta lejn Unjoni Ewropea newtrali għall-klima, sostenibbli u prospera, f’konformità mal-Aġenda Territorjali 2030. |
|
1.11. |
Il-Kummissjoni pproponiet li investiment ta’ 20 % ta’ NextGenerationEU se jkun diġitali. Il-KESE jirrakkomanda li l-Istati Membri kollha jiddedikaw mill-inqas 10 % ta’ dawn il-fondi għad-diġitali rurali mingħajr ma jimponu burokrazija żejda. |
2. It-tranżizzjoni tal-enerġija fiż-żoni rurali
Introduzzjoni
|
2.1. |
Hemm qbil xjentifiku ġenerali li l-aktar mod probabbli li bih l-umanità qed tinfluwenza t-tibdil fil-klima globali huwa permezz tar-rilaxx tad-dijossidu tal-karbonju mill-ħruq tal-fjuwils fossili. |
|
2.2. |
Fil-ktieb tiegħu, The New Climate War, ix-xjenzat tal-klima Michael Mann jgħid li l-pjaneta tagħna issa saħnet fiż-żona ta’ perikolu u li għadna mhux qed nieħdu l-miżuri meħtieġa biex nevitaw l-akbar kriżi globali li qatt iffaċċjajna. |
|
2.3. |
Tibdil perikoluż fil-klima diġà wasal f’ċerti postijiet minħabba l-ibħra li qed jogħlew. Venezja u Miami jiffaċċjaw sfidi sinifikanti f’dan ir-rigward. Ir-reġjun tal-Amażonja ra deforestazzjoni massiva u nixfa kbira kkaġunata mit-tibdil fil-klima. It-tidwib aktar mgħaġġel milli mistenni tal-Għata Polari tas-Silġ fl-Artiku huwa ta’ tħassib kbir. |
|
2.4. |
Hija meħtieġa azzjoni fuq skala globali fost il-partijiet ikkonċernati kollha, sabiex jittieħdu passi immedjati dwar it-tibdil fil-klima, permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. It-tnaqqis rapidu fl-użu tal-fjuwils fossili jrid ikun prijorità immedjata. |
Żoni rurali
|
2.5. |
130 miljun ruħ jew 30 % tal-popolazzjoni tal-UE, jgħixu f’żoni rurali. Iż-żoni rurali huma diversi u influwenzati ħafna mil-lokalità tagħhom. F’ħafna żoni, speċjalment fin-Nofsinhar tal-Ewropa, it-tibdil fil-klima se jżid progressivament l-iskarsezza tal-ilma, jaggrava l-għargħar u jżid l-intensità u l-frekwenza tan-nirien tal-foresti. Fit-Tramuntana tal-Ewropa ż-żieda fix-xita u l-maltempati tista’ u se tikkawża ħsarat sinifikanti u għaljin lill-infrastruttura. Temperaturi ogħla se jintensifikaw iċ-ċiklu tal-ilma u jżidu l-frekwenza ta’ maltempati severi. Dawn iċ-ċirkostanzi juru l-ħtieġa għall-aktar tranżizzjoni enerġetika u diġitali rapida possibbli fiż-żoni rurali. |
|
2.6. |
L-idea tat-tranżizzjoni tal-enerġija rurali ma rċevietx il-livell ta’ attenzjoni li wieħed kien qed jistenna. Dan huwa sorprendenti għaliex ir-riżorsi meħtieġa biex tiġi prodotta l-enerġija rinnovabbli huma marbuta ħafna maż-żoni rurali. Il-maġġoranza tal-infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli, bħal pereżempju t-turbini tar-riħ, l-impjanti solari u tal-bijogass, jinsabu f’żoni rurali. Il-grilji ta’ trażmissjoni huma wkoll karatteristika tal-pajsaġġ rurali. Ħafna abitanti rurali jħossu li dawn l-istrutturi huma imposti fuqhom u li jipprovdu benefiċċju akbar liż-żoni urbani. |
|
2.7. |
Iż-żoni rurali għandhom bżonnijiet differenti u partikolari li jiddependu fuq il-lokalità tagħhom. Iż-żoni rurali jistgħu jiġu nnominati kif ġej:
|
|
2.8. |
Dawn iż-żoni rurali differenti qegħdin jiffaċċjaw ħafna sfidi varjati fl-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija, li tindika l-importanza ta’ tranżizzjoni ġusta sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq. |
|
2.9. |
Ħafna żoni rurali huma fiżikament iżolati bi ftit diversità ekonomika u għandhom densità baxxa tal-popolazzjoni. F’ħafna każijiet, dħul baxx u t-tixjieħ tal-popolazzjoni jżidu l-vulnerabbiltà tal-komunitajiet rurali. Persuni li jgħixu waħedhom f’żoni rurali u iżolati, u li jkollhom ftit interazzjoni soċjali, jistgħu jikkawżaw problemi enormi fl-implimentazzjoni ta’ tranżizzjoni tal-enerġija. Il-faqar enerġetiku huwa problema sinifikanti f’dawn iż-żoni. |
|
2.10. |
It-tnedija tal-miters intelliġenti hija parti essenzjali mit-tranżizzjoni tal-enerġija rurali. Sal-lum, jidher li t-tnedija tal-miters intelliġenti fiż-żoni rurali, kienet pjuttost kajmana. Irridu niżguraw ukoll li unitajiet domestiċi bi dħul baxx u nies b’ħiliet limitati tal-kompjuter, ikunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mill-miters intelliġenti bħala parti minn tranżizzjoni ġusta għall-enerġija, fejn ħadd ma jitħalla lura. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza allokat EUR 25 biljun biex jiġu appoġġjati l-ħiliet diġitali u l-edukazzjoni. Jeħtieġ li l-Istati Membri jiddelimitaw proporzjon adegwat ta’ dan il-fond lejn il-ħiliet diġitali u t-taħriġ fil-litteriżmu għall-persuni rurali. Il-fatt li partijiet tal-Ewropa m’għandhomx l-internet huwa sitwazzjoni intollerabbli u trid tiġi rrimedjata malajr kemm jista’ jkun. |
|
2.11. |
Il-KESE enfasizza fl-Opinjoni tiegħu Lejn strateġija olistika dwar l-iżvilupp rurali/urban sostenibbli (1) li l-politiki dwar l-agrikoltura, l-ikel u dawk rurali għandhom jintrabtu mal-politiki dwar it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità. L-aspett multifunzjonali tal-agrikoltura huwa importanti daqs il-promozzjoni tal-attivitajiet mhux agrikoli, bħal pereżempju, l-istabbiliment tan-negozji fis-settur tas-servizzi tal-enerġija nadifa biex jinħolqu opportunitajiet ta’ xogħol. Jeħtieġ li jiġi esplorat il-potenzjal tal-kummerċ elettroniku. |
|
2.12. |
Il-Komunikazzjoni Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE (2) tinkludi Patt Rurali li fost affarijiet oħra għandu l-għan li jrawwem il-koeżjoni territorjali u joħloq opportunitajiet ġodda li jattiraw negozji innovattivi. L-implimentazzjoni ta’ din il-viżjoni tiffaċilita bil-kbir it-tranżizzjoni tal-enerġija ġusta fiż-żoni rurali. Il-KESE laqa’ dan l-approċċ fl-Opinjoni tiegħu Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE (3). |
Trasport
|
2.13. |
Il-provvista tat-trasport rurali hija kwistjoni ewlenija minħabba s-servizz ta’ kwalità baxxa tat-trasport pubbliku, il-popolazzjoni skarsa u d-distanzi kbar għall-ħwienet u s-servizzi. Barra minn hekk, in-nies rurali li jaħdmu f’ċentri urbani, ta’ spiss ikollhom ikopru distanzi twal ta’ vjaġġar lejn il-postijiet tax-xogħol tagħhom. |
|
2.14. |
Hemm bżonn ta’ ppjanar lokali u nazzjonali sabiex tiġi pprovduta sistema ta’ trasport multimodali għat-tranżizzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Sistema bħal din trid tipprovdi għażliet u alternattivi għat-trasport tal-persuni u t-trasport tal-merkanzija. |
|
2.15. |
It-trasport tal-merkanzija fiż-żoni rurali jeħtieġ attenzjoni speċifika fir-rigward tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Pereżempju, il-kunsinni tal-provvisti għall-irziezet u l-ġbir tal-prodotti agrikoli jridu jkunu parti importanti mill-ippjanar għat-tranżizzjoni tal-enerġija. Vetturi tqal tal-merkanzija li jaħdmu bl-elettriku u vetturi tqal tal-merkanzija li jaħdmu bl-idroġenu jridu jkunu l-għan li jrid jintlaħaq. Fi żmien qasir, il-bijokarburanti sostenibbli u l-vetturi ibridi jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
|
2.16. |
L-espansjoni kbira tax-xiri online, speċjalment fiż-żoni rurali, tindika l-importanza tal-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-vannijiet tal-kunsinna. L-użu tal-vannijiet li jaħdmu bl-elettriku jkun konvenjenti għal dan l-iskop, ladarba tkun stabbilita infrastruttura adegwata għall-iċċarġjar. Barra minn hekk, il-kumpaniji tal-kurrieri jeħtieġ li jiffinanzjaw ix-xiri ta’ vannijiet li jaħdmu bl-elettriku. Il-prijorità immedjata hija li jibdew jitnaqqsu l-emissjonijiet b’kull mod possibbli. |
|
2.17. |
Jeħtieġ li tiġi prijoritizzata provvista aħjar tat-trasport pubbliku fiż-żoni rurali, li tinkludi emissjonijiet imnaqqsa tal-gassijiet serra u l-inklużjoni soċjali u li tippermetti opportunitajiet ta’ żvilupp rurali. It-trasport pubbliku rurali jrid jitqies bħala ben pubbliku fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-enerġija u għalhekk, hemm il-bżonn ta’ finanzjament pubbliku li jippromovi u jiffaċilita t-trasport pubbliku sostenibbli. |
|
2.18. |
Il-karozzi privati huma kkunsidrati bħala mezz indispensabbli tat-trasport rurali peress li l-għajxien rurali ma jkunx prattiku mingħajrhom. Il-prijorità trid tkun li r-residenti rurali jiġu megħjuna u mħeġġa jnaqqsu l-użu tal-karozzi privati meta jkun possibbli u biex ibiddluhom ma’ vetturi b’emissjonijiet baxxi kemm jista’ jkun malajr. L-għajnuna finanzjarja għall-promozzjoni tax-xiri ta’ vetturi elettriċi għandha tkun għan ewlieni għat-tranżizzjoni tal-enerġija fiż-żoni rurali. |
|
2.19. |
Il-ħżin tal-batterija huwa mezz effettiv għall-iċċattjar tal-kurva tad-domanda netta għall-elettriku rinnovabbli. L-użu mifrux ta’ vetturi elettriċi jista’ jgħin f'dan ir-rigward. Meta l-vetturi elettriċi jkunu ffaċilitati biex jibagħtu l-elettriku lura fil-grilja, il-flotta elettrika tkun tista’ taġixxi bħala assi tal-ħżin tal-batterija flimkien ma’ forom oħra ta’ ħżin tal-batterija. Irid ikun finanzjarjament attraenti għall-konsumaturi li jirritornaw l-elettriku lejn il-grilja mill-vetturi elettriċi kif deskritt fl-Opinjoni tal-KESE dwar ir-Regolament dwar il-varar ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (4). |
It-turiżmu
|
2.20. |
Iż-żoni rurali ta’ spiss jiddependu mit-turiżmu u jqisuh bħala sors importanti ta' introjtu. Għalhekk, iż-żoni rurali jeħtieġ li jkollhom infrastruttura adegwata ta’ fjuwils alternattivi biex tinkoraġġixxi l-industrija tat-turisti filwaqt li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi jridujitħeġġu jimxu lejn vetturi b’emissjonijiet baxxi u preferibbilment lejn vetturi elettriċi. It-tranżizzjoni tal-enerġija fiż-żoni rurali teħtieġ azzjoni sabiex jiġi ffaċilitat introjtu akbar mit-turiżmu. |
L-elettriku minn sorsi rinnovabbli
|
2.21. |
L-elettriku minn sorsi rinnovabbli, bħal pereżempju r-riħ, ix-xemx u l-bijogass, hija komponent ewlieni tal-pajsaġġ rurali. L-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni fost l-Istati Membri trid tippromovi u tipproteġi l-interessi tal-prosumaturi u timmotiva l-investimenti fl-infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli. Il-kapaċità li tinbiegħ l-enerġija prodotta lura lill-grilja nazzjonali trid tkun possibbli fl-Istati Membri kollha. Għandu jkun hemm skemi adegwati ta’ kumpens bejn l-enerġija rinnovabbli prodotta mill-prosumaturi u l-enerġija kkunsmata biex tiġi żgurata l-indipendenza enerġetika taż-żoni rurali. |
|
2.22. |
L-irkanti reċenti għall-akkwist ċentralizzat tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli saru dejjem aktar mifruxa u rnexxielhom f’ħafna każijiet inaqqsu l-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-faċilitajiet eoliċi u solari. Ġeneralment, l-iżvilupp tal-elettriku fiż-żoni rurali huwa primarjament marbut mad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija u ma hemmx sinerġiji mal-għanjiet tal-iżvilupp rurali. L-abitanti taż-żoni rurali spiss joġġezzjonaw għal żviluppi bħal dawn peress li jipprevedu ftit benefiċċji għall-komunità lokali. |
|
2.23. |
Jeħtieġ li l-kooperattivi u organizzazzjonijiet oħra bbażati lokalment ikunu involuti fi qbil dwar postijiet għal faċilitajiet tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, kemm fuq l-art kif ukoll fir-reġjuni kostali. Jeħtieġ li l-komunitajiet lokali jkollhom ishma azzjonarji u li jiksbu benefiċċju lokali minn tali faċilitajiet. |
|
2.24. |
F’dawn il-proġetti kbar, l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli huwa primarjament marbut mad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija u ftit hemm tħassib għall-iżvilupp rurali. Il-parks eoliċi ta’ skala żgħira, diġesturi tax-xemx u anaerobiċi żgħar operati minn kooperattivi u n-nies lokali jistgħu jkunu mmirati aktar lejn l-iżvilupp rurali, kif ukoll lejn l-inklużjoni soċjali u ekonomika tal-komunitajiet rurali. Hemm bżonn li jintlaħaq bilanċ fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ sistemi. Il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini jipprovdu mod kif tinkiseb tranżizzjoni tal-enerġija ġusta flimkien mal-iżvilupp tal-komunità. |
|
2.25. |
Studju partikolari fl-Iżvezja rurali (Ejdemo u Söderholm, 2015) sab li, minħabba n-nuqqas ta’ skemi ta’ benefiċċji tal-komunità, l-opportunitajiet ta’ impjieg kienu modesti ħafna fil-kuntest tal-iżvilupp rurali. |
|
2.26. |
Komunità tal-enerġija taċ-ċittadini hija entità legali fejn iċ-ċittadini, l-SMEs u l-awtoritajiet lokali jingħaqdu bħala utenti finali sabiex jikkooperaw fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Eżempju bħal dan hija l-Muniċipalità ta’ Feldheim, (raħal żgħir fil-Lbiċ ta’ Berlin) li saret awtosuffiċjenti fl-enerġija. Huma installaw turbini eoliċi fil-btieħi tagħhom kif ukoll grilja indipendenti. Ir-residenti jħallsu prezzijiet minimi għall-elettriku. L-istabbiliment tal-impjant tal-bijogass ippermetta lir-raħal jistabbilixxi network ta’ tisħin distrettwali. Dan huwa eżempju eċċellenti ta’ komunità b’enerġija rinnovabbli li qed topera. Juri wkoll li approċċ minn isfel għal fuq huwa vitali għall-futur taż-żoni rurali (5). |
|
2.27. |
Ir-reazzjoni għad-domanda tmexxi l-konsum elettriku lejn perjodi ta’ żmien fejn is-sistema tkun tista’ tlaħħaq mad-domanda. Irridu niċċattjaw il-kurva tad-domanda netta tal-elettriku matul il-perjodi tal-ogħla domanda, sabiex nevitaw il-qtugħ tal-elettriku hekk kif ikun qed jiġi prodott aktar elettriku ekoloġiku. L-użu tal-ħżin tal-batteriji, il-ħżin idroelettriku u l-elettrifikazzjoni intelliġenti se jipprovdu flessibbiltà fl-iċċattjar tal-kurva tad-domanda netta. |
|
2.28. |
Waqt taħdidiet f’Dublin mal-parlamentari Irlandiżi, il-Kummissarju għall-Enerġija, Kadri Simson, qalet li l-gwerra fl-Ukrajna ġiegħlet lil Brussell tagħmel iktar u b’mod iktar rapidu biex ittemm l-importazzjonijiet tal-fjuwil mir-Russja. Hija qalet li, skont proposti li għad iridu jiġu miftiehma, l-UE se timmira li jkollha 45 % tal-konsum tal-enerġija tagħha minn sorsi rinnovabbli sal-2030. Din se tkun żieda mill-mira attwali ta’ 32 % u aktar mid-doppju tas-sehem ta’ 22 % fl-2020. Il-KESE japprova din il-mira l-ġdida iżda jwissi li din tista’ tinkiseb biss billi jiġi promoss investiment ġdid u akbar fit-tranżizzjoni tal-enerġija rurali. |
|
2.29. |
Ir-riħ mhux dejjem jonfoħ, u għalhekk hemm bżonn ta’ sistema ta’ riżerva. L-idroġenu ekoloġiku jista’ jipprovdi riżerva biex jissodisfa d-domanda varjata għall-elettriku u jista’ jinħażen sakemm ikun meħtieġ. |
L-agrikoltura
|
2.30. |
L-attività agrikola hija ċentrali għall-iżvilupp u l-prosperità tal-biċċa l-kbira taż-żoni rurali. Dan is-settur tal-ekonomija rurali qed jiffaċċja sfidi enormi fil-kisba tat-tranżizzjoni tal-enerġija. |
|
2.31. |
Ma sarx ħafna xogħol biex titnaqqas l-impronta tal-karbonju tal-makkinarji agrikoli. |
|
2.32. |
Fil-futur immedjat, jidher li l-użu ta’ bijokarburant sostenibbli se jipprovdi l-aħjar possibbiltà biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, peress li jistgħu jintużaw il-makkinarji eżistenti, jekk ikunu modifikati b’mod xieraq. |
|
2.33. |
Il-bijokarburanti sostenibbli mhumiex irħas biex jiġu manifatturati u jistgħu jkunu aktar mid-doppju tal-prezz tad-diżil. Huwa possibbli li dawn il-prezzijiet jonqsu ftit maż-żmien. |
|
2.34. |
Fil-futur, meta l-makkinarji agrikoli li jaħdmu bl-elettriku jsiru aktar disponibbli, se jkun possibbli li l-emissjonijiet jitnaqqsu b’mod sinifikanti. |
|
2.35. |
L-agrikoltura hija l-aktar intrapriża ta’ profitt baxx u għal din ir-raġuni, il-kostijiet kapitali għat-tibdil tal-makkinarji li jaħdmu bl-elettriku jkunu estremament diffiċli biex jiġu ffinanzjati. Li tingħeleb il-problema tal-finanzjament għat-tibdil tal-makkinarji li jaħdmu bl-elettriku jew bl-idroġenu, se tkun il-kwistjoni ewlenija fit-tranżizzjoni tal-enerġija taż-żoni rurali. |
|
2.36. |
L-użu tal-pannelli solari fuq il-bini tal-irziezet jista’ jippermetti lill-bdiewa jużaw elettriku ekoloġiku u, peress li l-biedja hija settur li juża ħafna elettriku, dan ikun vantaġġ sinifikanti fit-tranżizzjoni tal-enerġija. Kull eċċess jista’ jerġa’ jinbiegħ lura lill-grilji. |
|
2.37. |
L-agrikoltura ta’ preċiżjoni hija approċċ immexxi mid-data għall-immaniġġjar tal-irziezet li jista’ jtejjeb il-produzzjoni u r-rendimenti u jnaqqas l-impronta tal-karbonju tal-biedja. Dan huwa possibbli minħabba l-avvanzi fit-teknoloġija diġitali b’sistemi ta’ telerilevament, ta’ GPS u ta’ stering bis-satellita għat-tratturi. Dan kollu se jkun importanti għat-tranżizzjoni tal-enerġija fil-biedja flimkien mar-rekwiżit għall-investiment, it-taħriġ u t-titjib tal-ħiliet. |
|
2.38. |
Il-bdiewa jista’ jkollhom opportunitajiet li jbigħu l-elettriku żejjed lill-grilja peress li l-bdiewa produtturi tal-ħalib u ċ-ċanġa għandhom soqfa estensivi fl-irziezet tagħhom. Ċerti bdiewa jista’ jkollhom l-opportunità li jsiru msieħba fl-istabbiliment tal-impjanti tal-bijomassa u jbigħu l-gass lill-grilja tal-gass. L-użu ta’ residwi tal-foresti fl-impjanti tal-bijomassa huwa importanti sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-foresti f’dawk iż-żoni fejn tali materjali huma disponibbli. |
|
2.39. |
Il-konsegwenzi tal-gwerra tal-Ukrajna jżidu l-ħtieġa li tiġi analizzata mill-ġdid is-sigurtà tal-ikel fl-UE. Bħala prijorità, l-art trid tintuża għall-produzzjoni tal-ikel. M’għandux ikun hemm kompetizzjoni għall-installazzjoni ta’ pannelli fuq skala industrijali u għall-produzzjoni tal-bijomassa għall-enerġija rinnovabli; pjuttost dan għandu jkun komplementari. |
Il-bijometan
|
2.40. |
Il-bijometan huwa bijogass li minnu tneħħew id-diossidu tal-karbonju, is-sulfur tal-idroġenu u l-ilma; dan imbagħad jista’ jiġi injettat direttament fil-grilja tal-gass jew użat f’vettura li taħdem bil-gass. |
|
2.41. |
Huwa neċessarju li d-diġesturi anaerobiċi jiġu stabbiliti f’post qrib provvista adegwata ta’ demel likwidu. Jista’ jintuża wkoll l-eċċess ta’ silaġġ tal-ħaxix u ta’ silaġġ tal-qamħirrum, diment li ma jkunx f’kunflitt mal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf. |
|
2.42. |
Hemm bżonn ta’ aktar riċerka biex tittejjeb l-effiċjenza tad-diġesturi anaerobiċi u biex titnaqqas l-ispiża assoċjata mal-proċess. |
|
2.43. |
Huwa neċessarju li jiġi promoss l-użu tad-diġesturi anaerobiċi u ffinanzjat fl-ambitu tat-tranżizzjoni tal-enerġija fiż-żoni rurali. |
|
2.44. |
L-enerġija mill-bijomassa tista’ tintuża biex tiġi prodotta s-sħana jew jiġi ġġenerat l-elettriku. Il-bijomassa se jkollha rwol vitali fil-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli. |
Id-djar rurali
|
2.45. |
Ħafna unitajiet domestiċi rurali għandhom il-possibbiltà li jinstallaw teknoloġiji tal-mikroġenerazzjoni bħal pereżempju l-pannelli solari u t-turbini eoliċi żgħar, bil-possibbiltà li jbigħu kwalunkwe provvista żejda lura fil-grilja. |
|
2.46. |
L-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jeħtieġu assistenza finanzjarja sabiex jinstallaw il-faċilitajiet tal-mikroġenerazzjoni. Din tippermetti tranżizzjoni sinifikanti tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi rurali. |
|
2.47. |
Djar rurali huma ġeneralment inqas iżolati tajjeb u inqas effiċjenti fl-enerġija meta mqabbla mad-djar urbani. Ħafna minn dawn id-djar rurali huma bini waħdu f’siti esposti għat-temp. |
|
2.48. |
Programm ta’ investiment kbir għall-modernizzazzjoni tad-djar rurali sabiex itejjbu l-iżolazzjoni u l-effiċjenza enerġetika huwa meħtieġ fl-ambitu tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Investiment bħal dan se jkun pass kbir ’il quddiem fit-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u fid-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin tad-djar rurali. Se tkun neċessajra skema ta’ għajnuna minħabba li l-kostijiet kapitali ta’ skema prinċipali ta’ rinnovazzjoni huma għoljin ħafna. L-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u dawk li qedgħin jesperjenzaw il-faqar enerġetiku se jkollhom bżonn għajnuna speċjali sabiex tinkiseb tali tranżizzjoni. |
3. It-tranżizzjoni diġitali fiż-żoni rurali
|
3.1. |
Fl-2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-viżjoni tagħha għat-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa sal-2030. L-ewwel nett enfasizzat il-ħtieġa għal proposti leġiżlattivi tal-Att dwar is-Swieq Diġitali u tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali sabiex jiġi żgurat spazju diġitali aktar sikur, fejn id-drittijiet fundamentali tal-utenti jkunu protetti, u sabiex jistabbilixxu kundizzjonijiet ekwi għan-negozji Ewropej fid-dinja diġitali. |
|
3.2. |
Sabiex tiġi mitmugħa popolazzjoni dinjija li qed tikber bl-inqas impatt ambjentali possibbli u biex tiġi promossa n-newtralità tal-karbonju, hemm bżonn ta’ infrastrutturi diġitali u teknoloġiċi f’żoni rurali li jippermettu użu effiċjenti u preċiż tar-riżorsi fl-agrikoltura. Madankollu, minkejja l-fatt li 30 % tal-popolazzjoni tal-Ewropa tgħix f’żoni rurali, u li dawn iż-żoni jammontaw għal 80 % tat-territorju tas-27 Stat Membru, id-diġitalizzazzjoni tiffaċċja diffikultajiet akbar fiż-żoni rurali li jekk ma jiġux indirizzati se jimminaw l-ambizzjonijiet diġitali tal-Ewropa. Il-qafas leġiżlattiv Ewropew għad-Digital Rural Act huwa mfassal biex jindirizza dawn id-diffikultajiet billi jippromovi:
|
|
3.3. |
Id-Diġital Rural Act, bħala mekkaniżmu leġiżlattiv tal-Kummissjoni Ewropea, se jistabbilixxi, bħall-Att dwar is-Swieq Diġitali u l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, sett ta’ regoli, obbligi u responsabbiltajiet bil-għan li jiġi żgurat li ż-żoni rurali Ewropej ikollhom aċċess għal sensiela ta’ inizjattivi, għodod u forom ta’ aċċess li, minħabba d-densità baxxa tal-popolazzjoni, mhumiex ekonomikament favorevoli għall-investiment privat. B’dan il-mod, id-Digital Rural Act se jiżgura l-implimentazzjoni tad-diġitalizzazzjoni fiż-żoni rurali f’każijiet fejn il-ħtieġa tagħha tkun inversament proporzjonali għar-reditti finanzjarji miksuba. |
|
3.4. |
Finalment, id-Digital Rural Act se jkun il-prekursur ewlieni għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u n-newtralità tal-karbonju tal-Ewropa fl-2050, peress li t-tranżizzjoni għal sistema tal-ikel ġusta, bnina u favur l-ambjent se tkun possibbli biss jekk it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni jkunu disponibbli u aċċessibbli għad-dinja agrikola u rurali. |
|
3.5. |
Kif ġie enfasizzat fl-Opinjoni Intejbu l-livell tal-inklużività, is-sigurtà u l-affidabbiltà tad-diġitalizzazzjoni għal kulħadd (6), l-importanza tad-diġitalizzazzjoni ma tistax tiġi sottovalutata, peress li tista’ “(t)appoġġja wkoll aktar mobbiltà fis-suq tax-xogħol, it(t)ejjeb il-produttività u l-flessibbiltà fuq il-post tax-xogħol u (t)ippermetti l-integrazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata meta l-ħaddiema jaħdmu mill-bogħod mid-dar”. Biex dan iseħħ, huwa meħtieġ sett komprensiv ta’ ħiliet diġitali, irrispettivament minn jekk il-ħaddiema jgħixux f’żoni urbani jew rurali. Madankollu, jeżistu ostakli multidimensjonali addizzjonali f’postijiet remoti. Għalhekk, il-KESE jitlob li l-aġenda ddedikata għall-ħiliet diġitali tappoġġja liċ-ċittadini Ewropej li jgħixu f’żoni rurali. Dan l-approċċ, li għandu jiġi rappreżentat fil-qalba tad-Digital Rural Act, għandu fl-istess ħin jgħin biex jitnaqqas id-distakk diġitali u biex jinkisbu l-benefiċċji tat-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Opinjoni tal-KESE Lejn strateġija olistika dwar l-iżvilupp rurali/urban sostenibbli (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 49).
(2) COM(2021) 345.
(3) Opinjoni tal-KESE Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE (ĠU C 290, 29.07.2022, p. 137).
(4) Opinjoni tal-KESE dwar ir-Regolament dwar il-varar ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, (ĠU C 152, 6.4.2022, p. 138).
(5) ERP WORKSHOP REPORT Workshop 21.
(6) Opinjoni tal-KESE Intejbu l-livell tal-inklużività, is-sigurtà u l-affidabbiltà tad-diġitalizzazzjoni għal kulħadd (ĠU C 374, 16.9.2021, p. 11).
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/67 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-investiment pubbliku fl-infrastruttura tal-enerġija bħala parti mis-soluzzjoni għal kwistjonijiet klimatiċi”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 486/10)
|
Relatur: |
Thomas KATTNIG |
|
Korelatur: |
Lutz RIBBE |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
20.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
7.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
22.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
162/7/8 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-konsegwenzi tal-kriżi tal-klima qed ikollhom impatt kbir ħafna fuq l-Ewropa u d-dinja. Għalkemm l-opportunitajiet disponibbli għal adattament effettiv għat-tibdil fil-klima żdiedu f’dawn l-aħħar snin, l-esperti jirrimarkaw li mhemmx biżżejjed mobilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, hemm nuqqas ta’ impenn min-naħa taċ-ċittadini u tas-settur privat, u nuqqas ta’ tmexxija politika. |
|
1.2. |
Sabiex tiġi ssodisfata d-domanda dejjem tikber għall-elettriku u biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tagħna, għandna nirduppjaw l-investiment fil-grilja elettrika għal EUR 55 biljun fis-sena u nżidu l-baġit għall-bini tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni nadifa għal EUR 75 biljun fis-sena (1). F’dan l-isfond, l-investiment pubbliku f’sistemi tal-enerġija intelliġenti u rinnovabbli u fl-infrastruttura tal-ħżin huwa ta’ importanza kbira sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista, jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku, il-prezzijiet ikunu għal but ta’ kulħadd u jinħolqu l-impjiegi. |
|
1.3. |
Il-KESE jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni biex jitħaffu u jiġu ssemplifikati l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għall-enerġija rinnovabbli u biex jiġu identifikati l-hekk imsejħa “żoni deżinjati” (go-to areas) għal proġetti bħal dawn. Hemm potenzjal sinifikanti għal tranżizzjoni tal-enerġija aktar rapida. Huwa aktar u aktar importanti li jiġi definit b’mod kemm jista’ jkun konkret liema semplifikazzjonijiet japplikaw fl-hekk imsejħa “żoni deżinjati”. |
|
1.4. |
Il-liġi Ewropea dwar l-enerġija ma tirrikonoxxix il-ħarsien tal-klima bħala objettiv tar-regolazzjoni tal-grilja. Minħabba dan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jsibuha wkoll diffiċli biex jipprovdu inċentivi għall-konverżjoni, l-espansjoni u l-modernizzazzjoni tal-grilji tad-distribuzzjoni tal-elettriku li jissodisfaw ir-rekwiżiti tan-newtralità klimatika. |
|
1.5. |
Fir-rigward tat-tfassil futur tas-sistemi u tal-infrastrutturi tal-enerġija, il-KESE saħaq kemm-il darba fuq il-ħtieġa li l-konsumaturi kollha, jiġifieri l-unitajiet domestiċi, in-negozji u l-komunitajiet tal-enerġija, ikunu involuti b’mod attiv fl-iżvilupp ta’ sistemi tal-enerġija intelliġenti u li jridu jiġu stabbiliti inċentivi sabiex is-soċjetà ċivili tkun tista’ tipparteċipa fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, imma anke biex tkun tista’ tipparteċipa fl-iffinanzjar tagħha. |
|
1.6. |
Ir-rata ta’ investiment pubbliku tal-UE fit-teknoloġiji tal-enerġija nadifa meħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni hija l-aktar waħda baxxa mill-ekonomiji ewlenin u tipperikola l-kompetittività tal-UE. L-investiment mill-kumpaniji tal-elettriku ilu jonqos mill-bidu tal-liberalizzazzjoni. Dan it-tnaqqis fl-investimenti wassal għal nuqqasijiet ta’ provvista u qed ifixkel l-espansjoni ulterjuri tal-enerġiji rinnovabbli. Għalhekk, il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li jintużaw il-pjani ta’ rkupru u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll finanzjament addizzjonali mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-iżvilupp reġjonali u l-fondi tal-politika agrikola tal-UE għall-implimentazzjoni tal-pjan REPowerEU. |
|
1.7. |
Id-disinn u r-regolamentazzjoni tas-suq iridu jiġu adattati għar-realtajiet il-ġodda fejn l-enerġiji rinnovabbli se jkunu dominanti (inklużi aktar produzzjoni deċentralizzata u żieda fil-konsum fuq il-post). Għandhom joħolqu wkoll il-kundizzjonijiet meħtieġa għad-diversi atturi involuti, u jiżguraw protezzjoni adegwata tal-konsumatur. Il-KESE jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li teżamina l-alternattivi tal-ottimizzazzjoni tad-disinn tas-suq tal-elettriku u jappoġġja bil-qawwa l-valutazzjonijiet tas-suq li janalizzaw l-imġiba tal-atturi potenzjali kollha fis-suq tal-enerġija u d-disinn tas-suq tal-elettriku. Fi kwalunkwe każ, il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ valutazzjoni tal-impatt komprensiva qabel titressaq kwalunkwe proposta. |
|
1.8. |
Il-KESE jirrakkomanda għal darba oħra r-“regola tad-deheb” għall-investimenti pubbliċi, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-produttività u l-bażi soċjali u ekoloġika għall-benesseri tal-ġenerazzjonijiet futuri. |
|
1.9. |
Il-finanzjament imħallat li jinvolvi investituri privati huwa biss opzjoni jekk jiġi żgurat li l-allokazzjonijiet ikunu trasparenti, u li ma jkun hemm l-ebda spiża addizzjonali mhux ġustifikata għall-awtoritajiet pubbliċi meta mqabbel mal-finanzjament pubbliku. Għandu jkun hemm trasparenza sħiħa fir-rigward tal-ispejjeż addizzjonali ġustifikati. Huwa ferm aktar importanti li, fir-rigward ta’ tali mudelli ta’ taħlit, jiġu ddefiniti b’mod ċar id-drittijiet u l-obbligi, iċċarati kwistjonijiet ta’ responsabbiltà, u tiġi prevista sistema effiċjenti u rapida ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti sabiex jiġu evitati spejjeż addizzjonali fit-tul u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà negattiva. |
|
1.10. |
Il-KESE jenfasizza li t-“tranżizzjoni ġusta” mhijiex biss kwistjoni ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni. Din tinkludi wkoll l-għan li jinħoloq xogħol deċenti u impjiegi ta’ kwalità għolja u sigurtà soċjali, li tinżamm il-kompetittività tan-negozji Ewropej, u tirrikjedi miżuri speċjali fil-livelli kollha, b’mod partikolari dawk reġjonali. |
|
1.11. |
Il-KESE huwa konvint li għandha tingħata attenzjoni partikolari għad-definizzjoni tal-iżvilupp tal-grilja bħala interess pubbliku prevalenti, inkluża l-protezzjoni tal-klima bħala objettiv regolatorju u, b’mod aktar ġenerali, is-sinkronizzazzjoni aktar effettiva tal-ippjanar ta’ enerġiji rinnovabbli u l-grilja tal-elettriku. Hemm ħtieġa urġenti għal dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi tal-UE. |
|
1.12. |
L-iżviluppi tal-aħħar għaxar snin, iż-żieda kbira ħafna fil-prezzijiet tal-enerġija, l-isfidi tal-espansjoni tal-grilja, il-periklu tal-attakki ċibernetiċi u, fl-aħħar iżda mhux l-anqas, il-gwerra fl-Ukrajna juru b’mod ċar x’inhu l-element fundamentali: jiġifieri l-kwistjoni ta’ min se jkollu kontroll fuq infrastrutturi ċentrali bħalma huma l-grilja tal-enerġija fil-futur. Għalhekk hemm primarjament interess pubbliku. Konsegwentement, dan jirrikjedi sjieda pubblika li tkun impenjata għall-ġid komuni u li telimina l-inugwaljanzi eżistenti. |
|
1.13. |
Il-kwistjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-sjieda pubblika u privata u/jew tal-finanzjament privat tal-infrastruttura tal-enerġija għal suq tal-enerġija li jiffunzjona tajjeb hija bla dubju importanti u għandha tiġi eżaminata fil-valutazzjoni ppjanata tal-Kummissjoni tal-alternattivi ta’ ottimizzazzjoni tad-disinn tas-suq tal-enerġija. Ir-riżultati ta’ tali analiżi jistgħu jservu bħala għodda siewja għat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-Istati Membri, li huma responsabbli biex jiddeċiedu dwar is-sjieda pubblika jew privata tal-infrastrutturi tal-enerġija. Fil-fehma tal-KESE, l-elettriku mhuwiex biss komodità strateġika kruċjali għall-ekonomija kollha tal-UE, iżda wkoll ben pubbliku. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tanalizza fid-dettall l-impatt u l-konsegwenzi tal-proċess kollu tal-privatizzazzjoni u l-liberalizzazzjoni tas-settur tal-enerġija Ewropew fir-rigward tal-istabbiltà tiegħu, l-affidabbiltà tal-provvista u l-funzjonament tas-suq tal-elettriku, u biex ir-riżultati jissarrfu fi tfassil mill-ġdid tas-settur tal-enerġija kollu, inklużi opzjonijiet biex isaħħu r-rwol tas-setturi nazzjonali u pubbliċi. |
2. Sfond
|
2.1. |
Il-konsegwenzi tal-kriżi tal-klima diġà qed jaffettwaw biljuni ta’ nies madwar id-dinja, iżda wkoll l-ekosistemi, kif juru biċ-ċar l-aħħar rapporti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC). Dan minkejja l-fatt li ż-żieda fit-temperatura għadha ma laħqitx il-mira ta’ 1,5 grad stabbilita f’Pariġi. Kwistjoni ta’ tħassib partikolari hija l-fatt li dawk is-sistemi u l-gruppi li se jintlaqtu l-aktar mis-sħana, min-nixfa, mill-għargħar, mill-mard, min-nuqqas ta’ ilma u ta’ ikel spiss ikollhom l-inqas riżorsi biex jindirizzaw dawn il-problemi. |
|
2.2. |
L-opportunitajiet disponibbli għal adattament effettiv għat-tibdil fil-klima żdiedu f’dawn l-aħħar snin. Madankollu, il-miżuri implimentati u ppjanati f’ħafna partijiet tal-Ewropa ma humiex sodisfaċenti. L-esperti jirrimarkaw li hemm mobilizzazzjoni insuffiċjenti tar-riżorsi finanzjarji, impenn insuffiċjenti min-naħa taċ-ċittadini u tas-settur privat, u nuqqas ta’ tmexxija politika. |
|
2.3. |
Il-fatt li ammonti kbar ta’ flus bħalissa qed isiru disponibbli malajr għal skopijiet militari fl-Ewropa, minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, iqajjem il-biża’ li r-riżorsi finanzjarji jiġu marbutin u li minħabba dan jista’ jkun hemm dewmien biex tittieħed azzjoni dwar il-klima. Għalhekk, il-KESE jilqa’ l-miżuri u l-istrumenti mħabbra mill-Kummissjoni fil-pjan REPowerEU (2) biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE mill-fjuwils fossili, b’mod partikolari dawk mir-Russja, billi jittieħdu miżuri għall-iffrankar tal-enerġija, titħaffef it-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli, tiġi promossa d-diversifikazzjoni tal-fornituri u jingħaqdu l-isforzi biex tinkiseb sistema tal-enerġija aktar reżiljenti u Unjoni tal-Enerġija ġenwina. |
|
2.4. |
Sabiex jintlaħqu l-miri tal-klima, il-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli trid tkun aktar mid-doppju. Anke llum, f’pajjiżi kbar bħall-Ġermanja, l-ispejjeż tal-elettriku ekoloġiku li ma jistax jintuża jew jiġi ttrasportat u li jrid jiġi regolat jammontaw għal diversi mijiet ta’ miljuni ta’ euro fis-sena. Dan it-telf ekonomiku se jiżdied ħafna drabi jekk il-grilji elettriċi u l-kapaċitajiet tal-ħżin ma jiġux estiżi malajr u, fl-istess ħin, jittejbu l-possibbiltajiet għall-użu tal-elettriku direttament fuq il-post. Huwa importanti li, fl-ippjanar u r-regolamentazzjoni tan-networks, l-iżvilupp tan-networks tal-enerġija jiġi allinjat mal-objettiv tan-newtralità klimatika. In-networks ta’ distribuzzjoni jaqdu rwol kruċjali f’dan ir-rigward; dan għaliex il-biċċa l-kbira tal-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli huma konnessi hawnhekk. |
|
2.5. |
Sabiex jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti, l-investimenti fil-grilja elettrika jeħtieġ li jiġu rduppjati għal EUR 55 biljun fis-sena, u l-fondi għall-bini ta’ kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni nadifa jeħtieġ li jiżdiedu għal EUR 75 biljun fis-sena (3). F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza l-valur miżjud tal-proposti tal-Kummissjoni għal proċeduri rapidi ta’ awtorizzazzjoni għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli u l-istabbiliment tal-hekk imsejħa “żoni deżinjati” għal tali proġetti. Il-KESE jappoġġja t-tħaffif u s-semplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-grilji tad-distribuzzjoni, peress li dan huwa fejn ġeneralment isir il-feed-in tal-enerġija rinnovabbli. |
|
2.6. |
F’dan l-isfond, l-investiment pubbliku f’sistemi tal-enerġija intelliġenti u rinnovabbli huwa ta’ importanza kbira biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista, jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku, il-prezzijiet ikunu għal but ta’ kulħadd u jinħolqu l-impjiegi. Ma hemm l-ebda dubju li t-trasformazzjoni ekoloġika fis-sens tal-Patt Ekoloġiku Ewropew se jkollha impatt kbir ħafna fuq is-sitwazzjoni tal-impjiegi fis-setturi tal-enerġija b’intensità qawwija ta’ karbonju. Fl-istess ħin, se tinħoloq firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg permezz ta’ espansjoni sinifikanti tal-investiment pubbliku f’sistemi ta’ enerġija newtrali għall-klima. Dan jirrikjedi marġini baġitarji korrispondenti permezz ta’ riforma tal-qafas fiskali kif propost mill-KESE fl-Opinjoni fuq inizjattiva tiegħu dwar “Riforma tal-qafas fiskali tal-Unjoni Ewropea għal irkupru sostenibbli u tranżizzjoni ġusta” ta’ Ottubru 2021. |
|
2.7. |
Sa issa, il-liġi Ewropea dwar l-enerġija ma tirrikonoxxix il-ħarsien tal-klima bħala objettiv tar-regolazzoni tal-grilja. Minħabba dan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jsibuha wkoll diffiċli biex jipprovdu inċentivi għall-konverżjoni, l-espansjoni u l-modernizzazzjoni tal-grilji tad-distribuzzjoni tal-elettriku li jissodisfaw ir-rekwiżiti tan-newtralità klimatika. |
|
2.8. |
Fir-rigward tat-tfassil futur tas-sistemi u tal-infrastrutturi tal-enerġija, il-KESE jisħaq kemm-il darba fuq il-ħtieġa li l-konsumaturi kollha, jiġifieri l-unitajiet domestiċi, in-negozji u l-komunitajiet tal-enerġija, ikunu involuti b’mod attiv fl-iżvilupp ta’ sistemi tal-enerġija intelliġenti. Sfortunatament, saru biss wegħdiet, imma ma kien hemm l-ebda inizjattiva partikolari f’dan ir-rigward. Fl-aħħar nett, il-KESE jitlob li jkun hemm inċentivi biex jimmobilizzaw il-prosumaturi, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jew il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, sabiex is-soċjetà ċivili tkun tista’ tipparteċipa fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u l-konsumaturi jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq. Dan jista’ wkoll itaffi l-problema tal-ispejjeż li dejjem qed jiżdiedu b’rabta mat-tnaqqis tal-enerġija rinnovabbli minħabba l-konġestjoni fil-grilja. |
|
2.9. |
Il-KESE huwa favur li r-regoli Ewropej dwar in-Network Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E) jiġu adattati aktar għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, u li b’mod partikolari jiġu kkombinati flimkien id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema enerġetika, it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, u l-prevenzjoni tar-riskju ta’ prekarjetà enerġetika. Peress li n-networks tal-enerġija jaqdu rwol essenzjali fl-iżgurar tal-bilanċ, ir-reżiljenza u l-iżvilupp tas-sistema enerġetika, il-KESE jitlob li r-Regolament jitpoġġa b’mod aktar ċar f’dinamika ta’ integrazzjoni tas-sistema enerġetika, sabiex jippromovi l-forom kollha tal-enerġija dekarbonizzata, u biex issir impossibbli kull forma ta’ diżintegrazzjoni ta’ sistema. F’dan l-isfond, il-Kumitat jilqa’ l-inizjattiva meħuda mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew għad-definizzjoni tal-grilji ta’ distribuzzjoni bħala kwistjoni ta’ “interess pubbliku prevalenti” flimkien mal-enerġiji rinnovabbli. |
|
2.10. |
Iż-żidiet attwali fil-prezzijiet huma ta’ piż fuq iċ-ċittadini u n-negozji Ewropej. Il-KESE jinnota b’dispjaċir li din it-talba tiegħu (4) li għamel fil-passat biex titnaqqas id-dipendenza strateġika minn partijiet terzi mhux affidabbli ma ġietx tradotta f’azzjoni mill-mexxejja politiċi, iżda għall-kuntrarju din id-dipendenza żdiedet. Ir-Russja hija l-akbar esportatur taż-żejt, tal-gass naturali u tal-faħam lejn l-UE, u ħafna impjanti tal-enerġija nukleari jiddependu mill-vireg tal-fjuwil u t-teknoloġiji Russi. Il-kriżi attwali tal-prezzijiet tal-enerġija kienet tolqot liċ-ċittadini u lin-negozji Ewropej ferm inqas kieku l-Ewropa kienet diġà naqqset l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili kif kien imwiegħed. Għalhekk, il-KESE jilqa’ l-isforzi stabbiliti fil-pjan REPowerEU biex titnaqqas malajr din id-dipendenza, b’mod partikolari dik mir-Russja. Il-KESE jappoġġja l-isforzi tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri biex jindirizzaw b’mod effettiv il-problema tal-prezzijiet f’konformità mal-Komunikazzjoni ta’ Ottubru 2021, il-Komunikazzjoni dwar is-suq tal-elettriku, COM(2022) 236, u l-għodod offruti taħt il-Qafas Temporanju ta’ Għajnuna mill-Istat. |
|
2.11. |
Fl-isfond attwali, il-KESE jerġa’ jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li din mhijiex primarjament kwistjoni ta’ diversifikazzjoni tad-dipendenzi, iżda pjuttost ta’ “indipendenza u awtonomija strateġika tal-enerġija”. L-enerġiji rinnovabbli u l-idroġenu se jixprunaw il-proċess tad-dekarbonizzazzjoni u l-produzzjoni tagħhom għandha tkun lokalizzata kemm jista’ jkun fl-UE. |
|
2.12. |
Bħalissa l-LNG huwa sostitut fuq perjodu ta’ żmien qasir sa medju għall-gass naturali Russu f’xi reġjuni, flimkien ma’ miżuri sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija. Fit-tul, l-idroġenu ekoloġiku huwa għażla kompatibbli mal-klima jekk ikun disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti u bi prezz raġonevoli. Sakemm l-Ewropa ma tkunx tista’ tipproduċi l-volum sħiħ tal-gassijiet li teħtieġ hija stess — li huwa ovvjament il-każ tal-LNG, filwaqt li fil-każ tal-idroġenu għadu possibbli li l-UE timmaniġġja l-indipendenza mill-importazzjonijiet — iridu jittieħdu t-tagħlimiet it-tajba mid-diżastru Russu. Il-KESE jwissi li l-Ewropa għandha tkun b’mod partikolari kawta fir-rigward tar-riżorsi bħala sostitut għall-gass Russu fid-dawl tal-impatt tagħhom fuq l-ambjent u tad-dipendenzi ġodda minn pajjiżi terzi li ma għandhomx l-istess valuri Ewropej bħall-istabbiltà demokratika, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. |
|
2.13. |
Ir-rata ta’ investiment pubbliku tal-UE fit-teknoloġiji tal-enerġija nadifa meħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni hija l-aktar waħda baxxa mill-ekonomiji ewlenin u tipperikola l-kompetittività globali. Barra minn hekk, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri twissi li l-istrateġija RePowerEU jaf ma tkunx tista’ timmobilizza biżżejjed fondi. Għalhekk, il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li jintużaw il-pjani ta’ rkupru u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll finanzjament addizzjonali mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-iżvilupp reġjonali u l-fondi tal-politika agrikola tal-UE għall-implimentazzjoni tal-pjan REPowerEU. |
|
2.14. |
F’ċerti Stati Membri tal-UE u fil-livell tal-UE l-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna qed jimmanifestaw ruħhom bħala l-ispinta finali għal aktar indipendenza tal-enerġija u newtralità klimatika. Il-KESE jilqa’ dan b’sodisfazzjon. Madankollu, l-istampa hija mħallta: l-użu akbar tal-gass likwifikat miż-żejt, ir-ritorn għall-faħam għadhom qed jiġu kkunsidrati u jistgħu jwasslu għal pass lura fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Il-KESE jikkritika dan, iżda huwa konxju li fuq medda qasira ta’ żmien, il-fatt li jkun hemm għażliet multipli ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija se jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija bħala miżura ta’ emerġenza. Minbarra l-enerġija mir-riħ u mix-xemx, huwa għalhekk importanti li jsir użu mill-varjetà wiesgħa ta’ sorsi tal-enerġija b’livell baxx ta’ karbonju, li huma kompatibbli ekonomikament u ekoloġikament f’sistema tal-enerġija. Fl-istess ħin, huwa jappella għal aktar sforzi favur it-trasformazzjoni ekoloġika tas-sistema tal-enerġija. |
|
2.15. |
Il-Federazzjoni Ewropea tal-Unions tas-Servizzi Pubbliċi (EPSU) ippubblikat rapport (5) li jikkonferma li l-liberalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija ftit li xejn tat rispons għall-kriżi tal-klima li għaddejja bħalissa. L-użu mifrux ta’ alternattivi vijabbli għal sorsi ta’ enerġija li jarmu l-karbonju sar possibbli l-aktar permezz ta’ sussidji pubbliċi sostanzjali u mhux permezz ta’ kompetizzjoni tas-suq ħieles. Ir-rapport juri li mingħajr bidla fil-mudell attwali tas-sistema tal-enerġija fl-Ewropa, l-impenji skont il-Ftehim ta’ Pariġi ma jistgħux jiġu ssodisfati. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Minħabba l-pass mgħaġġel tat-tibdil fil-klima u l-kriżi attwali tal-enerġija, l-investimenti fl-infrastruttura huma meħtieġa f’perjodu qasir ta’ żmien sabiex jintlaħaq l-għan tan-newtralità klimatika sal-2050 u biex tiġi żgurata l-provvista tal-enerġija. Fl-istess ħin, iż-żieda fil-prezz tal-enerġija wriet id-dgħufijiet tas-suq tal-enerġija. Jeħtieġ li jsiru mistoqsijiet fundamentali dwar il-futur tal-enerġija biex tiġi żgurata provvista tal-enerġija li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent, bi prezz raġonevoli u affidabbli, kif ukoll dwar id-dritt għall-enerġija. Il-KESE jenfasizza l-urġenza tal-investiment pubbliku biex tinkiseb l-indipendenza enerġetika mill-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja u jappoġġja l-miżuri proposti mill-Kummissjoni fil-pjan REPowerEU f’dan ir-rigward. |
|
3.2. |
Fl-istess ħin, iridu jitqiesu d-disinn tas-suq, kif ukoll ir-regolazzjoni tiegħu, il-ħolqien tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-atturi individwali, u t-tisħiħ ta’ protezzjoni adegwata għall-konsumatur. Il-KESE jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tesplora għażliet biex tottimizza d-disinn tas-suq tal-elettriku u jieħu nota tal-analiżi tal-Kummissjoni tas-swieq tal-elettriku u tal-gass u tal-miżuri proposti biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija, kif ukoll il-proposti biex jittejbu n-networks tal-enerġija u l-kapaċitajiet tal-ħżin, kif ukoll il-wegħdiet imġedda biex jittejjeb l-aċċess għas-suq għall-atturi ż-żgħar (prosumaturi) u biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista. |
|
3.3. |
Id-disinn u r-regolamentazzjoni tas-suq iridu jiġu adattati għar-realtajiet il-ġodda fejn l-enerġiji rinnovabbli se jkunu dominanti. Termini ewlenin: produzzjoni deċentralizzata u żieda fil-konsum fuq il-post. Madankollu, biex dan iseħħ, għad iridu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-atturi differenti u jeħtieġ li tiġi żgurata protezzjoni adegwata tal-konsumatur. Huma meħtieġa valutazzjonijiet tas-suq li janalizzaw l-imġiba tal-atturi potenzjali kollha fis-suq tal-enerġija u d-disinn tas-suq tal-enerġija. Fi kwalunkwe każ, il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ valutazzjoni tal-impatt komprensiva qabel titressaq kwalunkwe proposta. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa urġenti li jiġu miġġielda l-prezzijiet għoljin tal-elettriku, inkluż l-iggruppar tal-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass, li għandhom impatt negattiv fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri. |
|
3.4. |
Il-kwistjoni dwar sa liema grad u b’liema disinn tas-suq tista’ tinkiseb is-sigurtà tal-provvista permezz ta’ mezzi tas-suq ilha tiġi injorata għal żmien twil. Fil-prinċipju, sistema tal-enerġija bbażata fuq l-enerġiji rinnovabbli (li fil-biċċa l-kbira tagħhom jiġu ġġenerati domestikament) twiegħed livell għoli ta’ sigurtà tal-provvista. Iżda dan mhux se jseħħ waħdu — il-prerekwiżit għal dan huwa l-qafas regolatorju t-tajjeb. Il-grilji intelliġenti huma partikolarment importanti, peress li jibagħtu sinjali ċari lil ħafna miljuni ta’ produtturi u konsumaturi sabiex ikunu jistgħu jaġixxu b’mod li jiffavorixxi s-sistema u b’hekk jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista. |
|
3.5. |
Fil-passat, ir-regoli baġitarji stretti kemm-il darba wrew li huma l-akbar ostaklu għas-settur pubbliku fil-qasam tal-finanzjament tal-proġetti infrastrutturali. L-għan għalhekk irid ikun li l-proġetti relatati mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-indipendenza enerġetika u s-settur diġitali jiġu eżentati minn kwalunkwe regola li tipprevjeni tali investiment pubbliku. Għalhekk, f’konformità mal-Opinjoni tiegħu dwar ir-“Riforma tal-qafas fiskali tal-Unjoni Ewropea” (6), il-KESE jirrakkomanda li tiġi applikata r-“regola tad-deheb” għall-investiment pubbliku biex tiġi ssalvagwardjata l-produttività u l-bażi soċjali u ekoloġika għall-benesseri tal-ġenerazzjonijiet futuri. |
|
3.6. |
Il-finanzjament imħallat li jinvolvi investituri privati huwa biss opzjoni jekk jiġi żgurat li l-allokazzjonijiet ikunu trasparenti, u li ma jkun hemm l-ebda spiża addizzjonali mhux ġustifikata għall-awtoritajiet pubbliċi meta mqabbel mal-finanzjament pubbliku. Għandu jkun hemm trasparenza sħiħa fir-rigward tal-ispejjeż addizzjonali ġustifikati. Rapport tal-Bank Ewropew tal-Investiment jiddikjara li, pereżempju, il-kuntratti PPP (sħubija pubblika-privata) fit-trasport bit-triq fl-Ewropa, bħala medja kienu 24 % aktar għaljin minn proġetti komparabbli b’finanzjament tradizzjonali (7). Huwa ferm aktar importanti li, fir-rigward ta’ tali mudelli ta’ taħlit, jiġu ddefiniti b’mod ċar id-drittijiet u l-obbligi, iċċarati kwistjonijiet ta’ responsabbiltà, u tiġi prevista sistema effiċjenti u rapida ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti sabiex jiġu evitati spejjeż addizzjonali fit-tul u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà negattiva. |
|
3.7. |
Il-Kummissjoni bir-raġun tindika li l-investimenti pubbliċi jistgħu u jeħtieġu jiġġeneraw flus privati. Madankollu, il-pjan REPowerEU ma jkoprix il-finanzjament mill-ġdid tal-fondi pubbliċi rispettivi. L-abolizzjoni tas-sussidji għar-riżorsi fossili se tkun approċċ possibbli biex dan jiġi organizzat; it-tassazzjoni ta’ profitti mhux mistennija, li l-oriġini tagħhom huwa fil-kriżi ewlenija taż-żejt u tal-gass u li jsarrfu fi profitti żejda enormi speċjalment għall-kumpaniji taż-żejt il-kbar, tkun approċċ ieħor. Il-KESE huwa mħasseb li l-profitti estremament għoljin għall-kumpaniji tal-enerġija, minn naħa, u ż-żieda fil-faqar enerġetiku kkawżat mill-isplużjonijiet fil-prezzijiet tal-enerġija, min-naħa l-oħra, jista’ jkollhom effetti destabilizzanti perikolużi. Il-KESE jipproponi li dawn il-profitti jistgħu jinġabru permezz ta’ taxxi u jiġu trasferiti bħala kumpens finanzjarju lill-konsumaturi tal-enerġija, eż. unitajiet domestiċi aktar dgħajfa jew kumpaniji li jużaw ħafna enerġija, u jintużaw għall-espansjoni tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għall-infrastruttura tal-grilja meħtieġa, speċjalment peress li dan diġà qiegħed jiġi diskuss jew implimentat f’xi Stati Membri. Il-KESE huwa tal-fehma li sabiex il-kumpaniji tal-enerġija ma jiġux skoraġġuti milli jinvestu f’soluzzjonijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, tali tassazzjoni għandha tiġi ddefinita b’mod sensittiv ħafna. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri rispettivi mingħajr aktar dewmien. |
|
3.8. |
L-iskop tal-infrastruttura huwa l-ewwel u qabel kollox li tiffunzjona u mhux li tittrasporta l-elettriku minn post għal ieħor bħala għan fih innifsu, u b’hekk tiġġenera dħul kostanti. L-iżviluppi tal-aħħar għaxar snin, iż-żieda kbira ħafna fil-prezzijiet tal-enerġija, l-isfidi tal-espansjoni tal-grilja, il-periklu tal-attakki ċibernetiċi u, fl-aħħar iżda mhux l-anqas, il-gwerra fl-Ukrajna juru b’mod ċar x’inhu l-element fundamentali: jiġifieri l-kwistjoni ta’ min se jkollu kontroll fuq infrastrutturi ċentrali bħalma huma l-grilja tal-enerġija fil-futur. Għalhekk hemm primarjament interess pubbliku. Konsegwentement, dan jirrikjedi sjieda pubblika li tkun impenjata għall-ġid komuni u li telimina l-inugwaljanzi eżistenti. |
|
3.9. |
Il-KESE jenfasizza li t-“tranżizzjoni ġusta” mhijiex biss kwistjoni ta’ finanzjament tat-tranżizzjoni. Din tinkludi wkoll l-għan li jinħoloq xogħol deċenti u impjiegi ta’ kwalità għolja u sigurtà soċjali, li tinżamm il-kompetittività tan-negozji Ewropej, u tirrikjedi miżuri speċjali fil-livelli kollha, b’mod partikolari dawk reġjonali. Fatturi ewlenin oħra għal “tranżizzjoni ġusta” huma rwol attiv u organizzattiv tas-settur pubbliku u l-iżgurar tal-parteċipazzjoni demokratika tal-imsieħba soċjali fil-livelli kollha. |
|
3.10. |
Il-grilja tal-enerġija hija parti mill-infrastruttura kritika. Il-falliment ta’ dawn l-infrastrutturi jew it-tfixkil tagħhom jista’ jikkawża nuqqasijiet devastanti fil-provvista u jipperikola s-sikurezza pubblika. Infrastrutturi kritiċi bħat-trasport u t-traffiku, is-servizzi tas-saħħa, il-finanzi u s-sigurtà — biex insemmu xi ftit — qegħdin jinsabu dejjem aktar f’idejn l-atturi privati fl-Ewropa bħala riżultat tal-mewġa ta’ liberalizzazzjoni u privatizzazzjoni f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin. Din is-sitwazzjoni hija problematika minħabba li s-setturi huma interkonnessi u l-vulnerabbiltà ta’ settur wieħed tnaqqas jew tipprevjeni l-prestazzjoni ta’ infrastrutturi kritiċi oħra (effett kaskata). Minn naħa, dawn l-interdipendenzi huma diffiċli biex jiġu vvalutati, u min-naħa l-oħra, l-iżgurar tal-prestazzjoni tagħhom huwa fl-interess tal-ġid pubbliku. B’mod partikolari fil-każ ta’ tfixkil fis-suq jew diżastri, ikun ta’ importanza kruċjali li jingħata aċċess lill-korpi pubbliċi ta’ koordinazzjoni li għandhom is-setgħa biex jiżguraw reżiljenza kkoordinata f’livell reġjonali. Dawn ir-riskji huma partikolarment għoljin fil-każ tal-elettriku, li mingħajru l-funzjonament taċ-ċivilizzazzjoni avvanzata tas-seklu 21 huwa prattikament inkonċepibbli, u blackouts mifruxa jwasslu għall-kollass tas-soċjetà kollha. |
|
3.11. |
Peress li l-bini fl-Ewropa jammonta għal madwar 40 % tal-konsum tal-enerġija, il-konnessjoni intelliġenti ma’ teknoloġiji ġodda, ir-rinnovazzjoni effettiva, u l-promozzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ parteċipazzjoni taċ-ċittadini huma b’mod partikolari importanti għat-tranżizzjoni tal-enerġija u għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika fis-settur tal-akkomodazzjoni. Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli tippromovi din il-parteċipazzjoni tal-konsumatur fil-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli u tifforma bażi essenzjali għall-aċċettazzjoni tal-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija. F’dan il-kuntest, l-armonizzazzjoni hija importanti għaż-żona Ewropea kollha, sabiex kemm jista’ jkun unitajiet domestiċi fl-Ewropa jkunu jistgħu jipparteċipaw fit-tranżizzjoni tal-enerġija. Kunċetti bħall-kondiviżjoni tal-enerġija u l-enerġija komunitarja b’mod ġenerali jiftħu perspettivi sinifikanti biex il-grilji tal-enerġija jintużaw għal provvista fuq skala żgħira u orjentata lejn id-domanda li ttaffi l-piż fuq il-grilja. |
|
3.12. |
Il-KESE jtenni l-pożizzjoni tiegħu li l-għan huwa li jinkiseb l-akbar tnaqqis possibbli fl-emissjonijiet bl-anqas spiża soċjoekonomika possibbli. Il-KESE jirrakkomanda li jiġu kkombinati strumenti kompatibbli ma’ suq regolat tajjeb u miżuri regolatorji fejn meħtieġ, inklużi strumenti finanzjarji bl-appoġġ tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tan-Next Generation EU biex jikkontribwixxu għal ambjent tal-enerġija aktar effiċjenti. Iżda jrid ikun ċar ukoll li meta, fuq il-bażi ta’ analiżi bir-reqqa, ikun hemm indikazzjonijiet fondati ta’ falliment tas-suq eżistenti jew imminenti, l-awtoritajiet pubbliċi jeħtiġilhom jieħdu azzjoni ta’ rimedju, pereżempju permezz ta’ investimenti jew interventi fis-suq. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
L-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija huma kwistjoni ta’ tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista u żvilupp tal-enerġiji rinnovabbli b’mod rapidu, effiċjenti u kosteffettiv fl-interessi tal-konsumaturi u tal-ekonomija. F’dan il-kuntest, kollox jorbot ma’ kwistjoni kruċjali: jiġifieri, min se jkollu s-setgħa li jikkontrolla tali infrastrutturi ċentrali bħall-grilja tal-enerġija u l-infrastruttura tal-ħżin fil-futur. L-investiment mill-kumpaniji tal-elettriku ilu jonqos mill-bidu tal-liberalizzazzjoni. Dan it-tnaqqis fl-investimenti — fil-grilja u fil-produzzjoni — wassal għal ostakli fil-provvista u qed ifixkel l-espansjoni ulterjuri tal-enerġiji rinnovabbli. |
|
4.2. |
Mil-lat ekonomiku, tqum il-mistoqsija dwar għalfejn in-network tal-enerġija, li huwa investiment attraenti għall-investituri minħabba li huwa affidabbli, ma għandux ikun attraenti wkoll għall-Istat. Id-dividendi mqassma kull sena minn kumpaniji privati jistgħu jerġgħu jiġu investiti fis-settur pubbliku fl-interess tal-ġid komuni u jtaffu l-piż minn fuq il-baġits pubbliċi. Dan mhux l-anqas minħabba li f’ċerti privatizzazzjonijiet parzjali fil-passat diġà rriżulta li s-sjieda pubblika kienet tkun id-deċiżjoni aktar għaqlija diġà għal raġunijiet finanzjarji biss. Għadd ta’ Stati Membri diġà jagħmlu użu minn strutturi pubbliċi jew semipubbliċi. Fl-istess ħin, hemm tendenza lejn muniċipalizzazzjoni mill-ġdid. Il-kwistjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-sjieda pubblika u privata u/jew tal-finanzjament privat tal-infrastruttura tal-enerġija għal suq tal-enerġija li jiffunzjona tajjeb hija bla dubju importanti u għandha tiġi eżaminata fil-valutazzjoni ppjanata tal-Kummissjoni tal-alternattivi ta’ ottimizzazzjoni tad-disinn tas-suq tal-enerġija. Ir-riżultati ta’ tali analiżi jistgħu jservu bħala għodda siewja għat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-Istati Membri, li huma responsabbli biex jiddeċiedu dwar is-sjieda pubblika jew privata tal-infrastrutturi tal-enerġija. |
|
4.3. |
F’dan l-isfond, il-provvista tal-enerġija lokali u reġjonali u l-muniċipalizzazzjoni mill-ġdid tal-utilitajiet — b’mod partikolari b’rabta mal-istrateġiji ta’ deċentralizzazzjoni — qed jiksbu dejjem aktar importanza. F’dan il-kuntest, l-investimenti pubbliċi fil-produzzjoni tal-enerġija deċentralizzata għandhom rwol importanti fil-livell muniċipali. Għandhom jiġu eżaminati possibbiltajiet oħra ta’ finanzjament, bħall-finanzjament dirett permezz tal-fondi. Is-soqfa tal-bini pubbliku huma partikolarment adattati biex jipprovdu distretti sħaħ b’enerġija solari bi prezz baxx. |
|
4.4. |
F’ċerti Stati Membri, qed jiġu pprovduti inċentivi finanzjarji biex jinkoraġġixxu l-espansjoni tal-fotovoltajċi. F’ittra lill-Kummissjoni, l-Awstrija, il-Belġju, il-Litwanja, il-Lussemburgu u Spanja jitolbu li bini amministrattiv, supermarkets, soqfa ċatti u impjanti industrijali jridu jkunu mgħammra b’sistemi fotovoltajċi taħt ċerti kundizzjonijiet. Is-sistemi fotovoltajċi għandhom isiru wkoll in-norma għal djar ġodda u rinnovati. Huma talbu lill-Kummissjoni tagħmel aktar flus disponibbli mill-baġit tal-UE għall-espansjoni. Il-KESE jilqa’ din l-idea u jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi ta’ liema investiment, regolamentazzjoni u miżuri ta’ akkumpanjament bħar-riċerka u l-iżvilupp huma meħtieġa biex tingħata spinta lill-iżvilupp fotovoltajku kif ukoll lill-produzzjoni fl-UE. |
|
4.5. |
L-enerġija bħala ġid soċjali: f’dan il-kuntest, il-KESE ifakkar fl-implimentazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali skont it-tifsira tal-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif stabbiliti fil-Protokoll Nru 26 tat-Trattat tal-UE u fit-TFUE dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali. Dan iżid l-effiċjenza u l-affordabbiltà u jipprevjeni l-fallimenti tas-suq. |
|
4.6. |
Il-kriżi attwali tal-enerġija tenfasizza l-importanza speċjali tal-enerġija bħala assi soċjalment rilevanti. Minbarra li jinżammu postijiet tax-xogħol u impjiegi ta’ kwalità għolja, qed toħroġ fid-dieher ir-rabta bejn l-aspetti soċjali u dawk ambjentali. Is-sjieda pubblika tista’ tiżgura kontroll demokratiku, investiment pubbliku, sigurtà tal-provvista, u distribuzzjoni ġusta tal-ispejjeż għall-konverżjoni tal-industrija tal-enerġija għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. |
|
4.7. |
Sabiex jiġu evitati investimenti ħżiena u żbaljati, ambigwitajiet u inkonsistenzi eżistenti li jikkonċernaw l-istrutturi bażiċi tas-sistema l-ġdida tal-enerġija, l-arkitettura tas-suq, ir-rwoli tas-suq u r-regoli tas-suq jeħtieġ li jiġu indirizzati, u b’mod partikolari l-impatt soċjali fuq il-ħaddiema u l-konsumaturi jeħtieġ li jiġu indirizzati mingħajr dewmien. It-tqassim ġust tal-piż tal-investiment għandu rwol ċentrali f’dan ir-rigward — l-istess japplika għad-distribuzzjoni ġusta ta’ kwalunkwe profitt. Il-kwistjoni dwar kif għandhom jiġu żgurati l-ħtiġijiet tal-investiment u l-profittabbiltà hija waħda mill-kwistjonijiet importanti li jridu jiġu indirizzati sabiex jiġi żgurat suq tal-enerġija li jaħdem bl-aħjar mod fit-tul. Il-KESE jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-istudju tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u l-Komunikazzjoni dwar is-swieq tal-elettriku u tal-gass f’dan ir-rigward u jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tivvaluta s-suq tal-elettriku. |
|
4.8. |
Aspett importanti fil-proċess tat-tranżizzjoni tal-enerġija se jkun il-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni bejn l-importaturi, l-operaturi tal-grilji reġjonali, il-kumpaniji tal-enerġija taċ-ċittadini, l-awtofornituri u l-komunitajiet tal-enerġija li jużaw l-elettriku tagħhom lokalment, il-kumpaniji tal-ħżin u l-fornituri. |
Brussell, it-22 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Din hija l-konklużjoni tal-federazzjoni għall-industrija tal-elettriku Ewropea, Eurelectric.
(2) Pjan REPowerEU, COM(2022) 230 final.
(3) Din hija l-konklużjoni tal-federazzjoni għall-industrija tal-elettriku Ewropea, Eurelectric.
(4) Opinjoni tal-KESE dwar il-prezzijiet tal-enerġija (ĠU C 275, 18.7.2022, p. 80).
(5) A Decarbonised, Affordable and Democratic Energy System for Europe [Sistema tal-Enerġija Dekarbonizzata, Affordabbli u Demokratika għall-Ewropa — mhux disponibbli bil-Malti].
https://www.epsu.org/sites/default/files/article/files/Going%20Public_EPSU-PSIRU%20Report%202019%20-%20EN.pdf
(6) Opinjoni tal-KESE dwar “Riforma tal-qafas fiskali tal-Unjoni Ewropea għal irkupru sostenibbli u tranżizzjoni ġusta” (ĠU C 105, 04.03.2022, p. 11).
(7) BEI 2006. Ex ante construction costs in the European road sector: a comparison of public-private partnerships and traditional public procurement. Economic and Financial Report (Spejjeż ta’ kostruzzjoni ex ante fis-settur Ewropew tat-toroq: paragun tas-sħubijiet pubbliċi-privati u l-akkwist pubbliku tradizzjonali — Rapport Ekonomiku u Finanzjarju [mhux disponibbli bil-Malti]) 2006/01, Blanc-Brude, F., Goldsmith, H. and Välilä, T., https://www.eib.org/attachments/efs/efr_2006_v01_en.pdf
ANNESS
L-emenda li ġejja nċaħdet waqt id-diskussjoni iżda rċeviet aktar minn kwart tal-voti mixħuta:
Punt 2.9.
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Il-KESE huwa favur li r-regoli Ewropej dwar in-Network Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E) jiġu adattati aktar għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, u li b’mod partikolari jiġu kkombinati flimkien id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema enerġetika, it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, u l-prevenzjoni tar-riskju ta’ prekarjetà enerġetika. Peress li n-networks tal-enerġija jaqdu rwol essenzjali fl-iżgurar tal-bilanċ, ir-reżiljenza u l-iżvilupp tas-sistema enerġetika, il-KESE jitlob li r-Regolament jitpoġġa b’mod aktar ċar f’dinamika ta’ integrazzjoni tas-sistema enerġetika, sabiex jippromovi l-forom kollha tal-enerġija dekarbonizzata, u biex issir impossibbli kull forma ta’ diżintegrazzjoni ta’ sistema. F’dan l-isfond, il-Kumitat jilqa’ l-inizjattiva meħuda mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew għad-definizzjoni tal-grilji ta’ distribuzzjoni bħala kwistjoni ta’ “interess pubbliku prevalenti” flimkien mal-enerġiji rinnovabbli. |
Il-KESE huwa favur li r-regoli Ewropej dwar in-Network Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E) jiġu adattati aktar għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, u li b’mod partikolari jiġu kkombinati flimkien id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema enerġetika, it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, u l-prevenzjoni tar-riskju ta’ prekarjetà enerġetika. Peress li n-networks tal-enerġija jaqdu rwol essenzjali fl-iżgurar tal-bilanċ, ir-reżiljenza u l-iżvilupp tas-sistema enerġetika, il-KESE jitlob li r-Regolament jitpoġġa b’mod aktar ċar f’dinamika ta’ integrazzjoni tas-sistema enerġetika, sabiex jippromovi l-forom kollha tal-enerġija dekarbonizzata, inkluża l-enerġija nukleari, u biex issir impossibbli kull forma ta’ diżintegrazzjoni ta’ sistema. F’dan l-isfond, il-Kumitat jilqa’ l-inizjattiva meħuda mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew għad-definizzjoni tal-grilji ta’ distribuzzjoni bħala kwistjoni ta’ “interess pubbliku prevalenti” flimkien mal-enerġiji rinnovabbli. |
Raġuni
Il-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari għandha u se tkompli taqdi rwol importanti fost il-firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi, kif enfasizzat mill-President tal-KE von der Leyen f’diskorsi reċenti.
Riżultat tal-votazzjoni fuq l-emenda:
|
Voti favur: |
44 |
|
Voti kontra: |
109 |
|
Astensjonijiet: |
14 |
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/76 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-kokreazzjoni tas-servizzi ta’ interess ġenerali bħala kontribut għal demokrazija aktar parteċipattiva fl-UE”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 486/11)
|
Relatur: |
Krzysztof BALON |
|
Korelatur: |
Thomas KATTNIG |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
20.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Trasport, Enerġija, Infrastruttura u Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
7.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
226/0/2 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-kokreazzjoni tas-servizzi ta’ interess ġenerali mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u direttament miċ-ċittadini huwa wieħed mill-aktar strumenti effettivi biex tiġi stimulata d-demokrazija parteċipattiva, u b’hekk biex tiġi msaħħa l-integrazzjoni Ewropea. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jipproponi, permezz ta’ din l-Opinjoni, miżuri konkreti biex jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas fl-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam, sabiex tissaħħaħ aktar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-benefiċċji taċ-ċittadini. |
|
1.2 |
Is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi, bħall-aggressjoni Russa reċenti fil-konfront tal-Ukrajna u l-ispostament sussegwenti ta’ miljuni ta’ nies, l-aktar nisa u tfal, jenfasizzaw b’mod partikolari r-rwol kruċjali li taqdi s-soċjetà ċivili, bil-kapaċità immedjata tagħha li tikkombina jew timplimenta, b’mod spontanju iżda wkoll b’suċċess, mudelli u proċeduri ta’ kokreazzjoni, speċjalment fir-rigward ta’ servizzi ta’ interess ġenerali soċjali u edukattivi f’oqsma fejn diġà nkisbet esperjenza ta’ kokreazzjoni ġenwina. |
|
1.3 |
Storikament, l-atturi tas-soċjetà ċivili dejjem offrew servizzi soċjali u servizzi oħra ta’ interess ġenerali, meta l-awtoritajiet pubbliċi kienu għadhom ma identifikawx il-ħtieġa għalihom jew għaliex il-kumpaniji kummerċjali ma qisux li kien profittabbli li jipprovdu dawn is-servizzi. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-Istat daħal fix-xena aktar tard bħala fornitur jew klijent u regolatur, u wkoll bħala garanti tal-kwalità tas-servizzi. F’dan il-kuntest, il-prinċipju tas-sussidjarjetà bejn l-Istati Membri u l-UE, kif stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), irid jiġi applikat ukoll fir-rigward tas-servizzi ta’ interess ġenerali. Barra minn hekk, fir-rigward tas-servizzi ta’ interess ġenerali, il-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu jkun ukoll prinċipju gwida fir-relazzjoni bejn il-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika tal-Istati Membri, kif ukoll bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
1.4 |
Filwaqt li r-responsabbiltà legali u politika għall-forniment tas-servizzi ta’ interess ġenerali tibqa’ f’idejn l-uffiċjali eletti tal-korpi rappreżentattivi rilevanti, u hija regolarment evalwata miċ-ċittadini permezz tal-elezzjonijiet, huma l-awtoritajiet pubbliċi li jissorveljaw il-forniment adegwat ta’ servizzi ta’ interess ġenerali. Il-KESE jappoġġja l-implimentazzjoni mmirata tal-approċċ tal-kokreazzjoni: is-servizzi ta’ interess ġenerali għandhom jiġu żviluppati flimkien mal-utenti, il-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex l-ewwel nett jiżguraw li l-ħtiġijiet reali tan-nies ikunu sodisfatti u t-tieni li jippermettu parteċipazzjoni demokratika. Dan huwa partikolarment minnu f’każijiet fejn l-impjegati jikkooperaw ma’ voluntiera jew strutturi ta’ awtoassistenza. |
|
1.5 |
Għalhekk, l-Istati Membri huma mistiedna jiżviluppaw u/jew itejbu l-istrumenti biex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu involuti matul il-proċess kollu tal-forniment ta’ servizzi ta’ interess ġenerali. Dan jinkludi wkoll kundizzjonijiet ta’ qafas adegwati għall-attivitajiet soċjali u ekonomiċi, mingħajr skop ta’ qligħ, kif definit fl-Opinjoni tal-KESE tat-18 ta’ Settembru 2020 dwar It-tisħiħ tal-intrapriżi soċjali mingħajr skop ta’ qligħ bħala pilastru essenzjali ta’ Ewropa soċjali (1), u l-implimentazzjoni tal-Artikolu 77 tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku (2) b’mod li jirriżerva kuntratti għal servizzi tas-saħħa, soċjali u kulturali, kif ukoll edukattivi, kif elenkati f’dak l-Artikolu, għal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. |
|
1.6 |
Il-KESE jirrimarka li l-forniment ta’ servizzi ta’ interess ġenerali ta’ kwalità għolja fl-interess tal-pubbliku u tal-ekonomija jiddependi minn disponibbiltà adegwata ta’ riżorsi, jiġifieri finanzjament u persunal, u din trid tkun garantita. |
|
1.7 |
Għalkemm il-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-forniment u b’hekk il-kokreazzjoni tas-servizzi ta’ interess ġenerali huma primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet, hemm ukoll ħtieġa urġenti li l-Istati Membri jitħeġġu jiżviluppaw kunċetti ta’ kodisinn billi joħolqu sett ta’ għodod li jiffaċilita l-użu ta’ mudelli ta’ kokreazzjoni. Inizjattivi bħal dawn għandhom iħeġġu lill-partijiet interessati rilevanti kollha fl-Istati Membri biex jippromovu l-kokreazzjoni u l-forniment ta’ servizzi ta’ interess ġenerali mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
1.8 |
Il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni tippubblika dokument ta’ ħidma dwar dan is-suġġett bħala bażi għal aktar ħidma, bil-għan li jinħoloq “sett ta’ għodod”, li għandu jinkoraġġixxi u jiggwida lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali lejn użu msaħħaħ ta’ mudelli ta’ kokreazzjoni. Dan id-dokument għandu, fost affarijiet oħra, iqis il-kokreazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 26 anness għat-TUE u t-TFUE, filwaqt li jitqies il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ir-rwol speċjali tal-ekonomija soċjali mingħajr skop ta’ qligħ fil-kokreazzjoni u l-kundizzjonijiet qafas meħtieġa għal dan. Id-dokument għandu jinkludi wkoll proposti għal appoġġ tal-UE u nazzjonali għal proġetti innovattivi ta’ kokreazzjoni, billi jitqiesu l-komponenti tar-riċerka, u ġabra tal-aħjar prattiki. Abbażi tas-sett ta’ għodod kif deskritt hawn fuq, wara konsultazzjoni usa’ fil-livell tal-UE, tista’ titnieda green paper u wara white paper. |
|
1.9 |
Min-naħa tiegħu, il-KESE se jistabbilixxi forum għall-iskambju ta’ ideat u tal-aħjar prattiki f’dan il-qasam, bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tal-imsieħba soċjali, tal-universitajiet u tal-proġetti ta’ riċerka, sabiex jinżamm u jiġi żviluppat il-proċess ta’ diskussjoni fil-livell Ewropew. |
2. Sfond
|
2.1 |
L-iżvilupp ulterjuri tad-demokrazija parteċipattiva fl-Unjoni Ewropea huwa wieħed mill-isfidi ewlenin għat-tisħiħ tal-integrazzjoni Ewropea kontra l-populiżmu u n-nazzjonaliżmu. Il-kokreazzjoni tas-servizzi ta’ interess ġenerali mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll direttament miċ-ċittadini huwa wieħed mill-aktar għodod effettivi biex tiġi stimulata d-demokrazija parteċipattiva. |
|
2.2 |
Il-KESE ilu għal għadd ta’ snin involut fil-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tas-servizzi ta’ interess ġenerali f’kooperazzjoni ma’ diversi partijiet interessati mis-soċjetà ċivili u d-dinja akkademika u tar-riċerka. Fi ħdan il-Kumitat, il-Grupp ta’ Studju Tematiku dwar is-Servizzi ta’ Interess Ġenerali huwa primarjament responsabbli għal din il-ħidma. |
|
2.3 |
Fl-2019, il-KESE beda jaħdem mal-konsorzju tal-proġett dwar il-Kokreazzjoni tal-Innovazzjoni tas-Servizzi fl-Ewropa (3), li jikkonsisti f’universitajiet, muniċipalitajiet u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn disa’ Stati Membri (l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, Spanja u l-Iżvezja) u mir-Renju Unit. Il-Grupp ta’ Studju Tematiku dwar is-Servizzi ta’ Interess Ġenerali segwa l-esperjenzi innovattivi u l-konklużjonijiet tal-proġett dwar il-Kokreazzjoni tal-Innovazzjoni tas-Servizzi fl-Ewropa f’żewġ seminars: “Il-kokreazzjoni ta’ servizzi ta’ interess ġenerali: ir-rwol taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tagħhom” li sar fi Brussell fil-15 ta’ April 2021 u “Iċ-ċittadini jaqdu liċ-ċittadini: il-kokreazzjoni u l-forniment ta’ servizzi ta’ interess ġenerali mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili” li sar f’Lublin, il-Polonja, fl-1 u t-2 ta’ Diċembru 2021, f’kooperazzjoni mal-belt ta’ Lublin u bl-involviment tal-imsieħba mill-Ukrajna. |
|
2.4 |
Il-kokreazzjoni hija intrinsikament marbuta ma’ dibattiti usa’ dwar ir-riforma tas-servizz pubbliku. L-enfasi tal-paradigma tal-ġestjoni pubblika l-ġdida kienet fuq iż-żieda fl-effettività, l-applikazzjoni ta’ mudelli maniġerjali mis-settur privat, u l-bini ta’ relazzjonijiet bejn il-fornituri u l-konsumaturi fis-servizzi pubbliċi, fejn il-ħtiġijiet, id-domandi u l-għażliet tal-utenti tas-servizzi servew bħala l-punt tat-tluq. Dan kien mudell dominanti fis-snin disgħin u s-snin elfejn, iżda rċieva kritika talli ma kienx effettiv u effiċjenti daqs kemm mistenni kif ukoll għall-potenzjal innovattiv limitat tiegħu (4). L-enfasi tax-xejriet (“paradigmi żgħar” (5)) ta’ wara l-paradigma l-ġdida tal-ġestjoni pubblika tal-innovazzjoni tas-servizz pubbliku hija mibnija fuq ċittadin attiv li jipproduċi b’mod konġunt minflok konsumatur individwali passiv motivat minn interess personali atomizzat, u jiffukaw ukoll fuq it-tisħiħ tal-integrazzjoni u l-koordinazzjoni bejn in-networks ta’ gruppi ta’ utenti u l-partijiet ikkonċernati minflok id-diżintegrazzjoni. Il-kokreazzjoni hija meqjusa bħala kunċett ewlieni fil-mudelli li ġew wara l-paradigma l-ġdida tal-ġestjoni pubblika (6). |
|
2.5 |
Ir-riżultati tal-ħidma li l-KESE wettaq sa issa f’dan il-qasam juru li l-kokreazzjoni u l-forniment ta’ servizzi ta’ interess ġenerali miċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tagħhom jagħtu spinta lid-demokrazija parteċipattiva u jiżviluppaw ukoll l-ekonomija soċjali fl-UE, fost rwoli kruċjali oħra li s-servizzi ta’ interess ġenerali jaqdu bħala faċilitatur indispensabbli tal-attivitajiet l-oħrajn kollha fis-soċjetà. |
3. Servizzi ta’ Interess Ġenerali
|
3.1 |
Bħala parti mill-integrazzjoni Ewropea, bit-tensjoni karatteristika tagħha bejn l-unità u d-diversità, ġie żviluppat kunċett ġdid biex jirreferi għas-servizzi rregolati minn regoli u standards speċifiċi. L-għan huwa li jiġi żgurat li ċ-ċittadini u l-partijiet interessati kollha jkollhom aċċess għas-servizzi essenzjali li jiffurmaw, u se jkomplu jiffrumaw, il-bażi għal ħajja deċenti u li huma, u se jibqgħu, vitali għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà – servizzi ta’ interess ġenerali. Is-servizzi ta’ interess ġenerali jistgħu jiġu pprovduti f’kuntesti differenti, jew fi swieq kompetittivi bħala servizzi ekonomiċi ta’ interess ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali li huma esklużi minn dawn is-swieq. Hawn il-Kummissjoni tiddistingwi (7) bejn servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, servizzi mhux ekonomiċi u servizzi soċjali ta’ interess ġenerali (ekonomiċi jew mhux ekonomiċi). L-Artikolu 106 tat-TFUE japplika għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (8) jew servizzi ekonomiċi. |
|
3.2 |
Il-kunċett ġie gradwalment imsaħħaħ u ċċarat. |
|
3.2.1 |
Is-servizzi ta’ interess ġenerali huma parti mill-valuri komuni Ewropej u jaqdu rwol fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u territorjali fl-UE (9). F’dan ir-rigward, il-KESE jirreferi għall-valuri komuni tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali skont it-tifsira tal-Artikolu 14 tat-TFUE, kif stabbilit fil-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali anness għat-TUE u t-TFUE. Żvilupp ulterjuri tal-prinċipji stabbiliti hawnhekk jista’ jirriżulta fit-titjib fl-effiċjenza u l-eliminazzjoni ta’ nuqqasijiet. |
|
3.2.2 |
Dawn il-valuri komuni jinkludu tliet dimensjonijiet: is-setgħa diskrezzjonali li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti; ir-rispett għad-diversità u d-differenzi fil-ħtiġijiet, il-preferenzi u l-għażliet demokratiċi tal-utenti, kif ukoll is-sitwazzjonijiet ġeografiċi, soċjali u kulturali differenti; livell għoli ta’ kwalità, sigurtà, affordabilità, trattament indaqs u promozzjoni tal-aċċess universali u d-drittijiet tal-utenti (10). |
|
3.2.3 |
Dawn is-servizzi huma parti essenzjali mis-sistemi ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri tal-UE u, b’mod ġenerali, element ewlieni tal-mudell soċjali Ewropew. Iċ-ċittadini u n-negozji Ewropej bir-raġun jistennew li firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ interess (ekonomiku) ġenerali affidabbli, stabbli u effiċjenti jkunu disponibbli bi kwalità għolja u bi prezz raġonevoli. Dawn is-servizzi jiżguraw li l-ħtiġijiet u l-interessi kollettivi – missjonijiet ta’ interess pubbliku – jistgħu jiġu ssodisfati. Il-KESE jirrimarka b’mod espliċitu li l-forniment ta’ dawn is-servizzi li tant huma essenzjali għall-pubbliku u l-ekonomija jiddependi minn disponibbiltà adegwata ta’ riżorsi, jiġifieri finanzjament u persunal, u din trid tkun garantita. |
|
3.2.4 |
L-aċċess għas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali huwa dritt fundamentali (11) u huwa inkluż fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (12). Filwaqt li l-Prinċipju 20 tal-Pilastru jirreferi b’mod espliċitu għas-servizzi ta’ interess ġenerali “essenzjali”, prinċipji oħra tal-Pilastru jkopru servizzi importanti ta’ interess ġenerali, pereżempju l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni u l-assistenza lill-persuni mingħajr dar, il-kura fit-tul, l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità, u l-kura tas-saħħa, biex insemmu biss xi ftit minnhom. |
|
3.2.5 |
Servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali huma esklużi mir-regoli tas-suq intern u tal-kompetizzjoni; għalihom japplikaw biss il-prinċipji ġenerali tal-UE (it-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni, it-trattament indaqs, il-proporzjonalità) (13). |
|
3.2.6 |
L-UE u l-Istati Membri “jieħdu ħsieb li dawk is-servizzi joperaw fuq il-bażi ta’ prinċipji u kondizzjonijiet, b’mod partikolari ekonomiċi u finanzjarji, li jippermetulhom iwettqu l-missjonijiet tagħhom” (14). |
|
3.2.7 |
Is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali huma soġġetti għar-regoli tat-Trattati, b’mod partikolari għar-regoli dwar il-kompetizzjoni, sakemm l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma tostakolax il-prestazzjoni, legalment jew fattwalment, tal-kompiti partikolari assenjati lilhom (15). |
|
3.3 |
L-għan tas-servizzi ta’ interess ġenerali huwa li jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini u l-partijiet interessati kollha, filwaqt li jqisu l-iżvilupp temporali u spazjali tagħhom, u n-natura tagħhom hija dinamika. Dawn jistgħu jkopru oqsma bħas-sikurezza u sigurtà, is-saħħa, is-servizzi soċjali – inkluża l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabbiltà, il-kura fit-tul, l-akkomodazzjoni soċjali (16) – l-edukazzjoni, kif ukoll is-servizzi essenzjali msemmijin b’mod espliċitu fil-Prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (17). |
|
3.4 |
Fir-rigward tas-servizzi ta’ interess ġenerali, il-prinċipju tas-sussidjarjetà bejn l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea huwa stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-TUE. L-UE tistabbilixxi qafas ġenerali ta’ prinċipji mmirati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini u l-atturi ekonomiċi u soċjali kollha, filwaqt li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali jistabbilixxu u jimplimentaw is-servizzi ta’ interess ġenerali. Barra minn hekk, fir-rigward tas-servizzi ta’ interess ġenerali, il-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu jkun ukoll prinċipju gwida fir-relazzjoni bejn il-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika tal-Istati Membri, kif ukoll bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
3.5 |
Għandhom jinstabu bilanċi evoluzzjonarji fuq bażi ta’ każ b’każ, b’mod prammatiku u bl-involviment tal-partijiet interessati kollha, sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ kull individwu u komunità. |
4. Il-kokreazzjoni tas-servizzi ta’ interess ġenerali
|
4.1 |
L-atturi tas-soċjetà ċivili dejjem offrew servizzi soċjali u servizzi oħrajn ta’ interess ġenerali minħabba li l-awtoritajiet pubbliċi kienu għadhom ma identifikawx il-ħtieġa għalihom jew għaliex il-kumpaniji kummerċjali ma qisux il-provvista tagħhom bħala profittabbli. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-Istat aktar tard daħal fix-xena bħala fornitur u regolatur, u anke bħala l-garanti tal-kwalità tas-servizzi. |
|
4.2 |
L-entitajiet territorjali jipprovdu servizzi ta’ interess ġenerali huma stess, jew jikkummissjonawhom. Filwaqt li r-responsabbiltà politika tibqa’ f’idejn l-uffiċjali eletti ta’ dawn il-gvernijiet, u hija regolarment evalwata miċ-ċittadini permezz tal-elezzjonijiet, huma l-awtoritajiet pubbliċi li jissorveljaw il-forniment adegwat tas-servizzi ta’ interess ġenerali. Jistgħu jiġu segwiti żewġ approċċi differenti: minn fuq għal isfel, jiġifieri inizjattivi ta’ awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali; u minn isfel għal fuq, jiġifieri l-kokreazzjoni bl-involviment taċ-ċittadini u/jew tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Din l-Opinjoni tirreferi għal dan l-aħħar approċċ. Il-KESE jappoġġja l-implimentazzjoni wiesgħa tal-approċċ tal-kokreazzjoni: is-servizzi ta’ interess ġenerali għandhom jitfasslu f’kooperazzjoni mal-utenti, il-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiġi żgurat kemm li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tan-nies kif ukoll li l-parteċipazzjoni demokratika tkun tista’ sseħħ. |
|
4.3 |
Madankollu, l-oqsma kif ukoll il-livell tal-implimentazzjoni tal-kokreazzjoni jiddependi mill-kuntest. Mhux is-servizzi, il-komunitajiet u l-fornituri tas-servizzi kollha – b’mod partikolari dawk f’oqsma ta’ infrastruttura kritika, bħall-provvista tal-enerġija u tal-ilma – jikkonformaw ma’ mod radikalment ġdid ta’ kif wieħed javviċina s-servizzi u jikkondividi r-responsabbiltajiet, iżda kull pass lejn it-tisħiħ tas-setgħa ta’ kodeċiżjoni u t-trawwim ta’ soluzzjonijiet effettivi b’mod kollaborattiv huwa sodisfaċenti. Sabiex jiġi massimizzat l-involviment tal-utenti, jista’ jiġi rrakkomandat is- “sellum tal-kokreazzjoni” (18), b’livelli differenti ta’ involviment sistematiku tal-atturi pubbliċi u privati rilevanti, li jibda minn livell aktar baxx ta’ involviment (meta l-aġenziji pubbliċi għandhom l-għan li jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini sabiex itejbu l-kapaċità tagħhom li jaħsdu ħajjithom stess u jħeġġuhom joħolqu b’mod konġunt is-servizzi li huma offruti mis-settur pubbliku) sal-ogħla livell (meta tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni kollaborattiva bbażata fuq l-istabbiliment konġunt tal-aġenda u d-definizzjoni tal-problemi, id-disinn konġunt u l-ittestjar ta’ soluzzjonijiet ġodda u mhux ippruvati kif ukoll l-implimentazzjoni kkoordinata abbażi ta’ soluzzjonijiet pubbliċi u privati). |
|
4.4 |
Il-kokreazzjoni timplika l-adozzjoni ta’ modi ta’ ħidma bbażati fuq is-saħħa jew fuq l-assi. Approċċ ibbażat fuq l-assi jimmobilizza r-riżorsi (materjali u immaterjali), il-kapaċitajiet u l-aspirazzjonijiet tal-utenti tas-servizz minflok ma jirreġistra u jissodisfa biss il-ħtiġijiet tagħhom. Dan l-approċċ jibni fuq is-suppożizzjoni li ċ-ċittadini kollha għandhom assi siewja, ta’ spiss mhux rikonoxxuti (il-kultura, il-ħin, esperjenzi li persuna tgħixhom u titgħallem minnhom, l-għarfien prattiku, in-networks, il-ħiliet, l-ideat) li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp u t-twassil tas-servizzi. Is-sett ta’ għodod metodoloġiċi tal-kokreazzjoni jħaddan għadd ta’ metodi, minn stħarriġiet dwar is-sodisfazzjon, pereżempju fil-kummerċ elettroniku, u sondaġġi, għad-diversi modi kif jiġu espressi opinjonijiet bl-użu ta’ għodod diġitali, gruppi fokali u panels, sa metodi parteċipattivi (eż. hackathons soċjali, teknoloġiji ta’ spazju miftuħ, LivingLabs, world cafés, blueprints tas-servizzi, ħsieb proġettwali, vjaġġi tal-utenti, u diversi għodod parteċipattivi online). |
|
4.5 |
Madankollu, il-kokreazzjoni mhijiex soluzzjoni teknika u ma tistax tinkiseb permezz ta’ eżerċizzju wieħed. Hija approċċ li jippenetra l-proċessi tat-tfassil u tal-forniment tas-servizz f’diversi stadji. Fil-forom aktar radikali tiegħu, is-sett ta’ għodod ikopri forom ta’ kogovernanza li jippromovu t-trasferiment tal-poter u xi drabi t-trasferiment tas-sjieda tas-servizzi liċ-ċittadini u l-komunitajiet. Dan jinkludi l-parteċipazzjoni formali taċ-ċittadini li kisbu esperjenza ħajja fl-oqsma ta’ ftehimiet ta’ governanza, ftehimiet ta’ rappreżentanza reċiproka, kooperattivi jew organizzazzjonijiet tal-komunità. |
|
4.6 |
Il-prekundizzjoni għal proċess kokreattiv ta’ suċċess hija li jiġu mistiedna l-gruppi ta’ utenti potenzjali kollha sabiex ikunu jistgħu jirrappreżentaw l-interessi tagħhom. Parteċipazzjoni preġudikata li tiffavorixxi lil dawk iċ-ċittadini li għandhom aktar riżorsi u li huma aktar lesti li jipparteċipaw tista’ twassal għal proċessi mhux demokratiċi. |
|
4.7 |
Sine qua non ieħor tal-kokreazzjoni huwa l-fiduċja bejn il-parteċipanti fil-proċess, li tista’ tinbena biss bejn il-fornituri tas-servizzi u l-partijiet ikkonċernati jekk ikun hemm trasparenza dwar x’għandu jikseb is-servizz permezz tal-proċessi ta’ kokreazzjoni tiegħu u l-punt sa fejn jikkondividi l-ambitu u l-firxa tas-servizz b’mod miftuħ mal-kokreaturi (19). |
|
4.8 |
Il-kokreazzjoni dejjem għandha sseħħ fil-kuntest tal-ippjanar tal-ħtiġijiet nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-konflitti bejn il-profili ta’ ħtiġijiet differenti iridu jitqiesu dejjem. Meta dawn il-ħtiġijiet jiġu rreġistrati, jistgħu jsiru dibattiti pubbliċi biex jiġu diskussi suġġerimenti dwar kif għandhom jiġu prijoritizzati u biex jiġu pprovduti kriterji biex jintużaw mill-korpi rilevanti ta’ medjazzjoni u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex jiġu żgurati provvista u aċċessibbiltà ta’ kwalità għolja u affidabbli, trattament ugwali u rispett għad-drittijiet tal-utenti. Il-benefiċċju għas-soċjetà kollha kemm hi jrid tabilħaqq jibqa’ l-għan aħħari tas-servizzi ta’ interess ġenerali. Il-proċess tal-kokreazzjoni ma għandu, taħt l-ebda ċirkostanza, iwassal involontarjament għal tnaqqis fil-kwalità tas-servizzi, għal żidiet mhux ġustifikati fil-prezzijiet jew għal restrizzjoni tal-aċċess għas-servizzi. |
|
4.9 |
Il-kokreazzjoni hija interazzjoni dinamika bejn il-fornituri tas-servizzi, l-utenti tas-servizzi u partijiet ikkonċernati oħra li tinvolvi diversi stadji potenzjali: |
|
4.9.1 |
il-koinizjazzjoni: id-determinazzjoni konġunta tal-objettivi u l-finijiet tas-servizzi individwali mill-bidu nett tal-proċess; |
|
4.9.2 |
l-involviment tal-partijiet interessati: l-involviment ta’ atturi ġodda (utenti, klijenti, fornituri tas-servizz) u ż-żamma tal-involviment tagħhom tul il-proċess; |
|
4.9.3 |
il-kodisinn: it-tfassil konġunt tas-servizz; |
|
4.9.4 |
il-koimplimentazzjoni: il-forniment konġunt ta’ servizzi |
|
4.9.5 |
il-koġestjoni: l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tas-servizzi b’mod konġunt; |
|
4.9.6 |
il-kogovernanza: it-tfassil konġunt tal-politiki; |
|
4.9.7 |
il-koevalwazzjoni: il-valutazzjoni konġunta tal-effettività u l-effiċjenza tas-servizzi u d-deċiżjonijiet meħuda abbażi ta’ sett ta’ kriterji. |
|
4.10 |
F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li diġà jeżistu mudelli innovattivi fil-prattika li fihom il-forniment ta’ servizz pubbliku ma huwa possibbli bl-ebda mod mingħajr l-involviment attiv tal-utenti (20). |
|
4.11 |
Huwa essenzjali li s-servizzi ta’ interess ġenerali jiġu żviluppati bħala parti minn sforz kollaborattiv mal-utenti, il-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jiġi żgurat li joħolqu u jarrikkixxu l-valur fl-offerti tas-servizzi ta’ interess ġenerali – jiġifieri aktar benesseri jew fehim kondiviż tal-ġid komuni li jista’ jkun bażi għall-iżvilupp ta’ politiki, strateġiji u servizzi. Fi proċess ta’ żvilupp ta’ servizzi kokreattivi, in-nies li jużaw is-servizzi jaħdmu ma’ professjonisti biex ifasslu, joħolqu u jwasslu s-servizzi (21). Għalhekk, f’dan il-proċess, ir-rwoli ta’ innovatur, fornitur ta’ servizz u utent tas-servizz jikkonverġu. |
|
4.12 |
Il-valur miżjud tal-kokreazzjoni dejjem jintrabat mal-kooperazzjoni attiva bejn l-awtoritajiet pubbliċi li għandhom ir-responsabbiltà legali jew politika għall-forniment ta’ servizzi ta’ interess ġenerali, il-fornituri tas-servizzi u l-utenti, li għandhom ikunu involuti fil-proċess demokratiku ta’ kokreazzjoni. Għalhekk, il-kokreazzjoni ttejjeb il-leġittimità demokratika tad-deċiżjonijiet politiċi. |
|
4.13 |
Dan il-valur miżjud jgħin b’mod partikolari biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni demokratika meta l-fornituri tas-servizzi jkunu organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew mill-ekonomija soċjali mingħajr skop ta’ qligħ, fejn il-persunal full-time jikkoopera ma’ voluntiera jew strutturi ta’ awtoassistenza, jew meta l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw l-interessi tal-utenti jistgħu jeżerċitaw influwenza reali fuq il-fornituri tas-servizzi pubbliċi jew privati. Barra minn hekk, il-kokreazzjoni għandha wkoll dimensjoni morali; din issaħħaħ il-komunitajiet, il-koeżjoni u l-fiduċja bejn l-atturi (22). |
|
4.14 |
Dan jidher ukoll f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Eżempju reċenti huwa l-forniment ta’ servizzi minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (speċjalment fl-oqsma soċjali u edukattivi) għar-refuġjati tal-gwerra mill-Ukrajna, u bil-parteċipazzjoni tagħhom. Il-kapaċità immedjata tas-soċjetà ċivili biex b’mod spontanju, iżda wkoll b’suċċess, timplimenta mudelli u proċeduri ta’ kokreazzjoni kienet kruċjali u possibbli f’territorji li diġà esperjenzaw proċessi ta’ kokreazzjoni li rnexxew. |
5. Inizjattivi ta’ politika fil-livell tal-UE
|
5.1 |
Għalkemm il-kundizzjonijiet qafas għall-forniment, u b’hekk il-kokreazzjoni, tas-servizzi ta’ interess ġenerali huma primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jeħtieġ li jiġu mħeġġa jipprovdu appoġġ adegwat għall-forniment ta’ servizzi ta’ interess ġenerali ta’ kwalità għolja. Għal dan il-għan, hemm ħtieġa urġenti li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jiżviluppaw kunċetti ta’ kodisinn billi joħolqu sett ta’ għodod li jiffaċilita l-użu ta’ mudelli ta’ kodisinn. Inizjattivi bħal dawn għandhom iħeġġu lill-partijiet interessati rilevanti kollha fl-Istati Membri biex jippromovu l-kokreazzjoni u l-forniment ta’ servizzi ta’ interess ġenerali mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, parzjalment minħabba li l-approċċ ta’ kokreazzjoni jgħin ħafna biex is-servizzi jiġu adattati għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu, kif ukoll biex jiġu modernizzati u orjentati lejn il-futur. |
|
5.2 |
Għal dan il-għan, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tadotta approċċ trasversali, u tqis l-oqsma differenti ta’ kompetenza tagħha u l-partijiet ikkonċernati kollha, sabiex tiżviluppa sett ta’ għodod li jinkorpora diversi forom ta’ kokreazzjoni, il-proġetti pilota mwettqa u l-konklużjonijiet li għandhom jinsiltu minn dawn il-proġetti. |
|
5.3 |
B’mod aktar speċifiku, il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni tippubblika dokument ta’ ħidma dwar dan is-suġġett bħala bażi għal aktar ħidma, bil-għan li jinħoloq “sett ta’ għodod”, li għandu jinkoraġġixxi u jiggwida lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali lejn użu msaħħaħ ta’ mudelli ta’ kokreazzjoni. Dan id-dokument għandu, fost l-oħrajn, iqis il-kokreazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 26 tat-TUE u t-TFUE, fid-dawl ukoll tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ir-rwol speċifiku tal-ekonomija soċjali mingħajr skop ta’ qligħ fil-kokreazzjoni u l-kundizzjonijiet qafas meħtieġa għal dan l-iskop, kif stabbilit fl-Opinjoni tal-KESE tat-18 ta’ Settembru 2020 dwar It-tisħiħ tal-intrapriżi soċjali mingħajr skop ta’ qligħ bħala pilastru essenzjali ta’ Ewropa soċjali (23). Barra minn hekk, id-dokument għandu jirreferi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 77 tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku (24) b’mod li jirriserva kuntratti għal servizzi tas-saħħa, soċjali u kulturali, kif ukoll edukattivi, kif elenkati f’dak l-Artikolu, għal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Barra minn hekk, id-dokument għandu jinkludi wkoll proposti għal appoġġ fil-livell tal-UE u dak nazzjonali għal proġetti innovattivi ta’ kokreazzjoni, billi jitqiesu l-komponenti tar-riċerka, u ġabra tal-aħjar prattiki. Abbażi tas-sett ta’ għodod kif deskritt hawn fuq, wara konsultazzjoni usa’ fil-livell tal-UE, tista’ titnieda green paper u wara white paper. |
|
5.4 |
Min-naħa tiegħu, il-KESE se jistabbilixxi forum għall-iskambju ta’ ideat u tal-aħjar prattiki f’dan il-qasam, bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tal-universitajiet u tal-proġetti ta’ riċerka, sabiex jinżamm u jkompli jiġi żviluppat il-proċess ta’ diskussjoni fil-livell Ewropew. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 131.
(2) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32014L0024&from=MT
(3) https://cosie.turkuamk.fi.
(4) Drechsler, W. (2009) Towards a Neo-Weberian European Union? Lisbon agenda and public administration, Halduskultuur—Administrative Culture 2009, 10(1), 6-21.
(5) Çolak, Ç. D. (2019) Why the new public management is obsolete: an analysis in the context of the post-new public management trends, Croatian and Comparative Public 2019, 19(4), 517-536, https://doi.org/10.31297/hkju.19.4.1.
(6) Torfing, J., Sørensen, E., & Røiseland, A. (2019) Transforming the public sector into an arena for co-creation: Barriers, drivers, benefits and ways forward. Administration & Society 2019, 51(5), 795-825, https://doi.org/10.1177/0095399716680057.
(7) https://ec.europa.eu/info/topics/single-market/services-general-interest_mt
(8) Minqux fit-Trattat ta’ Ruma; attwalment l-Artikolu 106 tat-TFUE.
(9) TFUE – Dispożizzjonijiet ġenerali, l-Artikolu 14.
(10) Protokoll Nru 26 tat-TUE u tat-TFUE.
(11) Artikolu 36 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
(12) Punt 20 tal-Pilastru.
(13) Protokoll Nru 26 tat-TUE u tat-TFUE.
(14) Artikolu 14 tat-TFUE.
(15) Artikolu 106 tat-TFUE.
(16) Minħabba l-kriżi fis-settur tal-akkomodazzjoni li qed tmur għall-agħar f’ħafna Stati Membri, l-akkomodazzjoni bi prezzijiet raġonevoli qed issir ukoll dejjem aktar importanti bħala servizz essenzjali.
(17) “Ilma, sanità, enerġija, trasport, servizzi finanzjarji u komunikazzjonijiet diġitali.”
(18) Torfing, J., Sørensen, E., & Røiseland, A. (2019) Transforming the public sector into an arena for co-creation: Barriers, drivers, benefits and ways forward. Administration & Society 2019, 51(5), 795-825, https://journals.sagepub.com/doi/10.1177/0095399716680057.
(19) https://cosie.turkuamk.fi/arkisto/index.html
(20) Pereżempju, “services publics partagés” (servizzi pubbliċi kondiviżi) fi Franza (servizzi pubbliċi kondiviżi): https://service-public-partage.fr/
(21) Social Care Institute of Excellence (2015) Co-production in social care: what it is and how to do it? SCIE Guide 51.
(22) C. Fox et al. (2021) A New Agenda for Co-Creating Public Services, Turku University of Applied Sciences, https://julkaisut.turkuamk.fi/isbn9789522167842.pdf.
(23) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 131.
(24) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32014L0024&from=MT
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/83 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Sħubijiet tematiċi taħt il-Ftehim ta’ Ljubljana”
(opinjoni esploratorja)
(2022/C 486/12)
|
Relatur: |
David SVENTEK |
|
Korelatur: |
Florian MARIN |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill – Presidenza Ċeka, 26.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
9.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
190/1/4 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jappoġġja bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet ippreżentati fil-Ftehim ta’ Ljubljana dwar l-Aġenda Urbana tal-UE, u jilqa’ b’mod partikolari l-enfasi qawwija fuq is-sħubija u l-approċċi f’diversi livelli u b’diversi partijiet interessati fl-iżvilupp urban sostenibbli. |
|
1.2 |
Is-sħubijiet tematiċi għandhom iwasslu għal azzjonijiet u riżultati tanġibbli u sostenibbli li jdumu aktar mis-sħubijiet infushom. It-trasferiment tar-riżultati lejn Stati Membri, reġjuni, bliet jew setturi oħra għandu jkun kunsiderazzjoni kontinwa. Id-distribuzzjoni territorjali u l-bilanċ ġeografiku ta’ dawn l-opportunitajiet għandha tiġi mmonitorjata sabiex ikunu ta’ benefiċċju għar-reġjuni u l-bliet vulnerabbli. |
|
1.3 |
Ir-rabta bejn l-Aġenda Urbana tal-UE u l-politika ta’ koeżjoni tista’ tissaħħaħ. Minkejja li huma żewġ politiki u inizjattivi distinti b’objettivi differenti inkorporati f’oqfsa differenti, għandhom jeżistu sinerġiji. Huma meħtieġa għodod u strumenti interkonnessi għal appoġġ aktar koerenti għall-bliet taħt il-Politika ta’ Koeżjoni, kif ukoll kooperazzjoni u integrazzjoni intersettorjali u interistituzzjonali fil-livell strateġiku u operattiv. Is-sħubijiet tematiċi għandhom jingħataw aktar leġittimità fil-futur. |
|
1.4 |
Mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni prevedibbli u appoġġjati finanzjarjament li jsarrfu l-għanijiet strateġiċi Ewropej f’azzjonijiet konkreti, u finanzjament adegwat fil-livell lokali huma kruċjali għall-awtoritajiet urbani żgħar u ta’ daqs medju u għall-parteċipazzjoni kontinwa tagħhom fil-proċessi tal-Aġenda Urbana tal-UE. |
|
1.5 |
Il-KESE jemmen li l-kriterji użati għall-għażla tal-imsieħba jeħtieġ li jkunu aktar speċifiċi, miftuħa u inklużivi. Il-proċess tal-għażla m’għandux jinjora l-opportunità tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jipparteċipaw f’dan il-proċess flimkien mal-awtoritajiet urbani. Huwa importanti li titqies il-valutazzjoni ex ante li saret għall-ekoloġizzazzjoni tal-bliet u t-turiżmu sostenibbli. |
|
1.6 |
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-prevedibbiltà tal-karriera, u l-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità għolja, opportunitajiet indaqs u pagi adegwati għandhom jiġu indirizzati b’mod trasversali. Għandhom jitqiesu t-tipi kollha ta’ djalogi u konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati bħad-djalogu soċjali, id-djalogu ċiviku u l-konsultazzjonijiet maċ-ċittadini. |
|
1.7 |
Il-KESE jissuġġerixxi li jitqiesu l-approċċ minn isfel għal fuq, ir-raggruppamenti tematiċi, in-networks tematiċi u n-networks għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet imfassla apposta u bbażati fuq il-post, flimkien mal-kapaċità li jintużaw in-networks tematiċi u tal-bliet eżistenti, speċjalment għall-bliet żgħar u ta’ daqs medju. |
|
1.8 |
Ir-rwol tal-KESE fil-governanza tal-Aġenda Urbana tal-UE u tal-Ftehim ta’ Ljubljana jista’ jissaħħaħ. Il-KESE għandu wkoll isir parti kemm mill-Grupp tal-Iżvilupp Urban kif ukoll mill-Grupp Tekniku Preparatorju tal-Aġenda Urbana, u involut fil-laqgħa tad-Diretturi Ġenerali dwar kwistjonijiet urbani. |
|
1.9 |
Id-demokrazija parteċipattiva, l-ekonomija tal-benesseri fil-bliet u l-konnessjonijiet bejn iż-żoni urbani u rurali jistgħu jkunu temi addizzjonali indirizzati mis-sħubijiet tematiċi, b’attenzjoni speċjali fuq iż-żgħażagħ. |
|
1.10 |
Il-KESE jtenni s-suġġeriment tiegħu li jiġi stabbilit segretarjat iddedikat għat-titjib tal-effiċjenza u l-effettività tas-sħubijiet tematiċi, sabiex tiġi żgurata rabta mal-politiki urbani fil-livell lokali, tiġi żgurata l-assistenza teknika u jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta’ komunitajiet tematiċi u l-iskambju tal-aħjar prattiki tematiċi. Dan għandu jsir f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. |
2. Sfond
|
2.1 |
Fis-26 ta’ Novembru 2021, il-Ministri tal-UE responsabbli għal kwistjonijiet urbani adottaw il-Ftehim ta’ Ljubljana u l-programm ta’ ħidma pluriennali tiegħu, li jibda fażi ġdida tal-aġenda urbana għall-UE. Dan id-dokument jipprevedi passi konkreti għat-tiġdid tal-aġenda urbana tal-UE, bl-għan komuni li tħalli impatt akbar u issir aktar effiċjenti. Il-programm ta’ ħidma pluriennali jikkomplementa d-dikjarazzjoni politika, u jistabbilixxi l-parametri operattivi, il-metodu ta’ ħidma u l-passi għall-implimentazzjoni tal-fażi li jmiss ta’ din il-governanza f’diversi livelli u l-inizjattiva b’diversi partijiet interessati. |
|
2.2 |
L-14-il tema ta’ prijorità tal-Aġenda Urbana tal-UE (1) għadhom validi: l-inklużjoni tal-migranti u r-refuġjati; il-kwalità tal-arja; il-faqar urban; l-akkomodazzjoni; l-ekonomija ċirkolari; l-impjiegi u l-ħiliet fl-ekonomija lokali; l-adattament għat-tibdil fil-klima (inklużi soluzzjonijiet ta’ infrastruttura ekoloġika); it-tranżizzjoni tal-enerġija; l-użu sostenibbli tal-art u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura; il-mobbiltà urbana; it-tranżizzjoni diġitali; akkwist pubbliku innovattiv u responsabbli; il-kultura u l-wirt kulturali; u s-sigurtà fl-ispazji pubbliċi. |
|
2.3 |
Il-Ftehim ta’ Ljubljana jżid l-erba’ temi li ġejjin ma’ din il-lista ta’ temi ta’ prijorità: bliet ta’ ugwaljanza, l-ikel, l-ekoloġizzazzjoni tal-bliet, u t-turiżmu sostenibbli. Dawn żdiedu fuq il-bażi ta’ proċessi kokreattivi, u marbuta mal-Karta l-Ġdida ta’ Leipzig, il-politiki tal-UE, xejriet emerġenti oħra tal-iżvilupp urban, u l-ħtiġijiet tal-bliet. |
|
2.4 |
Il-Presidenza Ċeka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jmiss talbet lill-KESE biex jesplora kif il-bidliet tal-Ftehim il-ġdid ta’ Ljubljana jista’ jkollhom impatt fuq il-ħolqien ta’ sħubijiet tematiċi ġodda. Tnejn mill-erba’ temi li kien hemm qbil dwarhom f’Ljubljana se jiġu żviluppati aktar matul il-Presidenza Ċeka tal-UE: l-ekoloġizzazzjoni tal-bliet, u t-turiżmu sostenibbli. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE jappoġġja bil-qawwa id-dikjarazzjonijiet ippreżentati fil-Ftehim ta’ Ljubljana dwar l-Aġenda Urbana tal-UE, u jilqa’ b’mod partikolari l-enfasi qawwija fuq is-sħubija u l-approċċi f’diversi livelli u b’diversi partijiet interessati fl-iżvilupp urban. |
|
3.2 |
Fl-istess ħin, il-KESE jappoġġja t-tkomplija u l-iżvilupp ulterjuri tal-Aġenda Urbana tal-UE, b’rispett sħiħ għall-prinċipji tal-proporzjonalità. Barra minn hekk, il-prinċipju tal-addizzjonalità għandu jiġi ġestit bir-reqqa fil-livell lokali. |
|
3.3 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Ftehim ta’ Ljubljana jirrikonoxxi l-importanza u r-rwol tal-KESE fl-appoġġ tal-Aġenda Urbana tal-UE. Kif imsemmi fil-programm ta’ ħidma pluriennali tal-Aġenda Urbana tal-UE, il-KESE huwa kapaċi u lest li jipprovdi kontribut u appoġġ fir-rigward tat-territorjalità tal-iżvilupp, is-sħubijiet, u l-aspetti ekonomiċi u soċjali tal-iżvilupp urban, u fir-rigward tat-tixrid tal-politiki urbani tal-UE. |
|
3.4 |
Id-diversità, il-kumplessità u l-isfidi tas-sostenibbiltà tal-politiki tal-iżvilupp urban jeħtieġu approċċi f’diversi livelli u b’diversi partijiet interessati li jipprijoritizzaw is-sħubijiet. Il-Ftehim ta’ Ljubljana jirrikonoxxi l-importanza tas-sħubija fit-titjib tal-għarfien. Is-sħubijiet tematiċi għandhom iwasslu għal azzjonijiet u riżultati tanġibbli u sostenibbli li jdumu aktar mis-sħubijiet infushom. It-trasferiment tar-riżultati lejn reġjuni, bliet jew setturi oħra għandu jkun kunsiderazzjoni kontinwa. Id-distribuzzjoni territorjali ta’ dawn l-opportunitajiet għandha tiġi mmonitorjata. Il-bliet għandhom ikunu motivati u inċentivati biex jużaw l-opportunitajiet ta’ żvilupp Ewropej u biex ikunu attivi fil-livell tal-UE. |
|
3.5 |
Huwa diffiċli li wieħed jinnaviga d-diversità tal-bliet u l-politiki tal-iżvilupp tagħhom, u din hija kwistjoni li għaliha bħalissa m’hemm l-ebda soluzzjoni ġenerali fil-politiki tal-iżvilupp urban tal-UE. Huwa meħtieġ approċċ personalizzat li jagħti valur lis-sħubija, lis-soċjetà ċivili u lill-imsieħba soċjali. Is-soluzzjonijiet għall-futur tal-istrateġiji ta’ żvilupp għandhom jinkludu perspettivi, għarfien espert u dixxiplini differenti. L-Opinjoni tal-KESE dwar Reviżjoni tal-Aġenda Territorjali tal-UE, tal-Karta ta’ Leipzig u tal-Aġenda Urbana tal-UE (2), tirrakkomanda l-użu tal-aktar strumenti ta’ appoġġ adatti għal kull tip ta’ territorju filwaqt li tiġi rispettata s-sussidjarjetà, li se jtaffi s-sintomi ta’ privazzjoni, ritard u iżolament fil-każ ta’ reġjuni f’riskju. |
|
3.6 |
Għandha tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fit-tipi kollha ta’ bliet meta jiġi ffinanzjat l-iżvilupp sostenibbli tagħhom, jiġifieri aċċess ugwali għall-fondi għal bliet żgħar u ta’ daqs medju. Il-prinċipju tal-kompetizzjoni għandu jiġi adattat ukoll għal din is-sitwazzjoni, u għandu dejjem jitqies. |
|
3.7 |
Element ġdid inkluż fil-Ftehim ta’ Ljubljana huwa l-valutazzjoni ex ante tat-temi. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom l-għan li jużaw approċċ prammatiku, effettiv u orjentat lejn ir-riżultati, bil-għan li jiżdied l-impatt tar-riżultati tanġibbli futuri tal-Aġenda Urbana tal-UE. Dawn se jippermettu wkoll li l-kriterji tal-għażla jitfasslu apposta għall-imsieħba. Il-KESE jirrakkomanda li l-iskambju tal-aħjar prattiki, inklużi mudelli ta’ sħubija u ta’ kooperazzjoni, ikun kunsiderazzjoni kostanti għall-partijiet interessati tal-politika urbana u s-sħubijiet tematiċi futuri. |
|
3.8 |
Il-personalizzazzjoni tal-istrumenti ffinanzjati mill-fondi tal-UE u l-fondi pubbliċi għandha tiġi stabbilita sabiex jiġu implimentati l-pjani ta’ azzjoni għas-sħubija tematika. Għandu jiġi stabbilit appoġġ adattat (strumenti finanzjarji, għotjiet u fondi) biex jiġi żgurat li l-proċess ta’ implimentazzjoni tas-sħubija tematika jaħdem b’mod effiċjenti, speċjalment fir-rigward tal-għajnuna għal bliet u organizzazzjonijiet żgħar u ta’ daqs medju. L-aċċess għal dan l-appoġġ għandu jkun ukoll ġust, u jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet u l-bliet iż-żgħar ma jitħallewx jibqgħu lura. |
|
3.9 |
Strumenti bħal investimenti territorjali integrati u żvilupp lokali mmexxi mill-komunità kellhom suċċess wiesa’ u għandhom jitkomplew u jissaħħu abbażi ta’ mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni stabbli u prevedibbli. Il-KESE jemmen li hemm ukoll lok għal approċċ integrat (3) fir-rigward tal-possibbiltà li r-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati jiġu kkombinati sabiex isaħħu l-kapaċità u biex ir-riskji jiġu kondiviżi għall-benefiċċju ta’ żvilupp territorjali kif ukoll urban, li jkun soġġett għal kontroll demokratiku, governanza trasparenti u responsabbiltà. |
|
3.10 |
L-innovazzjoni għandha dejjem tiġi kkunsidrata meta jiġu indirizzati l-isfidi tal-iżvilupp urban sostenibbli. Huwa rrakkomandat li l-aċċess għall-innovazzjoni, kif ukoll il-kondiviżjoni u l-espansjoni tal-ideat tal-innovazzjoni, jiddaħħlu b’mod trasversali fil-politika ta’ koeżjoni għall-2021-2027, u fil-ftehimiet ta’ sħubija fil-livell tal-Istati Membri. L-ittestjar ta’ soluzzjonijiet rilevanti u innovattivi ġodda m’għandux jiġi injorat, speċjalment f’oqsma bħat-Teknoloġiji 4.0, l-Industrija 5.0, jew fit-teknoloġiji tal-Web3, kif ukoll fl-innovazzjoni soċjali. Hemm rwol importanti għall-Inizjattiva Urbana Ewropea fil-bini tal-kapaċità u fl-appoġġ għal azzjoni innovattiva. |
|
3.11 |
Ir-reġjuni u l-bliet emarġinati u l-popolazzjonijiet vulnerabbli tagħhom għandhom ikunu ta’ tħassib kontinwu fil-politiki tal-iżvilupp, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini kollha. It-tnaqqis tal-faqar għandu jkun ukoll prijorità ewlenija. L-aċċess għal edukazzjoni inklużiva ta’ kwalità, servizzi soċjali, kura tas-saħħa u servizzi pubbliċi oħra huwa kruċjali biex jiġi żgurat irkupru ġust wara l-pandemija għall-bliet. Meta jiġu żviluppati u implimentati sħubijiet tematiċi, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-gruppi vulnerabbli ta’ residenti tal-belt, b’mod partikolari lill-anzjani, lill-persuni b’diżabbiltà, lill-minoranzi, lill-immigranti, lir-refuġjati, u lil dawk li huma soċjalment, ekonomikament u kulturalment żvantaġġati, fost l-oħrajn. L-involviment tagħhom għandu jiġi żgurat permezz tal-bini tal-kapaċità fi ħdan il-proċess. Il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa li t-tnaqqis ta’ forom ġodda ta’ inugwaljanzi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u territorjali jsir prijorità, u għaldaqstant, għandu jiġi garantit l-involviment ġust u varjat tal-partijiet interessati differenti. |
|
3.12 |
Il-Ftehim ta’ Ljubljana jidentifika ħtiġijiet ta’ appoġġ organizzattiv u ta’ għarfien espert, kif ukoll xi ħtiġijiet ta’ appoġġ għal bliet iżgħar. Peress li l-Aġenda Urbana tal-UE għadha inizjattiva informali u volontarja, il-membri għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-appoġġ tas-sħubijiet u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet. Il-KESE jemmen li l-appoġġ tekniku meħtieġ fil-qafas tas-sħubijiet għandu jqis is-sostenibbiltà tar-riżultati finali tas-sħubijiet. Approċċ imsaħħaħ, integrat u parteċipattiv għandu jitqies ukoll kontinwament, flimkien mal-ġbir u l-użu tad-data għal investimenti bbażati fuq l-evidenza. |
|
3.13 |
Madankollu, mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni prevedibbli u appoġġjati finanzjarjament li jsarrfu l-istrateġiji strateġiċi Ewropej f’azzjonijiet konkreti, u finanzjament adegwat fil-livell lokali huma kruċjali għall-awtoritajiet urbani żgħar u ta’ daqs medju u għall-parteċipazzjoni kontinwa tagħhom fil-proċessi tal-Aġenda Urbana tal-UE. Barra minn hekk, dan il-prinċipju għandu jiġi ġestit bir-reqqa fl-implimentazzjoni ta’ sħubijiet tematiċi. |
|
3.14 |
Il-politika ta’ koeżjoni toffri varjetà ta’ għodod u strumenti għall-iżvilupp urban sostenibbli fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027. L-għan ta’ politika 5 il-ġdid, “Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini”, għandu l-għan li jiżviluppa għodod speċifiċi għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali fil-bliet u l-irħula ta’ kull daqs. L-allokazzjoni urbana minima tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) f’kull Stat Membru mmirata lejn il-prijoritajiet u l-proġetti magħżula mill-bliet abbażi ta’ dawn l-istrateġiji żdiedet minn 5 % għal 8 %. Barra minn hekk, l-Inizjattiva Urbana Ewropea nħolqot biex toffri appoġġ aktar koerenti lill-bliet. Il-KESE jirrakkomanda li l-opportunitajiet ta’ sħubija tematika jiġu mxerrda kontinwament fil-livell lokali, u li jiġu involuti l-partijiet interessati rilevanti kollha, inkluż il-KESE. Fil-futur, l-allokazzjoni urbana tista’ tkun ogħla. |
|
3.15 |
Minħabba ż-żieda fil-volatilità u l-għadd varjat ta’ riskji, is-sħubijiet tematiċi jeħtieġ li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza u r-rispons għal xokkijiet asimmetriċi, bħall-COVID-19 u sitwazzjonijiet simili oħra. Il-gwerra kundannabbli fl-Ukrajna qed tinfluwenza l-iżvilupp urban fil-pajjiżi tal-fruntieri. Is-sħubijiet tematiċi għandhom jiġu adattati biex jindirizzaw kriżijiet fuq perjodu qasir, u jkunu abbinati ma’ approċċi strateġiċi fit-tul. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Il-KESE jemmen li l-kriterji użati għall-għażla tal-imsieħba fis-sħubijiet tematiċi jeħtieġ li jkunu aktar speċifiċi. Il-proċess tal-għażla m’għandux jinjora l-opportunità tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jipparteċipaw f’dan il-proċess flimkien mal-awtoritajiet urbani, inklużi dawk li jirrappreżentaw gruppi vulnerabbli bħall-anzjani, il-persuni b’diżabbiltà, il-minoranzi, l-immigranti, ir-refuġjati, u dawk li huma soċjalment, ekonomikament u kulturalment żvantaġġati, fost oħrajn. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jiġu mħeġġa u motivati jinvolvu ruħhom fi sħubijiet fl-ambitu tal-Aġenda Urbana tal-UE. |
|
4.2 |
Skont il-Patt ta’ Amsterdam, il-KESE huwa mistieden jikkontribwixxi, fi ħdan il-kompetenzi tiegħu, għall-iżvilupp ulterjuri tal-Aġenda Urbana tal-UE, u huwa wieħed mill-partijiet interessati tal-Patt ta’ Amsterdam. Il-validità tal-Patt ta’ Amsterdam ġiet imtennija fid-Dokument ta’ Implimentazzjoni tal-Karta l-Ġdida ta’ Leipzig u fil-Ftehim ta’ Ljubljana. Ir-rwol tal-KESE fl-Aġenda Urbana tal-UE u fil-Ftehim ta’ Ljubljana għandu jissaħħaħ. Il-KESE huwa parti interessata Ewropea ewlenija responsabbli għall-varjabbli ekonomiċi u soċjali tal-politiki tal-iżvilupp, u għandu l-kapaċità, l-għarfien espert u l-leġittimità li jikkontribwixxi għat-tliet pilastri tal-Ftehim ta’ Ljubljana: finanzjament aħjar, regolamentazzjoni aħjar, u għarfien aħjar. Il-KESE għandu jiġi rikonoxxut formalment u għandu jaqdi rwol fil-korpi ta’ governanza ewlenin tal-Ftehim ta’ Ljubljana, u jsir parti kemm mill-Grupp għall-Iżvilupp Urban, kif ukoll mill-Grupp Tekniku Preparatorju tal-Aġenda Urbana, u involut fil-laqgħa tad-Diretturi Ġenerali dwar kwistjonijiet urbani. |
|
4.3 |
Il-KESE jemmen li s-sħubijiet tematiċi futuri għandhom jinkludu temi bħad-demokrazija parteċipattiva, l-ekonomija tal-benesseri fil-bliet u l-konnessjonijiet urbani-rurali (4), li huma konformi mal-kunċett tal-iżvilupp territorjali użat fil-qafas strateġiku Ewropew. Il-KESE jirrakkomanda li tiġi protetta rabta ċara bejn il-proċess tal-għażla tal-imsieħba, l-għażla tat-temi u l-SDGs, u l-kontributi tas-sħubija fl-implimentazzjoni tal-SDGs. |
|
4.4 |
Fil-futur, is-sħubijiet tematiċi jistgħu jiġu organizzati f’raggruppamenti tematiċi, networks tematiċi eżistenti, u networks għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet imfassla apposta u bbażati fuq il-post għall-bliet. Iż-żieda fl-aċċess għan-networks, speċjalment għall-bliet żgħar u ta’ daqs medju, għandha tiġi kkunsidrata. Il-bliet għandhom ikunu fil-qalba tal-approċċ minn isfel għal fuq tas-sħubijiet tematiċi biex tiġi żgurata sinerġija bejn is-sitwazzjonijiet lokali u s-sħubijiet tematiċi li huma fis-seħħ. |
|
4.5 |
Il-proċess ta’ konsultazzjoni użat mis-sħubijiet tematiċi għandu jinkludi l-forom kollha ta’ djalogu u konsultazzjonijiet bħad-djalogu soċjali, id-djalogu maċ-ċittadini u d-djalogu ċiviku, u jinkludi t-tipi kollha ta’ partijiet interessati ċiviċi, bħall-imsieħba soċjali, l-NGOs u ċ-ċittadini. |
|
4.6 |
Il-KESE jissuġġerixxi li jiġi stabbilit segretarjat għal sħubijiet tematiċi mal-Kummissjoni u partijiet interessati rilevanti oħra biex jiġu appoġġjati s-sħubijiet tematiċi, tiġi żgurata r-rabta mal-politiki urbani fil-livell lokali, tiġi żgurata l-assistenza teknika, u jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta’ komunitajiet tematiċi u l-iskambju tal-aħjar prattiki tematiċi. Għandhom jiġu allokati biżżejjed riżorsi biex tiġi żgurata amministrazzjoni effiċjenti u sħubijiet tematiċi effettivi, speċjalment biex jiġu implimentati l-pjani ta’ azzjoni. |
|
4.7 |
Il-KESE jirrakkomanda li tissaħħaħ ir-rabta bejn l-Aġenda Urbana tal-UE u l-politika ta’ koeżjoni. Minkejja li huma żewġ politiki u inizjattivi distinti b’objettivi differenti inkorporati f’oqfsa differenti, għandhom jeżistu sinerġiji, b’mod partikolari fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjattaforma għall-Kondiviżjoni tal-Għarfien (5), u l-attivitajiet ta’ kapitalizzazzjoni li għandhom jiġu żviluppati taħt l-Inizjattiva Urbana Ewropea. L-azzjoni eżistenti għall-implimentazzjoni tas-sħubijiet tematiċi tista’ tissemma fil-programmi operazzjonali, fis-sejħiet differenti għall-proposti, jew fil-kriterji tal-evalwazzjonijiet tal-proġetti. Ir-riżultati tal-ħidma tas-sħubija tematika għandhom jikkontribwixxu għall-ippjanar tal-programmi operattivi l-ġodda ta’ koeżjoni. |
|
4.8 |
Jeħtieġ li jkun hemm aktar koerenza u rabta aktar b’saħħitha bejn il-politiki urbani implimentati fil-livell lokali u l-politiki tal-UE, b’mod partikolari l-politika ta’ koeżjoni. Huma meħtieġa għodod u strumenti interkonnessi għal appoġġ aktar koerenti għall-bliet taħt il-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll kooperazzjoni u integrazzjoni intersettorjali u interistituzzjonali fil-livell strateġiku u operattiv. Barra minn hekk, il-kompetittività reġjonali trid titlesta permezz ta’ komplementarjetà bejn iż-żoni urbani u rurali, u b’koeżjoni soċjali b’saħħitha taħt il-politika ta’ koeżjoni 2021-2027. |
|
4.9 |
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-prevedibbiltà tal-karrieri, u l-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità għolja, opportunitajiet u pagi adegwati huma varjabbli importanti għall-ġustizzja u l-ekwità tal-proċessi tal-iżvilupp urban, u għandhom jiġu indirizzati b’mod trasversali fi kwistjonijiet tal-ekoloġizzazzjoni tal-bliet, is-sostenibbiltà tal-katina tal-provvista tal-ikel, l-ekonomija ċirkolari u t-turiżmu sostenibbli. L-investiment fin-nies għandu jibqa’ wieħed mill-prijoritajiet ewlenin tal-istrateġiji ta’ żvilupp. L-aċċess ġust u l-opportunitajiet indaqs, u l-kapaċità li jiġu eżerċitati d-drittijiet fundamentali huma kruċjali għas-suċċess tas-sħubijiet tematiċi. |
|
4.10 |
Minħabba l-konċentrazzjoni tar-riżorsi u l-ħtiġijiet fiż-żoni urbani, is-Semestru Ewropew għandu jieħu approċċ aktar individwali għall-effettività tal-politiki tal-iżvilupp urban sabiex ħadd u mkien ma jitħalla jibqa’ lura. Il-koerenza ma’ strumenti Ewropej oħra bħall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandha tkun kunsiderazzjoni kostanti. |
|
4.11 |
Strateġiji ta’ żvilupp u proġetti li huma kumplessi ħafna fin-natura tagħhom huma f’domanda akbar. Il-KESE jissuġġerixxi li għal dawn it-tipi ta’ investimenti, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jsaħħu l-kapaċità fl-oqsma tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, il-prospettiva strateġika u t-tħejjija ta’ xenarji differenti, l-ippjanar strateġiku u l-implimentazzjoni tal-investimenti pubbliċi. Dan huwa kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli b’suċċess tal-bliet Ewropej, u għall-orjentazzjoni mill-ġdid tal-bliet lejn in-nies. Għandhom jitqiesu l-konverġenza tad-data minn sħubijiet differenti u l-aċċess għad-data bl-użu ta’ pjattaformi ta’ data miftuħa, flimkien mal-ġustizzja diġitali u d-demokrazija diġitali. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://ec.europa.eu/regional_policy/en/policy/themes/urban-development/agenda
(2) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 145.
(3) Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar Reviżjoni tal-Aġenda Territorjali tal-UE, tal-Karta ta’ Leipzig u tal-Aġenda Urbana tal-UE (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 145).
(4) Ara l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE dwar Lejn strateġija olistika dwar l-iżvilupp rurali/urban sostenibbli (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 49).
(5) https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/strategy/strategy-2020-2024/our-digital-future/era/knowledge-exchange-platform-kep_en.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/88 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-indirizzar tal-faqar enerġetiku u r-reżiljenza tal-UE: l-isfidi minn perspettiva ekonomika u soċjali”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Ċeka)
(2022/C 486/13)
|
Relatur: |
Ioannis VARDAKASTANIS |
|
Konsultazzjoni mitluba mill-Presidenza Ċeka tal-Kunsill |
Ittra, 26.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Opinjoni esploratorja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
22.6.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
137/2/5 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
L-iżgurar ta’ aċċess ugwali għall-enerġija u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija bi spiża affordabbli trid tkun prijorità assoluta għall-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Membri tagħha. Minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, aktar u aktar ċittadini konsumaturi tal-UE qed jiġu affettwati mill-faqar enerġetiku madwar l-Ewropa. Dawk li diġà kienu qed jiffaċċjaw il-faqar enerġetiku qed jaraw li s-sitwazzjonijiet tagħhom qegħdin jaggravaw u dawk il-konsumaturi li fil-passat ma ffaċċjawx problemi biex iħallsu l-kontijiet tal-enerġija, issa qegħdin f’riskju li jispiċċaw fil-faqar. Din is-sitwazzjoni ġiet affettwata mit-tensjonijiet ġeopolitiċi attwali, inkluża l-gwerra fl-Ukrajna u d-dipendenza tal-Istati Membri mill-importazzjoni tal-enerġija. Jeħtieġ li jiġu adottati miżuri urġenti għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-faqar enerġetiku li qegħdin jaffaċċjaw iċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-UE. |
|
1.2. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza mogħtija lill-faqar enerġetiku fl-inizjattivi tal-UE, inklużi l-leġiżlazzjoni u l-politiki, b’mod partikolari fil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni. Dawk il-miżuri huma essenzjali biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku fit-tul u biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà. Madankollu, ir-reżiljenza tal-UE se titkejjel biss mill-mod kif l-UE u l-Istati Membri jindirizzaw l-isfidi kritiċi soċjali, ambjentali u ekonomiċi li jiffaċċjaw iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. |
|
1.3. |
Sabiex tiġi indirizzata l-kriżi attwali tal-faqar enerġetiku, il-KESE jitlob li titwaqqaf koalizzjoni politika wiesgħa u ambizzjuża biex tanalizza u tindirizza l-faqar enerġetiku minn approċċ olistiku bil-għan li jitbaxxa għal livell minimu sal-2030 u jiġi eliminat għal kollox fit-tul. Il-koalizzjoni għandha tinkludi lill-Kummissjoni Ewropea u ċ-Ċentru ta’ Konsulenza għall-Faqar Enerġetiku tagħha, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, l-Istati Membri, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Patt tas-Sindki u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili organizzati, inklużi r-rappreżentanti tan-negozji, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-popolazzjonijiet l-aktar f’riskju ta’ faqar enerġetiku. L-azzjonijiet tal-koalizzjoni għandhom ikomplu jiġu żviluppati fi Strateġija tal-UE kontra l-faqar enerġetiku u l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw pjani jew politiki nazzjonali għall-eradikazzjoni tal-faqar enerġetiku, billi jintegraw u jagħtu koerenza lill-istrumenti ta’ politika u ta’ finanzjament kollha fil-livelli tal-UE u nazzjonali. |
|
1.4. |
Fid-dawl tal-importanza tal-kwistjoni, il-KESE jħeġġeġ lill-UE tippromovi approċċ komuni għall-faqar enerġetiku li jkun jippermetti fehim tanġibbli u kondiviż dwar il-faqar enerġetiku u l-ġbir ta’ data statistika, u li jqis id-differenzi u l-partikolaritajiet tal-Istati Membri. Tali approċċ huwa meħtieġ ukoll għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni u tal-impatt tal-azzjonijiet meħuda fl-Unjoni. |
|
1.5. |
Il-KESE jinnota li il-Kummissjoni diġà bdiet tipproponi azzjonijiet immedjati u fit-tul biex tipproteġi l-konsumaturi u tiġġieled il-faqar enerġetiku, pereżempju permezz tar-Rakkomandazzjoni tagħha dwar il-faqar enerġetiku, is-sett ta’ għodod tal-prezzijiet tal-enerġija tagħha, il-Komunikazzjoni tagħha dwar REPowerEU u l-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ transizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika. Filwaqt li l-azzjonijiet tal-Istati Membri jistgħu jiddependu minn partikolaritajiet nazzjonali u lokali, huwa essenzjali għar-reżiljenza tal-UE fi żminijiet ta’ urġenza li l-Istati Membri jattivaw miżuri varji (bħal appoġġ finanzjarju dirett u politiki soċjali, kif ukoll inċentiv u appoġġi għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija) biex itaffu l-effetti negattivi tal-prezzijiet li qegħdin jogħlew fuq l-aktar konsumaturi u negozji vulnerabbli. |
|
1.6. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li jsir investiment f’enerġija ġusta u effiċjenti biex jittaffa l-faqar enerġetiku fit-tul. Dan ifisser li jiġi żgurat li l-finanzjament disponibbli jiġi investit f’enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika, kif ukoll fir-rinnovazzjoni fuq skala kbira tal-binjiet b’tali mod li jkun jappoġġja lill-gruppi bl-aktar dħul baxx, billi jiġi żgurat li persuni vulnerabbli jkollhom flus x’jinvestu fl-effiċjenza enerġetika u billi tingħata prijorità lill-binjiet bl-agħar prestazzjoni. Il-Kummissjoni għandha taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tivvaluta jekk il-baġit disponibbli jissodisfax il-ħtiġijiet u t-talbiet kif ukoll l-għażliet disponibbli biex jingħata aktar appoġġ lill-Istati Membri. |
|
1.7. |
Peress li l-faqar enerġetiku għandu l-għeruq tiegħu fil-faqar ġenerali, huwa essenzjali wkoll li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu jiffukaw biex inaqqsu l-faqar inġenerali. Din il-kriżi hija tfakkira tal-ħtieġa kostanti li jittejbu l-aċċess għall-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u standards tal-għajxien deċenti, b’attenzjoni partikolari lill-persuni li jgħixu f’żoni rurali u remoti, u li jiġi appoġġjat it-tkabbir ekonomiku tal-Istati Membri. |
|
1.8. |
Jeħtieġ li l-UE u l-Istati Membri jiżguraw ambjent li jiffavorixxi l-investiment fl-Ewropa għal enerġija żero u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Barra minn hekk, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet se jkollhom rwol importanti fit-tranżizzjoni ekoloġika, fil-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni u fl-effiċjenza enerġetika. Miżuri oħrajn ta’ benefiċċju jistgħu jinkludu l-għoti ta’ edukazzjoni, pariri u konsultazzjoni dwar l-enerġija, li għandhom ikunu disponibbli b’mod wiesa’ u affordabbli fil-livell lokali (pereżempju, permezz ta’ punti uniċi ta’ servizz). |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-faqar enerġetiku huwa kwistjoni u tħassib dejjem akbar għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE. Fl-2020, 8 % tal-popolazzjoni tal-UE rrappurtaw li ma setgħux iżommu darhom sħuna biżżejjed (1). Illum, x’aktarx li dak in-numru żdied, peress li l-prezzijiet tal-enerġija ilhom jiżdiedu b’mod qawwi sa minn nofs l-2021. F’Marzu tal-2022, l-inflazzjoni annwali tal-enerġija fl-UE laħqet l-40,2 %, bl-ogħla rata annwali ta’ bidla fil-prezzijiet tal-enerġija tilħaq id- 99,6 % u l-inqas 0 % (2). Il-prezzijiet tal-enerġija huma affettwati wkoll mit-tensjonijiet ġeopolitiċi, inkluża l-gwerra fl-Ukrajna u d-dipendenza tal-Istati Membri tal-UE mill-importazzjonijiet tal-enerġija (3). L-effett kumulattiv taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, tat-trasport u tal-ikel qiegħda taggrava l-pressjoni fuq il-konsumaturi kollha, iżda speċjalment fuq l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx li jbatu minn rati akbar ta’ faqar. Għaldaqstant, il-faqar enerġetiku jibqa’ sfida ewlenija b’impatt soċjali sinifikanti. Huwa kompitu urġenti tal-UE u tal-Istati Membri li joħroġu liċ-ċittadini vulnerabbli minnu. |
|
2.2. |
Il-faqar enerġetiku jirriżulta minn taħlita ta’ fatturi, inkluż introjtu baxx, bini u apparat domestiku ineffiċjenti, u nuqqas ta’ informazzjoni dwar u aċċess għal inċentivi għat-tnaqqis tal-konsum enerġetiku. Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija jaffettwaw ukoll liċ-ċittadini u lin-negozji, minħabba li dawn jgħollu l-kontijiet tal-utilitajiet u jpoġġu lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju f’ambjent prekarju ħafna (4) u f’riskju ta’ falliment, li konsegwentement iwassal għal telf potenzjali ta’ impjiegi, li jikkontribwixxi għall-faqar. il-“mikrointrapriżi vulnerabbli” huma affettwati wkoll b’mod sinifikanti mill-impatt fuq il-prezzijiet minħabba l-inklużjoni tal-bini fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw. Iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija għandha effett ta’ kaskata u tissarraf fi spejjeż ogħla għal kull tip ta’ prodott u servizz. L-Ewropa tiffaċċja riskju ta’ staġnar, tkabbir ekonomiku aktar baxx, u inflazzjoni għolja, li huma fatturi addizzjonali ta’ faqar (5). |
|
2.3. |
Dawk li huma milquta l-agħar mill-faqar enerġetiku huma l-Ewropej b’introjtu baxx bħall-ifqar ħaddiema, pensjonanti b’introjtu baxx, studenti, żgħażagħ, familji b’ħafna tfal, u ġenituri waħedhom, kif ukoll popolazzjonijiet żvantaġġati b’rati ta’ faqar li diġà huma għoljin, inkluż persuni b’diżabilitajiet, anzjani, migranti u minoranzi Rom. In-nisa jinsabu f’riskju ogħla ta’ faqar enerġetiku u tal-impatti tiegħu minħabba li bħala medja, huma jaqalgħu pagi aktar baxxi u minħabba li jiddependu aktar mit-tisħin u t-tkessiħ domestiku peress li jqattgħu iżjed ħin id-dar minħabba fir-responsabbilitajiet ta’ kura tagħhom. Barra minn hekk, bħala medja, in-nies fl-Istati Membri tan-Nofsinhar u tal-Lvant huma affettwati iżjed mill-faqar enerġetiku (6). |
|
2.4. |
Li jiġi żgurat aċċess ugwali għal enerġija nadifa u affordabbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE huwa impenn importanti għall-UE u l-Istati Membri tagħha. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jinkorpora l-enerġija fost is-servizzi essenzjali li kulħadd huwa intitolat li jkollu aċċess għalihom (prinċipju 20). “Aċċess għal enerġija affordabbli, affidabbli, sostenibbli u moderna għal kulħadd” huwa wkoll wieħed mill-għanijiet stabbiliti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (SDG 7). It-tisħin, it-tkessiħ, id-dawl u l-enerġija adegwati biex jitħaddmu l-apparati elettriċi huma servizzi essenzjali meħtieġa li fuqhom jissejjes standard tal-għajxien u tas-saħħa. L-aċċess għas-servizzi tal-enerġija huwa essenzjali wkoll għall-inklużjoni soċjali. Meħudin flimkien, il-benefiċċji multipli tal-indirizzar tal-faqar enerġetiku jistgħu jagħtu spinta b’mod dirett lit-tkabbir ekonomiku u lill-prosperità ekonomika fl-UE. |
|
2.5. |
F’dawn l-aħħar għaxar snin, l-UE indirizzat il-faqar enerġetiku f’diversi dokumenti legali u ta’ politika, bħalt-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija (mill-2009 sal-2014), l-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija tal-2015, u l-pakkett leġiżlattiv tal-2019 dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha, li huwa mfassal biex jiffaċilita tranżizzjoni ġusta tal-enerġija. Huwa wkoll parti importanti mill-iżjed inizjattivi reċenti, bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew, inklużi l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni u l-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”. Dan il-pakkett iqis il-faqar enerġetiku f’diversi proposti tiegħu, inkluża l-proposta għal Fond Soċjali għall-Klima ġdid, li għandu jtaffi l-impatt soċjali negattiv tal-prezz tal-karbonju previst fuq it-trasport u l-binjiet, u l-Proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, li tipproponi definizzjoni tal-faqar enerġetiku (7). Il-pakkett jinkludi wkoll Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika, li tistabbilixxi gwida speċifika lill-Istati Membri dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-aspetti rilevanti tal-impjiegi u soċjali tat-tranżizzjoni ekoloġika, li issa saret partikolarment rilevanti fil-kuntest ta’ tranżizzjoni aktar mgħaġġla, minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u l-kuntest ġeopolitiku. |
|
2.6. |
Fl-2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat Rakkomandazzjoni dwar il-faqar enerġetiku, li tipprovdi gwida dwar indikaturi adatti għall-kejl tal-faqar enerġetiku u dwar id-definizzjoni ta’ numru sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi li qegħdin f’faqar enerġetiku. Tikkontribwixxi wkoll għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u tidentifika l-appoġġ disponibbli fil-livell tal-UE permezz ta’ taħlita ta’ sorsi ta’ finanzjament li tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jużaw is-saħħa finanzjarja sħiħa tagħhom, inklużi għotjiet u rinnovazzjoni sussidjata biex jillimitaw l-investiment bil-quddiem. Inizjattivi importanti oħra jinkludu l-appoġġ taċ-Ċentru ta’ Konsulenza għall-Faqar Enerġetiku għal proġetti lokali, li bħalissa jinsab fl-ewwel sena tiegħu biex jipprovdi appoġġ tekniku, is-sett ta’ għodod tal-prezzijiet tal-enerġija li ilu ħafna jgħin lill-Istati Membri dwar kif għandhom jużaw għodod xierqa biex jappoġġjaw liċ-ċittadini u lin-negozji biex jittrattaw prezzijiet għoljin tal-enerġija, l-appoġġ estiż għal unitajiet domestiċi u negozji vulnerabbli skont ir-REPowerEU (8), u t-twaqqif reċenti tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Faqar Enerġetiku u l-Konsumaturi Vulnerabbli (9). |
|
2.7. |
Madankollu, il-KESE jinnota li mingħajr implimentazzjoni rapida, impenji sodi u miżuri konkreti mill-Istati Membri, inkluż approċċ komuni għall-fehim u l-indirizzar tal-faqar enerġetiku fil-livell tal-UE li jista’ jwassal għal definizzjoni komuni, filwaqt li jitħalla f’idejn kull Stat Membru biex isib soluzzjonijiet imfasslin apposta, l-inizjattivi ppreżentati s’issa mill-Kummissjoni mhux ser ikunu biżżejjed biex jindirizzaw il-kriżi attwali li qiegħda taffettwa aktar u aktar konsumaturi. |
3. L-indirizzar tal-faqar enerġetiku minn lenti olistika: sejħa għal koalizzjoni politika u strateġija kontra l-faqar enerġetiku
|
3.1. |
Peress li l-faqar enerġetiku huwa r-riżultat ta’ fatturi soċjali, ambjentali, ekonomiċi u ġeopolitiċi, dan jirrikjedi approċċ olistiku, inkluż analiżi globali tal-kwistjoni u l-involviment ta’ diversi partijiet ikkonċernati, minn konsumaturi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u negozji, sa awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali. Biex dan isir, il-KESE jitlob li titwaqqaf koalizzjoni politika wiesgħa u ambizzjuża. Il-koalizzjoni għandha tinkludi lill-Kummissjoni Ewropea u ċ-Ċentru ta’ Konsulenza għall-Faqar Enerġetiku tagħha, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, l-Istati Membri, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Patt tas-Sindki u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili organizzati, inklużi r-rappreżentanti tan-negozji, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-popolazzjonijiet l-aktar f’riskju ta’ faqar enerġetiku. |
|
3.2. |
L-Istati Membri għandhom ikunu kontinwament f’kuntatt mal-konsumaturi u l-awtoritajiet lokali u muniċipali li qegħdin jaħdmu fuq il-kwistjoni. Ħafna darbi, il-bliet u r-reġjuni ta’ spiss ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jidentifikaw fi stadju bikri dawk l-unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar enerġetiku u b’hekk ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jindirizzawh bl-aktar mod effikaċi. In-negozji lokali u nazzjonali jistgħu wkoll ikunu atturi importanti, flimkien ma’ awtoritajiet nazzjonali u lokali (inklużi l-muniċipalitajiet u s-servizzi muniċipali) (10), f’attivitajiet immirati lejn it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, inkluż billi jikkontribwixxu għall-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni. Peress li l-konsumaturi vulnerabbli b’mod ġenerali huma anqas probabbli li jadattaw malajr ix-xejriet ta’ konsum tagħhom, għandhom jiġu kkonsultati u involuti fil-livelli kollha. Huwa importanti li jiġu inkorporati l-esperjenzi u l-attitudnijiet ta’ mġiba tagħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri. |
|
3.3. |
L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol ewlieni biex jiffaċilitaw id-djalogu bejn iċ-ċittadini, in-negozji, il-ħaddiema, il-konsumaturi u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Fid-dawl tal-għarfien espert u n-networks tagħhom fil-post, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jridu jkunu involuti fl-iżvilupp ta’ miżuri li jindirizzaw il-faqar enerġetiku, inkluż fir-rigward tad-disinn, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ strateġiji biex jintemm il-faqar enerġetiku fl-Ewropa. |
|
3.4. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-koalizzjoni tiżviluppa strateġija tal-UE kontra l-faqar enerġetiku fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. L-istrateġija għandha tkun ibbażata fuq ir-rikonoxximent ta’ dritt għall-enerġija, u tistabbilixxi miri ambizzjużi iżda realistiċi lejn l-objettivi stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u timmira li telimina l-faqar enerġetiku fit-tul. Għandha tinkludi miżuri ta’ enerġija u oħrajn mhux ta’ enerġija biex jindirizzaw il-kawżi prinċipali tal-faqar enerġetiku, u biex itaffu l-kundizzjonijiet għall-konsumaturi fil-faqar enerġetiku u vulnerabbli. Tali strateġija hija meħtieġa wkoll biex tiżgura li t-tranżizzjonijiet tal-klima u tal-enerġija jkunu mfassla u implimentati b’mod ġust u inklużiv, u li ma jħallu lil ħadd jibqa’ lura. Tista’ tinkludi laqgħa annwali (biex isir monitoraġġ tal-progress u ssir sensibilizzazzjoni dwar azzjonijiet konġunti), rekwiżiti għal djalogi strutturati regolari u sensibilizzazzjoni fost l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati relevanti kollha, u toħloq inċentivi addizzjonali għal investiment fit-tranżizzjonijiet tal-enerġija. Iċ-Ċentru ta’ Konsulenza għall-Faqar Enerġetiku jista’ jkollu rwol imsaħħaħ fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħha. |
|
3.5. |
Sadanittant, il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, il-Parlament u l-Istati Membri fil-livelli nazzjonali għandhom ikomplu jiżguraw li l-inizjattivi leġiżlattivi u ta’ politika eżistenti u ġodda jindirizzaw b’mod adegwat il-faqar enerġetiku. Dan għandu jsir, pereżempju, waqt l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, kemm billi jiġi rrivedut u rrappurtat il-progress tal-pjani nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima u l-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni tal-bini fit-tul, kif ukoll billi jkun hemm enfasi akbar fuq il-faqar enerġetiku fil-proċess tas-Semestru Ewropew. L-inizjattivi u r-reviżjonijiet leġiżlattivi huma wkoll opportunitajiet importanti biex jiġi indirizzat aktar il-faqar enerġetiku, bħalma huma r-reviżjonijiet li huma mistennija tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinovabbli, u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, kif ukoll il-proposta għal Fond Soċjali għall-Klima. Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea trid tiżgura li l-inizjattivi ġodda kollha li jipprovdu enerġija affordabbli, sigura u sostenibbli jkomplu jagħtu attenzjoni partikolari lill-impatti fuq l-aktar konsumaturi vulnerabbli sabiex jittaffa l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija. Dan jinkludi inizjattivi għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju u dawk li jgħinu biex tintemm id-dipendenza tal-Ewropa mill-fjuwils fossili Russi, bħall-Komunikazzjoni dwar REPowerEU. |
|
3.6. |
Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw pjani jew politiki nazzjonali biex jeqirdu l-faqar enerġetiku, jintegraw u jagħtu koerenza lill-istrumenti ta’ politika u ta’ finanzjament kollha fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. Il-KESE jistieden lill-Istati Membri li juru nuqqas ta’ impenn biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku skont il-pjani nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima biex iżidu l-isforzi tagħhom b’oqfsa ċari ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Rappurtar preċiż u mtejjeb huwa kruċjali, peress li ftit li xejn hemm evidenza ta’ kwalità għolja disponibbli dwar kif il-faqar enerġetiku għandu jiġi kkwantifikat u mmonitorjat. |
4. L-indirizzar tal-faqar enerġetiku permezz tal-adozzjoni ta’ azzjonijiet immedjati u fit-tul biex jitkejjel il-fenomenu u jiġu protetti l-konsumaturi
|
4.1. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-UE tippromovi approċċ komuni għall-fehim u l-indirizzar tal-faqar enerġetiku fil-livell tal-UE, li jista’ jwassal għal definizzjoni komuni. Huwa fatt li kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi dwar il-kriterji tiegħu stess biex jiddefinixxi l-faqar enerġetiku u n-nuqqas ta’ approċċ komuni jista’ jfixkel il-kapaċità tal-Kummissjoni li tivvaluta sew is-sitwazzjoni u ma jħallix lill-Istati Membri jkollhom fehim komuni dwar il-kwistjoni u rispons koordinat. Id-definizzjoni pprovduta fil-Proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija u l-indikaturi stabbiliti qabel mill-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku (11) huma bidu. Meta titqies l-urġenza tal-kwistjoni, il-KESE jqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jridu jippromovu approċċ komuni li jippermetti fehim tanġibbli u kondiviż dwar il-faqar enerġetiku u l-ġbir ta’ data statistika (12). |
|
4.2. |
Fis-sett ta’ għodod tal-prezzijiet tal-enerġija tagħha, il-Kummissjoni pproponiet diversi azzjonijiet immedjati li jistgħu jittieħdu mill-Istati Membri biex itaffu l-ispejjeż tal-enerġija għall-konsumaturi, bħal limiti massimi tal-prezzijiet, ħelsien mit-taxxa u sussidji għall-konsumaturi u għan-negozji, kif ukoll miżuri soċjali, bħal pagamenti soċjali speċifiċi u posponimenti temporanji tal-pagamenti tal-kont tal-enerġija, filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjoni u l-bżonnijiet ta’ persuni vulnerabbli bħal persuni b’diżabilitajiet, ġenituri waħedhom u familji b’ħafna tfal. Sa Frar tal-2022, l-Istati Membri kienu adottaw ħafna mill-miżuri rakkomandati fis-sett ta’ għodod. Pereżempju, 18-il Stat Membru ttrasferixxew fondi lil gruppi vulnerabbli u 11-il Stat Membru naqqsu t-taxxa fuq l-enerġija (13). Minħabba s-sitwazzjonijiet differenti f’kull Stat Membru individwali (u fi ħdan kull reġjun individwali) u l-miżuri meħuda, l-għadd ta’ ċittadini tal-UE vulnerabbli għall-faqar enerġetiku jvarja madwar l-Unjoni. |
|
4.3. |
Il-KESE jistieden lill-Istati Membri biex ikomplu jadottaw azzjonijiet immedjati kull meta jkun meħtieġ biex jipproteġu lill-konsumaturi f’riskju ta’ faqar enerġetiku, filwaqt li jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali. Filwaqt li ma hemmx soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd peress li l-prezzijiet tal-enerġija jvarjaw ħafna madwar l-UE minħabba, fost affarijiet oħra, il-fatt li l-Istati Membri jintervjenu fis-swieq b’modi differenti ħafna llum il-ġurnata (eż. b’taxxi u dazji, eżenzjonijiet jew piżijiet li spiss jaffettwaw lil xi ċittadini biss) (14), l-Istati Membri jridu jiżguraw li dawk l-aktar vulnerabbli ma jitħallewx mingħajr appoġġ. Għandu jkun hemm fis-seħħ appoġġ finanzjarju dirett u politiki soċjali biex itaffu l-effetti negattivi taż-żieda fil-prezzijiet fuq l-aktar gruppi vulnerabbli. |
|
4.4. |
L-assistenza diretta lil dawk fil-bżonn għandha tkun immirata u mhux ġeneralizzata. Għandha tirrifletti d-dimensjoni soċjali u m’għandhiex tfixkel it-tranżizzjoni ekoloġika. Tista’ tiġi kkunsidrata għotja limitata fiż-żmien (eż., għall-ewwel 300 kWh ta’ elettriku għal kull persuna u unità domestika) sa limitu ta’ introjtu li għandu jiġi definit. Għandha tingħata wkoll assistenza diretta, fil-każi li jaqgħu taħt limitu massimu ta’ dħul li għandu jiġi definit, sakemm ma tkun disponibbli l-ebda soluzzjoni alternattiva affordabbli fis-sitwazzjoni rispettiva (15). |
|
4.5. |
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iżidu l-inċentivi għall-konsumaturi biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom u biex jirrinovaw b’mod intelliġenti u sostenibbli fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, biex tiġi żgurata l-effiċjenza enerġetika u biex jitbaxxew il-kontijiet tal-enerġija tagħhom. Tali miżuri għandhom jiġu promossi mill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri għandhom jiġu meqjusa bħala addizzjonali fis-sens li ma jistgħux jissostitwixxu appoġġ finanzjarju u soċjali li jrid jaġixxi bħala xibka tas-sigurtà immedjata meta l-konsumaturi jiġu momentarjament u serjament affettwati mill-volatilità tal-prezzijiet. |
|
4.6. |
Miżuri oħrajn ta’ benefiċċju jistgħu jinkludu l-għoti ta’ edukazzjoni, pariri u konsultazzjoni dwar l-enerġija, li għandhom ikunu disponibbli b’mod wiesa’ u affordabbli fil-livell lokali (pereżempju, permezz ta’ punti uniċi ta’ servizz) u appoġġjati minn sussidji. Miżuri bħall-Passaporti ta’ Rinnovazzjoni tal-Bini (16), il-Passaporti tal-Enerġija u miters intelliġenti għandhom ukoll il-potenzjal li jappoġġjaw lill-konsumaturi fil-proċess, inklużi s-sidien tal-bini u l-kerrejja. Il-pariri dwar l-enerġija għandhom ikunu mfassala għall-ħtiġijiet tal-konsumaturi, peress li r-rispons huwa ferm individwali. L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u, b’mod partikolari, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti fil-proċess tal-iżvilupp ta’ miżuri u ta’ provvista ta’ informazzjoni lill-konsumaturi. |
|
4.7. |
Peress li l-faqar enerġetiku għandu l-għeruq tiegħu wkoll fil-faqar ġenerali, huwa essenzjali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu jaħdmu fuq it-tnaqqis tal-faqar b’mod ġenerali, billi jagħtu attenzjoni lill-popolazzjoni li diġà qed tiffaċċja l-faqar enerġetiku u lil dawk f’riskju li jaqgħu fil-faqar minħabba l-inkapaċità tagħhom li jħallsu prezzijiet ogħla tal-enerġija. Il-kriżi tfakkarna fil-ħtieġa kostanti li jittejbu l-aċċess għall-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u standards ta’ għajxien deċenti, b’attenzjoni partikolari għall-persuni li jgħixu f’żoni rurali u remoti, u li jiġi appoġġjat it-tkabbir ekonomiku tal-Istati Membri b’mod aktar ġenerali. Hija meħtieġa perspettiva mibdula għal infrastrutturi ta’ interess ġenerali, servizzi essenzjali u trasport aħjar L-impjiegi u l-SMEs għandhom jiġu appoġġjati, speċjalment f’żoni żvantaġġati u rurali. |
|
4.8. |
Il-proċessi tar-rieżami bejn il-pari fl-Istati Membri u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki jistgħu jwasslu għal proġetti ta’ suċċess kemm fis-setturi soċjali kif ukoll fis-setturi tal-enerġija li jistgħu jinfirxu madwar l-Unjoni. Dawn jinkludu proġetti fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, il-litteriżmu dwar l-enerġija u l-enerġija nadifa (biex jipprovdu lill-persuni b’enerġiji rinnovabbli), iżda wkoll miżuri soċjali li għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-kontijiet tal-enerġija u l-faqar b’mod ġenerali. |
5. L-indirizzar tal-faqar enerġetiku permezz ta’ investiment ta’ enerġija ġusta u effiċjenti
|
5.1. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li jsir investiment f’enerġija ġusta u effiċjenti biex jittaffa l-faqar enerġetiku fit-tul. L-investiment fl-iżvilupp ta’ enerġiji nodfa rinnovabbli u fir-rinnovazzjoni fuq skala kbira tal-bini fl-Unjoni hija neċessità, minħabba n-nuqqas ta’ investiment strutturali fit-tul f’dan il-qasam u l-konsegwenzi klimatiċi, ambjentali, ekonomiċi u soċjali involuti. Ser ikollu wkoll impatti pożittivi addizzjonali għall-ekonomija f’termini ta’ ħolqien tal-impjiegi u l-innovazzjoni, u b’hekk se jkun ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini tal-UE fuq medda qasira, medja u twila ta’ żmien. |
|
5.2. |
Il-KESE jilqa’ l-proposta li jinħoloq Fond Soċjali għall-Klima tal-UE biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali u ta’ distribuzzjoni mit-tranżizzjoni ekoloġika (li hija kruċjali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima), u biex jiġu inċentivati miżuri li jtaffu l-konsegwenzi soċjali tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq. Madankollu, il-KESE jinnota li dan il-fond waħdu jista’ ma jkunx biżżejjed biex jissodisfa t-talbiet kollha għall-effiċjenza enerġetika u għat-tranżizzjoni, u jista’ jissaħħaħ permezz ta’ interventi rilevanti fil-qafas tal-ftehimiet ta’ sħubija nazzjonali u l-pjani ta’ rkupru u reżiljenza. |
|
5.3. |
Il-faqar enerġetiku jista’ jitnaqqas billi jiġu ffaċilitati l-investimenti u billi l-finanzjament jiġi dirett lejn l-enerġija rinnovabbli. Il-Kummissjoni għandha taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tevalwa jekk il-baġit disponibbli jissodisfax il-ħtiġijiet, it-talbiet u l-għażliet disponibbli biex tkompli tappoġġja lill-Istati Membri (eż. il-proposta appoġġjata minn diversi membri tal-Parlament Ewropew (17) u l-KESE għal Fond ta’ Aġġustament għall-Klima ġdid li jista’ jintuża biex isaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tappoġġja lill-Istati Membri biex iwieġbu malajr għall-emerġenzi klimatiċi, ambjentali u tal-enerġija). Għandha tqis l-irkupru ekonomiku u l-ħtieġa li l-iżvilupp sostenibbli tal-finanzi pubbliċi fl-Istati Membri u fl-UE jiġi protett. |
|
5.4. |
Jenħtieġ li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid u l-istrument għall-irkupru tan-NextGenerationEU jkomplu jintużaw ukoll biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku fil-perjodu ta’ wara l-COVID-19. Il-KESE jinnota li l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja saħansitra aċċellerat il-ħtieġa li l-UE tiżgura tranżizzjoni rapida għall-enerġija nadifa biex issir indipendenti mill-fjuwils fossili importati, biex tiżdied ir-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija u biex jiġi żgurat aċċess għal enerġija ġusta u effiċjenti għaċ-ċittadini kollha tal-UE, filwaqt li jintlaħqu l-miri tal-klima tal-Unjoni. Il-KESE jfakkar li l-gwerra fl-Ukrajna u l-kuntest ġeopolitiku attwali m’għandhomx iwasslu biex l-UE tonqos milli tieħu ħsieb sew il-missjoni tagħha li tilħaq l-għanijiet soċjali u ambjentali, li huma l-bażi għall-bini tas-saħħa ekonomika fuq żmien twil. |
|
5.5. |
L-UE u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fondi disponibbli jappoġġjaw investimenti fuq skala kbira fl-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika, fir-rinnovazzjonijiet tal-bini, fis-sussidji għall-iżolament tad-djar, u f’akkomodazzjoni soċjali affordabbli u effiċjenti fl-enerġija, kif ukoll proġetti ta’ akkomodazzjoni komunitarja. Huwa ċar li jinħtieġ ammont kbir ta’ investiment privat. Dan jirrikjedi ambjent regolatorju u ta’ investiment inkoraġġanti. L-Istati Membri, f’ħidma mal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jagħtu prijorità lil rinnovazzjoni profonda li twassal għal aktar minn 60 % f’iffrankar tal-enerġija (18), u jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati. |
|
5.6. |
Il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta jistgħu jipprovdu riżorsi għar-reġjuni u l-komunitajiet li huma l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Il-Kummissjoni Ewropea għandha wkoll tkompli tiffinanzja proġetti dwar il-faqar enerġetiku taħt l-Orizzont Ewropa u s-subprogramm LIFE għal Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa. Pereżempju, il-finanzjament tar-riċerka mill-Orizzont Ewropa jista’ jintuża biex jiġu żviluppati apparat u teknoloġija affordabbli li jistgħu jintużaw biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, permezz ta’ fondi tal-UE, jinkoraġġixxu intrapriżi u kumpaniji privati biex jiżviluppaw innovazzjonijiet u t-teknoloġiji t-tajba għall-effiċjenza fl-enerġija. |
|
5.7. |
Il-KESE jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-istrateġija Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tiġi implimentata b’mod li tappoġġja lill-gruppi bl-inqas dħul, billi jiġi żgurat li persuni vulnerabbli jkollhom flus biex jinvestu fl-effiċjenza enerġetika, filwaqt li tagħti prijorità lill-bini bl-agħar rendiment u permezz t’hekk tkun qed hekk tindirizza l-esklużjoni tal-akkomodazzjoni. Għandha tiġi pprovduta żieda sostanzjali fil-finanzjament tal-UE, speċjalment għall-atturi fuq il-post, għar-rinnovazzjonijiet tal-bini u l-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija rinnovabbli. Ir-riċevituri prijoritarji għandhom ikunu familji vulnerabbli diġà fil-faqar jew f’riskju ta’ faqar enerġetiku. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu pprovduti fondi suffiċjenti taħt il-Fond Soċjali għall-Klima sabiex tiġi kkumpensata l-estensjoni tal-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iżidu l-investiment fl-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika. Pereżempju, permezz ta' spejjeż varjabbli viċin iż-żero, l-enerġija rinnovabbli bħar-riħ u dik mix-xemx, tista' tfisser prezzijiet tas-suq bl-ingrossa aktar baxxi (19). |
|
5.8. |
It-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet se jkollhom rwol importanti fit-tranżizzjoni ekoloġika, fil-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni u fl-effiċjenza enerġetika. Sabiex jiġu żviluppati strateġiji konkreti għall-monitoraġġ u l-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet għat-taħriġ u t-titjib fil-ħiliet u għat-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-setturi milquta, il-KESE jindika l-eżiti tal-proġetti tal-imsieħba soċjali f’dan il-qasam (20). |
|
5.9. |
Is-settur privat ukoll għandu rwol ewlieni x’jaqdi fil-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-investiment meħtieġa, inkluż sabiex jitrawwem l-iżvilupp ta’ ħiliet ekoloġiċi biex jitħaffef il-pass tat-tranżizzjoni ekoloġika u jitnaqqas il-faqar enerġetiku. Għandu jkun hemm żidiet sinifikanti fis-sħubijiet pubbliċi-privatiu fil-finanzjament għar-riċerka u għall-iżvilupp, u provvista akbar ta’ assistenza teknika lill-SMEs, sabiex jintlaħqu standards ambjentali, bħall-verifiki tal-enerġija. Prattiki tajbin għandhom ukoll jiġu kondiviżi bejn l-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-propagazzjoni tagħhom. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/ddn-20211105-1.
(2) Sors tas-sett tad-data: prc_hicp_manr
(3) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Energy_production_and_imports.
(4) REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli (8 ta’ Marzu 2022).
(5) Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-impatt negattiv tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija fuq l-ekonomija, inkluża l-kompetittività tan-negozju, bl-istima tal-Bank Ċentrali Ewropew (qabel l-invażjoni Russa) li x-xokkijiet tal-prezzijiet tal-enerġija jnaqqsu t-tkabbir tal-PDG b’madwar 0,5 punti perċentwali fl-2022. Ara REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli (8 ta’ Marzu 2022).
(6) L-UE SILC 2020 tuża varjabbli rrapportati min-nies dwar il-kapaċità tagħhom li jżommu d-djarhom sħan biżejjed, il-preżenza ta’ kundizzjonijiet ħżiena ta’ akkomodazzjoni u l-arretrati fil-kontijiet tal-enerġija. Dan wera li, waqt li l-faqar enerġetiku qiegħed iseħħ madwar l-UE kollha, huwa partikolarment prevalenti fl-Istati tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Ewropa.
(7) L-Artikolu 2(49) tal-Proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika jiddefinixxi l-faqar enerġetiku bħala “[i]n-nuqqas ta’ aċċess ta’ unità domestika għal servizzi essenzjali tal-enerġija li jirfdu standard tal-għajxien u tas-saħħa diċenti, inkluż tisħin, tkessiħ, tidwil adegwati u enerġija għall-apparati domestiċi, fil-kuntest nazzjonali rilevanti, tal-politika soċjali eżistenti u ta’ politiki rilevanti oħra”.
(8) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_1511
(9) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32022D0589
(10) COM/2020/662 final.
(11) https://energy-poverty.ec.europa.eu/energy-poverty-observatory/indicators_en
(12) Pereżempju, id-definizzjoni ssuġġerita ta’ faqar enerġetiku matul in-negozjati fil-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal Fond Soċjali għall-Klima kienet “unitajiet domestiċi fid-deċili tal-introjtu l-aktar baxx li l-kostijiet tal-enerġija tagħhom jaqbżu d-doppju tal-proporzjon medjan bejn il-kostijiet tal-enerġija u l-introjtu disponibbli wara t-tnaqqis tal-kostijiet tal-akkomodazzjoni”.
(13) Giovanni Sgaravatti, Simone Tagliapietra u Georg Zachmann. National fiscal policy responses to the energy crisis Bruegel, 8 ta’ Frar 2022.
(14) Opinjoni tal-KESE dwar il-prezzijiet tal-enerġija (ĠU C 275, 18.7.2022, p. 80).
(15) Opinjoni tal-KESE dwar il-prezzijiet tal-enerġija (ĠU C 275, 18.7.2022, p. 80).
(16) https://www.bpie.eu/publication/renovation-passports/
(17) Regional development MEPs suggest to set-up a Climate Change Adaptation Fund | Aħbarijiet | Il-Parlament Ewropew (europa.eu).
(18) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32019H0786&from=MT
(19) Huwa stmat li ż-żieda fl-elettriku rinnovabbli kienet responsabbli, ceteris paribus, għal tnaqqis ta’ 24 % fil-prezzijiet tal-elettriku spot fil-Ġermanja matul il-perjodu 2008-2015, u ta’ 35 % fl-Iżvezja matul il-perjodu 2010-2015 (Hirth, 2018).
(20) Opinjoni tal-KESE dwar il-prezzijiet tal-enerġija). (ĠU C 275, 18.7.2022, p. 80.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/95 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Djalogu soċjali fi ħdan it-tranżizzjoni ekoloġika”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Ċeka)
(2022/C 486/14)
|
Relatur: |
Lucie STUDNIČNÁ |
|
Konsultazzjoni |
Presidenza Ċeka tal-Kunsill, 26.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
5.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
162/1/7 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
L-indirizzar tal-emerġenza tal-klima sar prijorità ewlenija tal-politika. Wasal iż-żmien għal reviżjoni fundamentali tal-mudell ekonomiku li ilu stabbilit mir-rivoluzzjoni industrijali. It-trasformazzjoni kolossali lejn ekonomija ċirkolari diġitalizzata u newtrali għall-klima tesiġi sforzi ta’ aġġustament konsiderevoli. L-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna setgħet biss issaħħaħ il-bżonn għal din it-tranżizzjoni, u fl-istess waqt ħolqot spejjeż u qiegħdet piżijiet kbar fuq is-soċjetà. |
|
1.2. |
Bħala parti integrali tal-Mudell Soċjali Ewropew, u bħala sors ta’ kompetittività Ewropea, jeħtieġ li d-djalogu soċjali jkun sinifikanti fil-livelli kollha — fil-livell Ewropew, nazzjonali, settorjali, reġjonali u tal-post tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-valur tad-djalogu soċjali, il-fatt li jirrappreżenta valur miżjud u parti importanti tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-KESE jenfasizza li d-djalogu soċjali għandu jissaħħaħ u jiġi promoss b’mod attiv. Dan ifisser ukoll li huma meħtieġa kompetenzi adegwati għall-imsieħba soċjali u jeħtieġ ukoll li jkollhom aċċess għal appoġġ espert. |
|
1.3. |
Għalhekk, il-parteċipazzjoni b’saħħitha tat-trade unions u tal-federazzjonijiet ta’ min iħaddem, permezz ta’ djalogu soċjali robust u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili jeħtieġ li jkunu parti mill-qafas kollu tal-politika ta’ azzjoni dwar il-klima. L-Istati Membri jridu jagħmlu sforz akbar fir-rigward tal-involviment u l-garanzija tal-appoġġ mill-ħaddiema biex jimxu lejn soċjetà sostenibbli. U dan ma jikkonċernax biss lill-Istati Membri, iżda wkoll lill-istituzzjonijiet tal-UE. |
|
1.4. |
It-trade unions għandhom rwol ewlieni fit-tħejjija u fir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema fil-proċess ta’ trasformazzjoni soċjali-ekoloġika, għalhekk għandu jiġi garantit djalogu soċjali attiv u koerenti biex jiġi żgurat li l-azzjoni klimatika tagħti riżultati għall-ħaddiema, tagħmel it-tranżizzjoni ġusta u ġenwinament ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura. |
|
1.5. |
Id-djalogu soċjali għandu jkun akkumpanjat minn djalogu ċivili kontinwu u robust, speċjalment mas-soċjetà ċivili organizzata, u minn involviment tal-partijiet interessati. Għal tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali għall-klima, huma importanti l-bini ta’ soċjetajiet aktar ġusti, il-qerda tal-faqar u l-indirizzar ta’ problemi ta’ aġġustament inerenti fit-tranżizzjoni ekoloġika. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jirrappreżentaw miljuni ta’ nies li jinsabu f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u dawk li huma sistematikament esklużi, u għalhekk jikkostitwixxu vuċi importanti li trid tiġi inkluża fid-deċiżjonijiet dwar it-tranżizzjoni. Kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-kwistjoni żżid id-dimensjoni reġjonali. |
|
1.6. |
Il-prijoritizzazzjoni tal-ġustizzja soċjali u l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandhom jingħataw l-akbar importanza. Barra minn hekk, l-UE għandha wkoll tippromovi u tappoġġja b’mod attiv in-negozjar kollettiv sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jsawru postijiet tax-xogħol sostenibbli kif ukoll impjiegi ekoloġiċi, kompetittivi u deċenti. B’dan il-mod, l-UE mhux biss qed issir iktar ġusta u ekwa, iżda wkoll iktar kompetittiva u reżiljenti. |
|
1.7. |
Huwa essenzjali li l-impjiegi kollha li jinħolqu permezz tat-tranżizzjoni jirrispettaw id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol, li jinkludu d-dritt għal impjieg deċenti, il-libertà ta’ assoċjazzjoni u negozjar kollettiv, in-nondiskriminazzjoni, l-ebda xogħol furzat u tħaddim tat-tfal, u l-ebda vjolenza u fastidju fuq il-post tax-xogħol. |
|
1.8. |
Il-KESE jipproponi mmappjar sistematiku tal-funzjonament tad-djalogu soċjali fil-livell tal-Istati Membri, u huma meħtieġa aktar studji komparattivi biex jiġi esplorat ir-rwol tad-djalogu soċjali fil-Pjani Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima, bħal fl-NRRPs. |
|
1.9. |
Bħala parti mill-isforzi ġenerali biex tiġi msaħħa d-dimensjoni soċjali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-istrutturi tad-djalogu soċjali jeħtieġ li jiġu appoġġjati u msaħħa b’mod attiv minn inċentivi u finanzjament, filwaqt li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-Istati Membri u lis-setturi fejn dawn l-istituzzjonijiet huma dgħajfa. |
|
1.10. |
F’konformità mar-Rakkomandazzjoni mhux vinkolanti tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika, il-KESE jenfasizza li għandha tiġi pprovduta gwida lill-Istati Membri dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-effetti soċjali u tal-impjiegi tat-tranżizzjoni. Għandhom jiġu kkunsidrati proposti, inkluża waħda mqajma/li saret fl-Opinjoni tal-KESE dwar “Lesti għall-mira ta’ 55 %”: Nilħqu l-mira klimatika tal-UE għall-2030 fi triqitna lejn in-newtralità klimatika (1) sabiex l-Istati Membri jiġu inkoraġġuti joħolqu “Kummissjonijiet ta’ Tranżizzjoni Ġusta”. |
|
1.11. |
Il-KESE jisħaq fuq l-importanza ta’ informazzjoni u konsultazzjoni f’waqthom matul il-proċess ta’ ristrutturar. F’konformità mad-Direttiva dwar Konsultazzjoni u Parteċipazzjoni, id-drittijiet tal-ħaddiema għall-informazzjoni, għall-konsultazzjoni u għall-parteċipazzjoni (2) jeħtieġ li jissaħħu fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni tal-UE, nazzjonali u lokali. Deċiżjonijiet meħuda mingħajr konsultazzjoni għandhom jiġu evitati u l-għoti ta’ informazzjoni bil-quddiem għandu jsir obbligatorju. |
2. Kummenti ġenerali
Sfond
|
2.1. |
Din l-Opinjoni esploratorja ġiet mitluba mill-Presidenza Ċeka tal-UE bħala parti mill-valutazzjoni tad-dimensjoni soċjali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u b’mod partikolari r-rwol tad-djalogu soċjali. |
|
2.2. |
L-indirizzar tal-emerġenza tal-klima sar prijorità ewlenija tal-politika. Wasal iż-żmien biex is-sistema kollha ta’ produzzjoni u konsum tiġi aġġornata mill-għeruq. Filwaqt li l-benefiċċji ta’ din it-trasformazzjoni lejn ekonomija ċirkolari diġitalizzata u newtrali għall-klima huma ċerti, dan jinvolvi sforzi ta’ aġġustament konsiderevoli u spejjeż kbar għas-soċjetà. |
|
2.3. |
Dan il-proċess fundamentali ta’ ristrutturar li l-ekonomiji tagħna jridu jgħaddu minnu fi ftit għexieren ta’ snin oħra biex jilħqu emissjonijiet netti żero, huwa proċess immexxi mill-politika li ser ikollu effetti differenti fuq in-nies b’karatteristiċi soċjoekonomiċi differenti, kif ukoll fuq il-kumpaniji, speċjalment l-SMEs. Dawk li jfasslu l-politika għandhom responsabbiltà sinifikanti biex jindirizzawhom. |
|
2.4. |
It-tibdil fil-klima ċertament joħloq inugwaljanzi ġodda, u l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament, jekk jiġu applikati mingħajr politiki ta’ tranżizzjoni ġusta, jistgħu joħolqu rebbieħa u telliefa. Minħabba din ir-realtà rikonoxxuta, it-tħabbira tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fl-2019 inkludiet wegħdiet biex “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura”. |
|
2.5. |
Dan il-proċess ta’ tranżizzjoni li għaddej bħalissa kompla jiggrava minħabba żewġ avvenimenti straordinarji: il-kriżi tal-COVID-19 u l-bidla fundamentali fis-sitwazzjoni ġeopolitika tal-Ewropa minħabba l-attakk tar-Russja fuq l-Ukrajna. It-tnejn li huma żiedu l-piżijiet fuq is-soċjetà fi żmien qasir, filwaqt li fl-istess ħin jistgħu jikkontribwixxu wkoll għat-tħaffif tat-trasformazzjoni. |
Djalogu soċjali
|
2.6. |
Matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, bidliet kbar fil-mezzi tal-produzzjoni spiss kienu qed iqajmu kwistjonijiet ta’ adattament jew tranżizzjoni, speċjalment fejn dawn il-bidliet iġġeneraw impjiegi inqas sikuri u b’pagi baxxi u b’hekk ħafna nies fosthom in-nisa u l-komunitajiet vulnerabbli ma jistgħux isibu xogħol deċenti. Għalhekk, irridu nindirizzaw għadd ta’ problemi tranżitorji, kwistjonijiet bħall-kuntrattwalizzazzjoni, forom ta’ xogħol prekarju, il-privatizzazzjoni u r-ristrutturar, sabiex tiġi ġġenerata ekonomija ġusta, fejn jinqered il-faqar. Din il-problema hija indirizzata wkoll fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Iżgurar ta’ Tranżizzjoni Ġusta lejn in-Newtralità Klimatika, adottata fil-Kunsill Affarijiet Soċjali tas-16 ta’ Ġunju 2022. |
|
2.7. |
Il-promozzjoni tad-djalogu soċjali hija stipulata fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE. L-inizjattiva “Bidu Ġdid għad-Djalogu Soċjali” (2016) irrikonoxxiet l-importanza tad-djalogu soċjali għall-irkupru u l-kompetittività. Bosta Opinjonijiet tal-KESE (3) u riżoluzzjoni (4) reċentement enfasizzaw l-importanza tad-djalogu soċjali fi trasformazzjonijiet relatati. |
|
2.8. |
Id-djalogu soċjali wera wkoll il-kontribut pożittiv tiegħu għal proċess ta’ ristrutturar ta’ suċċess; kumpaniji bi djalogu soċjali li jiffunzjona tajjeb jaħdmu aħjar, huma aktar kompetittivi u reżiljenti u jħallsu pagi ogħla. |
|
2.9. |
Il-KESE jisħaq li l-livelli kollha ta’ djalogu soċjali fil-livell Ewropew, nazzjonali, settorjali, reġjonali u fuq il-post tax-xogħol għandhom funzjonijiet kruċjali iżda distinti fil-ġestjoni u l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni ekoloġika. Madankollu, l-istrutturi u l-istituzzjonijiet f’dawn il-livelli għandhom preġji differenti ħafna. |
|
2.10. |
Id-djalogu soċjali għandu jkun akkumpanjat minn djalogu ċivili kontinwu u robust, speċjalment mas-soċjetà ċivili organizzata, u minn involviment tal-partijiet interessati. Għal tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali għall-klima, huma importanti l-bini ta’ soċjetajiet aktar ġusti, il-qerda tal-faqar u l-indirizzar ta’ problemi ta’ aġġustament inerenti fit-tranżizzjoni ekoloġika. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jirrappreżentaw miljuni ta’ nies li jinsabu f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u dawk li huma sistematikament esklużi, u għalhekk jikkostitwixxu vuċi importanti li trid tiġi inkluża fid-deċiżjonijiet dwar it-tranżizzjoni. Kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-kwistjoni żżid id-dimensjoni reġjonali. |
|
2.11. |
L-istituzzjonijiet u l-atturi tad-djalogu soċjali għandhom livelli differenti ta’ kapaċità u influwenza minn Stat Membru wieħed għal ieħor, parzjalment minħabba mudelli differenti ta’ relazzjonijiet soċjali u industrijali, iżda f’xi każijiet il-politiki u r-rakkomandazzjonijiet ta’ deċentralizzazzjoni wara l-kriżi finanzjarja u l-kriżi taż-żona tal-euro ikkontribwew b’mod attiv għad-dgħufija tagħhom. Il-KESE jissottolinja li djalogu soċjali li jiffunzjona tajjeb huwa karatteristika importanti tal-ekonomija tas-suq soċjali Ewropew u jilqa’ l-fatt li dan ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni Ewropea, l-aktar reċentement fir-Rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill. |
|
2.12. |
Bħala parti mill-isforzi ġenerali biex tiġi msaħħa d-dimensjoni soċjali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-istrutturi tad-djalogu soċjali jeħtieġ li jiġu appoġġjati u msaħħa b’mod attiv, filwaqt li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-Istati Membri u lis-setturi fejn dawn l-istituzzjonijiet huma dgħajfa. |
Tranżizzjoni ġusta
|
2.13. |
Tranżizzjoni ġusta tfisser li l-indirizzar kemm tal-effetti tal-impjiegi kif ukoll tad-distribuzzjoni ta’ bidla għal ekonomija newtrali għall-klima għandha titqies bħala parti integrali mill-qafas tal-politika dwar il-klima (eż. il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”) u mhux biss bħala miżuri korrettivi supplimentari. Dawn il-kwistjonijiet ikopru bosta dimensjonijiet bħall-effetti distribuzzjonali tal-politiki ta’ dekarbonizzazzjoni, it-telf tal-impjiegi u t-tranżizzjonijiet tal-impjiegi, il-protezzjoni tad-drittijiet soċjali bażiċi u l-inklużjoni taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili organizzata fit-teħid tad-deċiżjonijiet. |
|
2.14. |
Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Soċjali għall-Klima propost bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” huma wħud mill-miżuri ewlenin tal-UE mħabbra s’issa maħsuba biex itaffu l-impatt tat-tranżizzjoni fuq l-aktar reġjuni milquta, l-individwi vulnerabbli u n-negozji. Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni pproponiet ukoll rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika, sabiex tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-effetti tat-tranżizzjoni mil-lat soċjali u fuq l-impjiegi. |
|
2.15. |
It-test deċiżiv ta’ “Tranżizzjoni Ġusta” jrid ikun l-effiċjenza fl-indirizzar tal-problemi ta’ adattament tan-negozji, l-impjegati u ċ-ċittadini, billi jitħeġġeġ, pereżempju, ir-ristrutturar tal-attivitajiet tan-negozju, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-impjegati u l-evitar tal-faqar enerġetiku u tal-mobbiltà, bl-għan li jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; b’mod partikolari, il-grad sa fejn in-nisa u l-irġiel individwali li l-impjiegi tagħhom ser jisparixxu jew li ser jiġu degradati jew li ser jiġu mhedda b’xi mod ieħor jiġu indirizzati, iggarantiti futur utli, sodisfaċenti u sikur f’impjieg ta’ kwalità tajba, u assistiti fl-iżvilupp tagħhom stess sabiex ikunu jistgħu jaqdu dawn ir-rwoli. |
|
2.16. |
Id-daqs tal-isfida ma tistax tiġi sottovalutata. Dawn jinvolvu l-iżvilupp ta’ objettivi ekonomiċi u soċjali maħsubin sew u integrati fuq perjodu medju u twil bil-ħsieb li jiġu żgurati l-produttività u l-inklużjoni fuq il-bażi tal-ispeċifiċitajiet ta’ Stati Membri differenti u l-involviment tal-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika, inkluż permezz tad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv, fejn adegwat. Dawn jinvolvu riorjentament intenzjonat u konxju tar-riżorsi fil-livell nazzjonali u ċentrali lejn iż-żoni u r-reġjuni affettwati. Barra l-inċentivi għal investiment ġdid permezz ta’ għotjiet u l-forniment ta’ għarfien espert, u l-għoti ta’ għajnuna fl-operat tal-MSMEs, l-istart ups jistgħu jirċievu għajnuna permezz ta’ parteċipazzjoni f’kapital, filwaqt li intrapriżi ġodda jistgħu jinħolqu wkoll. Minbarra l-impenn tar-riżorsi pubbliċi, ser ikun meħtieġ li tiġi ottimizzata l-flessibbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat u anke li dawn jiġu sospiżi f’ċerti ċirkostanzi. |
|
2.17. |
Huwa essenzjali li dan ir-ristrutturar fuq skala kbira, li jinkludi t-trasformazzjoni ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ impjiegi fl-Ewropa, iseħħ b’mod bilanċjat u amministrat u li jħares ’il quddiem; djalogu soċjali li jaħdem tajjeb huwa essenzjali għal dan. Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta li jappoġġja lill-ħaddiema fi tranżizzjonijiet għal impjiegi ġodda għandu jiġi estiż kemm f’termini tar-riżorsi tiegħu kif ukoll fl-ambitu tiegħu, b’miżuri mmirati għal setturi speċifiċi. |
|
2.18. |
It-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli — dik ekonomika, dik soċjali u dik ambjentali — huma interrelatati b’mod qawwi u jeħtieġ li jiġu indirizzati permezz tal-użu ta’ qafas ta’ politika komprensiv u koerenti. Il-Linji Gwida tal-ILO tal-2015 dwar tranżizzjoni ġusta jipprovdu sett ta’ għodod prattiċi għall-gvernijiet u l-imsieħba soċjali fl-immaniġġjar ta’ dan il-proċess ta’ trasformazzjoni. |
|
2.19. |
Il-Linji Gwida tal-ILO tal-2015 jiddikjaraw li “kunsens soċjali qawwi dwar l-għan u l-mogħdijiet/perkorsi għas-sostenibbiltà huwa fundamentali”. Id-djalogu soċjali għandu jkun parti integrali mill-qafas istituzzjonali għat-tfassil tal-politika u tal-implimentazzjoni fil-livelli kollha. Għandha ssir konsultazzjoni adegwata, informata u kontinwa mal-partijiet interessati rilevanti kollha. |
Djalogu soċjali fi ħdan it-tranżizzjoni ekoloġika
|
2.20. |
Id-djalogu soċjali m’għandux jiġi ridott għal formalità, jeħtieġ li jkun sinifikanti fil-livelli kollha — fil-livell Ewropew, nazzjonali, settorjali, reġjonali u tal-post tax-xogħol. Dan ifisser ukoll li huma meħtieġa kompetenzi adegwati għall-imsieħba soċjali u jeħtieġ ukoll li jkollhom aċċess għal appoġġ espert. |
|
2.21. |
Il-KESE jagħraf li l-istituzzjonijiet tad-djalogu soċjali għandhom karattru irregolari ħafna madwar l-UE, minħabba d-diversi mudelli u tradizzjonijiet nazzjonali u tar-relazzjonijiet industrijali fi Stati Membri differenti.. |
|
2.22. |
Il-KESE jipproponi mmappjar u monitoraġġ sistematiku tal-funzjonament tad-djalogu soċjali fil-livell tal-Istati Membri (5), u huma meħtieġa aktar studji komparattivi biex jiġi segwit ir-rwol tad-djalogu soċjali fil-Pjani Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima, bħal fl-NRRPs. |
|
2.23. |
Il-KESE jemmen li l-inizjattivi eżistenti li jindirizzaw l-isfidi soċjali tat-trasformazzjoni ekoloġika baqgħu frammentati. Il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta huwa limitat u jindirizza biss parti żgħira mill-proċess ta’ tranżizzjoni. Il-Fond Soċjali għall-Klima propost ser ikollu ambitu u għan limitati, u fuq kollox ser jibbilanċja l-effetti distributtivi rigressivi ta’ ETS2 ippjanat għat-trasport u l-bini (ara b’mod partikolari l-Opinjoni tal-KESE dwar Fond Soċjali għall-Klima (6)). Filwaqt li l-KESE jilqa’ r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika, jinnota wkoll li din ir-rakkomandazzjoni mhux vinkolanti ma toffrix il-pjattaforma ta’ politika komprensiva li l-UE teħtieġ sabiex tindirizza l-impatt tat-tranżizzjoni fuq il-ħaddiema, ir-reġjuni u l-individwi vulnerabbli affettwati. |
|
2.24. |
Il-KESE jenfasizza li l-UE teħtieġ li jkollha qafas b’saħħtu biex tiżgura kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-ġestjoni tat-tranżizzjoni. Qafas robust tal-UE għal tranżizzjoni ġusta bħal dan għandu, fost affarijiet oħra, jindirizza l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla fit-trasformazzjoni ekoloġika permezz tal-parteċipazzjoni sinifikanti tal-ħaddiema, il-kumpaniji u l-involviment taċ-ċittadini. |
|
2.25. |
Il-KESE jisħaq fuq l-importanza ta’ informazzjoni u konsultazzjoni f’waqthom matul il-proċess ta’ ristrutturar. Deċiżjonijiet meħuda mingħajr konsultazzjoni għandhom jiġu evitati u l-għoti ta’ informazzjoni bil-quddiem għandu jsir obbligatorju. |
|
2.26. |
Il-KESE jitlob promozzjoni tad-djalogu soċjali u l-involviment tal-partijiet interessati fil-livelli kollha, u l-iżgurar li l-impjiegi ekoloġiċi ġodda jkunu impjiegi tajbin f’konformità mal-aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. F’konformità mal-ispirtu tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika, u b’referenza wkoll għall-Opinjoni tal-KESE relatata mal-Fond Soċjali għall-Klima, Fond Soċjali għall-Klima għandu jittratta firxa usa’ tal-effetti distributtivi tal-politiki dwar il-klima permezz ta’ miżuri mmirati kontra l-faqar fl-enerġija u fit-trasport, li jappoġġja u jiffaċilita l-affordabbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għal unitajiet domestiċi bi dħul aktar baxx. |
3. Kummenti speċifiċi
|
3.1. |
Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li tiġi rikonoxxuta l-komplementarjetà bejn il-politiki dwar il-klima, l-ambjent u dawk soċjali. Id-dimensjoni soċjali għandha tkun parti integrali minn qafas komprensiv tal-politika dwar il-klima mit-tfassil sal-implimentazzjoni tiegħu. Dan jinkludi l-Patt Ekoloġiku Ewropew kollu u l-politiki ta’ implimentazzjoni konkreti kollha fil-pakketti “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. |
|
3.2. |
Il-KESE jirikonoxxi wkoll li dan il-proċess ta’ ristrutturar ser ikollu effetti kbar fuq l-impjiegi, ir-relazzjonijiet tax-xogħol u d-distribuzzjoni tal-introjtu. Il-livelli kollha tas-soċjetà u l-ekonomija ser ikunu affettwati, mil-livell transnazzjonali sal-post tax-xogħol, u d-djalogu soċjali għandu jkollu rwol ewlieni fil-ġestjoni ta’ dan il-proċess b’mod li jħares ’il quddiem. |
|
3.3. |
Il-KESE jilqa’ l-qafas ta’ politika tal-klima b’saħħtu u ambizzjuż li l-Kummissjoni Ewropea waqqfet fi ħdan il-Patt Ekoloġiku Ewropew, appoġġjat mill-miżuri leġiżlattivi relatati, iżda jisħaq ukoll li, minkejja d-dikjarazzjonijiet pożittivi kollha, id-dimensjoni soċjali tiegħu għadha mhijiex żviluppata biżżejjed. |
|
3.4. |
Id-dimensjoni soċjali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew tibqa’ primarjament f’idejn l-Istati Membri tal-UE u l-imsieħba soċjali nazzjonali peress li huma fl-aħjar pożizzjoni biex jifhmu s-sitwazzjoni u jipproponu miżuri fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Madankollu, l-isfidi soċjali u dawk relatati mal-impjiegi tat-tranżizzjoni ekoloġika jkopru bosta dimensjonijiet, bħat-telf tal-impjiegi u t-tranżizzjonijiet tal-impjiegi, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, l-effetti distributtivi tal-politiki ta’ dekarbonizzazzjoni, kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet soċjali u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Għalhekk, azzjoni u miżuri kkoordinati fil-livell tal-UE huma neċessarji biex jakkumpanjaw u jappoġġjaw l-inizjattiva nazzjonali. Jekk ma jiġux indirizzati sew f’livell xieraq, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-klima x’aktarx jistgħu jżidu u jaggravaw l-inugwaljanzi soċjali. |
Nagħmlu t-tranżizzjoni ġusta realtà — rekwiżiti ta’ governanza/regolatorji għat-tisħiħ tad-djalogu soċjali
|
3.5. |
It-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol, il-pjani soċjali u l-perkorsi għal impjiegi ġodda sostenibbli u deċenti b’impenn fit-tul għall-iżvilupp reġjonali u komunitarju huma kollha elementi essenzjali ta’ pjan direzzjonali ta’ tranżizzjoni ġusta. |
|
3.6. |
Programmi ta’ taħriġ imfassla għall-ħtiġijiet individwali u għal dawk tas-suq tax-xogħol u mogħtija minn ċentri bi skop speċjali li jindirizzaw it-tranżizzjoni bejn l-impjiegi għandhom jiġu inkoraġġiti. Dan jeħtieġ impenn fid-djalogu soċjali proattiv fil-livelli komunitarji u reġjonali, b’kooperazzjoni mal-partijiet interessati kollha. It-trade unions u l-impjegaturi għandhom jaġixxu flimkien biex jappoġġjaw il-programmi ta’ tranżizzjoni tax-xogħol. |
|
3.7. |
B’differenza mis-sett ta’ miżuri ambjentali estensivi u kkoordinati tal-liġi vinkolanti, l-elementi soċjali “Lesti għall-mira ta’ 55 %” huma frammentati, u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li ġiet proposta m’għandhiex effett legali vinkolanti. |
|
3.8. |
Dawn il-karatteristiċi jeħtieġ li jissaħħu u d-djalogu soċjali għandu jsir element obbligatorju tal-politiki nazzjonali ewlenin stabbiliti sabiex jintlaħqu l-miri tal-politika dwar il-klima għall-2050, inklużi l-NECPs, l-NRRPs u l-pjani ta’ tranżizzjoni ġusta. |
|
3.9. |
Sabiex id-djalogu soċjali jkollu r-riżultati mixtieqa, huwa importanti ferm li jkun hemm kunfidenza reċiproka, il-fiduċja u l-ambizzjoni kondiviża sabiex jinkisbu riżultati li jġibu valur miżjud lill-partijiet kollha involuti. |
|
3.10. |
F’xi wħud mill-Istati Membri, dan it-tip ta’ djalogu soċjali diġà jeżisti, iżda f’xi oħrajn għadu le. Fejn dan tal-aħħar huwa l-każ, id-djalogu soċjali għandu jiġi mħeġġeġ b’mod attiv, pereżempju billi jiġi impost skambju f’waqtu ta’ ċerta informazzjoni u jiġi offrut djalogu soċjali bħala mezz biex jiġu solvuti diversi kwistjonijiet amministrattivi u tal-liġi tax-xogħol, jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament, jiġu ffaċilitati d-deċiżjonijiet ta’ ppjanar, permessi tal-bini, eċċetera. Sabiex jiġi evitat l-abbuż, tali benefiċċji għandhom ikunu marbuta ma’ obbligu biex jinkisbu r-riżultati. |
|
3.11. |
Il-KESE huwa konxju li f’xi Stati Membri din ser tkun kwistjoni ta’ bidla fil-kultura u li tista’ tieħu ż-żmien sabiex isseħħ. Madankollu, il-KESE huwa konvint li l-ħin u l-isforz li ġew investiti ser ikunu utli ħafna. |
|
3.12. |
Id-dimensjoni soċjali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew jeħtieġ li tkun marbuta mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u tkun riflessa fil-proċess tas-Semestru Ewropew. |
|
3.13. |
Fi Frar 2021 il-Kummissjoni ppubblikat rapport (7) dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali, li kkontribwixxa għall-pjan ta’ azzjoni li jimplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ippreżentat f’Marzu 2021. Il-pjan ta’ azzjoni fih impenn min-naħa tal-Kummissjoni biex tippreżenta inizjattiva dwar l-appoġġ tad-djalogu soċjali fil-livell tal-UE u nazzjonali fl-2022. Il-KESE jemmen bis-sħiħ li dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin mill-Kummissjoni ser jagħtu kontribut qawwi biex jintlaħaq dan l-għan. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 275, 18.7.2022, p. 101.
(2) ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.
(3) Opinjoni tal-KESE: Tranżizzjoni industrijali lejn ekonomija Ewropea ekoloġika u diġitali: rekwiżiti regolatorji u r-rwol tal-imsieħba soċjali u tas-soċjetà ċivili (ĠU C 56, 16.2.2021, p. 10); Opinjoni tal-KESE: L-ebda Patt Ekoloġiku mingħajr patt soċjali (ĠU C 341, 24.8.2021, p. 23). Opinjoni tal-KESE: Id-djalogu soċjali bħala pilastru importanti tas-sostenibbiltà ekonomika u r-reżiljenza tal-ekonomiji, li jqis ukoll l-influwenza ta’ dibattitu pubbliku mqanqal fl-Istati Membri (ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14).
(4) Riżoluzzjoni dwar proposti tal-KESE għar-rikostruzzjoni u l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19: “L-UE jeħtiġilha tkun iggwidata mill-prinċipju li titqies bħala komunità ta’ destin komuni” abbażi tax-xogħol tas-Sottokumitat dwar l-irkupru u wara l-pandemija tal-COVID-19 (ĠU C 311, 18.9.2020, p. 1).
(5) Riżoluzzjoni tal-KESE (ĠU C 155, 30.4.2021, p. 1); Opinjoni tal-KESE (ĠU C 220, 9.6.2021, p. 38).
(6) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 158.
(7) Rapport dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali tal-UE, mill-awtur Andrea Nahles.
ANNESS I
L-emenda li ġejja nċaħdet waqt id-diskussjoni iżda rċeviet aktar minn kwart tal-voti mixħuta:
Punt 2.25
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Il-KESE jisħaq fuq l-importanza ta’ informazzjoni u konsultazzjoni f’waqthom matul il-proċess ta’ ristrutturar. Deċiżjonijiet meħuda mingħajr konsultazzjoni għandhom jiġu evitati u l-għoti ta’ informazzjoni bil-quddiem għandu jsir obbligatorju . |
Il-KESE jisħaq fuq l-importanza ta’ informazzjoni u konsultazzjoni f’waqthom matul il-proċess ta’ ristrutturar. Deċiżjonijiet meħuda mingħajr konsultazzjoni għandhom jiġu evitati u l-għoti ta’ informazzjoni bil-quddiem għandu jsir il-prattika attwali f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq . |
Riżultat tal-votazzjoni
|
(favur/kontra/astensjonijiet) |
55/95/0 |
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/102 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rwol tal-enerġija nukleari fl-istabbiltà tal-prezzijiet tal-enerġija tal-UE”
(Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Ċeka tal-Kunsill tal-UE)
(2022/C 486/15)
|
Relatur: |
Alena MASTANTUONO |
|
Konsultazzjoni |
Il-Presidenza Ċeka tal-Kunsill tal-UE, ittra tas-26.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Opinjoni esploratorja |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
21.9.2022 |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
7.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
143/73/42 (votazzjoni rreġistrata – ara l-Anness II) |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
L-istabbiltà u l-affordabbiltà tal-prezzijiet tal-enerġija huma essenzjali biex jiġu ppreservati kemm il-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi kif ukoll il-kompetittività u r-reżiljenza tan-nisġa industrijali Ewropea. Wara deċennju ta’ stabbiltà relattiva fil-prezzijiet għall-importazzjoni tal-enerġija u ż-żieda annwali relattivament baxxa fil-prezzijiet tal-produtturi domestiċi għall-enerġija ta’ 0,9 % bejn l-2010 u l-2019, l-Ewropa bdiet tesperjenza żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija mit-tieni nofs tal-2021 ’l hawn. Il-volatilità fil-prezzijiet tal-enerġija u l-inċertezza tal-provvisti tal-enerġija eskalaw bil-gwerra fl-Ukrajna. |
|
1.2 |
L-isfida li l-Ewropa qed tiffaċċja llum hija doppja – il-ħtieġa li jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tiġi żgurata provvista stabbli tal-enerġija bi prezz affordabbli. Kif tikteb il-Kummissjoni fil-pjan REPowerEU tagħha, l-isfida hija li nnaqqsu malajr kemm jista’ jkun id-dipendenza tagħna mill-fjuwils fossili Russi billi nħaffu l-pass lejn it-tranżizzjoni nadifa u ningħaqdu flimkien biex niksbu sistema tal-enerġija aktar reżiljenti u unjoni tal-enerġija ġenwina. Is-soluzzjoni għandha tliet dimensjonijiet ta’ żmien. L-essenza tal-perspettiva fuq perjodu qasir hija primarjament li tissolva s-sitwazzjoni bil-provvista tal-enerġija, peress li nuqqas possibbli jista’ jaggrava ż-żidiet fil-prezzijiet. Is-sitwazzjoni attwali tas-suq hija influwenzata mill-fatturi attwali u mistennija min-naħa tal-provvista. Għalhekk, huwa meħtieġ li jintużaw is-sorsi kollha tal-enerġija disponibbli fl-UE kif deskritt fil-pjan REPowerEU. Dan huwa xenarju ta’ kriżi, li l-għan primarju tiegħu huwa li jiżgura l-provvista tal-enerġija. Il-perspettiva fuq perjodu medju tippermetti li jiġu rispettati aktar is-sostenibbiltà u l-bilanċ tar-riżorsi tal-enerġija, u l-perspettiva fit-tul, dment li jitnaqqsu r-riskji tas-sigurtà ġeopolitika, se tinkludi fokus fuq għanijiet ekoloġiċi. |
|
1.3 |
Il-kostijiet addizzjonali tas-sikurezza u s-sigurtà kkawżati mill-gwerra jheddu li jikkontribwixxu sostanzjalment għaż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. Fuq medda qasira ta’ żmien, l-impjanti tal-enerġija nukleari eżistenti fl-Istati Membri tal-UE li għażlu li jinkludu l-enerġija nukleari fit-taħlita tal-enerġija tagħhom u fejn huwa teknikament fattibbli se jikkontribwixxu għall-istabbiltà tal-provvista tal-enerġija, li sa ċertu punt tinfluwenza l-istabbiltà tal-prezzijiet. Mingħajr il-kapaċità nukleari eżistenti, ix-xokk għas-sistema tal-enerġija kkawżat mill-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna ċertament ikun saħansitra akbar. |
|
1.4 |
L-enerġija nukleari bħala sors ta’ elettriku b’emissjonijiet baxxi hija disponibbli fuq talba biex tikkomplementa r-rwol ewlieni tal-enerġija rinnovabbli bħar-riħ u x-xemx fit-tranżizzjoni lejn sistemi tal-elettriku b’emissjonijiet żero netti. Il-KESE jirrimarka li f’dan iż-żmien l-enerġija nukleari bħala karga bażika stabbli tista’ tikkontribwixxi għal provvista stabbli. L-ispejjeż marġinali tal-enerġija nukleari huma stabbli u ferm aktar baxxi minn dawk tal-impjanti tal-gass u tal-faħam. L-impjanti tal-enerġija nukleari ma jarmu l-ebda ammont sinifikanti ta’ CO2 meta jkunu qed joperaw u għalhekk l-ispejjeż marġinali tagħhom, bħal dawk tal-enerġija rinnovabbli, ma jinkludu l-ebda spiża tas-CO2 u mhumiex affettwati mill-ipprezzar volatili tal-karbonju kif stajna naraw fl-2021 meta l-prezz tal-karbonju żdied b’aktar minn 200 %. Il-volatilità fl-iskema tal-EU ETS taffettwa b’mod sinifikanti l-prezz tal-gass fis-suq tal-UE. |
|
1.5 |
Minn perspettiva regolatorja, il-prezzijiet tal-elettriku fis-suq bl-ingrossa tal-UE huma ddeterminati skont l-ordni tal-mertu li fiha l-aħħar impjant tal-enerġija jistabbilixxi l-prezz. Fil-parti l-kbira tal-każijiet ta’ mġiba standard tas-suq, il-prezz f’suq spot jiġi ddeterminat mill-gass jew mill-faħam. Dan ifisser li l-enerġija nukleari ma tinfluwenzax il-prezzijiet tal-enerġija fis-suq spot, ħlief meta t-taħlita tal-enerġija tinkludi sehem għoli ta’ sorsi b’emissjonijiet baxxi. Madankollu, is-suq spot huwa biss parti mill-bejgħ fis-suq. Il-kumpaniji tal-enerġija ħafna drabi jbigħu provvisti fiżiċi tal-elettriku fuq il-bażi ta’ kuntratti bilaterali. F’dan il-każ, mudelli ta’ finanzjament u kuntratti bilaterali differenti użati fl-Istati Membri tal-UE b’enerġija nukleari fit-taħlita tal-enerġija tagħhom jgħinu biex jistabbilizzaw il-prezz tal-enerġija għall-klijent. |
|
1.6 |
Il-kriżi attwali tal-enerġija affettwat il-funzjonament tas-suq tal-elettriku tal-UE billi ħolqot distorsjoni fir-regoli bażiċi tagħha minħabba l-għadd ta’ interventi biex jittaffew il-prezzijiet għoljin tal-enerġija jew biex titnaqqas id-domanda b’mod sinifikanti. Din is-sitwazzjoni tindika l-korrelazzjoni importanti bejn it-tnaqqis fil-provvista u ż-żieda fid-domanda li jgħollu l-prezzijiet tal-enerġija. Bi provvista aktar robusta minn sorsi stabbli ta’ enerġija b’livell baxx ta’ karbonju, il-prezzijiet tal-enerġija se jkunu inqas volatili u bis-saħħa tal-interkonnessjoni tas-swieq nazzjonali tal-enerġija l-benefiċċju jista’ jiġi kondiviż fl-UE kollha. |
|
1.7 |
Il-KESE jqis li l-estensjoni tal-operazzjonijiet tal-flotta eżistenti tal-impjanti tal-enerġija nukleari hija soluzzjoni raġonevoli f’din is-sitwazzjoni partikolari u, fl-istess ħin, se tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Din għandha l-potenzjal li tissodisfa l-aspettattivi attwali fir-rigward tal-provvista tal-enerġija u li tnaqqas il-konsum tal-gass fis-settur tal-elettriku, u b’hekk tnaqqas ir-riskju ta’ skarsezzi ta’ gass. Tista’ tgħin ukoll biex ittaffi l-volatilità tal-prezzijiet bla preċedent ikkawżata minn fatturi mhux ekonomiċi, u tissodisfa l-aspettattivi attwali fir-rigward tal-provvista tal-enerġija. Il-KESE jirrakkomanda li l-Istati Membri jaħdmu fuq soluzzjonijiet għall-kapaċitajiet ta’ ħżin u jsaħħu l-interkonnessjonijiet ta’ trażmissjoni sabiex jirrispondu b’mod effettiv għall-indisponibbiltà tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-tul u anke tal-gass fuq perjodu qasir. |
|
1.8 |
Il-KESE jipproponi li l-Presidenza Ċeka tiddiskuti, fil-Forum Ewropew dwar l-Enerġija Nukleari, l-istabbiltà tal-prezzijiet fis-settur nukleari kif ukoll ir-rwol tal-enerġija nukleari fl-istabbiltà tal-provvista bħala reazzjoni għat-tnaqqis tad-dipendenza tal-UE mill-gass Russu. Il-KESE jixtieq ikun involut mill-qrib f’din id-diskussjoni. |
|
1.9 |
Il-KESE jissuġġerixxi li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bilaterali mal-imsieħba internazzjonali fis-settur nukleari sabiex jiġu kondiviżi r-riżultati fl-innovazzjoni u l-avvanzi fit-teknoloġiji l-ġodda. Il-KESE jirrakkomanda li l-Presidenza Ċeka tal-Kunsill tal-UE torganizza konferenza dwar reatturi modulari żgħar li tista’ tieħu l-forma ta’ forum ta’ livell għoli bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar reatturi modulari żgħar u tesplora din ir-riċerka promettenti. |
2. Sfond u noti ta’ spjegazzjoni
|
2.1 |
L-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-bażi ġuridika għall-politika tal-enerġija fl-UE. Dispożizzjonijiet speċifiċi huma stabbiliti f’Artikoli oħra bħall-Artikolu 122 tat-TFUE (sigurtà tal-provvista), l-Artikoli 170-172 tat-TFUE (networks tal-enerġija), l-Artikolu 114 tat-TFUE (suq intern tal-enerġija) u l-Artikoli 216-218 tat-TFUE (politika esterna dwar l-enerġija). It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (it-Trattat Euratom) hu l-bażi ġuridika għal ħafna mill-azzjonijiet Ewropew fil-qasam tal-enerġija nukleari. |
|
2.2 |
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiggarantixxi wkoll lill-Istati Membri d-dritt tagħhom li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi tal-enerġija tagħhom, l-għażla tagħhom bejn sorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tagħhom (1). |
|
2.3 |
Il-pjan tal-UE li ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima fl-2050 jirrikjedi tranżizzjoni enerġetika lejn sorsi tal-enerġija b’emissjonijiet żero u baxxi. Il-parti dejjem tikber tas-sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija ma tistax isseħħ mingħajr riżerva magħmula minn sorsi tal-enerġija attwalment stabbli għad-dispożizzjoni tagħna bħall-enerġija fossili u nukleari; barra minn hekk, jeħtieġ li ninvestu f’impjanti li ma jaħdmux bil-gass fossili biex inlaħħqu mal-varjazzjonijiet fl-enerġija rinnovabbli. Hemm ukoll bżonn kbir ta’ kapaċitajiet ta’ ħżin sabiex jiġi evitat qtugħ tal-elettriku u jiġi ssodisfat il-konsum dejjem jikber tal-enerġija xprunat mill-elettrifikazzjoni. Fost is-sorsi tal-enerġija stabbli attwali, l-enerġija nukleari hija l-uniku sors b’emissjonijiet baxxi li jista’ jnaqqas id-dipendenza fuq il-gass Russu. |
|
2.4 |
L-enerġija nukleari, bil-kapaċità tagħha ta’ 413 gigawatts (GW) li topera fi 32 pajjiż, tikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni u tnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili importati billi tevita 1,5 gigatunnellata (Gt) ta’ emissjonijiet globali u 180 biljun metru kubu (bcm) tad-domanda globali għall-gass fis-sena (2). L-enerġija nukleari, bħala sors ta’ elettriku b’emissjonijiet baxxi, hija disponibbli fuq talba biex tikkomplementa r-rwol ewlieni ta’ sorsi rinnovabbli volatili bħar-riħ u x-xemx fit-tranżizzjoni lejn sistemi tal-elettriku b’emissjonijiet żero netti. Skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, inqas enerġija nukleari tagħmel l-ambizzjonijiet żero netti aktar diffiċli u aktar għalja u l-kapaċità globali tal-ġenerazzjoni nukleari hija mistennija li tirdoppja sal-2050. |
|
2.5 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 (3) jirrikonoxxi l-potenzjal tal-enerġija nukleari li tikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni u jqis l-enerġija nukleari bħala attività b’livell baxx ta’ karbonju. Ir-rapport finali tal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi dwar il-Finanzi Sostenibbli ta’ Marzu 2020 (4) iddikjara li l-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari għandha emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra qrib iż-żero fil-fażi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u li l-evidenza dwar il-kontribut sostanzjali potenzjali tal-enerġija nukleari għall-objettivi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima kienet estensiva u ċara. It-tassonomija tipprevedi rekwiżiti addizzjonali u aktar stretti dwar ir-rimi tal-iskart, il-finanzjament u l-ippjanar tad-dekummissjonar. |
|
2.6 |
L-istabbiltà u l-affordabbiltà tal-prezzijiet tal-enerġija huma essenzjali biex jiġu ppreservati kemm il-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi kif ukoll il-kompetittività u r-reżiljenza tan-nisġa industrijali Ewropea. Wara l-istabbiltà relattiva tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-enerġija fl-aħħar deċennju (ħlief it-tnaqqis ta’ 31 % fl-2020), u ż-żieda annwali relattivament baxxa fil-prezzijiet tal-produtturi domestiċi għall-enerġija ta’ 0,9 % bejn l-2010 u l-2019 (fl-2020, il-prezzijiet tal-produtturi tal-enerġija naqsu bi kważi 10 %), l-Ewropa ilha tesperjenza żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija mill-ħarifa tal-2021 (5). |
|
2.7 |
Għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, l-Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċha ma’ diversi riskji serji marbuta mal-provvista tal-enerġija, is-sigurtà tal-enerġija u ż-żieda fenomenali fil-prezzijiet tal-enerġija. Waħda mir-raġunijiet hija li xi Stati Membri ma kinux attenti, jew ċedew għall-pressjoni esterna, u naqqsu r-riżorsi kollha ta’ riżerva malajr wisq, filwaqt li l-indħil barrani ċertament kellu rwol f’dan ir-rigward. |
|
2.8 |
Anke qabel il-gwerra, sa mill-ħarifa tal-2021, kienu diġà evidenti żviluppi mgħaġġla u volatili fil-prezzijiet tal-enerġija, ikkawżati minn diversi interruzzjonijiet fil-provvisti kif ukoll miż-żieda globali fid-domanda għall-gass. Ir-raġuni għall-prezzijiet tal-enerġija għoljin b’mod mhux tas-soltu mill-ħarifa li għaddiet hija ż-żieda globali qawwija fid-domanda għall-gass, minħabba għadd ta’ fatturi ewlenin: irkupru ekonomiku ’l fuq, it-tnaqqis fil-provvisti lejn l-UE, nuqqas ta’ investiment u kundizzjonijiet ta’ temp ħażin li wasslu għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. F’xi każijiet, l-ispekulazzjoni wasslet għat-tbattil tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass (6). Il-volatilità attwali fil-prezzijiet tal-enerġija hija ddeterminata prinċipalment mill-impatti tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, l-inċertezza dwar eskalazzjoni possibbli f’pajjiżi oħra u l-isforz biex titnaqqas id-dipendenza enerġetika tal-UE mir-Russja malajr kemm jista’ jkun. |
|
2.9 |
Il-kostijiet addizzjonali għas-sikurezza u s-sigurtà kkawżati mill-gwerra jheddu li jikkontribwixxu sostanzjalment għaż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. Il-perjodu li jmiss ta’ diversifikazzjoni tal-input tal-enerġija tal-UE, marbut ma’ investimenti enormi f’infrastruttura ġdida (eż. terminals tal-LNG, pipelines tal-idroġenu) u allinjamenti mill-ġdid tan-network eżistenti biex titwassal l-enerġija, jista’ jkun akkumpanjat minn żieda addizzjonali fil-prezzijiet. Is-sitwazzjoni hija aggravata wkoll minn tnaqqis sinifikanti fil-ġenerazzjoni nukleari, li mistenni jonqos bi 12 % (aktar minn 100 TWh) fl-2022. Skont ir-rapport dwar is-suq tal-elettriku ta’ Lulju 2022 tal-AIE, dan it-tnaqqis huwa dovut għal tnaqqis temporanju fid-disponibbiltà tal-impjanti fi Franza, l-irtirar ta’ 4 GW ta’ enerġija nukleari fil-Ġermanja u l-impatt tal-invażjoni Russa fuq l-impjanti nukleari tal-Ukrajna. |
|
2.10 |
Fiċ-ċirkostanzi attwali, mill-inqas sakemm isir progress fit-tranżizzjoni fundamentali tal-enerġija fl-UE, l-użu ta’ sorsi tal-enerġija diġà eżistenti disponibbli fit-territorju kollu tal-UE u li jistgħu jintużaw immedjatament mingħajr impedimenti u fi ħdan l-infrastruttura diġà installata huwa l-ogħla prijorità. Fl-istess ħin, it-tnaqqis tal-provvisti ta’ prodotti bażiċi tal-enerġija mir-Russja jinsab fi stadju avvanzat, u dan jinkludi r-riskju li tiġi limitata l-provvista tal-vireg tal-fjuwil għall-impjanti tal-enerġija nukleari. L-iżgurar ta’ provvista stabbli tal-enerġija lill-Ewropej kollha qed ikun sfida f’termini ta’ konformità mal-miri tal-klima. |
|
2.11 |
Sa ċertu punt, l-enerġija nukleari tippermetti l-adattament tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, skont kemm tiġi prodotta enerġija minn sorsi rinnovabbli. L-impjanti tal-enerġija nukleari huma inqas flessibbli mill-gass, iżda jġibu element ta’ stabbiltà fis-sistema peress li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-karga bażika tal-enerġija, u r-regolamentazzjoni attwali f’xi Stati Membri tal-UE tippermetti reġimi flessibbli għall-operazzjonijiet tal-impjanti tal-enerġija nukleari. |
|
2.12 |
Is-sorsi nukleari diġà installati huma kapaċi jissodisfaw immedjatament id-domanda ogħla għall-elettriku u huma kkaratterizzati minn kostijiet operattivi baxxi. Huwa minnu li l-kostijiet totali livellati tal-enerġija fil-każ tas-sorsi nukleari huma pjuttost għoljin, speċjalment minħabba l-kostijiet enormi ta’ investiment li jirriflettu miżuri stretti ta’ sigurtà; madankollu, fil-każ tal-gass, il-kostijiet livellati tal-enerġija huma saħansitra ogħla (7). Fl-istess ħin, minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, m’għandniex ċertezza li se nkomplu niġu fornuti bil-gass jew bil-vireg tal-fjuwil Russi sakemm jinstabu provvisti alternattivi. |
|
2.13 |
L-enerġija nukleari hija t-teknoloġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju disponibbli għall-użu, bl-inqas spejjeż mistennija għall-2025. Riżervi kbar tal-idroenerġija biss jistgħu jipprovdu kontribuzzjoni simili bi spejjeż komparabbli iżda jibqgħu dipendenti ħafna fuq il-karatteristiċi naturali ta’ pajjiżi individwali. Meta mqabbla mal-ġenerazzjoni bbażata fuq il-fjuwils fossili, l-impjanti nukleari huma mistennija li jkunu aktar affordabbli mill-impjanti li jaħdmu bil-faħam. Filwaqt li t-turbini tal-gass b’ċiklu kombinat (CCGTs) ibbażati fuq il-gass huma kompetittivi f’xi reġjuni, il-kost livellat tal-enerġija (LCOE) tagħhom jiddependi ħafna fuq il-prezzijiet għall-gass naturali u l-emissjonijiet tal-karbonju f’reġjuni individwali. L-elettriku prodott minn operazzjoni nukleari fit-tul permezz tal-estensjoni tal-ħajja huwa kompetittiv ħafna u ma jibqax biss l-għażla bl-inqas spiża għall-ġenerazzjoni b’livell baxx ta’ karbonju – meta mqabbel mal-bini ta’ impjanti tal-enerġija ġodda – iżda għall-ġenerazzjoni kollha tal-enerġija b’mod ġenerali (8). |
|
2.14 |
B’mod simili għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, il-kostijiet operattivi tal-enerġija nukleari huma baxxi. Il-kostijiet varjabbli huma virtwalment indipendenti mis-suq globali tal-komoditajiet tal-enerġija. Għal din ir-raġuni, l-impjanti tal-enerġija nukleari jippreżentaw l-offerti tagħhom fis-suq tal-elettriku bi prezz stabbli. Il-prezz tal-fjuwils u l-ipprezzar tal-karbonju ġeneralment għandhom l-akbar impatt fuq il-kostijiet tal-produzzjoni tal-elettriku. Dawn il-kostijiet varjabbli jew il-kostijiet marġinali jvarjaw ħafna minn teknoloġija għal oħra. Il-kost marġinali tal-impjanti tal-enerġija nukleari jiddependi mill-prezz tal-fjuwil nukleari, li huwa ħafna aktar baxx minn dak tal-gass jew tal-faħam. Peress li l-produzzjoni nukleari hija sostanzjali, il-prezz tal-fjuwil jista’ jinfirex fuq volum kbir ta’ produzzjoni, kwantità kbira ta’ MWh. Peress li l-impjanti tal-enerġija nukleari ma jarmu l-ebda CO2, il-kostijiet marġinali tagħhom ma jinkludu l-ebda kost relatat mal-prezzijiet tal-kwoti tas-CO2, bħall-enerġija rinnovabbli. |
|
2.15 |
Minn perspettiva regolatorja, il-prezzijiet tal-elettriku fis-suq bl-ingrossa tal-UE huma ddeterminati skont l-ordni tal-mertu, li fih l-aħħar impjant tal-enerġija jistabbilixxi l-prezz. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet tax-xenarju ta’ mġiba standard, il-prezz f’suq spot jiġi ddeterminat mill-gass jew mill-faħam. Dan ifisser li l-enerġija nukleari ma tinfluwenzax il-prezzijiet tal-enerġija fis-suq spot, ħlief meta t-taħlita tal-enerġija tinkludi sehem għoli ta’ sorsi b’emissjonijiet baxxi, li għandu jkun il-mudell Ewropew futur. Bħalissa, il-mudell standard tas-suq inqered mix-xokk min-naħa tal-provvista, speċjalment fir-rigward tal-gass, li jrid ikun akkumpanjat mis-sorsi disponibbli l-oħra biex jikkontribwixxi għall-ekwilibriju tas-suq u l-istabbiltà tal-prezzijiet, flimkien ma’ interventi regolatorji bħat-tnaqqis fid-domanda fl-Unjoni kollha (9). |
|
2.16 |
Is-suq spot huwa biss parti mill-bejgħ tas-suq. Il-kumpaniji tal-enerġija ħafna drabi jbigħu provvisti fiżiċi tal-elettriku fuq il-bażi ta’ kuntratti bilaterali. F’dan il-każ, mudelli ta’ finanzjament u kuntratti bilaterali differenti użati fl-Istati Membri tal-UE b’enerġija nukleari fit-taħlita tal-enerġija tagħhom jgħinu biex jistabbilizzaw il-prezz tal-enerġija għall-klijent, iżda mhux neċessarjament biex ibaxxuh. Irridu niddistingwu wkoll bejn saffi differenti tas-suq tal-elettriku (bl-ingrossa kontra bl-imnut). Is-swieq bl-imnut fl-UE jiddependu fuq ħafna fatturi bħal-livell ta’ kompetizzjoni, iżda wkoll fuq fatturi li jiddeterminaw il-prezz finali. Il-prezzijiet tal-elettriku mħallsin mill-konsumaturi domestiċi fl-UE jinkludu t-taxxi u l-imposti. Skont iċ-ċifri tal-Eurostat, is-sehem medju ta’ imposti u taxxi mħallsin mill-konsumaturi domestiċi għall-elettriku fl-UE huwa ta’ 36 %. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE jagħraf tajjeb u jirrispetta s-serjetà tas-sitwazzjoni. Fiċ-ċirkostanzi attwali, bħala parti mill-ġestjoni tal-kriżijiet u tal-emerġenzi, it-twassil affidabbli tal-enerġija bi prezz aċċettabbli huwa l-mod kif wieħed jissopravivi. Għal dik ir-raġuni, kwalunkwe sors disponibbli li jista’ jkun affidabbli għandu jintuża mhux biss biex jakkomoda d-domanda, iżda wkoll biex jikkontribwixxi għall-istabbiltà tal-prezzijiet f’dan il-perjodu ta’ żmien inċert ħafna. |
|
3.2 |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-Patt Ekoloġiku Ewropew u t-tranżizzjoni tal-ekonomija Ewropea lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Fl-istess ħin, it-tranżizzjoni klimatika jeħtieġ li timxi id f’id mal-ħames pilastri tal-Unjoni tal-Enerġija, jiġifieri mal-pilastri dwar is-sigurtà tal-provvista u l-affordabbiltà tal-prezzijiet tal-enerġija. Il-politiki futuri għandu jkollhom l-għan li jnaqqsu d-dipendenza għolja mill-importazzjoni, kif enfasizzat mill-KESE f’diversi Opinjonijiet. |
|
3.3 |
Fid-dawl tal-miri ewlenin tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar REPowerEU, hemm żewġ fażijiet tal-isforz għall-istabbiltà tal-prezzijiet tal-enerġija fl-UE. L-ewwel fażi hija sa ma jsiru l-ewwel passi biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE mir-Russja b’riżultati viżibbli, u t-tieni fażi hija meta d-dipendenza tal-enerġija tal-UE mir-Russja tkun żero. Il-KESE jammetti li għall-ewwel fażi, fejn l-istabbiltà u s-sigurtà ser jaqdu rwol fundamentali, l-enerġija nukleari minn sorsi eżistenti tal-UE ser tkun ta’ appoġġ kbir, kif enfasizzat fil-pjan REPowerEU (10), filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li t-tħejjija tas-sistema tal-enerġija tal-UE għax-xitwa li ġejja mhux ser tkun faċli (biex jinħolqu biżżejjed ħażniet u riżervi ta’ gass, tinbeda d-diversifikazzjoni tal-kunsinni, jintużaw aktar idroġenu u metan, isir investiment addizzjonali massiv fi proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika) kif indikat l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija fir-rakkomandazzjonijiet tagħha ta’ Marzu 2022 (11). Għat-tieni fażi, il-Patt Ekoloġiku jista’ jerġa’ jiġi integrat fil-politiki meta kwalunkwe riskju marbut mas-sigurtà tal-provvista jiġi eliminat. |
|
3.4 |
Il-KESE jirrimarka li l-provvista ta’ vireg tal-fjuwil lill-impjanti tal-enerġija nukleari fl-UE b’reatturi VVER operati fit-territorju tagħhom (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Finlandja u s-Slovakkja) tista’ tkun f’riskju minħabba l-gwerra fl-Ukrajna. Fl-istess ħin, huwa kuntent li jara li provvisti alternattivi huma possibbli (12) u jħeġġeġ lill-Istati Membri rilevanti biex isibu fornituri alternattivi malajr kemm jista’ jkun. L-impjanti nukleari ma jeħtiġux kapaċità kbira ta’ ħżin u jistgħu faċilment jaħżnu l-fjuwil għal bejn tliet u ħames snin, u għalhekk huwa possibbli li wieħed jaqleb għal fornitur ieħor jew jixtri fjuwil bi prezz favorevoli. |
|
3.5 |
Il-KESE jenfasizza li l-istabbiltà tas-suq tal-enerġija tal-UE hija prijorità assoluta għal-lum peress li tista’ telimina l-volatilità fil-prezzijiet tal-enerġija. L-enerġija nukleari bħala sors ta’ tagħbija bażi ta’ enerġija stabbli ħafna (riżerva għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli volatili) tista’ tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-istabbiltà tal-provvista f’perjodi ta’ riskji straordinarji. |
|
3.6 |
Il-KESE jirrimarka li l-enerġija nukleari ma ġġorx ir-riskju ta’ volatilità fil-prezzijiet tal-EU ETS, li laħqu livell rekord ta’ EUR 100 għal kull tunnellata ta’ CO2 fil-bidu ta’ Frar 2022. Peress li l-impjanti tal-enerġija nukleari ma jarmu l-ebda CO2, il-kostijiet marġinali tagħhom ma jinkludu l-ebda kost tas-CO2, bħall-enerġija rinnovabbli. Il-volatilità fl-iskema tal-EU ETS taffettwa b’mod sinifikanti l-prezz tal-gass fis-suq tal-UE. |
|
3.7 |
B’mod komprensiv, l-enerġija nukleari għandha kostijiet għoljin ta’ investiment iżda kostijiet operattivi relattivament irħas. Madankollu, m’aħniex qed nibdew mill-bidu nett, u l-kapaċitajiet nukleari eżistenti (aġġornati) jistgħu jintużaw biex jistabbilizzaw is-suq. Il-politiki għandhom jippermettu lill-Istati Membri jtawlu t-tħaddim tal-flotta eżistenti, peress li t-tħaddim fit-tul tal-impjanti tal-enerġija nukleari huwa bil-bosta l-aktar soluzzjoni affordabbli għall-2030 u lil hinn, li se jippermetti tranżizzjoni bla xkiel lejn in-newtralità klimatika. Jeħtieġ li tiġi evitata kwalunkwe miżura li jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-kapaċità eżistenti ta’ livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, jew li tiskoraġġixxi lill-investituri milli jinvestu fit-teknoloġiji meħtieġa. |
|
3.8 |
Il-KESE jissuġġerixxi li r-rwol tal-enerġija nukleari jitqies fit-tfassil futur tar-regoli tas-suq tal-elettriku. L-impjanti nukleari jistgħu joffru l-elettriku lill-konsumaturi finali bi prezz fiss, peress li bosta pajjiżi Ewropej jużaw mudelli differenti ta’ kuntratti li jiżguraw stabbiltà lill-konsumaturi. Prezz tax-xiri fiss jiżgura redditu fuq l-investiment u kostijiet kapitali aktar baxxi, u jiffissa parzjalment il-prezz tal-elettriku għall-konsumaturi finali. |
|
3.9 |
L-enerġija nukleari ammontat għal madwar 25 % tal-elettriku prodott fl-UE fl-2020. Aktar solidarjetà u interkonnessjonijiet ta’ trażmissjoni aħjar fis-suq tal-enerġija se jgħinu biex ikun hemm rispons effettiv għall-volatilità tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-tul u anke għall-indisponibilità tal-gass fuq perjodu qasir. Il-KESE jappella wkoll lill-Istati Membri biex jaħdmu fuq il-kapaċità tal-ħżin u jissostitwixxu l-impjanti tal-gass b’enerġija minn sorsi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Kwalunkwe dispożizzjoni fir-reviżjoni tad-disinn tas-suq tal-elettriku għandha tinċentiva l-investimenti fit-teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju meħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija b’mod sigur u affordabbli. |
|
3.10 |
Il-KESE jenfasizza l-element l-ieħor tal-istabbiltà tal-prezzijiet għall-enerġija nukleari żgurat mill-istabbiltà tal-provvisti. Meta mqabbla mal-gass, l-impjanti tal-enerġija nukleari ma jeħtiġux kapaċitajiet kbar ta’ ħżin u jistgħu faċilment jaħżnu l-fjuwil tagħhom għal tliet snin (13). Il-kapaċità fuq perjodu twil għar-riforniment tal-fjuwil u tal-ħżin tgħin biex il-fjuwil jinxtara b’kundizzjonijiet aktar favorevoli kif ukoll biex wieħed jaqleb ma’ fornituri oħra. Għal din ir-raġuni, iħeġġeġ lill-ħames Stati Membri b’teknoloġiji VVER biex ifittxu fornituri alternattivi. |
|
3.11 |
Meta tonqos id-dipendenza enerġetika tal-UE mir-Russja, se jkun punt tat-tluq tajjeb mhux biss li naħsbu, iżda wkoll li nimplimentaw u nimmaterjalizzaw il-potenzjal tal-innovazzjoni fir-rigward tal-enerġija nukleari, jiġifieri l-użu ta’ sorsi nukleari għall-produzzjoni tal-idroġenu u r-riċiklaġġ tal-iskart bħala parti minn katina tal-ekonomija ċirkolari. Skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, l-użu tal-elettriku mill-enerġija nukleari għall-produzzjoni tal-idroġenu u s-sħana jippreżenta opportunitajiet ġodda. L-elettriku nukleari żejjed jista’ jintuża biex jiġu prodotti madwar 20 miljun tunnellata ta’ idroġenu fl-2050 u s-sħana koġenerata minn impjanti nukleari tista’ tissostitwixxi t-tisħin distrettwali u użi oħra b’temperatura għolja (14), għalkemm il-kostijiet tal-kostruzzjoni jkollhom jonqsu biex jagħmluh kompetittiv. |
|
3.12 |
Il-KESE jipproponi li l-Presidenza Ċeka tiddiskuti, fi ħdan il-Forum Ewropew dwar l-Enerġija Nukleari, l-istabbiltà tal-prezzijiet fis-settur nukleari kif ukoll ir-rwol tal-enerġija nukleari fl-istabbiltà tal-provvisti bħala reazzjoni għat-tnaqqis tad-dipendenza tal-UE mill-gass Russu. Il-KESE jixtieq ikun involut mill-qrib f’din id-diskussjoni. |
|
3.13 |
Il-KESE jissuġġerixxi li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bilaterali mal-imsieħba internazzjonali fis-settur nukleari, prinċipalment mal-Istati Uniti, sabiex jiġu kondiviżi r-riżultati fl-innovazzjoni u l-avvanzi fit-teknoloġiji l-ġodda. Il-KESE jirrakkomanda li l-Presidenza Ċeka tal-Kunsill tal-UE torganizza konferenza dwar reatturi modulari żgħar li tista’ tieħu l-forma ta’ forum ta’ livell għoli bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar reatturi modulari żgħar u tesplora din ir-riċerka promettenti. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Il-KESE huwa konxju sew ta’ xi riskji marbuta mal-użu tal-enerġija nukleari u jappoġġja l-ħtieġa għal aktar riċerka sabiex din issir saħansitra aktar sikura. Ikun assurd li wieħed jaħseb li r-riskji ma jeżistux. L-enerġija nukleari ilha tintuża biex tipproduċi l-enerġija mis-snin 50, u minn dak iż-żmien ’il hawn il-livell ta’ sigurtà u sikurezza ġie msaħħaħ, jiġifieri biex jirreżisti avvenimenti esterni estremi, kemm naturali kif ukoll ikkawżati mill-bniedem, bħal inċidenti tal-inġenji tal-ajru jew splużjonijiet. Il-KESE jistieden lill-Istati Membri biex ma jwaqqfux ir-riċerka u l-innovazzjoni f’dan il-qasam u biex jikkonformaw ma’ rekwiżiti stretti dwar is-sikurezza u r-rimi tal-iskart. |
|
4.2 |
Is-sitwazzjoni attwali fis-suq tal-enerġija taffettwa wkoll il-prezzijiet tal-uranju, li jistgħu jiġu stabbilizzati permezz ta’ diversifikazzjoni aħjar tal-fornituri, jew fit-tul billi jinbnew impjanti tal-enerġija li jeħtieġu riforniment inqas frekwenti. L-impjanti tal-enerġija bbażati fuq reatturi modulari żgħar jistgħu jeħtieġu riforniment inqas frekwenti, kull tliet sa seba’ snin meta mqabbla ma’ bejn sena u sentejn għall-impjanti konvenzjonali. Xi reatturi moduli żgħar huma saħansitra mfassla biex joperaw sa 30 sena mingħajr riforniment. Barra minn hekk, il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija GEN III tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ pajjiżi b’rekwiżiti kbar tal-enerġija u bi grilji żviluppati (kif muri mill-programmi li għaddejjin jew li huma ppjanati f’pajjiżi differenti). |
|
4.3 |
Id-disinji ta’ reatturi modulari żgħar huma ġeneralment aktar sempliċi, u l-kunċett ta’ sikurezza għar-reatturi modulari żgħar ta’ spiss jiddependi aktar minn sistemi passivi u l-karatteristiċi inerenti tas-sikurezza tar-reattur, bħal enerġija baxxa u pressjoni operattiva. Ir-reatturi modulari żgħar joffru ffrankar fil-kostijiet u fil-ħin tal-kostruzzjoni, u jistgħu jintużaw b’mod inkrementali biex ilaħħqu mad-domanda dejjem tikber għall-enerġija. |
|
4.4 |
Il-fjuwil meħtieġ għall-impjanti nukleari huwa pjuttost ta’ volum żgħir meta mqabbel mal-ħtiġijiet tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-fjuwils fossili. Pellet żgħira ta’ diossidu tal-uranju li tiżen ħames grammi tipproduċi l-istess ammont ta’ enerġija bħal tunnellata faħam jew madwar 480 metru kubu ta’ gass naturali. L-impjanti nukleari ma jeħtiġux kapaċitajiet kbar ta’ ħżin u jistgħu faċilment jaħżnu l-fjuwil tagħhom għal tliet sa ħames snin. Il-kapaċità tal-ħżin tista’ titqies bħala stabbiltà għall-impjant, peress li tnaqqas id-dipendenza minn fornitur partikolari u tagħti l-possibbiltà li l-fjuwil jinxtara meta jkun hemm prezzijiet favorevoli. |
|
4.5 |
L-investimenti li jsiru f’dan is-settur ifissru wkoll li kwalunkwe aġġornament jista’ jintuża għall-benefiċċju tat-tranżizzjoni ekoloġika. Teknoloġiji u metodi nukleari jintużaw biex jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija dejjem aktar ibbażata fuq l-idroġenu f’żewġ oqsma ewlenin: (i) il-produzzjoni tal-idroġenu mid-disassoċjazzjoni termali/kimika assistita mill-enerġija nukleari tal-ilma u (ii) il-kontribut tal-metodi u t-tekniki nukleari biex jittejjeb il-fehim u sussegwentement ikunu jistgħu jiġu adattati l-materjali biex jiġu ssodisfati aħjar ir-rekwiżiti għall-ħżin u l-konverżjoni tal-idroġenu (15). |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Artikolu 194(2) tat-TFUE.
(2) https://iea.blob.core.windows.net/assets/0498c8b8-e17f-4346-9bde-dad2ad4458c4/NuclearPowerandSecureEnergyTransitions.pdf
(3) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 TAD-9 TA’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi f’ċerti setturi tal-enerġija u r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi (ĠU L 188, 15.7.2022, p. 1).
(4) Ir-rapport tal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi jinsab hawnhekk: TEG final report on the EU taxonomy (Ir-rapport finali tal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi dwar it-tassonomija tal-UE – mhux disponibbli bil-Malti) | Kummissjoni Ewropea (europa.eu)
(5) Data tal-Eurostat ta’ Frar 2022 https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/edn-20220210-2
(6) Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara l-Opinjoni TEN/761 (ĠU C 275, 18.7.2022, p. 80).
(7) AIE/NEA, 2020.
(8) https://iea.blob.core.windows.net/assets/ae17da3d-e8a5-4163-a3ec-2e6fb0b5677d/Projected-Costs-of-Generating-Electricity-2020.pdf
(9) Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1369 tal-5 ta’ Awwissu 2022 dwar miżuri koordinati għat-tnaqqis tad-domanda għall-gass (ĠU L 206, 8.8.2022, p. 1).
(10) Pjan REPowerEU, COM(2022) 230 final.
(11) AIE 10-Point Plan to European Union for reducing reliance on Russian supplies by over a third while supporting European Green Deal, with emergency options to go further (Pjan ta’ 10 punti għall-Unjoni Ewropea sabiex titnaqqas id-dipendenza mill-provvisti Russi b’aktar minn terz filwaqt li jiġi appoġġjat il-Patt Ekoloġiku Ewropew, b’għażliet ta’ emerġenza biex tkompli timxi ’l quddiem – mhux disponibbli bil-Malti), Marzu 2022.
(12) L-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Temelín fir-Repubblika Ċeka sab fornituri alternattivi.
(13) Skont ir-rapport annwali tal-2020 tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, “l-inventarji tal-uranju jistgħu jalimentaw ir-reatturi tal-enerġija nukleari tal-utilitajiet tal-UE, għal sentejn u disa’ xhur bħala medja.
(14) https://iea.blob.core.windows.net/assets/0498c8b8-e17f-4346-9bde-dad2ad4458c4/NuclearPowerandSecureEnergyTransitions.pdf
(15) IAEA-TECDOC-1676
ANNESS I
Il-kontropinjoni li ġejja nċaħdet waqt id-diskussjoni iżda rċeviet tal-inqas kwart tal-voti mixħuta (Artikolu 71(7) tar-Regoli ta’ Proċedura):
|
EMENDA 7 TEN/776 Ir-rwol tal-enerġija nukleari fl-istabbiltà tal-prezzijiet tal-enerġija tal-UE Ibdel l-Opinjoni kollha ppreżentata mis-Sezzjoni TEN bit-test li ġej (spjega/raġuni fl-aħħar tad-dokument): |
Imressqa minn: DIRX, Jan HERNÁNDEZ BATALLER, Bernardo IZVERNICEANU, Ileana KATTNIG, Thomas KUPŠYS, Kęstutis LOHAN, Cillian MOSTACCIO, Alessandro NABAIS, João NIKOLOPOULOU, Maria RIBBE, Lutz SCHMIDT, Peter SCHWARTZ, Arnaud |
|
Emenda |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. Konklużjoni u rakkomandazzjoni
2. Noti introduttorji
3. Risposta għall-mistoqsija
3.5 A: Impjanti tal-enerġija nukleari eżistenti fid-disinn tas-suq eżistenti
3.6 B: Impjanti tal-enerġija nukleari eżistenti u disinn ġdid tas-suq
Dan ifisser li disinn ġdid tas-suq bħal dan jikkonsisti f’żewġ elementi: segment tas-suq li fih japplika d-disinn tas-suq preċedenti (= ordni tal-mertu bbażat fuq kostijiet marġinali) u t-tieni wieħed fejn ikun hemm biss kuntratti de facto għad-differenzi. B’riżultat ta’ dan, l-elettriku ġġenerat fil-kuntratti għad-differenzi għandu prezz stabbli u għalhekk huwa rifless fi prezz aktar stabbli għall-konsumatur. Iżda l-prezz għall-konsumatur xorta se jvarja, minħabba li parti mill-elettriku għadha tiġi pprezzata skont l-ordni tal-mertu. 3.7 C: Impjanti tal-enerġija nukleari ġodda fid-disinn tas-suq eżistenti
3.8 D: Impjanti tal-enerġija nukleari ġodda u disinn ġdid tas-suq
4. Sommarju
|
|
Raġuni |
|
Fl-istqarrija tagħhom tat-8 ta’ Settembru, il-President tal-KESE, Christa Schweng, u l-President tas-Sezzjoni TEN, Baiba Miltovica, kitbu li: “[i]l-KESE jappella għal azzjoni Ewropea konġunta sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-prezzijiet tal-elettriku u sabiex issir riforma urġenti tas-suq tal-enerġija.” U hija preċiżament din is-sustanza ta’ din l-emenda, li fassalna biex nipprovdu tweġiba ċara u onesta lill-mistoqsija mill-Presidenza Ċeka. L-abbozz ta’ opinjoni TEN/776 li qed jiġi diskuss ma jiffukax fuq il-mistoqsija tal-Presidenza Ċeka, jiġifieri l-kwistjoni dwar ir-rwol tal-enerġija nukleari b’rabta mal-istabbiltà tal-prezz tal-elettriku, iżda hija Opinjoni li l-ewwel nett hija dwar is-sigurtà tal-provvista u t-tieni messaġġ pubbliċitarju favur l-enerġija nukleari. Is-sigurtà tal-provvista hija naturalment importanti ħafna wkoll, iżda l-Presidenza ma staqsietx dwar dan. U sfortunatament ir-relatur inkludiet ukoll ħafna ineżattezzi u punti dubjużi fl-Opinjoni tagħha. Iddeskrivejna għażla ta’ 20 minn dawn il-punti f’memorandum qabel il-laqgħa tas-Sezzjoni TEN aktar kmieni dan ix-xahar. Irridu nenfasizzaw li l-kisba tal-istabbiltà tal-prezzijiet hija waħda mill-prekundizzjonijiet biex il-klijenti tal-elettriku, kemm in-negozji kif ukoll il-konsumaturi, jiġu offruti ċertezza dwar l-ispejjeż tagħhom fi żmien qasir u medju. Għalhekk, il-prezzijiet stabbli tal-enerġija għandhom rwol kruċjali għall-prestazzjoni tan-negozji Ewropej u għall-ħolqien u ż-żamma tal-impjieg. Għalhekk ħejjejna din l-emenda u nitolbu lill-Bureau tal-KESE jaċċettaha bħala kontropinjoni. F’din l-emenda nipprovdu tweġiba ċara u mhux ambigwa dwar xiex għandha tkun din l-Opinjoni, jiġifieri x’inhu r-rwol tal-enerġija nukleari b’rabta mal-istabbiltà tal-prezzijiet tal-enerġija fl-UE. Għalhekk MHUX se niddiskutu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-enerġija nukleari, u lanqas il-livell tal-prezzijiet, minħabba li jista’ jkollok, jew ma jkollokx, stabbiltà fi kwalunkwe livell tal-prezzijiet. Huwa importanti li nifhmu li jekk nixtiequ nagħmlu xi ħaġa dwar il-prezzijiet tal-elettriku, jeħtieġ li tinbidel is-sistema attwali tal-prezzijiet tal-enerġija tas-suq. Din hija konklużjoni li issa hija espressa f’ħafna postijiet fl-Ewropa, anke minn Ursula von der Leyen u l-Kunsill tal-Enerġija tad-9 ta’ Settembru, waħda li introduċejna kemm-il darba fil-proċess ta’ din l-Opinjoni. Għalhekk, f’din l-emenda, iddeskrivejna erba’ xenarji biex ninvestigaw f’liema sitwazzjoni ta’ disinn tas-suq, l-enerġija nukleari jista’ jew ma jistax ikollha effett stabbilizzanti fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-konklużjoni tagħna hija li l-enerġija nukleari ma jistax ikollha effett stabbilizzanti fi tnejn mix-xenarji, iżda taħt ċerti kundizzjonijiet jista’ jkollha effett stabbilizzanti fiż-żewġ xenarji l-oħra. Il-fehma tagħna kienet appoġġjata mit-tliet esperti li ġew mistiedna mill-President u r-relatur tal-Grupp ta’ Studju għal laqgħa tal-Grupp ta’ Studju: Prof Keppler: “L-enerġija nukleari ma għandha l-ebda impatt reali fuq il-prezzijiet tal-elettriku, u lanqas żieda ta’ 10 jew 20 %!” Is-Sur Cometto (Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, IAEA): “Fuq perjodu qasir, l-enerġija nukleari għandha impatt limitat biex jitbaxxew il-prezzijiet tal-elettriku.” Is-Sur Goicea (FORATOM): “Fit-teorija, l-enerġija nukleari tista’ tipprovdi stabbiltà għall-prezzijiet finali tal-enerġija iżda għadha kwistjoni ta’ disinn tas-suq.” |
|
Riżultat tal-votazzjoni: |
||||||
|
(1) https://sweden.se/climate/sustainability/energy-use-in-sweden
(2) https://www.gov.uk/government/collections/hinkley-point-c
ANNESS II
|
|
MEMBRU |
GRUPP |
MEM |
Vot iddelegat |
|
1 |
ANDERSEN, Dorthe |
II |
A |
SORGENFREY, Bente |
|
2 |
ANDERSSON, Jan Torsten |
III |
N |
|
|
3 |
ANDERSSON, Krister |
I |
Y |
|
|
4 |
ANGELOVA, Milena |
I |
Y |
|
|
5 |
ANTONIOU, Michalis |
I |
Y |
|
|
6 |
ARDHE, Christian |
I |
Y |
|
|
7 |
ATS, Kerli |
III |
Y |
|
|
8 |
BABRAUSKIENE, Tatjana |
II |
A |
|
|
9 |
BACK, Thord Stefan |
I |
Y |
|
|
10 |
BALDZENS, Egils |
II |
Y |
|
|
11 |
BARBUCCI, Giulia |
II |
A |
|
|
12 |
BARCELÓ DELGADO, Andrés |
I |
Y |
|
|
13 |
BARRERA CHAMORRO, Maria Del Carmen |
II |
N |
|
|
14 |
BARTELS, Holger |
II |
N |
|
|
15 |
BÄUMLER, Christian |
II |
N |
|
|
16 |
BERNIS CASTELLS, Jaume |
III |
Y |
|
|
17 |
BERTOLINI, Silvestre |
II |
Y |
|
|
18 |
BIEGON, Dominika |
II |
N |
|
|
19 |
BLANC, Patricia |
III |
Y |
|
|
20 |
BLIJLEVENS, Réné |
I |
A |
|
|
21 |
BOGUSZ, Malgorzata Anna |
III |
N |
|
|
22 |
BOLAND, Séamus |
III |
N |
|
|
23 |
BOLLON, Pierre |
I |
Y |
|
|
24 |
BORSANI, Matteo Carlo |
I |
Y |
|
|
25 |
BRISHOUAL, Rachel |
III |
A |
|
|
26 |
BRONIARZ, Wincenty Slawomir |
II |
A |
|
|
27 |
BRZOBOHATÁ, Zuzana |
III |
N |
|
|
28 |
BYRNE, Peter |
I |
Y |
|
|
29 |
CABRA DE LUNA, Miguel Ángel |
III |
Y |
|
|
30 |
CALDERONE, Marina Elvira |
III |
N |
|
|
31 |
CALISTRU, Elena-Alexandra |
III |
A |
|
|
32 |
CAÑO AGUILAR, Isabel |
II |
N |
|
|
33 |
CATSAMBIS, Constantine |
I |
Y |
|
|
34 |
CHAMPAS, Panagiotis |
III |
Y |
|
|
35 |
CHARRY, Philippe |
II |
Y |
DESIANO, Carole |
|
36 |
CHOIX, Bruno |
I |
Y |
|
|
37 |
CLEVER, Peter |
I |
Y |
HEMMERLING, Udo |
|
38 |
COMER, John |
III |
Y |
|
|
39 |
CORAZZA, Chiara |
III |
Y |
|
|
40 |
COULON, Pierre Jean |
II |
Y |
|
|
41 |
COUMONT, Raymond |
II |
Y |
|
|
42 |
CSER, Ágnes |
III |
Y |
|
|
43 |
DE FELIPE LEHTONEN, Helena |
I |
Y |
|
|
44 |
DE LEEUW, Rudy |
II |
N |
ULENS, Miranda |
|
45 |
DE LOTTO, Pietro Francesco |
I |
Y |
|
|
46 |
DE MELLO, Vasco |
I |
Y |
|
|
47 |
DE MÛELENAERE, Robert |
I |
Y |
|
|
48 |
DEGUARA, Jason |
II |
N |
|
|
49 |
DEL RIO, Cinzia |
II |
N |
|
|
50 |
DESTOM, Joël |
III |
Y |
|
|
51 |
DIAMANTOUROS, Konstantinos |
I |
Y |
|
|
52 |
DIMITRIADOU, Stavroula |
II |
N |
|
|
53 |
DIRX, Jan |
III |
N |
NEISINGH, Ody |
|
54 |
DOZ ORRIT, Javier |
II |
Y |
|
|
55 |
DROBINSKI-WEIß, Elvira |
III |
N |
|
|
56 |
DUFEK, Bohumír |
II |
Y |
|
|
57 |
DULEVSKI, Lalko |
III |
N |
|
|
58 |
DUTTO, Diego |
III |
N |
|
|
59 |
EDELÉNYI, András |
I |
Y |
|
|
60 |
FELSZEGHI, Sára |
II |
Y |
|
|
61 |
FORNEA, Dumitru |
II |
Y |
|
|
62 |
GARAT PÉREZ, Francisco Javier |
III |
Y |
|
|
63 |
GARCÍA DEL RIEGO, Antonio |
I |
Y |
SABATINI, Giovanni |
|
64 |
GARCÍA SALGADO, Manuel |
II |
Y |
|
|
65 |
GARDIAS, Dorota |
II |
Y |
|
|
66 |
GAVRILOVS, Vitalijs |
I |
Y |
|
|
67 |
GEISEN, Norbert |
III |
Y |
|
|
68 |
GKOFAS, Panagiotis |
III |
Y |
|
|
69 |
GOBINŠ, Andris |
III |
N |
|
|
70 |
GONDARD-ARGENTI, Marie-Françoise |
I |
Y |
|
|
71 |
GRABO, Louise |
III |
Y |
KILIM, Irma |
|
72 |
HÄGGLUND, Sam |
II |
A |
|
|
73 |
HÄGGMAN, Maria |
II |
A |
|
|
74 |
HAJNOŠ, Miroslav |
II |
Y |
|
|
75 |
HAUKANÕMM, Monika |
III |
N |
|
|
76 |
HEALY, Joe |
III |
Y |
|
|
77 |
HERNÁNDEZ BATALLER, Bernardo |
III |
N |
|
|
78 |
HOFFMANN, Reiner Gerd |
II |
N |
|
|
79 |
HOLST, Sif |
III |
A |
|
|
80 |
IOANNIDIS, Athanasios |
III |
Y |
|
|
81 |
IZVERNICEANU DE LA IGLESIA, Ileana |
III |
N |
|
|
82 |
JAHIER, Luca |
III |
N |
|
|
83 |
JOHANSSON, Benny |
II |
A |
|
|
84 |
JONUŠKA, Alfredas |
I |
Y |
|
|
85 |
JOÓ, Kinga |
III |
Y |
|
|
86 |
JUODKAITE, Dovile |
III |
N |
|
|
87 |
KÁLLAY, Piroska |
II |
A |
|
|
88 |
KATTNIG, Thomas |
II |
N |
BUZEK, Tanja |
|
89 |
KIUKAS, Vertti |
III |
Y |
|
|
90 |
KLIMEK, Jan |
I |
Y |
|
|
91 |
KOKALOV, Ivan |
II |
Y |
|
|
92 |
KOLBE, Rudolf |
III |
N |
|
|
93 |
KOLYVAS, Ioannis |
III |
N |
|
|
94 |
KOMORÓCZKI, István |
I |
Y |
|
|
95 |
KONTKANEN, Mira-Maria |
I |
Y |
|
|
96 |
KOUTSIOUMPELIS, Stavros |
II |
Y |
|
|
97 |
KROPIL, Rudolf |
III |
Y |
|
|
98 |
KROPP, Thomas |
I |
Y |
GERSTEIN, Antje |
|
99 |
KRUPAVICIENE, Kristina |
II |
Y |
|
|
100 |
KÜKEDI, Zsolt |
III |
Y |
|
|
101 |
KUNYSZ, Maciej Dawid |
III |
A |
|
|
102 |
LADEFOGED, Anders |
I |
Y |
|
|
103 |
LE BRETON, Marie-Pierre |
I |
Y |
|
|
104 |
LEFÈVRE, Christophe |
II |
Y |
|
|
105 |
LEITANE, Katrina |
III |
A |
|
|
106 |
LOBO XAVIER, Gonçalo |
I |
A |
|
|
107 |
LOHAN, Cillian |
III |
N |
|
|
108 |
LUSTENHOUWER, Colin |
I |
N |
|
|
109 |
MACHYNA, Emil |
II |
Y |
|
|
110 |
MADSEN, Niels |
I |
Y |
|
|
111 |
MALLIA, Stefano |
I |
Y |
|
|
112 |
MANOLOV, Dimitar |
II |
Y |
|
|
113 |
MARCHIORI, Alberto |
I |
Y |
|
|
114 |
MARIN, Florian |
II |
N |
|
|
115 |
MARTINOVIC DŽAMONJA, Dragica |
I |
Y |
|
|
116 |
MASCIA, Sandro |
I |
Y |
|
|
117 |
MASTANTUONO, Alena |
I |
Y |
LEMCKE, Freya |
|
118 |
MATSAS, Andreas |
II |
Y |
|
|
119 |
MAVROMMATIS, Manthos |
I |
Y |
|
|
120 |
MEDINA, Felipe |
I |
Y |
|
|
121 |
MENSI, Maurizio |
III |
A |
|
|
122 |
MERLO, Nicoletta |
II |
Y |
|
|
123 |
MESKER, August Pierre |
I |
N |
|
|
124 |
MEYNENT, Denis |
II |
N |
|
|
125 |
MILTOVICA, Baiba |
III |
Y |
|
|
126 |
MINCHEVA, Mariya |
I |
Y |
PANGL, Andreas |
|
127 |
MIRA, Luís |
I |
Y |
|
|
128 |
MISSLBECK-WINBERG, Christiane |
I |
Y |
|
|
129 |
MITOV, Veselin |
II |
Y |
|
|
130 |
MONE, Andrea |
II |
A |
|
|
131 |
MOOS, Christian |
III |
A |
|
|
132 |
MORENO DÍAZ, José Antonio |
II |
A |
|
|
133 |
MORKIS, Gintaras |
I |
Y |
|
|
134 |
MOSTACCIO, Alessandro |
III |
N |
|
|
135 |
MUREȘAN, Marinel Dănuț |
I |
Y |
|
|
136 |
MURGUÍA ESTEVE, Aitor |
II |
N |
|
|
137 |
NIKOLOPOULOU, Maria |
II |
N |
|
|
138 |
NIKOLOV, Bogomil |
III |
N |
|
|
139 |
NOWACKI, Marcin |
I |
Y |
|
|
140 |
NYGREN, Ellen |
II |
A |
|
|
141 |
OCHEDZAN, Justyna Kalina |
III |
A |
|
|
142 |
O'CONNOR, Jack |
II |
A |
|
|
143 |
ÖNGÖRUR, Berivan |
II |
A |
|
|
144 |
OSTROWSKI, Krzysztof |
I |
A |
|
|
145 |
PADURE, Decebal-Ștefăniță |
I |
Y |
HAUNERT, Nora |
|
146 |
PAIDAS, Ioannis |
II |
Y |
|
|
147 |
PALMIERI, Stefano |
II |
A |
|
|
148 |
PARTHIE, Sandra |
I |
A |
|
|
149 |
PATER, Krzysztof |
III |
Y |
|
|
150 |
PAVIĆ-ROGOŠIĆ, Lidija |
III |
A |
|
|
151 |
PENTTINEN, Markus |
II |
Y |
|
|
152 |
PETRAITIENE, Irena |
II |
Y |
|
|
153 |
PIETKIEWICZ, Janusz |
I |
Y |
|
|
154 |
PILAWSKI, Lech |
I |
Y |
|
|
155 |
PLOSCEANU, Aurel Laurentiu |
I |
N |
|
|
156 |
POCIVAVŠEK, Jakob Krištof |
II |
A |
|
|
157 |
POPELKOVÁ, Hana |
II |
Y |
VAN KELLE, Lottie |
|
158 |
POTTIER, Jean-Michel |
I |
Y |
|
|
159 |
POTYRALA, Dariusz Miroslaw |
II |
Y |
|
|
160 |
PREDA, Bogdan |
I |
Y |
VUORI, Timo |
|
161 |
PROUZET, Emilie |
I |
Y |
|
|
162 |
PUECH d'ALISSAC, Arnold |
I |
Y |
|
|
163 |
PUXEU ROCAMORA, Josep |
I |
Y |
|
|
164 |
QUAREZ, Christophe |
II |
Y |
|
|
165 |
RAMMO, Alari |
III |
Y |
|
|
166 |
RAVNIK, Branko |
III |
Y |
|
|
167 |
REALE, Maurizio |
I |
Y |
|
|
168 |
REDING, Jean-Claude |
II |
N |
|
|
169 |
REISECKER, Sophia |
II |
A |
RUSU, Sabin |
|
170 |
RELIC, Danko |
III |
A |
|
|
171 |
REPANŠEK, Neža |
III |
N |
|
|
172 |
RIBBE, Lutz |
III |
N |
|
|
173 |
RISTELÄ, Pekka |
II |
A |
|
|
174 |
ROBYNS, Wautier |
I |
Y |
|
|
175 |
ROCHE RAMO, José Manuel |
III |
N |
|
|
176 |
RÖPKE, Oliver |
II |
N |
KLUGE, Norbert |
|
177 |
SAKAROVÁ, Dana |
II |
Y |
|
|
178 |
SALIS-MADINIER, Franca |
II |
N |
|
|
179 |
SAMMUT BONNICI, Dolores |
I |
A |
|
|
180 |
SCHAFFENRATH, Martin Josef |
III |
N |
|
|
181 |
SCHLÜTER, Bernd |
III |
A |
|
|
182 |
SCHMIDT, Peter |
II |
N |
|
|
183 |
SCHWARTZ, Arnaud |
III |
N |
|
|
184 |
SCHWENG, Christa |
I |
A |
|
|
185 |
SERRA ARIAS, Ricardo |
III |
Y |
|
|
186 |
SIBIAN, Ionut |
III |
N |
|
|
187 |
SILVA, Carlos |
II |
N |
|
|
188 |
SILVA, Francisco |
III |
N |
|
|
189 |
SILVA, João |
II |
N |
|
|
190 |
SINKEVICIUTE, Elena |
III |
Y |
|
|
191 |
SIPKO, Juraj |
III |
A |
|
|
192 |
ŠIRHALOVÁ, Martina |
I |
Y |
|
|
193 |
SMOLE, Jože |
I |
N |
|
|
194 |
SÕBER, Kristi |
I |
Y |
|
|
195 |
SOETE, Paul |
I |
Y |
|
|
196 |
STOEV, Georgi |
I |
Y |
|
|
197 |
STUDNICNÁ, Lucie |
II |
A |
MILIĆEVIĆ-PEZELJ, Anica |
|
198 |
SÜLE, Katalin Elza |
I |
Y |
|
|
199 |
SVENTEK, David |
I |
Y |
|
|
200 |
SZALAY, Anton |
II |
Y |
|
|
201 |
SZYMANSKI, Mateusz |
II |
Y |
|
|
202 |
TCHOUKANOV, Stoyan |
III |
N |
|
|
203 |
TEDER, Reet |
I |
Y |
MAJETIĆ, Davor |
|
204 |
THURNER, Andreas |
III |
N |
|
|
205 |
TIAINEN, Simo |
III |
Y |
|
|
206 |
TOPOLÁNSZKY, Ákos |
III |
A |
|
|
207 |
TRINDADE, Carlos Manuel |
II |
N |
MAURICIO DE CARVALHO, Fernando |
|
208 |
TUPILUȘI, Tudorel |
III |
Y |
|
|
209 |
TZOTZE-LANARA, Zoe |
II |
N |
|
|
210 |
ULGIATI, Luigi |
NI |
Y |
|
|
211 |
UNGERMAN, Jaroslav |
NI |
Y |
|
|
212 |
VADÁSZ, Borbála |
I |
Y |
|
|
213 |
VARDAKASTANIS, Ioannis |
III |
N |
|
|
214 |
VASK, Kaia |
II |
Y |
|
|
215 |
VERNICOS, George |
I |
Y |
|
|
216 |
VIIES, Mare |
II |
Y |
|
|
217 |
VILARES DIOGO, Edgar |
III |
N |
|
|
218 |
VON BROCKDORFF, Philip |
II |
N |
|
|
219 |
VORBACH, Judith |
II |
N |
|
|
220 |
VYYRYLÄINEN, Tiina |
III |
Y |
|
|
221 |
WAGENER, Marco |
II |
N |
WOLFF, Romain |
|
222 |
WAGNSONNER, Thomas |
II |
N |
|
|
223 |
WILLEMS, Heiko |
I |
Y |
|
|
224 |
WILLEMS, Marie Josiane |
III |
A |
|
|
225 |
WRÓBLEWSKI, Tomasz Andrzej |
I |
Y |
|
|
226 |
WYCKMANS, Ferdinand |
II |
N |
|
|
227 |
YIAPANIS, Anastasis |
III |
Y |
|
|
228 |
YILDIRIM, Ozlem |
II |
Y |
|
|
229 |
YLIKARJULA, Janica |
I |
Y |
|
|
230 |
ZARINA, Katrina |
I |
Y |
|
|
231 |
ZIELENIECKI, Marcin Antoni |
II |
Y |
|
|
232 |
ZORKO, Andrej |
II |
N |
|
|
233 |
ZVOLSKÁ, Marie |
I |
Y |
HARTMAN RADOVÁ, Jana |
|
234 |
ZYCH, Tymoteusz Adam |
III |
N |
|
III Atti preparatorji
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-572 Sessjoni Plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 21.9.2022—22.9.2022
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/123 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa: L-isfruttament tas-setgħa tad-data dwar is-saħħa għan-nies, għall-pazjenti u għall-innovazzjoni”
[COM(2022) 196 final]
u dwar
“il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa”
[COM(2022) 197 final – 2022/0140 (COD)]
(2022/C 486/16)
|
Relatur: |
Gonçalo LOBO XAVIER |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew 6.6.2022 Kunsill, 13.6.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adottata fis-sezzjoni |
8.9.2022 |
|
Adottata fis-sessjoni plenarja |
22.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
198/0/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa. Wara l-kriżi tal-COVID-19, u b’xi eżempji tajbin ta’ kooperazzjoni, bħaċ-ċertifikat COVID tal-UE, l-UE u ċ-ċittadini tagħha jistgħu jibbenefikaw minn data sikura, armonizzata u kondiviża li tista’ tagħti spinta lis-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri fid-dimensjonijiet kollha tagħhom. Il-KESE jaqbel li t-trasformazzjoni diġitali hija kruċjali sabiex tingħata kura tas-saħħa aħjar liċ-ċittadini, jinbnew sistemi tas-saħħa aktar b’saħħithom u aktar reżiljenti, jingħata appoġġ għall-kompetittività u l-innovazzjoni fit-tul fl-ekosistema medika tal-UE, u l-UE tiġi megħjuna fl-irkupru mill-pandemija. |
|
1.2 |
Mill-perspettiva tal-KESE, huwa essenzjali li jintużaw l-opportunitajiet li jġibu magħhom l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni sabiex tingħata spinta lill-benesseri taċ-ċittadini u tittejjeb il-kwalità tas-servizzi tas-saħħa. Fl-istess ħin, is-soċjetà ċivili organizzata u l-imsieħba soċjali jiġbdu l-attenzjoni għall-fatt li, fost l-Istati Membri tal-UE, hemm livelli differenti ta’ litteriżmu diġitali, li jeħtieġ li jiġu indirizzati bħala parti mill-proċess ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija. Fir-rigward ta’ din il-kwistjoni, il-motto “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura” huwa aktar rilevanti minn qatt qabel. |
|
1.3 |
Għall-KESE, il-proposta dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa tippreżenta opportunità eċċellenti li tawtonomizza lill-individwi fl-aċċess u l-kontroll tad-data personali tagħhom dwar is-saħħa. Il-KESE jemmen ukoll li din l-istrateġija tiżgura qafas konsistenti għall-użu tad-data dwar is-saħħa tal-individwi fil-kuntest tal-politiki tar-riċerka u l-iżvilupp. Biex jintlaħqu dawn iż-żewġ għanijiet, huwa importanti ħafna li jiġu garantiti l-fiduċja fil-proċess u s-sikurezza tiegħu. Għal din ir-raġuni, il-KESE jappoġġja kampanja ta’ komunikazzjoni fuq skala kbira li tgħin biex tinbena l-fiduċja fost il-pubbliku. Iċ-ċittadini għandhom ikunu konxji tal-benefiċċji assoċjati mal-proċess ta’ kondiviżjoni. Fil-fehma tal-KESE, ikun interessanti li jiġu enfasizzati l-benefiċċji diretti għaċ-ċittadini u l-konsumaturi, kif sar għal partijiet interessati oħra. Madankollu, irid ikun ċar li jkun hemm fis-seħħ rekwiżiti obbligatorji tal-kwalità, speċjalment għal finijiet ta’ awtorizzazzjoni u anonimità. |
|
1.4 |
Il-KESE jqis li, bħala tali, l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa se jkollu impatt pożittiv sinifikanti fuq id-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali u l-moviment liberu. Jekk tinħoloq konnessjoni adatta bejnu u l-ispazju tad-data tal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (EOSC) u mal-infrastruttura tad-data tax-xjenzi tal-ħajja Ewropea rilevanti (1), l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa se jippermetti lir-riċerkaturi, lill-innovaturi u lil dawk li jfasslu l-politika jużaw id-data b’mod aktar effettiv, sigur, u b’mod li jissalvagwardja l-privatezza. F’dan ir-rigward, il-KESE jaqbel li din il-proposta hija sforz ieħor tajjeb biex tingħata spinta lis-suq intern u l-potenzjal tiegħu għat-titjib tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej. |
|
1.5 |
Minkejja li jappoġġja din l-aġenda, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-UE ma tistax titlob lill-pubbliku jappoġġja żona Ewropea għall-iskambju ta’ data dwar is-saħħa jekk il-finanzjament għall-kura tas-saħħa jkun skars. Il-COVID-19 kienet daqqa ta’ ħarta kbira għas-sistemi tas-saħħa pubblika, u l-UE jeħtiġilha tkun konxja li jeħtiġilha ssewwi l-ħsara u ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa pubblika b’baġit adatt qabel ma tieħu passi għal dan il-proġett, li bla dubju huwa pożittiv. Fil-fehma tal-KESE, jekk ikun hemm baġit għal “aġenda”, l-UE jeħtiġilha taħdem fuq dan il-proġett interessanti wara li l-ewwel talloka fondi għat-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa. |
|
1.6 |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li tingħata kjarifika liċ-ċittadini dwar l-użu tad-data primarja u sekondarja. In-nies jeħtiġilhom ikollhom fiduċja u kunfidenza fis-sistema sabiex jikkooperaw u jifhmu l-benefiċċji, kemm fil-każ tal-individwi kif ukoll il-komunità kollha. Il-KESE jemmen li l-biżgħat ewlenin huma relatati mal-użu sekondarju tad-data. Irid ikun ċar ħafna x’inhu l-użu, x’inhuma l-limiti, liema korp se jikkontrolla u jivvalida d-data, u x’sanzjonijiet hemm fis-seħħ fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Il-KESE jemmen bis-sħiħ li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali jistgħu jgħinu biex jispjegaw u jippromovu dawn il-messaġġi jekk ikunu involuti kif xieraq. L-Istati Membri jistgħu verament jibbenefikaw minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fuq il-post biex jappoġġjaw lill-komunità f’dawn il-kwistjonijiet, biex jiżguraw li ħadd ma jitlef dan il-progress. Bl-istess mod, il-prattikanti mediċi ġenerali u t-tobba li jittrattaw li jintgħażlu mill-pazjenti huma ħoloq ewlenin fil-katina ta’ fiduċja u kunfidenza bejn il-pazjenti u l-utenti tad-data dwar is-saħħa. Il-KESE jirrakkomanda li dawn il-professjonisti għandhom ikunu involuti b’mod partikolari fl-istrateġija ta’ komunikazzjoni. |
|
1.7 |
Il-KESE, għalkemm b’mod ġenerali huwa favur din il-proposta, jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti b’mod ċar dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-inizjattiva biex jitnaqqsu r-riskji qabel ma tgħaddi għall-passi li jmiss. Jeħtieġ li jiġi realizzat li hemm wisq sfidi quddiemna meta nitkellmu dwar is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri. Hemm passi differenti, fehmiet differenti dwar is-sistemi tas-saħħa pubbliċi u privati u ċ-ċittadini jeħtiġilhom jirrealizzaw li din il-proposta tfisser investiment u għażliet ta’ politika pubblika. Għandu jkun ċar għaċ-ċittadini li din il-proposta hija parti minn strateġija u progress li se jżidu l-valur minflok ma jimminaw is-sistema. Il-komunikazzjoni hija meħtieġa biex jiġi evitat nuqqas ta’ fehim mill-pubbliku ġenerali. |
|
1.8 |
Bl-għan li jiġi promoss aċċess aħjar għal kulħadd għall-assigurazzjoni, li jirrikjedi li l-assiguraturi jifhmu aħjar l-evidenza rilevanti, il-KESE jitlob għal riflessjoni dwar ir-rilevanza ta’ reviżjoni tal-projbizzjoni assoluta fuq l-użu ta’ data sekondarja mill-assiguraturi. Madankollu, fid-dawl tar-riskju konkomitanti li jiġu individwalizzati l-premiums tal-assigurazzjoni u li jintgħażlu r-riskji, huwa qies li huwa preferibbli li tinżamm il-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-użu sekondarju tad-data elettronika dwar is-saħħa għandu jkun ristrett għall-objettivi perfettament leġittimi tat-titjib u t-twettiq tal-politiki tas-saħħa pubblika u tar-riċerka. Il-Kumitat jitlob ukoll li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li din id-data tinfetaħ għall-assiguraturi għal skopijiet ta’ riċerka, sakemm din tkun kompletament kompatibbli mal-GDPR u l-objettivi ta’ interess pubbliku msemmija hawn fuq, u tiġi mmonitorjata mill-awtoritajiet kompetenti f’kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili. |
|
1.9 |
Il-KESE jemmen bis-sħiħ li l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa se jkun ta’ benefiċċju għall-individwi, il-professjonisti tas-saħħa, il-fornituri tal-kura tas-saħħa, ir-riċerkaturi, ir-regolaturi u dawk li jfasslu l-politika, iżda dan se jseħħ biss jekk, fil-kuntest ta’ din l-istrateġija, iċ-ċittadini u l-partijiet interessati jkunu involuti fl-investiment kontinwu fis-sistemi tas-saħħa nazzjonali. Mhuwiex possibbli li ċ-ċittadini jinvolvu ruħhom jekk ma jħossuhomx fil-qalba tal-proċess. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jinvolvu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex l-implimentazzjoni tal-istrateġija tirnexxi u biex jibbenefikaw mill-esperjenza ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, li jistgħu jxerrdu l-kelma dwar it-trasparenza u l-affidabbiltà tal-inizjattiva. L-investiment f’dawn l-oqsma huwa kruċjali. |
|
1.10 |
Il-KESE jappoġġja l-idea li l-Istati Membri u l-korpi involuti fl-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa jistgħu jużaw taħlita ta’ investimenti mill-Programm Ewropa Diġitali, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Orizzont Ewropa sabiex tiġi implimentata l-istrateġija. Barra minn hekk, il-Programm Ewropa Diġitali se jappoġġja t-tnedija tal-infrastruttura meħtieġa biex id-data dwar is-saħħa ssir aċċessibbli b’mod sigur bejn il-fruntieri tal-UE u biex jiġu żviluppati spazji komuni tad-data. Madankollu, il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li dawn l-investimenti se jieħdu ż-żmien u mhemmx konnessjoni diretta mal-iskeda ta’ żmien tal-istrateġija. L-aspettattivi taċ-ċittadini jridu għalhekk jiġu bbilanċjati fi ħdan l-iskeda ta’ żmien ta’ dawn l-investimenti sabiex ma jkunx hemm riskju ta’ ċittadini li joħorġu diżappuntanti jew li ma jaċċettawx l-istrateġija u l-kondiviżjoni tad-data b’mod ġenerali. |
|
1.11 |
Fl-aħħar nett, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvesti b’mod konsistenti fis-sistemi taċ-ċibersigurtà, li jistgħu jipprevjenu problemi kbar fl-Istati Membri kollha. In-nies jeħtiġilhom ikunu jistgħu jafdaw f’dawn il-kwistjonijiet, u l-problemi u l-eżempji reċenti kollha f’ħafna partijiet differenti tal-UE ħolqu sens ta’ nuqqas ta’ sigurtà u biża’ fir-rigward tal-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tas-sistemi. Dan irid jiġi indirizzat b’mod koordinat mill-UE, u jista’ jagħmel id-differenza meta nindirizzaw dan it-tip ta’ investiment sensittiv. |
2. Qafas ġenerali
|
2.1 |
Il-Kummissjoni Ewropea nediet l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, wieħed mill-pedamenti ċentrali ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa b’saħħitha. L-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa huwa qafas speċifiku għall-kondiviżjoni tad-data dwar is-saħħa li jistabbilixxi regoli u prattiki ċari, infrastruttura u qafas ta’ governanza għall-użu tad-data elettronika dwar is-saħħa mill-pazjenti, kif ukoll għar-riċerka, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politika u l-attivitajiet regolatorji, filwaqt li jiżgura konformità sħiħa mal-istandards għoljin tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. |
|
2.2 |
Dan se jgħin lill-UE tikseb qabża kbira ’l quddiem fil-mod kif il-kura tas-saħħa tingħata lill-persuni madwar l-Ewropa. Huwa se jawtonomizza lin-nies biex jikkontrollaw u jużaw id-data dwar is-saħħa tagħhom f’pajjiżhom jew fi Stati Membri oħra. L-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa se jrawwem suq uniku ġenwin għas-servizzi tas-saħħa diġitali u l-prodotti. |
|
2.3 |
L-Istati Membri se jiżguraw li s-sommarji tal-pazjenti, il-preskrizzjonijiet elettroniċi, ir-riżultati tal-laboratorju u r-rapporti ta’ rilaxx jinħarġu u jiġu aċċettati f’format Ewropew komuni. L-interoperabbiltà u s-sigurtà se jsiru rekwiżiti obbligatorji. Biex jiġi żgurat li d-drittijiet taċ-ċittadini jiġu salvagwardjati, l-Istati Membri kollha jeħtiġilhom jaħtru awtoritajiet tas-saħħa diġitali. Dawn l-awtoritajiet se jipparteċipaw fl-infrastruttura diġitali transfruntiera (MyHealth@EU), li se tappoġġja lill-pazjenti fil-kondiviżjoni tad-data tagħhom bejn il-fruntieri. |
|
2.4 |
L-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa jkompli jibni fuq il-GDPR, l-Att propost dwar il-Governanza tad-Data, l-abbozz tal-Att dwar id-Data u d-Direttiva dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni. Huwa jikkomplementa dawn l-inizjattivi u jipprovdi regoli mfassla apposta għas-settur tas-saħħa. |
|
2.5 |
L-użu primarju tad-data elettronika dwar is-saħħa jappoġġja l-użu tad-data għal kura tas-saħħa aħjar fil-livell nazzjonali u transfruntier. Id-data medika tipikament tinħażen f’rekords elettroniċi tas-saħħa, li jkun fihom segmenti tal-istorja medika tal-pazjent (ċentralment jew bl-involviment ta’ diversi fornituri tal-kura tas-saħħa). L-ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa se jippermetti lin-nies jaċċessaw id-data dwar is-saħħa tagħhom u jagħmlu d-data tagħhom disponibbli għal professjonist tas-saħħa tal-għażla tagħhom, inkluż meta jkunu barra minn pajjiżhom u bil-lingwa tal-professjonist tas-saħħa. Għalhekk, il-pazjent jista’ jikseb dijanjożi u trattament aħjar b’inqas żbalji mediċi u jevita dijanjostika mhux meħtieġa. |
|
2.6 |
L-użu sekondarju tad-data elettronika dwar is-saħħa jseħħ meta d-data dwar is-saħħa tiġi pproċessata sabiex jiġu infurmati u vvalutati l-politiki tas-saħħa pubblika jew sabiex titwettaq ir-riċerka. Dan jista’ jtejjeb is-sikurezza tal-pazjenti u jagħti spinta lill-iżvilupp ta’ mediċini u apparat mediku ġodda, kif ukoll mediċina personalizzata u prodotti li jiddependu mill-intelliġenza artifiċjali. Fil-kuntest tal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, ir-riżultati ta’ tali riċerka jsiru pubbliċi f’forma aggregata, filwaqt li tiġi ppreservata kif xieraq il-privatezza tad-data. |
|
2.7 |
L-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa huwa ekosistema speċifika għas-saħħa, u jikkonsisti f’regoli, standards u prattiki komuni, infrastruttura, u qafas ta’ governanza li għandu l-għan li:
|
3. Il-qawwa tad-data dwar is-saħħa: il-fiduċja bħala ċ-ċentru tal-istrateġija
|
3.1 |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar “Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa”, li għandha l-potenzjal li żżid il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, tagħti spinta lill-innovazzjoni u toħloq ambjent sikur għall-protezzjoni tad-data u l-kondiviżjoni tad-data. |
|
3.2 |
Wara l-kriżi tal-COVID-19, l-Istati Membri kollha sofrew mill-pressjoni li s-sistemi tas-saħħa nazzjonali tagħhom kellhom iġarrbu, u din l-inizjattiva tal-Kummissjoni waslet fil-mument opportun. |
|
3.3 |
Il-KESE huwa konvint li hemm nuqqas ta’ fiduċja ġenerali fir-rigward tas-solidità tas-sistema, minkejja xi riżultati pożittivi li dehru f’ħafna pajjiżi differenti. Il-prattikanti mediċi ġenerali u t-tobba li jittrattaw li jintgħażlu mill-pazjenti huma ħoloq ewlenin fil-katina ta’ fiduċja u kunfidenza bejn il-pazjenti u l-utenti tad-data dwar is-saħħa. Il-KESE jirrakkomanda li dawn jiġu involuti b’mod attiv biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-valur tal-iskambji tad-data dwar is-saħħa għalihom bħala individwi u għal kulħadd. |
|
3.4 |
Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tad-data dwar is-saħħa, il-Kummissjoni ppreżentat proposta leġiżlattiva biex jinħoloq Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa li jawtonomizza lill-individwi biex jieħdu kontroll tad-data dwar is-saħħa tagħhom stess u li jippermetti l-użu tagħha biex jiġi żgurat l-għoti ta’ kura tas-saħħa aħjar u biex l-UE tkun tista’ tagħmel użu sħiħ mill-potenzjal li joffri l-iskambju, l-użu u l-użu mill-ġdid sikur u sigur tad-data dwar is-saħħa, mingħajr l-ostakli eżistenti. Il-KESE jappoġġja din l-idea ġenerali. |
|
3.5 |
Iċ-ċittadini tal-UE se jkunu jistgħu jaċċessaw u jaqsmu d-data tagħhom f’ħin reali, filwaqt li jżommu kontroll akbar fuqha. L-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa se jippermetti kura tas-saħħa aktar effettiva, aċċessibbli u reżiljenti u kwalità tal-ħajja aħjar, filwaqt li jagħti lill-individwi kontroll fuq id-data dwar is-saħħa tagħhom u jisfrutta l-potenzjal tal-ekonomija tad-data. Għal darb’oħra, il-KESE u s-soċjetà ċivili organizzata jemmnu li l-UE jeħtiġilha tieħu vantaġġ mill-fatt li n-nies huma miftuħa għal inizjattiva bħal din sakemm jifhmu l-proġett u l-benefiċċji tal-kunċett. |
4. Sfidi relatati mal-użu tad-data dwar is-saħħa: riskji u opportunitajiet
|
4.1 |
Il-KESE jemmen li huwa kruċjali li l-Istati Membri jirrealizzaw li huma meħtieġa investimenti sabiex jiġi promoss dan il-proġett u li bħalissa hemm diversi prijoritajiet strateġiċi oħra li jikkompetu. |
|
4.2 |
Il-fatt li l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa huwa mibni fuq ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) (2), l-Att dwar il-Governanza tad-Data (3), l-abbozz tal-Att dwar id-Data (4) u d-Direttiva dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (5) jipprovdi liċ-ċittadini b’dimensjoni ta’ fiduċja u trasparenza. Bħala oqfsa orizzontali, dawn jipprovdu regoli (inklużi miżuri ta’ sigurtà) li japplikaw għas-settur tas-saħħa. Madankollu, in-natura partikolarment sensittiva tad-data dwar is-saħħa hija fatt u għandha tiġi indirizzata kif suppost. |
|
4.3 |
Aktar minn nofs l-Istati Membri ma għandhomx leġiżlazzjoni speċifika dwar l-użu mill-ġdid tad-data elettronika dwar is-saħħa, pereżempju għar-riċerka, għat-tfassil tal-politika jew għal skopijiet regolatorji, u jiddependu mid-dispożizzjonijiet ġenerali tal-GDPR, u spiss jużaw il-kunsens għall-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa (6). Din is-sitwazzjoni tirriżulta f’użu mill-ġdid limitat tad-data dwar is-saħħa. Mhux l-Istati Membri kollha għandhom korp kompetenti għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa, iżda fejn jeżisti korp bħal dan, l-għadd ta’ talbiet għall-użu ta’ data dwar is-saħħa għal proġetti ta’ riċerka jew ta’ tfassil ta’ politika qed jiżdied b’rata mgħaġġla (7), u dan juri l-interess f’sistema bħal din u l-livell ta’ domanda mrażżna. Il-KESE jifhem u jemmen li dan il-kunċett jappoġġja wkoll il-ħtieġa għal strateġija bħal din. |
|
4.4 |
L-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa se jintroduċi approċċi innovattivi għar-reġistrazzjoni tal-kanċer, b’alternattivi potenzjali biex tinġabar informazzjoni f’waqtha u ġeolokalizzata dwar diversi tipi ta’ kanċers. Dan jista’ jipprovdi informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali f’ħin reali tal-kanċer madwar l-UE. Fl-istess ħin, jista’ jidentifika x-xejriet, id-disparitajiet u l-inugwaljanzi bejn l-Istati Membri u r-reġjuni. |
|
4.5 |
Huwa wkoll importanti għax jista’ jagħmilha aktar faċli biex jiġu identifikati l-isfidi u l-oqsma speċifiċi ta’ azzjoni li jirrikjedu investiment u azzjoni oħra fil-livell tal-UE, nazzjonali u reġjonali. Dan se jagħmel l-iskrinjar u l-kura tal-kanċer aktar immirati, aktar effettivi u aktar aċċessibbli, fost l-oħrajn. |
|
4.6 |
Iċ-ċibersigurtà hija ċentrali għall-ħajja tan-nies. Il-benefiċċji mit-teknoloġija huma enormi u meta jirrelataw mad-data tan-nies, il-potenzjal huwa saħansitra ogħla, iżda l-istess huwa r-riskju li tintilef informazzjoni importanti u ta’ valur. Il-KESE huwa konxju tar-riskji involuti u l-eżempji reċenti fi Stati Membri differenti huma sejħa għal azzjoni. Strateġija kkoordinata biex tiġi miġġielda l-“piraterija ċibernetika” u biex jiżdiedu l-livelli taċ-ċibersigurtà hija importanti ħafna. Mingħajr dan it-tip ta’ investiment, il-proposta hija inutli. |
5. Governanza, finanzjament u interazzjoni ma’ politiki oħra tas-saħħa
|
5.1 |
Il-KESE jemmen bis-sħiħ li dan il-proġett huwa opportunità li tawtonomizza lill-UE, u li permezz tiegħu se nibbenefikaw minn drittijiet u salvagwardji aktar b’saħħithom rigward id-data dwar is-saħħa tal-UE. Huwa mistenni li jkun aktar faċli li d-data dwar is-saħħa tiġi aċċessata u kondiviża ma’ professjonisti oħra tas-saħħa, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jerġgħu jsiru l-istess testijiet bla bżonn. Fl-istess ħin, l-aċċess aktar faċli għal data interoperabbli ta’ kwalità għolja għandu jiffaċilita wkoll l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ trattamenti ġodda, vaċċini ġodda u mediċina personalizzata. Għalhekk, hija meħtieġa koordinazzjoni tajba fost il-partijiet ikkonċernati kollha – is-sistemi tas-saħħa pubblika, il-gvernijiet, iċ-ċittadini, dawk li jfasslu l-politika u l-komunikaturi – biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. |
|
5.2 |
Il-KESE jaqbel li l-investiment fid-diġitalizzazzjoni jfisser investiment f’kura tas-saħħa aħjar u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri. Madankollu, il-KESE jifhem ukoll li hemm opportunità għall-Istati Membri biex jagħmlu użu aħjar mir-riżorsi pprovduti mill-iskemi finanzjarji Ewropej, b’mod partikolari l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, bħala l-pilastru ewlieni tal-pjan ta’ rkupru Ewropew, NextGenerationEU, li għandu l-għan li jipprovdi għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri biex jiġġieldu l-effetti ekonomiċi u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19 u biex jagħmlu l-ekonomija Ewropea aktar reżistenti għal xokkijiet futuri. |
|
5.3 |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni dwar il-benefiċċji ta’ taħlita ta’ investimenti fl-infrastruttura li tippermetti d-diġitalizzazzjoni u l-progress għar-reġjuni kollha. Huwa inutli li jinbeda proġett ta’ dimensjoni bħal din mingħajr in-network jew l-infrastruttura adatta jew mingħajr ma jsir investiment fit-titjib tat-taħriġ u l-litteriżmu diġitali taċ-ċittadini. |
|
5.4 |
Il-KESE jappoġġja l-idea li aktar minn EUR 480 miljun mill-Programm Ewropa Diġitali, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-programm Orizzont Ewropa jistgħu jintużaw mill-Istati Membri u l-korpi involuti fl-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, flimkien ma’ setturi oħra. Il-programm Ewropa Diġitali se jappoġġja wkoll it-tnedija tal-infrastruttura meħtieġa biex id-data dwar is-saħħa ssir aċċessibbli b’mod sigur bejn il-fruntieri tal-UE u biex jiġu żviluppati spazji komuni tad-data. Il-KESE jiddikjara li dawn l-investimenti se jieħdu ż-żmien u li l-aspettattivi taċ-ċittadini jridu jiġu bbilanċjati fi ħdan l-iskeda ta’ żmien ta’ dawn l-investimenti. |
Brussell, it-22 ta' Settembru 2022
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Il-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka, permezz tal-pjani direzzjonali strateġiċi tiegħu, iffaċilita l-istabbiliment ta’ infrastruttura tar-riċerka Ewropea ddedikata għad-data tar-riċerka dwar is-saħħa, il-ġbir tal-bijobanking, id-data tal-imaging mediku, eċċ. Dettalji disponibbli fuq: https://roadmap2021.esfri.eu/.
(4) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (L-Att dwar id-Data); COM/2022/68 final.
(6) Hansen J. et al, Assessment of the EU Member States’ rules on health data in the light of GDPR (Valutazzjoni tar-regoli tal-Istati Membri tal-UE dwar id-data dwar is-saħħa fid-dawl tal-GDPR), disponibbli fuq https://ec.europa.eu/health/system/files/2021-02/ms_rules_health-data_en_0.pdf.
(7) Skont il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta (p 15), li għandha toħroġ dalwaqt.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/129 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti artiġjanali u industrijali u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1001 u (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1754”
(COM(2022) 174 final — 2022/0115 (COD))
(2022/C 486/17)
|
Relatur: |
Paulo BARROS VALE |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 11.5.2022 |
|
Bażi legali |
Artikoli 118(1) u 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
8.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
227/2/2 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li għandha l-għan li tiżgura l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) għall-prodotti industrijali u artiġjanali fil-livell tal-UE, u b’hekk jitnaqqas id-distakk leġiżlattiv attwali għal dawn it-tipi ta’ prodotti. L-identità reġjonali u l-għarfien tradizzjonali għandhom jiġu ppreservati, u l-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam hija strument importanti għall-iżvilupp tar-reġjuni, peress li l-protezzjoni pprovduta mill-indikazzjonijiet ġeografiċi tipproteġi kemm lill-produtturi kif ukoll lill-konsumaturi. |
|
1.2. |
Il-KESE jemmen li l-protezzjoni pprovduta mill-indikazzjonijiet ġeografiċi tistimula l-iżvilupp tar-reġjuni, b’mod partikolari dawk li huma inqas avvanzati, peress li tipprovdi inċentiv għall-produtturi, u tiżgura li l-prodotti tagħhom jiġu rikonoxxuti u protetti kontra l-imitazzjonijiet, tattira popolazzjonijiet fit-territorju tagħhom u tħeġġiġhom jibqgħu hemm billi toffri opportunitajiet ta’ impjiegi aktar kwalifikati u mħallsa aħjar, u tappoġġja t-turiżmu sostenibbli, b’mod partikolari turiżmu speċjalizzat li jiffoka fuq ir-reputazzjoni tagħhom. |
|
1.3. |
Il-Kummissjoni qed tippreżenta Proposta għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti artiġjanali u industrijali. Il-KESE mhuwiex ċert jekk l-għażla li ttieħdet hijiex aħjar minn dik l-għażla li testendi l-qafas eżistenti, li japplika għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, l-inbejjed u x-xorb spirituż, sabiex ikun jinkludi l-prodotti artiġjanali u industrijali. Din it-tieni għażla tkun tevita l-ħtieġa għal aktar testi leġiżlattvi, proċeduri u korpi, peress li tintroduċi sistema unika ta’ protezzjoni mill-indikazzjonijiet ġeografiċi, li tkun tapplika għat-tipi kollha ta’ prodotti. |
|
1.4. |
Il-KESE jqis li huwa essenzjali li s-simbolu li għandu jintuża biex jindika indikazzjoni ġeografika jkun attraenti u adattat għall-forom ġodda ta’ distribuzzjoni, li jkopru l-firxa sħiħa mit-tikkettar tradizzjonali sal-komunikazzjoni diġitali l-aktar avvanzata. Għandu jispira fil-konsumaturi is-sentiment li qed jittrattaw prodott ta’ kwalità għolja u affidabbli ħafna, u għandu jiffaċilita l-ħidma ta’ komunikazzjoni tal-produttur. Il-KESE jqis li jkun possibbli li jiġi aġġornat is-simbolu tal-indikazzjoni ġeografika protetta li, skont l-Anness tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2013 (1), qed jintuża bħalissa, u li titfassal gwida viżiva dwar l-identità għalih. |
|
1.5. |
Fil-fehma tal-KESE, huwa essenzjali li, fil-qasam tal-protezzjoni pprovduta mill-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-proċess ta’ tranżizzjoni mil-livell nazzjonali għal dak tal-UE jkun rapidu u sempliċi. Huwa importanti li ma jittawwalx l-użu konkomitanti taż-żewġ sistemi, li huwa sors ta’ konfużjoni kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi. Barra minn hekk, l-Istati Membri li diġà jagħmlu użu mill-protezzjoni ġeografika skont il-Ftehim ta’ Liżbona se jkollhom juru malajr is-simbolu tal-UE fuq il-prodotti kkonċernati, u b’hekk isaħħu l-immaġni tal-kwalità li dawn iwasslu. |
|
1.6. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni ssegwi mill-qrib il-kunflitti li jistgħu jinqalgħu fil-proċessi ta’ ċertifikazzjoni, b’mod partikolari ma’ pajjiżi terzi, u teżerċita s-setgħa ta’ negozjar tagħha. Minkejja li ma hemm l-ebda dubju li s-setgħa li tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata ċertifikazzjoni għandha tkun tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), korp b’kompetenza rikonoxxuta fil-qasam tal-proprjetà industrijali, il-Kummissjoni għandha madankollu tistabbilixxi mezz ta’ komunikazzjoni miegħu sabiex tanalizza każijiet li jagħtu lok għal eżitazzjoni u li jkunu suxxettibbli għal tilwim. Ir-reġjuni transfruntiera, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll ma’ pajjiżi terzi, jistgħu joħolqu sfidi speċifiċi f’termini ta’ lħuq tal-kunsens meħtieġ sabiex jiġu protetti kemm il-produtturi kif ukoll il-konsumaturi. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
L-għan tal-Proposta tal-Kummissjoni huwa li tiżgura l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ (2)) għall-prodotti artiġjanali u industrijali fil-livell tal-UE. Dawn il-prodotti huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ protezzjoni attwali għal dawn l-indikazzjonijiet ġeografiċi, li jkopri biss prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, l-inbejjed u x-xorb spirituż. Hemm għadd kbir ta’ prodotti ta’ oriġini artiġjanali u industrijali fl-Unjoni Ewropea li, b’karatteristiċi uniċi marbutin mar-reġjun tal-oriġini tagħhom, huma kontinwament soġġetti għal imitazzjonijiet u falsifikazzjonijiet u li jeħtieġ li jiġu protetti b’urġenza. |
|
2.2. |
In-nuqqas ta’ mekkaniżmu ta’ protezzjoni għall-UE kollha u l-inċertezza legali li tirriżulta kemm mill-eżistenza ta’ liġijiet nazzjonali differenti kif ukoll min-nuqqas tagħhom jagħmluha diffiċli li jiġu protetti prodotti artiġjanali u industrijali b’karatteristiċi uniċi li huma relatati mar-reġjun tal-oriġini tagħhom. Dawn il-lakuni jistgħu jwasslu biex xi wħud minnhom jisparixxu, inklużi l-kompetenzi relatati magħhom. Il-prodotti li għandhom identità reġjonali, li għandhom karatteristiċi uniċi u li huma parti integrali mit-tradizzjonijiet u l-identità tar-reġjuni għandhom jiġu ppreservati u sfruttati sabiex jiġi stimulat l-iżvilupp reġjonali, biex jiġi żgurat it-trasferiment tal-għarfien inerenti tagħhom, biex jiġu attirati abitanti oħrajn u biex tinżamm il-popolazzjoni tagħhom. |
|
2.3. |
F’Novembru 2019, l-Unjoni Ewropea aderixxiet mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (3). Issa jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas leġiżlattiv li jippermetti lill-Unjoni tippreżenta lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tagħha, sabiex tpoġġihom taħt il-protezzjoni tas-sistema, sabiex il-produtturi Ewropej ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dan il-mekkaniżmu protettiv. |
|
2.4. |
Kif diġà innota f’okkażjonijiet oħrajn (4), il-KESE jemmen li l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tipprovdi lill-produtturi Ewropej bi strument siewi, u jappoġġja l-ħolqien ta’ sistema armonizzata għall-protezzjoni ta’ dawn l-indikazzjonijiet fil-każ ta’ prodotti mhux agrikoli. Huwa jemmen li dan il-mekkaniżmu jgħin lil dawn il-produtturi jippreżentaw il-prodotti ta’ kwalità tagħhom b’mod aktar effiċjenti f’suq globalizzat, liberalizzat u kompetittiv, b’effetti konsegwenzjali pożittivi, li jkunu saħansitra akbar fil-każ ta’ reġjuni inqas żviluppati. |
|
2.5. |
Il-KESE kien diġà ddefenda din il-pożizzjoni fl-2015, fl-Opinjoni tiegħu dwar l-indikazzjoni ġeografika tal-Unjoni Ewropea għal prodotti mhux agrikoli (5). Minbarra li jisħaq li l-protezzjoni mogħtija mill-indikazzjonijiet ġeografiċi għandha tiġi estiża għall-prodotti mhux agrikoli permezz ta’ regolamentazzjoni fil-livell tal-UE, il-KESE jirrakkomanda li s-sistema l-ġdida għandha, kemm jista’ jkun, tibni fuq il-qafas eżistenti li jkopri l-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, l-inbejjed u x-xorb spirituż. |
|
2.6. |
Il-KESE jikkunsidra li l-protezzjoni tal-prodotti artiġjanali u industrijali permezz ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi hija approċċ li x’aktarx ikollu diversi effetti pożittivi, li għandhom xjaqsmu mal-aspetti li ġejjin: il-kwalità tal-produzzjoni li hija meħtieġa biex tissodisfa l-kriterji li jiddeterminaw il-protezzjoni pprovduta minn dawn l-indikazzjonijiet, u b’hekk tipprovdi sigurtà lill-konsumatur; il-possibbiltà li jiġu attirati u miżmuma popolazzjonijiet fir-reġjun ikkonċernat, permezz tal-ħolqien ta’ impjiegi aktar kwalifikati u mħallsa aħjar u minħabba s-sens ta’ kburija u r-reputazzjoni tajba li jinkisbu mis-sens ta’ appartenenza għal żona ġeografika li turi karatteristiċi eċċezzjonali; jew saħansitra l-iżvilupp ta’ turiżmu sostenibbli, u l-effett protettiv kontra l-ħsara mġarrba bħala riżultat ta’ imitazzjonijiet u falsifikazzjonijiet. |
3. Kummenti speċifiċi
|
3.1. |
Il-Proposta tal-Kummissjoni hija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar il-proprjetà intellettwali u l-politika kummerċjali komuni (6). L-għan tagħha huwa li tistabbilixxi sistema komuni ta’ protezzjoni għall-prodotti artiġjanali u industrijali, jiġifieri liġi Ewropea omoġenja dwar il-proprjetà intellettwali, u li tistabbilixxi mekkaniżmi ċentralizzati għall-awtorizzazzjoni, il-koordinazzjoni u l-kontroll, f’konformità mas-sistema ta’ Liżbona u fl-implimentazzjoni tal-ftehim konkluż bl-iffirmar tal-Att ta’ Ġinevra. L-istrument magħżul għal dan il-għan huwa dak tar-regolament awtonomu, li jsegwi mill-istrument eżistenti għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, l-inbejjed u x-xorb spirituż. Il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati u b’mod ġenerali appoġġjaw il-ħolqien ta’ sistema speċifika ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi. |
|
3.2. |
Minbarra s-suppożizzjoni li l-qafas regolatorju eżistenti, li huwa frammentat u li jipprovdi ftit protezzjoni fil-livell internazzjonali, jinżamm, il-valutazzjoni tal-impatt imwettqa fuq il-proposta eżaminat tliet għażliet ta’ politika: Għażla ta’ politika 1 — L-estensjoni tas-sistema ta’ protezzjoni tal-IĠ għall-prodotti agrikoli għall-IĠ għall-prodotti artiġjanali u industrijali; Għażla ta’ politika 2 — Regolament awtonomu tal-UE li joħloq protezzjoni speċifika tal-IĠ; Għażla ta’ politika 3 — Riforma tat-trademarks. |
|
3.3. |
Intagħżlet l-għażla 2 fil-forma ta’ Proposta għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti artiġjanali u industrijali. Il-KESE mhuwiex ċert li din hija l-aħjar għażla, peress li jekk l-għan tal-Proposta huwa li tiġi adottata l-istess sistema bħal dik għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, l-inbejjed u x-xorb spirituż, l-iżjed approċċ sempliċi jista’ jkun li l-qafas eżistenti jiġi estiż għall-prodotti artiġjanali u industrijali, jiġifieri l-għażla 1. L-inklużjoni ta’ din il-kategorija ġdida ta’ prodotti fis-sistema mbagħad tkun parti mill-proċess ta’ reviżjoni li għaddej bħalissa fis-settur agroalimentari, sabiex il-proċeduri għar-rikonoxximent tal-indikazzjonijiet ġeografiċi jiġu armonizzati mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar testi leġiżlattivi, proċeduri u korpi responsabbli. |
|
3.4. |
Fir-rigward tar-rabta territorjali, il-KESE jappoġġja l-għażla li saret favur l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) aktar milli d-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta (DPO), peress li ma jqisx li huwa essenzjali li, fil-każ ta’ tali prodotti, il-protezzjoni prevista għandha tingħata biss lil dawk li l-istadji ta’ produzzjoni, ipproċessar jew preparazzjoni tagħhom iseħħu fiż-żona ġeografika definita: prodott artiġjanali jew industrijali jista’ fil-fatt jibqa’ jżomm l-identità tiegħu anke jekk wieħed minn dawn l-istadji jseħħ f’reġjun ieħor, minħabba li l-identità tiegħu tinbet mill-istorja jew il-metodu ta’ produzzjoni tiegħu. |
|
3.5. |
Il-KESE jemmen li l-għażla ta’ sistema b’żewġ stadji, inizjalment fil-livell nazzjonali u mbagħad fil-livell tal-UE, hija l-aktar waħda adatta. Huma l-Istati Membri li huma l-aktar konxji tal-karatteristiċi tat-territorju tagħhom u tal-prodotti li jistgħu jibbenefikaw mis-sistema ta’ protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u, fil-każ tagħhom, ma hemm l-ebda ostaklu lingwistiku. Ma hemmx bżonn li jiġi ċċarat li din is-sistema nazzjonali se jkollha tkun flessibbli, ikollha prezz baxx u tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-produtturi kollha irrispettivament mill-oriġini tagħhom. |
|
3.6. |
Il-KESE jappoġġja l-għażla tal-EUIPO (7) biex jieħu r-responsabbiltà għall-fażi tar-reġistrazzjoni fil-livell tal-UE. Dan l-uffiċċju huwa wieħed mill-aktar istituzzjonijiet b’esperjenza fil-qasam tal-proprjetà industrijali, li wera l-kapaċitajiet u l-kompetenzi tiegħu fl-eżerċitar tar-responsabbiltajiet tiegħu, u għandu l-għodod meħtieġa biex jagħmel tali reġistrazzjonijiet. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-għażla huwa aktar u aktar kruċjali peress li se jkun possibbli li jiġi vverifikat jekk hemmx xi inkompatibbiltajiet bejn ir-reġistri tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u dawk tat-trade marks u l-privattivi. |
|
3.7. |
Il-KESE jappoġġja l-possibbiltà li l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-kanċellazzjoni jew l-emenda tagħhom tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tagħhom jiġu ppreżentati direttament lill-EUIPO minn grupp ta’ produtturi meta dawn ikunu qed isiru minn Stat Membru li jkun talab li jiġi eżentat mill-obbligu li jaħtar awtorità kompetenti għall-ġestjoni tal-istadju nazzjonali tar-reġistrazzjoni u proċeduri oħra relatati ma’ din il-kategorija ta’ prodotti. Anki jekk il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu ma jirrikonoxxix li jeħtieġ li jsir investiment fis-sistema ta’ protezzjoni pprovduta mill-indikazzjonijiet ġeografiċi, l-ebda produttur ma jiġi eskluż minn din l-iskema ladarba jkun intitolat li jibbenefika minnha. |
|
3.8. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-possibbiltà ta’ awtodikjarazzjoni nżammet fir-rigward tal-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika. F’każijiet bħal dawn, huwa previst li l-Istati Membri jwettqu kontrolli għal għarrieda. Il-KESE jirrimarka li f’każijiet fejn indikazzjoni ġeografika tkopri aktar minn Stat Membru wieħed jew, b’mod partikolari, tkopri wkoll pajjiż terz, tali kontrolli jistgħu jkunu diffiċli biex jitwettqu u jistgħu jinqalgħu wkoll kunflitti ta’ ġuriżdizzjoni. |
|
3.9. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-prodotti artiġjanali u industrijali huma protetti minn titolu Ewropew, li jissostitwixxi l-iskemi nazzjonali eżistenti. Din l-għażla tevita l-eżistenza parallela ta’ żewġ sistemi, dik Ewropea u dik nazzjonali, u tiżgura approċċ omoġenju. Huwa partikolarment importanti li tiġi ffaċilitata l-proċedura ta’ protezzjoni fir-reġjuni transfruntiera permezz tal-istandardizzazzjoni tal-proċeduri. |
|
3.10. |
Il-KESE jenfasizza l-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni, li tinsab fl-Artikolu 3 tal-Proposta għal Regolament, li tistabbilixxi li prodott huwa ta’ natura artiġjanali jew industrijali. Jenħtieġ li jkun hemm qbil wiesa’ fost il-partijiet ikkonċernati sabiex ma jitħalla l-ebda lok għal ambigwità dwar liema prodotti huma eliġibbli biex jiġu protetti minn indikazzjonijiet ġeografiċi. |
|
3.11. |
Il-KESE jappoġġja l-idea li l-ispeċifikazzjonijiet għandhom iqisu l-fattur tal-innovazzjoni, peress li bis-saħħa tal-innovazzjoni jista’ jiġi ssalvagwardjat u żviluppat il-wirt kulturali. Bidla f’metodu ta’ produzzjoni li tirriżulta minn teknoloġija jew proċess innovattiv, iżda li ma tqajjimx dubji dwar il-kwalità tal-prodott ikkonċernat, dwar l-awtentiċità, il-fama jew il-karatteristiċi tiegħu, u minn kif dawn jistgħu jiġu attribwiti għall-oriġini ġeografika tiegħu, ma għandhiex twassal biex dan ma jibqax protett, u lanqas ma għandha tagħti lok għal proċedura ġdida ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni. |
|
3.12. |
Il-KESE huwa mħasseb li, fir-rigward tal-għażla jew l-użu tal-isem ta’ reġjun, kif ukoll matul il-kontrolli ta’ wara ċ-ċertifikazzjoni, jistgħu jinqalgħu kunflitti bejn l-Istati Membri u, b’mod partikolari, ma’ pajjiżi terzi. Fil-każ ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi transfruntiera, hemm riskju li jista’ ma jintlaħaqx kunsens dwar it-terminoloġija li għandha tintuża u li ċerti produtturi jiġu mċaħħda mill-aċċess għal tali protezzjoni, u l-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa politika biex tinnegozja ftehimiet meta jinqalgħu sitwazzjonijiet bħal dawn. L-għoti ta’ tali setgħa huwa partikolarment importanti fir-rigward tal-kontroll ta’ wara ċ-ċertifikazzjoni, sabiex ikun possibbli li jiġu definiti kriterji ta’ valutazzjoni tal-konformità li huma applikabbli bl-istess mod fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.
(2) “Indikazzjoni ġeografika (IĠ)” tfisser kwalunkwe indikazzjoni relatata ma’ prodott li joriġina f’żona ġeografika partikolari u li għandu kwalità, reputazzjoni jew karatteristika speċifika oħra li għandha rabta intrinsika mal-oriġini ġeografika tiegħu.
(3) L-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona, li huwa amministrat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), jagħti lill-partijiet kontraenti tiegħu l-possibbiltà li jagħtu lill-indikazzjonijiet ġeografiċi tagħhom protezzjoni li tinkiseb f’perjodu qasir ta’ żmien, li tkun ta’ livell għoli u tkun valida għal perjodu indefinit. L-Att ta’ Ġinevra jaġġorna l-Ftehim ta’ Liżbona u jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha.
(4) ĠU C 286, 16.7.2021, p. 59.
(5) ĠU C 251, 31.7.2015, p. 39.
(6) Artikoli 118 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(7) EUIPO huwa l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/133 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal u għall-ġlieda kontra dan”
(COM(2022) 209 final — 2022/0155 (COD))
u l-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Deċennju Diġitali għat-tfal u ż-żgħażagħ: l-istrateġija Ewropea l-ġdida għal internet aħjar għat-tfal (BIK+)”
(COM(2022) 212 final)
(2022/C 486/18)
|
Relatur: |
Veselin MITOV |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 22.7.2022 Parlament Ewropew, 12.9.2022 Kummissjoni Ewropea, 28.6.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
8.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
233/0/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-proposta għal Regolament “li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal u għall-ġlieda kontra dan” (1) u l-istrateġija intitolata “Deċennju Diġitali għat-tfal u ż-żgħażagħ: l-istrateġija Ewropea l-ġdida għal internet aħjar għat-tfal (BIK+)” (2), li huma f’waqthom fid-dawl tal-użu aktar bikri u kważi ta’ kuljum tal-internet mit-tfal u f’korrelazzjoni maż-żieda fid-domanda għal materjal tal-pornografija tat-tfal kif irrappurtat mill-Europol. |
|
1.2. |
Huwa jappoġġja l-aspett edukattiv tal-istrateġija peress li huwa essenzjali li jissaħħu l-ħiliet, il-ħiliet diġitali u l-għarfien dwar l-użu tad-data personali, sabiex it-tfal kollha, irrispettivament mis-sitwazzjoni tagħhom, jużaw l-internet b’mod infurmat, filwaqt li jevitaw il-perikli potenzjali tiegħu. |
|
1.3. |
It-taħriġ tal-uffiċjali legali, l-ambjent l-iskola, edukattiv, sportiv… huwa essenzjali wkoll minħabba li ħafna adulti ma għandhomx il-ħiliet meħtieġa. Il-KESE jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li torganizza kampanji edukattivi tal-media għat-tfal u l-gwardjani legali tagħhom permezz tan-networks u l-multiplikaturi msemmijin hawn fuq. Huwa jħeġġeġ bil-qawwa li dawn jiġu estiżi għal organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili organizzata sabiex jiżdied l-impatt tagħhom u jiġu żviluppati soluzzjonijiet kreattivi, peress li f’xi Stati Membri dawn għandhom esperjenza twila fuq il-post u esperjenza tal-ewwel linja. Għalhekk għandhom jiġu wkoll appoġġjati finanzjarjament fl-attivitajiet tagħhom. |
|
1.4. |
Huwa jappoġġja r-Regolament propost fil-prinċipju, iżda għandu r-riżervi tiegħu fir-rigward tan-natura sproporzjonata tal-miżuri previsti u r-riskju ta’ ksur tal-preżunzjoni tal-innoċenza, peress li din għandha l-għan li tobbliga lill-kumpaniji tat-teknoloġija jiskennjaw messaġġi, ritratti jew filmati imqiegħda online, sabiex jidentifikaw abbuż possibbli tat-tfal, u mbagħad, fil-każ ta’ “ċertezza”, jinvolvu a posteriori“awtorità koordinatriċi” maħtura mill-Istat Membru, li hija kompetenti biex titlob lill-qorti nazzjonali jew lil awtorità amministrattiva indipendenti toħroġ ordni ta’ detezzjoni. |
|
1.5. |
Il-ġlieda kontra l-pornografija tat-tfal online hija leġittima u neċessarja, iżda l-impożizzjoni ta’ sistema ta’ detezzjoni prima facie privata ta’ ċertu tip ta’ kontenut, ikun kemm ikun illeċitu, illegali u perikoluż, toħloq ir-riskju ta’ monitoraġġ mifrux tal-iskambji virtwali kollha. |
|
1.6. |
Ir-Regolament propost jipprevedi li l-kumpaniji għandhom jidentifikaw il-mudelli tal-lingwaġġ relatati mal-abbuż sesswali tat-tfal, billi jużaw l-intelliġenza artifiċjali biex janalizzaw l-iskambji fejn l-adulti jinvolvu ruħhom fil-grooming. Madankollu, huwa faċli li wieħed jara fil-ħajja diġitali tagħna li l-iskens algoritmiċi mhumiex infallibbli. Għalhekk, l-użu prudenti u limitat tagħhom huwa essenzjali. |
|
1.7. |
L-għan tal-KESE huwa li jissalvagwardja l-interessi ta’ kulħadd, bħas-segretezza tal-korrispondenza u r-rispett għall-privatezza, li huma rekwiżiti kostituzzjonali (3). Madankollu, sken ta’ servizzi ta’ hosting u ta’ komunikazzjoni joħloq riskju, b’mod partikolari għall-kriptaġġ minn tarf sa tarf ta’ skambji online. Huwa jappella lill-Kummissjoni biex ittejjeb u tiċċara t-test sabiex tippreserva s-segretezza tal-korrispondenza u r-rispett għall-ħajja privata. |
|
1.8. |
Il-KESE jappoġġja l-ħolqien ta’ aġenzija Ewropea ġdida, li jkollha żewġ oqsma ewlenin ta’ kompetenza: ċentru operattiv u ċentru ta’ riċerka u analiżi, minħabba li l-ġlieda kontra l-pornografija tat-tfal u l-pedofilija online titlob koordinazzjoni tal-operazzjonijiet u l-analiżijiet minħabba l-iskala internazzjonali tagħha. |
|
1.9. |
Il-KESE jilqa’ l-involviment tal-Eurojust fl-arkitettura prevista mill-Kummissjoni, għaliex jirreferi għal investigazzjonijiet koordinati u struzzjonijiet ġudizzjarji koordinati. |
2. Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ppjanati mill-Kummissjoni
|
2.1. |
Fil-11 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill “li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal u għall-ġlieda kontra dan” (4) u strateġija bit-titolu “Deċennju Diġitali għat-tfal u ż-żgħażagħ: l-istrateġija Ewropea l-ġdida għal internet aħjar għat-tfal (BIK+)” (5). |
|
2.2. |
Dan il-pakkett huwa bbażat fuq ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal (6), il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni tal-media u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi garanzija Ewropea għat-tfal (7). |
L-istrateġija li tinsab fil-Komunikazzjoni
|
2.3. |
L-istrateġija Ewropea tal-2012 għal internet aħjar għat-tfal kellha rwol ċentrali fil-protezzjoni, l-emanċipazzjoni tat-tfal online, anke permezz tan-network ta’ ċentri tal-internet aktar sikur u l-portal “betterinternetforkids.eu”, iżda saret obsoleta minħabba li t-tfal jużaw l-ismartphones jew il-kompjuters tagħhom aktar kmieni u aktar ta’ spiss, u jiddependu dejjem aktar minnhom għall-iskola jew l-attivitajiet rikreattivi tagħhom. |
|
2.4. |
Il-pandemija u l-konfinament tal-COVID-19 ħarġu fid-dieher l-isfidi tat-taħriġ diġitali għat-tfal, l-għalliema u l-edukaturi fir-rigward tal-perikli potenzjali tal-internet. Skont il-Europol, id-domanda għall-pornografija tat-tfal żdiedet b’25 % f’ċerti Sati Membri. Rapporti ta’ tfal affettwati minn kuntatt sesswali (“grooming”) żdiedu b’aktar minn 16 % bejn l-2020 u l-2021. |
|
2.5. |
L-istrateġija proposta mill-Kummissjoni f’Mejju 2022 hija bbażata fuq tliet pilastri:
|
|
2.6. |
Din hija msawra fuq konsultazzjoni wiesgħa (8) #DigitalDecade4YOUth organizzata minn Marzu sa Awwissu 2021 mill-European Schoolnet, bl-appoġġ tan-Network Insafe ta’ ċentri Ewropej għal internet aktar sikur, ikkomplementata minn konsultazzjonijiet vasti u hija bbażata fuq id-dritt tat-tfal li jinstemgħu fi kwalunkwe proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li jaffettwahom (9). |
|
2.7. |
Din kienet ikkomplementata minn MOOC “Better Internet for Kids” għall-għalliema f’April u f’Mejju 2021 dwar “Il-litteriżmu diġitali u s-sikurezza online: il-pandemija kif ittestjat il-ħiliet tagħna?”. |
|
2.8. |
Barra minn hekk, iċ-ċittadini tal-UE (il-ġenituri, l-għalliema, l-edukaturi, eċċ.) setgħu jwieġbu għal stħarriġ online ibbażat fuq l-istess mistoqsijiet tal-konsultazzjoni ta’ #Digitalde4YOUth. |
|
2.9. |
Skont il-konklużjonijiet tal-istħarriġ EU Kids Online (10) tal-2020, il-maġġoranza tat-tfal jużaw l-ismartphone jew l-għodod diġitali tagħhom kważi “kuljum”, minn età dejjem aktar bikrija, u jqattgħu ħin dejjem itwal jagħmlu dan. |
|
2.10. |
Il-pandemija u l-lockdown tal-COVID-19 ħarġu fid-dieher l-isfidi tat-taħriġ diġitali għat-tfal u l-adulti legalment responsabbli (Ara l-pjan ta’ azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (11)). |
|
2.11. |
Fil-fatt, l-informazzjoni miġbura turi li t-tfal ħafna drabi jkunu esposti għal kontenut, imġiba, kuntatti li jagħmlu l-ħsara, illeċiti jew saħansitra illegali. L-użu tal-media soċjali jew tal-logħob interattiv jinvolvi riskji bħall-esponiment għal kontenut mhux adegwat, il-fastidju, il-grooming, l-abbużi sesswali. |
|
2.12. |
Skont l-Europol (12), matul l-ewwel xhur tal-kriżi tal-COVID-19, id-domanda għall-pornografija tat-tfal żdiedet b’sa 25 % fl-Istati Membri. In-National Center for Missing and Exploited Children fl-Istati Uniti rċieva kważi 30 miljun rapport ta’ sfruttament sesswali suspettat tat-tfal fl-2021, u l-forzi tal-ordni ġew infurmati b’aktar minn 4 000 każ ġdid li kellhom it-tfal bħala vittmi. Ir-rapporti ta’ tfal li jesperjenzaw il-grooming żdiedu b’aktar minn 16 % bejn l-2020 u l-2021. It-tfal b’diżabbiltà huma wkoll partikolarment fil-mira: sa 68 % tal-bniet u 30 % tas-subien b’diżabbiltà mentali jew fiżika se jkunu vittmi ta’ vjolenza sesswali qabel ma jagħlqu 18-il sena. (13) |
|
2.13. |
Madankollu, fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)), il-verifika tal-età u l-mekkaniżmi tal-kunsens tal-ġenituri ta’ spiss mhumiex effettivi minħabba li l-utenti ġeneralment huma meħtieġa biss li jindikaw id-data tat-twelid tagħhom meta joħolqu l-profil tagħhom online. |
|
2.14. |
Ir-Regolament propost jimponi l-obbligu fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jew ta’ komunikazzjoni online biex jiskopru, jirrappurtaw u jneħħu l-materjal kollu b’rabta mal-abbuż sesswali tat-tfal online. |
|
2.15. |
Dan jipprevedi wkoll il-ħolqien ta’ aġenzija Ewropea biex tipprevjeni u tiġġieled l-abbuż sesswali tat-tfal, tiffaċilita l-identifikazzjoni, ir-rappurtar u t-tneħħija ta’ kontenut ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, tipprovdi appoġġ għall-vittmi u tistabbilixxi ċentru ta’ għarfien, ta’ għarfien espert u ta’ riċerka dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbużi sesswali tat-tfal. |
Kummenti ġenerali dwar il-proposta għal Regolament
|
2.16. |
Din hija bbażata fuq obbligi ta’ evalwazzjoni u ta’ mitigazzjoni tar-riskju għall-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali, qabel kwalunkwe ordni ta’ detezzjoni maħruġa mill-qorti nazzjonali jew minn awtorità amministrattiva indipendenti maħtura mill-Istat Membru. |
|
2.17. |
Il-KESE jappoġġja l-prinċipju li jikkomplementa l-miżuri eżistenti u jagħmilhom aktar effettivi permezz ta’ sanzjonijiet kontra l-fornituri tas-servizzi ta’ hosting u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali, filwaqt li jagħmilhom responsabbli għat-traċċar prima facie tar-ritratti u l-filmati tal-abbuż tat-tfal. |
|
2.18. |
Iżda għandu r-riżervi tiegħu fir-rigward tar-riskji għall-privatezza u l-kriptaġġ tal-konverżazzjonijiet. Il-monitoraġġ potenzjali tal-iskambji virtwali minn operaturi privati u l-akkużi possibbli mingħajr bażi x’aktarx idgħajfu l-preżunzjoni tal-innoċenza. |
3. Kummenti speċifiċi
Il-komponent edukattiv previst fl-istrateġija
|
3.1. |
L-edukazzjoni tat-tfal u tal-gwardjani legali tagħhom dwar l-użu tal-media soċjali u għodod diġitali oħrajn hija fundamentali għaliex it-tfal ta’ spiss jużaw prodotti u servizzi diġitali mfassla għall-adulti, fejn tekniki ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-algoritmi mmirati jistgħu jinkoraġġixxu l-ftuħ ta’ kontenut bil-għan li jieħdu vantaġġ mill-inġenwità tat-tfal u n-nuqqas ta’ għarfien ta’ għodod diġitali, jew saħansitra jwasslu għal komunikazzjoni ma’ persuni perikolużi li jkunu moħbija wara l-applikazzjonijiet tal-logħob jew għodod diġitali oħrajn użati mit-tfal. |
|
3.2. |
Spiss, la t-tfal u lanqas il-ġenituri ma jirrealizzaw l-ammont ta’ data personali li jikkondividu dwar il-media soċjali. Il-ħiliet u l-litteriżmu diġitali, u s-sensibilizzazzjoni dwar l-użu tad-data personali huma essenzjali għat-tfal biex jagħmlu użu infurmat tad-dinja virtwali. |
|
3.3. |
Il-ġenituri, l-edukaturi, l-għalliema, il-maniġers tal-klabbs, il-faċilitajiet ta’ divertiment, eċċ. jeħtieġu wkoll dawn il-ħiliet biex jiggwidaw lit-tfal. |
|
3.4. |
Il-KESE jqis li dan l-aspett edukattiv huwa importanti sabiex jiġu protetti t-tfal fil-ħajja diġitali tagħhom u sabiex isiru awtonomi fid-dinja virtwali. |
|
3.5. |
Fil-fatt, ħafna għalliema, ġenituri u edukaturi ma għandhomx il-ħiliet meħtieġa, u huwa diffiċli għalihom li jżommu ruħhom aġġornati dwar l-iżviluppi teknoloġiċi.
Dawn il-korsijiet għandhom jinkludu wkoll modulu dwar id-drittijiet tat-tfal online minħabba li d-drittijiet tat-tfal huma identiċi online u offline. |
|
3.6. |
Din il-parti tal-istrateġija għandha tkun ibbażata fuq kooperazzjoni mill-qrib fil-livell Ewropew u internazzjonali, it-tisħiħ tal-ħidma mas-soċjetà ċivili organizzata u, fuq kollox, mal-iskejjel.
Huwa essenzjali li l-kurrikuli nazzjonali jinkludu korsijiet prattiċi u obbligatorji dwar in-navigazzjoni online u r-riskji tagħha, filwaqt li jkunu inklużivi u jirrispettaw id-diversità b’mod ġenerali u l-aċċessibbiltà b’mod partikolari. |
|
3.7. |
Il-KESE jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li torganizza kampanji edukattivi tal-media għat-tfal u l-gwardjani legali tagħhom permezz tan-networks imsemmija hawn fuq u l-multiplikaturi. Huwa jħeġġeġ bil-qawwa li dawn jiġu estiżi għal organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili organizzata sabiex jiżdied l-impatt tagħhom u jiġu żviluppati soluzzjonijiet kreattivi, peress li f’xi Stati Membri dawn għandhom esperjenza twila fuq il-post u esperjenza tal-ewwel linja. Il-KESE jqis li l-edukazzjoni taqdi rwol kritiku f’dan il-kuntest, peress li hija l-pilastru komplementari tal-prevenzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal online. |
|
3.8. |
Il-KESE jingħaqad mal-Kummissjoni biex iħeġġeġ ir-rwol attiv tat-tfal f’dibattiti strateġiċi li jikkonċernawhom billi jagħtihom id-dritt li jiltaqgħu u jassoċjaw ruħhom fuq pjattaformi soċjali online, u li jinvolvuhom fl-iżvilupp tal-istrateġija diġitali. Għalhekk huwa laqa’ l-ħolqien tal-pjattaforma Ewropea ġdida għall-parteċipazzjoni tat-tfal u appella sabiex ikun hemm segwitu għal dak li għandhom xi jgħidu t-tfal u mhux nisimgħuhom biss. |
4. Il-penali previsti fil-proposta għal Regolament
|
4.1. |
Sa issa, il-fornituri tas-servizzi ta’ hosting u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali jidentifikaw il-kontenut illegali fuq bażi volontarja. B’dispjaċir impliċitu għan-nuqqas ta’ funzjonament tal-awtoregolamentazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi li tobbligahom jaġixxu, u fin-nuqqas ta’ dan jiġu imposti sanzjonijiet wara proċedura ta’ investigazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali. B’mod konkret, dan ifisser li l-fornituri u l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting ikollhom prima facie jiskennjaw dak kollu li jiċċirkola fuq is-servers tagħhom. |
|
4.2. |
Il-KESE jifhem li l-għan tal-Kummissjoni mhuwiex li ċċaħħad liċ-ċittadini mis-segretezza tal-korrispondenza tagħhom, iżda jinsab imħasseb dwar l-użu potenzjalment mhux adegwat ta’ teknoloġiji intrużivi li jistgħu jdgħajfu l-privatezza jekk ma jkunux imfasslin u rregolati tajjeb biżżejjed. L-għan huwa doppju: l-użu tat-teknoloġija għall-prevenzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal u l-evitar tas-sorveljanza mifruxa tal-korrispondenza minn operaturi privati permezz ta’ algoritmi. |
|
4.3. |
Il-KESE jemmen li l-prattiki għall-iżvilupp, l-ittestjar u l-użu tal-algoritmi għandhom jiġu rregolati, filwaqt li l-partijiet interessati jiġu mħeġġa jew saħansitra obbligati jistabbilixxu governanza algoritmika adatta u effettiva biex jiġi żgurat li l-għodod tagħhom jaħdmu kif suppost. Iqis li huwa neċessarju li l-metodi għall-kalkolu tal-ispjegabbiltà jippermettu li l-għodod jinftiehmu aħjar sabiex jiġu enfasizzati l-preġudizzji u l-funzjonament ħażin tagħhom u, għalhekk, biex tissewwa l-ħsara fil-konfront tal-utenti qabel ma sseħħ. |
|
4.4. |
Il-KESE jinnota li l-proposta tipprevedi investigazzjonijiet koordinati taħt is-superviżjoni tal-qorti nazzjonali, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjibha sabiex tissalvagwardja l-libertajiet individwali. |
|
4.5. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ approċċ bilanċjat, peress li s-sistema proposta tikkonsisti fl-analiżi tal-messaġġi, ir-ritratti jew il-filmati biex jiġi identifikat l-abbuż possibbli tat-tfal u, f’każ ta’ “ċertezza”, jiġu mgħarrfa l-awtoritajiet kompetenti. Huwa meħtieġ li l-mekkaniżmu ta’ twissija għandu jinkludi n-neċessità, l-effikaċja, il-proporzjonalità u l-bilanċ tal-miżuri previsti. |
|
4.6. |
Huwa jfakkar li fil-kawża Schrems I (14), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-leġiżlazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jkollhom aċċess ġenerali għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet iddgħajjef l-essenza tad-dritt għall-privatezza garantit mill-Karta tad-drittijiet fundamentali. Għalhekk, id-diġitizzazzjoni tal-kontenut irreġistrat fuq server li tinvolvi analiżi tal-komunikazzjonijiet kollha li jgħaddu minn server tqajjem dubji. |
|
4.7. |
Ir-responsabbiltà għat-traċċar se tkun ta’ piż fuq il-pjattaformi u/jew il-media soċjali li għalhekk jistgħu jintalbu jittraċċaw il-materjali tal-abbuż tat-tfal, jew jirriskjaw li jkollhom iħallsu multi li jikkorrispondu għal 6 % tal-fatturat dinji tagħhom. Huma għandhom jużaw l-intelliġenza artifiċjali u jidentifikaw mudelli tal-lingwaġġ biex l-iskambji li fihom l-adulti jipprattikaw il-grooming jkunu jistgħu jiġu mblukkati. Għalhekk, l-użu adegwat tal-iskanners algoritmiċi huwa essenzjali biex jiġu evitati żbalji li jwasslu għal akkużi bla bażi, għaliex dawn mhumiex infallibbli. |
|
4.8. |
Il-Kummissjoni qed tippjana wkoll li tobbliga lill-pjattaformi jivvalutaw ir-riskju li s-servizzi tagħhom jintużaw għat-tixrid tal-pornografija tat-tfal jew il-grooming, kif ukoll tipprovdi “kodiċi ta’ kondotta komprensiv tal-UE dwar disinn xieraq għall-età” (15), akkumpanjati minn kundizzjonijiet ġenerali li jħallu lill-KESE perpless. |
|
4.9. |
Hija tispeċifika li l-Istati Membri se jkollhom jaħtru awtorità indipendenti biex tissorvelja li l-pjattaformi jissodisfaw l-obbligi tagħhom, awtorità li se jkollha s-setgħa li titlob, jekk meħtieġ, qorti nazzjonali jew awtorità amministrattiva biex toħroġ ordni ta’ detezzjoni, limitata fiż-żmien, immirata lejn tip speċifiku ta’ kontenut fuq servizz partikolari, u li titlob lill-kumpanija kkonċernata tfittex il-kontenut kollu relatat mal-abbuż sesswali tat-tfal jew għal skopijiet ta’ grooming. |
|
4.10. |
Jekk dawn l-awtoritajiet indipendenti jqisu li servizz ikun riskjuż wisq għat-tfal, dawn jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting u ta’ komunikazzjonijiet interpersonali jiddiġitalizzaw il-kontenut u l-iskambji tagħhom għal perjodu speċifiku ta’ żmien. Il-KESE kien jippreferi li l-applikazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu titqiegħed taħt il-kontroll effettiv u minn qabel tal-qorti nazzjonali, fil-kapaċità tagħha bħala gwardjan tal-libertajiet individwali, u jqis li huwa dubjuż jekk dan it-tip ta’ ordni huwiex kompatibbli mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |
|
4.11. |
Jekk il-proposta tiġi adottata kif inhi, ir-Regolament għandu jisforza lill-kumpaniji tat-teknoloġija biex jimmonitorjaw il-pjattaformi tagħhom għall-abbuż tat-tfal, bl-użu ta’ algoritmi. |
|
4.12. |
Għalkemm l-għan huwa ta’ min ifaħħru, il-KESE jqis li hemm ir-riskju li jiġi mxekkel ir-rispett għall-korrispondenza privata online, id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali, u li għandu jsir kull sforz biex dan jiġi evitat. |
|
4.13. |
L-għan tal-KESE huwa li jħares l-interessi tal-persuni kollha, peress li xi wħud minnhom huma rekwiżiti kostituzzjonali; dan huwa l-każ tas-segretezza tal-korrispondenza u r-rispett għall-privatezza (16). |
|
4.14. |
Huwa jenfasizza li l-prospett ta’ obbligu ġenerali tal-iskennjar għal servizzi ta’ hosting u ta’ komunikazzjoni joħloq riskju għat-tekniki kollha maħsuba biex jiggarantixxu s-segretezza tal-korrispondenza, bħall-kriptaġġ minn tarf sa tarf. |
|
4.15. |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li s-sejbien ta’ skambji li fihom l-adulti li jipprattikaw il-grooming huwa “ġeneralment l-aktar intrużiv għall-utenti”, għaliex jeħtieġ “il-qari awtomatiku tal-komunikazzjonijiet interpersonali”. |
5. Il-ħolqien ta’ aġenzija Ewropea ġdida
|
5.1. |
Il-proposta għal Regolament tipprevedi l-ħolqien ta’ aġenzija Ewropea indipendenti bbażata f’The Hague, flimkien mal-Europol, b’baġit ta’ EUR 26 miljun, biex tanalizza rapporti ta’ materjal illegali, tikkoordina l-bażijiet tad-data tal-marki tas-swaba’ u tal-materjal illegali u tgħin lill-kumpaniji jsibu teknoloġiji affidabbli.
Din taġixxi wkoll bħala intermedjarju bejn il-kumpaniji tat-teknoloġija, l-infurzar tal-liġi u l-vittmi. |
|
5.2. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-kompetenzi tal-Aġenzija huma organizzati f’żewġ komponenti ewlenin: ċentru operattiv u ċentru ta’ riċerka u analiżi, peress li l-importanza li jiġu miġġielda l-pornografija tat-tfal u l-pedofilija online teħtieġ koordinazzjoni tal-operazzjonijiet u l-analiżijiet. |
|
5.3. |
L-aspett operattiv huwa fundamentali u jiġġustifika l-kooperazzjoni mill-qrib tiegħu mal-Europol, li l-effettività tiegħu hija magħrufa sew. L-iskala Ewropea u internazzjonali tal-kriminalità sesswali online immirata lejn it-tfal tiġġustifika l-eżistenza tagħha. |
|
5.4. |
Il-KESE jilqa’ l-involviment tal-Eurojust fl-operazzjonijiet fl-arkitettura prevista mill-Kummissjoni, minħabba li investigazzjonijiet koordinati jfissru struzzjonijiet ġudizzjarji koordinati. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) COM(2022) 209 final.
(2) COM(2022) 212 final.
(3) La constitutionnalisation du droit au respect de la vie privée. (Il-kostituzzjonalizzazzjoni tad-dritt għall-privatezza — mhux disponibbli bil-Malti).
(4) COM(2022) 209 final — 2022/0155 (COD).
(5) COM(2022) 212 final.
(6) ĠU C 232, 16.6.2021, p. 2.
(7) ĠU L 223, 22.6.2021, p. 14.
(8) https://europa.eu/!XXv6kx
(9) Artikolu 12 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti.
(10) EU Kids Online.
(11) COM(2020) 624 final.
(12) https://europa.eu/!Jh78ux
(13) Children with disabilities.
(14) Kawża C-362/14, paragrafu 94.
(15) COM(2022) 212 final.
(16) La consitutionnalisation du droit au respect de la vie privée (Il-kostituzzjonalizzazzjoni tad-dritt għall-privatezza — mhux disponibbli bil-Malti).
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/139 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/83/UE fejn jidħlu l-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod u li tħassar id-Direttiva 2002/65/KE”
(COM(2022) 204 final — 2022/0147 (COD))
(2022/C 486/19)
|
Relatur: |
Gonçalo LOBO XAVIER |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 18.5.2022 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 23.5.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
8.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
229/0/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2011/83/UE dwar kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod u li tħassar id-Direttiva 2001/65/KE. L-evoluzzjoni tas-soċjetà u l-imġiba tagħha, is-soluzzjonijiet tekniċi ġodda li qed jitfaċċaw, u t-tisħiħ tas-suq uniku bħala mezz biex jiġi żgurat il-moviment liberu tas-servizzi finanzjarji u r-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur jeħtieġu dan. Il-kriżi tal-COVID-19 kienet test inkredibbli tar-reżiljenza tal-UE u imponiet xejriet u ideat ġodda li jridu jiġu indirizzati. Il-KESE jappoġġja wkoll din il-proposta minn din il-perspettiva. |
|
1.2 |
Minkejja li huwa favur il-proposta, il-KESE jinsisti fuq il-ħtieġa li jsir investiment fil-litteriżmu diġitali u finanzjarju tan-nies sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jifhmu b’mod korrett id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom relatati mal-kuntratti finanzjarji konklużi mill-bogħod, b’mod partikolari d-dritt ta’ rtirar minn kuntratt u d-dritt li tinkiseb aktar informazzjoni f’fażi prekuntrattwali. Jeħtieġ li l-Istati Membri jinvestu fi programm ta’ komunikazzjoni strateġika sabiex jagħtu spinta lill-potenzjal tas-suq uniku, f’konformità mad-drittijiet fundamentali tal-konsumatur. |
|
1.3 |
Il-KESE jiddikjara li huwa kruċjali li jkun hemm approċċ ibbilanċjat bejn l-esperjenza diġitali u dik tradizzjonali. Il-KESE jappoġġja l-avvanzi li ġabet magħha l-innovazzjoni teknoloġika, iżda jenfasizza wkoll li l-kuntatt uman għadu essenzjali fir-rigward tal-għoti ta’ kjarifika u tal-protezzjoni tad-data. Għalkemm għandu jitqies li d-diġitalizzazzjoni u l-modernizzazzjoni huma importanti ħafna f’dak li għandu x’jaqsam mat-titjib tal-benesseri taċ-ċittadini, il-KESE jiddikjara wkoll li għad hemm ħafna differenzi bejn l-Istati Membri u anke bejn ir-reġjuni, b’xi wħud jitolbu li jinżammu diversi biċċiet ta’ infrastruttura “fiżika” sabiex tiġi appoġġjata l-komunità lokali. Il-KESE jemmen li l-involviment tal-awtoritajiet lokali fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji finanzjarji, b’mod partikolari fir-rigward tal-eżistenza ta’ infrastruttura fiżika fiż-żoni rurali, jista’ jgħin biex jiġu appoġġjati l-komunitajiet lokali. Il-KESE jitlob li jiġi ggarantit id-dritt li jintalab “intervent uman” fis-servizzi finanzjarji mill-bogħod. |
|
1.4 |
Il-KESE, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma rappreżentati fih, jemmnu fil-potenzjal tas-suq uniku bħala għodda biex jissaħħaħ il-proġett Ewropew. Iż-żieda fil-fiduċja fis-sistemi finanzjarji tagħna hija prinċipju fundamentali li jappoġġja s-soċjetà fil-qasam tas-servizzi finanzjarji tal-konsumatur. F’dan ir-rigward, il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-ħtieġa li jsir investiment fiċ-ċibersigurtà b’mod konsistenti. Iċ-ċittadini għandhom ikunu konxji tar-riskji assoċjati mal-konklużjoni ta’ kuntratti mill-bogħod. Barra minn hekk, jeħtieġ li ċ-ċittadini jkollhom fiduċja fis-sistema jekk irridu nagħtu spinta lis-suq uniku u l-moviment liberu tas-servizzi finanzjarji, li qed isiru dejjem aktar rilevanti, speċjalment wara s-sitwazzjoni tal-COVID-19, u b’mod partikolari bl-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ kummerċ elettroniku u servizzi diġitali. |
|
1.5 |
Il-KESE jfakkar lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li din il-proposta tiġi armonizzata mad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur. Wara tant kisbiet marbuta mad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, u b’kont meħud tat-tnedija tal-Aġenda tal-Konsumatur Ġdida (1), dan id-dossier partikolari dwar is-servizzi finanzjarji mill-bogħod huwa l-mument perfett biex jissaħħaħ ir-rispett għad-drittijiet tal-konsumatur u tingħata spinta lill-investimenti tal-kumpaniji f’dan il-qasam. Il-KESE jitlob li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu involuti sabiex iħejju u jimmonitorjaw aħjar l-implimentazzjoni futura tad-Direttiva. Dan huwa eżempju tajjeb ta’ qasam fejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jappoġġjaw u jikkontribwixxu għal ambjent aħjar u jgħinu biex jiġi żgurat approċċ pożittiv. |
|
1.6 |
Il-mekkaniżmi tal-intelliġenza artifiċjali jistgħu jipprovdu ambjent sikur u affidabbli għal din il-proposta għal Direttiva. Il-KESE jifhem l-importanza tal-innovazzjoni għas-soċjetà u jirrakkomanda l-użu tal-mezzi kollha possibbli biex tiġi pprovduta esperjenza sikura u moderna lill-konsumaturi u lill-kumpaniji f’dan il-qasam partikolari. Il-KESE ilu jaħdem f’dan il-qasam u jirrakkomanda bil-qawwa li l-intelliġenza artifiċjali tintuża biex jinbena suq uniku aħjar u aktar integrat li jappoġġja liċ-ċittadini u jiżgura operazzjonijiet sikuri fi ħdan is-sistema finanzjarja (2). |
|
1.7 |
Il-KESE jsostni li, filwaqt li jitqiesu l-objettivi u l-prinċipji tas-suq uniku, l-UE tista’ tistabbilixxi prattiki tajbin fir-rigward tar-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji mill-bogħod. Din il-proposta tindirizza miżuri rilevanti għall-kumpaniji u l-konsumaturi, iżda l-KESE jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu ċċarati l-attivitajiet tal-kumpaniji bbażati barra l-UE, li jista’ jkollhom impatt fuq iċ-ċittadini Ewropej. Għall-KESE, il-ħtieġa għal armonizzazzjoni għandha wkoll tiġi indirizzata u rispettata kif xieraq. |
|
1.8 |
Il-KESE jappella għal azzjoni fir-rigward ta’ “regoli u normi ta’ pubbliċità” marbuta mal-proċess sensittiv ta’ forniment ta’ servizzi finanzjarji mill-bogħod. Huwa importanti li jiġu armonizzati r-regoli li jirregolaw ir-reklamar ta’ dawn is-servizzi sabiex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta u tiġi mminata s-sistema. Sakemm il-messaġġ ikun qawwi, ir-riżultati huma mistennija li jkunu ta’ benefiċċju għall-kumpaniji u ċ-ċittadini, u jkollhom impatt pożittiv fuq l-imġiba tal-konsumatur, inkluż fir-rigward tas-sostenibbiltà. Il-KESE jinsisti wkoll li l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur għandhom ikunu involuti sabiex ikun hemm djalogu aħjar bejn il-kumpaniji u ċ-ċittadini. |
|
1.9 |
Fl-aħħar nett, il-KESE jqis li, sabiex id-Direttiva tiġi implimentata aħjar u li verament jinsiltu benefiċċji mill-prinċipji tagħha, l-investiment fl-infrastruttura huwa vitali sabiex jinkisbu riżultati aħjar. Iċ-ċittadini bla dubju jistgħu jibbenefikaw minn servizzi aħjar u aktar trasparenti, iżda f’konformità ma’ dan jeħtieġ li jkun hemm aċċess għall-5G, kopertura sħiħa tan-network u faċilitajiet infrastrutturali oħra fl-oqsma kollha, u dan għadu ’l bogħod milli jkun realtà b’mod ġenerali. Il-KESE jappella għal użu aħjar u aktar effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza sabiex jiġu indirizzati dawn l-investimenti u jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1 |
Id-Direttiva 2002/65/KE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi għandha l-għan li tiżgura l-moviment liberu tas-servizzi finanzjarji fis-suq uniku billi tarmonizza ċerti regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur f’dan il-qasam, u li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li diġà hemm għadd ta’ Direttivi u Regolamenti reċenti li jistabbilixxu standards għoljin ta’ protezzjoni tal-konsumatur, u l-mertu tal-proposta għal Direttiva ġdida huwa li tipprovdi xibka ta’ sikurezza f’każijiet fejn din il-protezzjoni hija, jew tista’ tkun, nieqsa. Fejn ma jkun hemm l-ebda leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għall-prodott jew l-ebda regola orizzontali tal-UE li tkopri s-servizz finanzjarju għall-konsumatur, id-Direttiva għandha tapplika b’mod orizzontali għal kwalunkwe servizz preżenti jew futur ta’ natura bankarja, ta’ kreditu, ta’ assigurazzjoni, ta’ pensjoni personali, ta’ investiment jew ta’ pagament kuntrattat permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod (jiġifieri mingħajr il-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant u tal-konsumatur). Id-Direttiva tistabbilixxi l-informazzjoni li għandha tingħata lill-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod (informazzjoni prekuntrattwali), tagħti lill-konsumatur id-dritt ta’ rtirar fir-rigward ta’ ċerti servizzi finanzjarji, u tistabbilixxi regoli dwar servizzi mhux mitluba u komunikazzjoni mhux mitluba. |
|
2.2 |
Matul dawn l-aħħar 20 sena, it-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi nbidel b’mod rapidu. Il-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u l-konsumaturi ma għadhomx jużaw il-faks, u tfaċċaw atturi ġodda bħall-kumpaniji tal-fintech, b’mudelli kummerċjali ġodda u b’kanali ta’ distribuzzjoni ġodda, eż. servizzi finanzjarji mibjugħa online. |
|
2.3 |
Il-proposta tal-Kummissjoni timmira li tissemplifika u timmodernizza l-qafas leġiżlattiv billi tħassar id-Direttiva li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi eżistenti, filwaqt li tinkludi aspetti rilevanti tad-drittijiet tal-konsumatur rigward kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur applikabbli b’mod orizzontali. |
|
2.4 |
L-objettiv ġenerali tal-leġiżlazzjoni jibqa’ l-istess, jiġifieri li jiġi promoss il-forniment ta’ servizzi finanzjarji fis-suq uniku filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Dan l-objettiv jinkiseb b’ħames modi distinti:
|
3. Is-servizzi finanzjarji u s-suq uniku
|
3.1 |
Il-KESE jemmen li l-UE kollha qed tiffaċċja sfidi serji wara l-kriżi tal-COVID-19, l-aggressjoni Russa fl-Ukrajna u l-kriżi finanzjarja fuq l-orizzont. Huwa fatt li l-fiduċja tal-konsumatur ġiet mheżża. Barra minn hekk, livelli għoljin ta’ dejn tal-unitajiet domestiċi huma xi ħaġa li trid tiġi indirizzata u għadha ’l bogħod milli tinstab soluzzjoni. Dan għandu jitqies fil-kuntest tal-miżuri kollha relatati mal-politiki finanzjarji. Il-konsumaturi jeħtiġilhom ikollhom fiduċja fis-sistema, u dan huwa kruċjali sabiex tinbena l-fiduċja u jiġi żgurat l-irkupru tal-ekonomiji u s-soċjetà tagħna. |
|
3.2 |
Il-KESE jaqbel dwar il-ħtieġa ta’ armonizzazzjoni. Madankollu, dan ma jistax idgħajjef jew jippreġudika liċ-ċittadini. Huwa meħtieġ li wieħed jifhem li mhux iċ-ċittadini kollha jimxu bl-istess pass fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni, u dan il-proċess m’għandu jħalli lil ħadd jibqa’ lura. Il-KESE jemmen li l-investiment fil-litteriżmu finanzjarju għandu jkun prijorità li hija allinjata mill-qrib mal-proposta. |
|
3.3 |
Huwa importanti li jiġi żgurat li l-protezzjoni tad-data tkun fil-qalba ta’ dan il-proċess. Iċ-ċittadini Ewropej għandu jkollhom il-fiduċja li jikkondividu d-data għal skopijiet legali u tad-drittijiet tal-konsumatur u dan jista’ jinkiseb biss billi jkun hemm sistema b’saħħitha u affidabbli. Il-protezzjoni tad-data llum tinsab fuq quddiem nett tat-tħassib taċ-ċittadini, u ċ-ċibersigurtà hija kruċjali biex tingħata spinta lill-proċess ta’ komunikazzjoni fejn huma kkonċernati s-servizzi finanzjarji mill-bogħod. |
|
3.4 |
Huwa vitali li jiġi żgurat li din il-proposta tiġi armonizzata mad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur. Huwa kruċjali wkoll li jiġi żgurat li l-prinċipji tal-Aġenda tal-Konsumatur Ġdida (3) ikunu fil-qalba ta’ dan il-kunċett. Il-KESE jemmen li s-soċjetà ċivili organizzata u l-imsieħba soċjali jistgħu jaqdu rwol pożittiv fil-proċess, primarjament billi jgħinu liċ-ċittadini jiddefendu d-drittijiet tagħhom, iżda wkoll billi joħolqu atmosfera tajba li fiha l-kumpaniji jkunu jistgħu jikkompetu u joħolqu servizzi aħjar u aktar ċari għall-konsumaturi. |
|
3.5 |
Il-mekkaniżmi tal-intelliġenza artifiċjali huma essenzjali għal din il-proposta. Dawn jistgħu jiffaċilitaw l-operazzjonijiet tal-konsumatur billi jiffaċilitaw il-proċessi u r-rekwiżiti assoċjati, speċjalment għaċ-ċittadini li huma inqas ippreparati jew “diġitalizzati”. Il-KESE jappella għall-kjarifika dwar dawn l-għodod u l-użu tagħhom sabiex il-proċess ta’ implimentazzjoni futur ikun aktar ta’ suċċess. |
|
3.6 |
Il-KESE jirrakkomanda li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni f’dan il-qasam sabiex kull attur (kumpanija) ikun jista’ jipprovdi servizz affidabbli liċ-ċittadini. Għalhekk huwa essenzjali li jsir investiment fit-trasparenza u fl-għoti ta’ messaġġi ċari sabiex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta minn barra l-Ewropa, li għandha r-riskju li timmina l-impatt pożittiv previst f’din il-proposta għal Direttiva. |
4. Impatt fuq il-konsumaturi u l-intrapriżi: operazzjonijiet online u offline
|
4.1 |
Id-diġitalizzazzjoni hija meħtieġa sabiex tingħata spinta lill-kompetittività u tiġi ffaċilitata l-ħajja tan-nies. Il-KESE jqis li huwa essenzjali li jiġi żgurat li kulħadd ikollu l-kundizzjonijiet tajba li fihom jopera, bl-istess livell ta’ għarfien. Madankollu, ir-realtà hija ’l bogħod ħafna minn dan. |
|
4.2 |
Il-KESE jappella għal “diġitalizzazzjoni intelliġenti”, fejn it-teknoloġija qiegħda hemm biex taqdi liċ-ċittadini, tiffaċilita l-komunikazzjoni, u tagħti spinta lill-benesseri tan-nies. Madankollu, id-diġitalizzazzjoni fiha nnifisha mhijiex is-soluzzjoni għall-problemi kollha, u għaldaqstant trid tiġi allinjata ma’ prijoritajiet oħra. Il-livell ta’ għarfien tan-nies dwar l-użu tat-teknoloġija għadu irregolari ħafna madwar l-UE, u l-investimenti għandhom isiru b’kunsiderazzjoni ta’ dan. Fl-aħħar nett, il-KESE jfakkar lill-Kummissjoni li, filwaqt li l-użu tat-teknoloġija huwa importanti, hekk ukoll huwa d-dritt għall-iskonnessjoni u dan għandu jitqies fil-proċess tat-tfassil tal-politika. |
|
4.3 |
Il-kumpaniji finanzjarji għandhom jiżguraw li l-bidliet kollha huma perċepiti sew mis-suq. Il-Komunikazzjoni hija għalhekk essenzjali sabiex jinkisbu r-riżultati u jitmexxa l-proċess ta’ trasformazzjoni. |
|
4.4 |
Il-KESE huwa bla dubju favur it-teknoloġija u l-innovazzjoni li tista’ tipprovdi esperjenza aħjar tal-konsumatur u tiffaċilita l-ħajja taċ-ċittadini. L-evoluzzjoni tal-imġiba tal-konsumatur hija opportunità għal bidla pożittiva u toffri opportunità biex tingħata spinta lill-operazzjonijiet aktar reżiljenti u sostenibbli fil-qasam tal-kuntratti finanzjarji konklużi mill-bogħod. Fil-fehma tal-KESE, ir-regoli li jirregolaw il-pubbliċità jridu jkunu ċari u armonizzati ma’ operazzjonijiet relatati oħra li jista’ jkollhom impatt fuq il-konsumaturi. Id-drittijiet u l-obbligi tal-konsumatur iridu jiġu ggarantiti. |
|
4.5 |
Il-KESE jemmen li din il-proposta hija konformi mal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali. B’hekk hija konfromi mal-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward tas-sanzjonijiet imposti fuq il-kumpaniji u l-konsumaturi f’dan il-qasam. Il-KESE jqis li dan huwa punt pożittiv ħafna li għandu jiġi enfasizzat. Il-KESE jqis li huwa prinċipju fundamentali li s-severità tas-sanzjonijiet għandha tirrifletti s-severità tar-reat, f’dan il-każ il-ksur tal-protezzjoni tal-konsumatur kif definit fil-proposta għal Direttiva. |
|
4.6 |
Fil-fehma tal-KESE, hija ta’ importanza kbira l-ħtieġa li jiġi żgurat approċċ bilanċjat fir-rigward tad-dritt li jintalab appoġġ uman fir-rigward ta’ kuntratti finanzjarji konklużi mill-bogħod. Għad hemm parti kbira mill-popolazzjoni li teħtieġ dan it-tip ta’ appoġġ, u l-banek u l-istituzzjonijiet jeħtiġilhom ikunu konxji ta’ dawn il-limitazzjonijiet. Dan irid jiġi indirizzat meta l-istituzzjonijiet jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment u ż-żamma ta’ ċerti servizzi “fiżiċi”. |
|
4.7 |
Il-KESE jemmen li mhux biss il-banek iżda l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha jeħtiġilhom jinvestu f’sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ sabiex jappoġġjaw lill-impjegati tagħhom fl-għoti ta’ appoġġ lill-klijenti. Is-servizzi finanzjarji mill-bogħod huma importanti ħafna, iżda wkoll ir-riżorsi umani li jipprovdu appoġġ f’dan il-qasam. L-impjegati għandu jkollhom il-ħiliet u t-taħriġ fil-livell adegwat sabiex jiggwidaw lill-klijenti. Fl-aħħar nett, anke meta l-intelliġenza artifiċjali tintuża biex tappoġġja s-servizzi, hemm bżonn ta’ “kuntatt uman” sabiex ikun hemm interazzjoni mal-klijenti b’mod aktar effettiv. |
5. Valutazzjoni tal-impatt — ir-rwol tas-soċjetà ċivili
|
5.1 |
Il-KESE għal darb’ oħra jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri dwar l-opportunità li jinvolvu lill-imsieħba soċjali u lis-soċjetà ċivili organizzata fil-proċess ta’ komunikazzjoni dwar din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha. Dan mhux biss minħabba l-għarfien tagħhom, iżda b’mod partikolari l-preżenza tagħhom “fuq il-post”, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jgħinu biex tiġi żgurata komunikazzjoni tajba, pereżempju sabiex jintlaħqu partijiet fundamentali tas-soċjetà li jgħixu f’żoni rurali jew li jkollhom diffikultà biex jaċċessaw kanali ta’ informazzjoni tal-massa. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma rappreżentati fil-KESE jistgħu jappoġġjaw l-implimentazzjoni korretta tal-proposta sabiex jinkisbu riżultati aħjar u tingħata spinta lill-involviment taċ-ċittadini fil-proċess. |
6. Is-servizzi finanzjarji u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza — it-triq ’il quddiem
|
6.1 |
Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija l-pilastru ewlieni tal-pjan ta’ rkupru Ewropew, in-Next Generation EU, imfassla biex tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri sabiex jiġu miġġielda l-effetti ekonomiċi u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19, u l-ekonomija Ewropea ssir aktar reżistenti għal xokkijiet futuri. Il-KESE jemmen ukoll li, fir-rigward tat-titjib tas-sistema, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu xieraq minn dan il-mekkaniżmu sabiex jiffaċilitaw il-ħajja tan-nies f’dan il-qasam. |
|
6.2 |
Il-ħtieġa li jsir investiment fil-litteriżmu diġitali u finanzjarju sabiex tingħata spinta lill-edukazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur hija ta’ importanza kbira. L-iżvilupp tal-kapaċitajiet diġitali u finanzjarji tal-konsumaturi huwa essenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda Diġitali, inkluż l-iżvilupp ta’ suq bi prestazzjoni tajba u ż-żieda fil-protezzjoni tal-konsumatur. Il-KESE jifhem il-valur tal-protezzjoni tad-data u jappoġġja d-dritt tal-konsumaturi għal garanzija sħiħa ta’ din il-protezzjoni. Il-KESE huwa konvint li żvilupp ibbilanċjat tal-kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta’ prodotti finanzjarji jista’ jirnexxi biss jekk l-Istati Membri jippermettu biżżejjed riżorsi biex jindirizzaw dawn l-isfidi u jippromovu l-fiduċja fil-kummerċ online fis-servizzi finanzjarji, u jekk ikejlu l-progress f’dan il-qasam u jirrapportaw lill-Kummissjoni, li se tivvaluta l-eżitu u tirrakkomanda l-aħjar prattiki. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 286, 16.7.2021, p. 45.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/144 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) 2021/1060 fir-rigward ta’ aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) – CARE”
[COM(2022) 325 final – 2022/0208 (COD)]
(2022/C 486/20)
|
Relatur: |
Elena-Alexandra CALISTRU |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew. 4.7.2022 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 15.7.2022 |
|
Bażi legali |
Artikoli 177 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
9.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
189/0/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Permezz tal-proposta tagħha FAST-CARE, il-Kummissjoni ħadet passi addizzjonali ferm meħtieġa biex tgħin lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet lokali u lill-imsieħba tas-soċjetà ċivili jindirizzaw il-konsegwenzi tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-KESE jilqa’ bi pjaċir dan il-pakkett komprensiv ġdid li jestendi l-appoġġ diġà pprovdut taħt CARE billi jipprovdi aktar appoġġ u aktar flessibbiltà fi ħdan il-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni. |
|
1.2 |
Il-KESE jirrikonoxxi wkoll li l-effetti diretti u indiretti tal-invażjoni mhux provokata tal-24 ta’ Frar wasslu għal żieda kontinwa fl-għadd ta’ refuġjati li jaslu fl-Istati Membri kollha, iżda b’mod partikolari fil-fruntieri tal-UE, u li għalhekk hija meħtieġa aktar azzjoni. Is-sitwazzjoni attwali hija mingħajr preċedent u teħtieġ li f’dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi jiġu applikati l-miżuri kollha possibbli adattati għas-sitwazzjoni. Għal dan il-għan, il-KESE jqis li l-FAST-CARE tipprovdi rispons għal dawn iċ-ċirkostanzi billi toffri finanzjament addizzjonali għall-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tar-Russja, iżda wkoll billi tgħin biex ittaffi d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti minħabba l-effetti kkombinati tal-COVID-19 u l-ispejjeż għoljin tal-enerġija u n-nuqqas ta’ materja prima u ħaddiema kkawżati mill-gwerra. |
|
1.3 |
Il-KESE dejjem enfasizza l-ħtieġa għal rispons immedjat u effettiv permezz tal-mezzi kollha possibbli. L-isforzi kontinwi biex tiġi żgurata l-flessibbiltà għall-finanzjament għandhom jiżguraw l-aktar implimentazzjoni effiċjenti tal-investimenti tal-politika ta’ koeżjoni taħt il-QFP 2014-2020 u jiżguraw ukoll bidu bla xkiel għall-programmi 2021-2027. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-possibbiltà temporanja ta’ 100 % kofinanzjament mill-baġit tal-UE biex jiġu implimentati l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni. Bl-istess mod jilqa’ wkoll il-possibbiltà ta’ trasferimenti addizzjonali bejn il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta’ Koeżjoni, kif ukoll bejn il-kategoriji ta’ reġjuni. |
|
1.4 |
Il-KESE jilqa’ bis-sħiħ ir-rikonoxximent tal-Kummissjoni tal-piż kbir li waqa’ fuq l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw fil-komunitajiet lokali fl-indirizzar tal-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tar-Russja. Il-KESE jilqa’ d-dispożizzjoni li livell minimu ta’ appoġġ ta’ 30 % fi ħdan il-prijoritajiet rilevanti għandu jitwarrab għall-awtoritajiet lokali, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jiġi żgurat li dawn it-tipi ta’ benefiċjarji jirċievu sehem adegwat tar-riżorsi minħabba r-rwol attiv tagħhom fl-azzjonijiet biex jilqgħu u jintegraw ir-refuġjati. Madankollu, dan il-perċentwal jista’ jkun baxx wisq għall-pajjiżi li jospitaw għadd kbir ta’ refuġjati; għalhekk, għandha tiġi esplorata aktar il-possibbiltà li dan il-livell jiżdied għall-pajjiżi li jmissu mal-Ukrajna. |
|
1.5 |
Il-KESE jemmen li l-NGOs u l-imsieħba soċjali għandhom rwol kruċjali x’jaqdu, kemm bħala organizzazzjonijiet ta’ implimentazzjoni kif ukoll bħala msieħba siewja fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ tali programmi, u l-KESE huwa lest li jiffaċilita konverżazzjoni ulterjuri dwar tali involviment għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali kemm fl-UE kif ukoll fl-Ukrajna. Is-soċjetà ċivili wriet l-effettività tagħha fl-għoti ta’ rispons immedjat matul l-ewwel stadji tal-gwerra, u b’riżorsi suffiċjenti ser tkun kollegament b’saħħtu bejn il-ħtiġijiet lokali u r-riflessjoni ta’ politika ta’ livell għoli tagħhom. Il-KESE jkompli jfittex impenn aktar bir-reqqa fir-rispons immedjat u inklużjoni aħjar fit-tul fl-istabbiliment tal-aġenda ta’ integrazzjoni hekk kif tkompli l-gwerra. |
|
1.6 |
Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li teżenta lill-Istati Membri mill-ħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, billi tippermettilhom il-possibbiltà li jidderieġu mill-ġdid il-fondi bejn l-objettivi tematiċi fl-istess prijorità tal-istess Fond u kategorija ta’ reġjuni, minħabba l-bidliet li qed jevolvu rapidament fis-sitwazzjoni fuq il-post. Il-KESE jilqa’ wkoll id-dispożizzjoni li tippermetti li tkun eliġibbli nefqa eċċezzjonali għal operazzjonijiet li tlestew jew li ġew implimentati bis-sħiħ mid-data tal-invażjoni. |
|
1.7 |
Il-KESE jieħu nota tat-taħlita ta’ miżuri komprensivi li jqisu l-ħtiġijiet fil-livell mikro/individwali (eż. l-estensjoni fiż-żmien u ż-żieda tal-ispiża unitarja li għadha kif ġiet stabbilita li tippermetti li jiġu koperti l-ħtiġijiet bażiċi u l-appoġġ għall-persuni li jingħataw protezzjoni temporanja) kif ukoll il-ħtiġijiet fil-livell makro/Stat Membru (eż. li l-operazzjonijiet jgħaddu b’mod aktar faċli mill-programmi 2014-2020 għal dawk tal-2021-2027 biex jiġu akkomodati aktar operazzjonijiet li jiffaċċjaw dewmien, filwaqt li ma jiġux affettwati l-obbligi tal-Istati Membri li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika u l-miri tal-kontribut għall-azzjoni klimatika). |
|
1.8 |
Id-dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jtaffu l-piż amministrattiv għall-Istati Membri huma wkoll innutati kif xieraq, kif ukoll l-impenji tal-Kummissjoni Ewropea biex tgħin lill-benefiċjarji u lill-partijiet ikkonċernati billi toffri appoġġ u gwida addizzjonali, pereżempju fil-ġestjoni ta’ kuntratti ta’ akkwist li jsofru spejjeż żejda, u miżuri u gwida mhux leġiżlattivi oħra. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħdem mal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili biex telimina l-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa kollha possibbli, filwaqt li toffri trasparenza sħiħa fir-rigward tal-allokazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ miżuri biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna. F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu involuti b’mod aktar attiv is-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali tal-UE u tal-Ukrajna biex jiġu żgurati l-ippjanar, il-ġestjoni u l-monitoraġġ effettivi tar-riżorsi u biex jiġi żgurat li dawn jilħqu lil dawk li l-aktar għandhom bżonnhom, fejn huma l-aktar meħtieġa. |
|
1.9 |
Il-KESE jirrikonoxxi li għandhom jittieħdu l-miżuri kollha possibbli fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali. F’dan il-kuntest, il-Kumitat jaqbel mal-intenzjoni tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament QFP sabiex ir-riżorsi tal-2014-2020 li jifdal jiġu ottimizzati u jippermettu tranżizzjoni bla xkiel għall-programm 2021-2027. Madankollu, ta’ min jinnota li għalkemm il-KESE minn dejjem talab għal flessibbiltà massima (1) fil-livelli kollha mill-bidu sal-għeluq tal-programmi sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi disponibbli jintużaw kemm jista’ jkun, hekk kif il-konsegwenzi diretti u indiretti tal-gwerra fl-Ukrajna qed jakkumulaw, huwa jħoss li jista’ jkun meħtieġ ukoll li jiġu miżjuda għodod finanzjarji innovattivi ġodda (2). Soluzzjoni possibbli li l-KESE diġà rrakkomanda hija fond separat tal-Unjoni Ewropea għar-rikostruzzjoni u l-iżvilupp tal-Ukrajna biex jikkomplementa l-isforzi li saru biex jiġu appoġġjati l-Istati Membri milquta mill-gwerra (3). |
|
1.10 |
Il-KESE jappella lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex japprovaw malajr ir-Regolament sabiex dan ikun jista’ jiġi adottat mill-aktar fis possibbli. L-iskala tal-isfida teħtieġ rispons kollettiv u aktar koordinat, speċjalment meta l-istaġun kiesaħ jinsab fuq l-għatba. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1 |
Mill-24 ta’ Frar, il-Kummissjoni ressqet għadd ta’ proposti, taħt l-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE), biex tiżgura li l-finanzjament disponibbli taħt il-politika ta’ koeżjoni għall-2014-2020 u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD), kif ukoll il-prefinanzjament taħt il-programmi REACT-EU, jiġi mobilizzat malajr biex jindirizza l-konsegwenzi immedjati tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, filwaqt li jippermetti lill-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżguraw irkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomiji tagħhom mill-kriżi li tirriżulta mill-pandemija tal-COVID-19. |
|
2.2 |
Madankollu, hekk kif il-ħtiġijiet ikomplu jikbru, il-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u r-reġjuni tal-UE appellaw lill-Kummissjoni biex tippreżenta inizjattivi ġodda fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali biex tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri f’dan ir-rigward. Issa huwa meħtieġ appoġġ għall-ħtiġijiet fit-tul ta’ persuni ċivili spostati, li għandhom jiġu megħjuna jintegraw permezz tal-forniment ta’ akkomodazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa, u aċċess għall-impjiegi u l-edukazzjoni waqt li jkunu fil-pajjiżi membri tal-UE. Ta’ min jinnota li din il-kwistjoni li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet fit-tul tar-refuġjati taffettwa l-komunitajiet li diġà ntlaqtu ħażin ħafna mill-pandemija tal-COVID-19 (eż. il-piż fuq is-sistema tal-kura tas-saħħa) iżda toħloq ukoll problemi ġodda bħal aspetti sensittivi għall-ġeneru tal-interventi ta’ politika (eż. għadd żgħir ħafna ta’ tfal jiġu rreġistrati fl-iskejjel, li qed ifixkel b’mod sinifikanti l-integrazzjoni professjonali tan-nisa). |
|
2.3 |
Il-gwerra kkawżat konġestjonijiet fil-katina tal-provvista u nuqqas ta’ ħaddiema. U dan aggrava ż-żidiet fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi, inklużi l-enerġija u l-materjali. Din is-sitwazzjoni tiżdied mal-konsegwenzi tal-pandemija, u toħloq pressjoni addizzjonali fuq il-baġits pubbliċi u aktar dewmien fl-investimenti, speċjalment fl-infrastruttura. |
|
2.4 |
Il-pakkett FAST-CARE jintroduċi diversi bidliet sinifikanti għal-leġiżlazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni għall-2014-2020 u l-2021-2027 sabiex tħaffef u tissemplifika aktar l-appoġġ tal-Istati Membri għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, filwaqt li tkompli tgħin fl-irkupru tar-reġjuni mill-pandemija tal-COVID-19. |
|
2.5 |
Għandu jiġi żgurat aktar appoġġ għal dawk li jilqgħu persuni spostati – l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz tal-miżuri li ġejjin:
|
|
2.6 |
Sabiex jiġi żgurat li l-investimenti jmorru fejn huma l-aktar meħtieġa, FAST-CARE tintroduċi żewġ bidliet kbar:
|
|
2.7 |
F’termini tal-appoġġ prattiku biex tissolva l-problema ta’ dewmien fl-implimentazzjoni, proġetti ta’ aktar minn EUR 1 miljun (speċjalment dawk għall-infrastruttura), appoġġjati taħt il-programmi għall-2014-2020 iżda li ma setgħux jitlestew fil-ħin minħabba żidiet fil-prezzijiet u nuqqas ta’ materja prima u xogħol, jistgħu jkomplu jiġu appoġġjati taħt il-programmi għall-2021-2027, anki jekk ma jkunux eliġibbli skont ir-regoli ta’ eliġibbiltà taħt l-2021-2027. |
3. Kummenti speċifiċi
|
3.1 |
Il-KESE jfaħħar l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi mezzi aġġustati u effiċjenti biex tipprovdi appoġġ finanzjarju li jindirizza l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari Russa, li kibret kemm fl-ambitu kif ukoll fl-impatt tagħha. B’riżultat ta’ dan, l-Istati Membri qed jiffaċċjaw influssi sostanzjali kontinwi ta’ persuni li qed jaħarbu mill-aggressjoni Russa. Din is-sitwazzjoni tkompli żżid mal-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari t-tfixkil tal-ktajjen tal-valur, li huwa ta’ sfida fuq baġits pubbliċi ffukati fuq l-irkupru ekonomiku, iżda jirriskja wkoll li ddewwem l-investimenti, speċjalment fl-infrastruttura, b’mod sostanzjali. |
|
3.2 |
Il-KESE jirrikonoxxi wkoll li, peress li l-effetti diretti u indiretti tal-gwerra fl-Ukrajna qed ikomplu jiżdiedu fl-Istati Membri kollha, huwa kruċjali li jiġu żgurati l-mezzi biex jiġu indirizzati l-isfidi migratorji u t-tfixkil fis-suq permezz ta’ taħlita ta’ finanzjament, proċeduri u assistenza teknika, kollha flimkien mal-flessibbiltà, l-aġilità u r-reazzjoni rapida. |
|
3.3 |
Il-KESE jaqbel bis-sħiħ li l-finanzjament għandu jkun disponibbli permezz ta’ reviżjoni mmirata tal-qafas finanzjarju attwali, bil-għan li jiġi evitat il-waqfien tal-finanzjamenti meħtieġa għall-miżuri ewlenin fil-ġlieda kontra l-kriżi u fl-appoġġ lil dawk fil-bżonn. F’Opinjonijiet preċedenti (4), il-KESE diġà rrakkomanda li jiġu allokati riżorsi addizzjonali lill-Istati Membri bħala prefinanzjament immedjat. |
|
3.4 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-possibbiltà li jintuża 100 % ta’ kofinanzjament ġiet estiża għal dawn il-miżuri għas-sena kontabilistika li ntemmet fit-30 ta’ Ġunju 2022 sabiex tgħin biex jittaffa l-piż fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri, u l-fatt li ż-żieda sostanzjali ta’ prefinanzjament (5) mir-riżorsi REACT-EU ipprovdiet il-likwidità meħtieġa biex l-Istati Membri jkopru l-ħtiġijiet tar-refuġjati. |
|
3.5 |
Il-KESE huwa sodisfatt ukoll li l-Kummissjoni pproponiet li tiġi introdotta rata ta’ kofinanzjament sa 100 % għall-prijoritajiet li jippromovu l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi taħt il-programmi għall-2021-2027. Għalkemm din għandha d-data ta’ skadenza tat-30 ta’ Ġunju 2024, il-possibbiltà li tiġi riveduta abbażi ta’ kif intużat, u li tiġi estiża jekk ikun ippruvat li hija effiċjenti biex toffri pjan direzzjonali lejn aktar flessibbiltà u likwidità disponibbli meta jitfaċċaw ħtiġijiet urġenti ta’ finanzjament. |
|
3.6 |
Il-KESE jfaħħar bil-qawwa d-dispożizzjoni li mill-inqas 30 % tal-appoġġ fi ħdan il-prijoritajiet rilevanti għandu jingħata lil benefiċjarji li huma awtoritajiet lokali, imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw f’komunitajiet lokali sabiex jiġi żgurat li dawn it-tipi ta’ benefiċjarji jirċievu sehem adegwat ta’ tali riżorsi minħabba r-rwol attiv tagħhom f’azzjonijiet biex jilqgħu u jintegraw lir-refuġjati. Madankollu, il-perċentwal jista’ jkun baxx wisq għall-pajjiżi li jmissu mal-Ukrajna li qed jospitaw għadd ferm ogħla ta’ refuġjati. Għalhekk, għalkemm il-livell huwa minimu, għandha titħeġġeġ allokazzjoni akbar, b’mill-inqas 50 % tal-appoġġ fi ħdan il-prijorità partikolari li għandu jingħata lill-benefiċjarji li huma awtoritajiet lokali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw fil-komunitajiet lokali. |
|
3.7 |
Il-KESE jifhem il-ħtieġa li jiġu ppreservati l-objettivi oriġinali tal-politika ta’ koeżjoni u l-fatt li din ma tistax issir “għajnuna” universali għall-emerġenzi kollha li jistgħu jinqalgħu. Għal dan il-għan, id-dispożizzjonijiet li jillimitaw l-ammont totali pprogrammat skont il-prijoritajiet tal-integrazzjoni tar-refuġjati fi Stat Membru għal 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali ta’ dak l-Istat Membru mill-FEŻR u l-FSE+ flimkien huma komprensibbli. Madankollu, dawn il-limiti għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni aktar bikrija sabiex jitħalla biżżejjed spazju disponibbli jekk ikun hemm bżonn, speċjalment għall-pajjiżi li jmissu mal-fruntiera. Huwa ċar li l-isfidi għall-pajjiżi li jospitaw il-maġġoranza l-kbira tar-refuġjati li qed jaħarbu mill-Ukrajna huma akbar minn dawk għal Stati Membri oħrajn tal-UE. Għalhekk, il-limiti perċentwali għandhom iqisu r-realtajiet fuq il-post u d-disparitajiet bejn l-isfidi li jiffaċċjaw l-Istati Membri differenti. |
|
3.8 |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex taħdem mill-qrib mal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isir l-aktar użu effettiv u rapidu tal-possibbiltajiet ta’ appoġġ għar-refuġjati Ukreni maħluqa mill-FAST-CARE. Minkejja li r-Regolament jitlob lill-Istati Membri jirrapportaw dwar l-issodisfar tal-kundizzjoni ta’ 30 % fir-rapport finali ta’ implimentazzjoni, il-KESE jappella għal rappurtar kontinwu, kif ukoll l-involviment tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
3.9 |
Il-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq japplikaw ukoll għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ programmi marbuta mal-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u għall-proċess biex jintgħażlu l-proġetti li għandhom jiġu implimentati. F’dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni lir-riskju li l-politika ta’ koeżjoni tiġi ttrasformata f’sett ta’ risponsi frammentati għal emerġenzi li jkunu qamu fil-kontinent tagħna. |
|
3.10 |
Il-ħolqien ta’ sinerġija ċara bejn il-prinċipji ta’ koeżjoni u l-objettivi ewlenin tal-politika u r-realtajiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali ġodda li jikkonċernaw in-nuqqas ta’ ħaddiema, id-diffikultajiet fil-katina tal-provvista u ż-żieda fil-prezzijiet u l-ispejjeż tal-enerġija għandu jkun ta’ tħassib ewlieni fir-rigward tat-twassil ta’ rata ta’ assorbiment adegwata li tirrifletti l-aktar użu effettiv tar-riżorsi eżistenti. |
|
4. |
Il-KESE jieħu nota tal-għażla tal-Kummissjoni li ma testendix b’sena addizzjonali r-regola n+3 għall-2014-2020, kif ukoll l-evalwazzjoni tagħha li, irrispettivament mill-antiċipazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2022 u l-2023 (l-aktar minħabba l-prefinanzjament), il-FAST-CARE hija newtrali għall-baġit matul il-perjodu 2021-2027 u ma teħtieġx bidliet fil-limiti massimi annwali għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-impenji u l-pagamenti. Madankollu, il-KESE jħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-impatt tal-bidliet u tħalli lok għal ħtiġijiet jew prijoritajiet emerġenti jew li qed jespandu. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Ara d-Dokument ta’ pożizzjoni tal-KESE dwar COVID-19: Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej – flessibbiltà eċċezzjonali.
(2) Fl-Opinjonijiet tiegħu, il-KESE enfasizza kontinwament il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-QFP 2021-2027 joffri l-possibbiltà li jiżdiedu għodod finanzjarji innovattivi ġodda, li jmorru lil hinn minn: Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) (ĠU C 364, 28.10.2020); COVID-19: Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej – flessibbiltà eċċezzjonali; Regolament dwar Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus; Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD)/Kriżi tal-COVID-19
(3) Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar It-Tmien Rapport dwar il-Koeżjoni (ĠU C 323, 26.8.2022, p. 54).
(4) Dokument ta’ pożizzjoni tal-KESE dwar REACT-EU.
(5) Il-KESE kien konsistenti fl-Opinjonijiet preċedenti tiegħu li ż-żieda perċentwali fil-pagamenti bil-quddiem jew fil-prefinanzjament għandha tintlaqa’ tajjeb, iżda li għandu jsir aktar biex jiġi żgurat li r-riżorsi finanzjarji jiġu mobilizzati malajr kemm jista’ jkun. Kif imsemmi fid-Dokument ta’ pożizzjoni tal-KESE dwar Assistenza finanzjarja lill-Istati Membri affettwati minn emerġenza tas-saħħa pubblika kbira
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/149 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Xogħol deċenti madwar id-dinja”
[COM(2022) 66 final]
(2022/C 486/21)
|
Relatur: |
Maria del Carmen BARRERA CHAMORRO |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 2.5.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
6.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
22.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
132/23/33 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li l-Kummissjoni tfassal strateġija għall-promozzjoni ta’ xogħol deċenti madwar id-dinja kollha, mhux biss fl-UE. Il-KESE jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni qed tippreżenta, flimkien ma’ Proposta għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva, Komunikazzjoni dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja għal tranżizzjoni globali ġusta u rkupru sostenibbli, li tafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE li tiddefendi x-xogħol deċenti b’mod aktar effettiv, permezz ta’ standards, politiki kummerċjali u ta’ investiment, kif ukoll strument li jipprojbixxi d-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti manifatturati, anke barra mis-suq intern, permezz ta’ xogħol furzat. Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-qafas il-ġdid jgħaqqad il-projbizzjoni ma’ sistema ta’ garanziji ta’ prestazzjoni, abbażi ta’ standards internazzjonali u obbligi ta’ diliġenza dovuta u trasparenza. Madankollu, iqis li huwa xieraq li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħha, speċjalment fir-rigward tal-SMEs. |
|
1.2 |
Il-KESE jinnota li, minkejja t-titjib, ix-xogħol deċenti għadu mhux realtà għal ħafna nies madwar id-dinja. F’dan ix-xenarju inkwetanti, il-Kummissjoni tindika li l-pandemija tal-COVID-19 u t-trasformazzjonijiet fid-dinja tax-xogħol, minħabba l-avvanzi teknoloġiċi, it-tibdil fil-klima, it-tranżizzjoni demografika u l-globalizzazzjoni, qed jissuġġettaw lill-impriżi għal sfidi serji. Dawn l-isfidi jista’ wkoll ikollhom impatt negattiv fuq l-infurzar effettiv tal-istandards tax-xogħol u tal-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema madwar id-dinja. Il-KESE huwa konvint li l-UE għandha tkompli ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala mexxej soċjalment responsabbli fid-dinja billi tuża u tiżviluppa l-istrumenti kollha disponibbli, inklużi dawk leġiżlattivi. Bħall-Kummissjoni, il-KESE jinnota li l-konsumaturi qed jitolbu dejjem aktar oġġetti u servizzi prodotti u pprovduti b’mod inklużiv, sostenibbli u ġust, li jiggarantixxu xogħol deċenti kemm għan-nies li jipproduċuhom u jipprovduhom, kif ukoll għal dawk li jaħdmu fl-ekonomija informali. |
|
1.3 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Komunikazzjoni, adottata mill-Kummissjoni biex tippromovi xogħol deċenti fis-setturi u l-oqsma kollha ta’ azzjoni, toffri approċċ globali mmirat lejn il-ħaddiema kollha fi swieq nazzjonali, f’pajjiżi mhux tal-UE u fi ktajjen tal-provvista globali. Il-KESE jenfasizza li l-UE għandha tuża l-politiki kollha tagħha, kemm interni kif ukoll esterni (inkluża l-politika kummerċjali), biex tippromovi u tiggarantixxi xogħol deċenti madwar id-dinja, filwaqt li tpoġġi dan l-objettiv fil-qalba ta’ rkupru sostenibbli u inklużiv u t-tranżizzjoni diġitali. |
|
1.4 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-UE qiegħda tipproponi pakkett globali ta’ azzjonijiet u strumenti li għandhom impatt fuq il-promozzjoni tal-erba’ pilastri tal-kunċett universali ta’ xogħol deċenti, żviluppati mid-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-2008 dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta, li ġiet emendata fl-2022, u riflessi fl-SDGs: il-promozzjoni tal-impjieg; standards li jiggarantixxu d-drittijiet tax-xogħol, inkluż l-eliminazzjoni tax-xogħol furzat u tat-tħaddim tat-tfal, protezzjoni soċjali adegwata, djalogu soċjali u tripartiżmu, u bl-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv trasversali. |
|
1.5 |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa ċerti aspetti tal-prinċipju tax-xogħol deċenti li llum għandhom valur partikolari, kemm soċjalment kif ukoll ekonomikament. Bħala eżempju, il-KESE jenfasizza, flimkien mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni (promozzjoni ta’ perspettiva ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-objettiv ta’ xogħol deċenti), il-ġlieda kontra r-riskju tal-esklużjoni tal-iżjed gruppi vulnerabbli bħall-persuni b’diżabilità fis-suq tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u n-natura sostenibbli tal-impjieg fit-tranżizzjoni ekoloġika. Dawn huma kollha objettivi trasversali tal-ILO u tal-Aġenda 2030. F’dan il-kuntest, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-emenda tad-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol biex tinkludi d-dritt għal ambjent tax-xogħol sikur u li jagħti kas is-saħħa. |
|
1.6 |
Il-KESE japprezza li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tipproponi kemm it-tisħiħ tal-konformità mal-istrumenti eżistenti kif ukoll l-adozzjoni ta’ strumenti futuri, inkluż l-istrumenti normattivi, fl-erba’ pilastri tal-Aġenda tax-Xogħol Deċenti. Fil-każ tal-ewwel, tal-politiki tal-UE b’kamp ta’ applikazzjoni barra mill-UE, il-KESE jilqa’ l-promozzjoni tal-UE ta’ standards innovattivi fuq skala globali favur ir-responsabbiltà soċjali, it-trasparenza u s-sostenibbiltà ta’ attività tan-negozju. Il-KESE jilqa’ wkoll il-fatt li l-Parlament Ewropew adotta r-Riżoluzzjoni dwar strument kummerċjali ġdid biex jiġu pprojbiti l-prodotti magħmula bix-xogħol furzat (1). |
|
1.7 |
Bħala parti mill-pakkett tagħha “Ekonomija Ġusta u Sostenibbli”, il-Kummissjoni ppreżentat ukoll Proposta għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva (ara l-Opinjoni INT/973). Il-KESE jqis li din il-Proposta hija pass importanti fil-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll hija d-dmir tal-impriżi u tal-maniġers tagħhom. Madankollu, iqis li għad hemm ħafna nuqqasijiet fil-Proposta (pereżempju, l-ambitu personali limitat, peress li tapplika biss direttament għal impriżi kbar, u għall-SMEs peress li tapplika biss indirettament; il-preżenza skarsa tar-rappreżentanza tal-ħaddiema) u kunċetti legali mhux ċari (pereżempju, ir-rekwiżit ta’ relazzjonijiet kummerċjali “stabbiliti”), li jistgħu jiġu applikati b’mod differenti mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-qrati, u dan joħloq inċertezza legali kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-intrapriżi. Għalhekk, il-KESE jappella għal proċess ta’ djalogu bbilanċjat bejn il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill biex jikkoreġu dawn in-nuqqasijiet u biex tittejjeb l-effettività tal-istrument regolatorju li fl-aħħar mill-aħħar jiġi approvat. |
|
1.8 |
Il-KESE jieħu nota tad-diffikultajiet li jiffaċċjaw xi impriżi biex jikkontrollaw il-katina tal-valur kollha tagħhom u biex jiggarantixxu xogħol deċenti. Madankollu, jikkunsidra li l-mod kif dan jinkiseb ma għandux ikun billi jitnaqqsu l-garanziji għal dan l-iskop, għaliex dan idgħajjef l-effettività tal-miżura, joħloq inċertezza legali għall-impriżi u jwitti t-triq għal kompetizzjoni inġusta. Minflok, il-KESE huwa konvint li l-mod adatt kif jiġu indirizzati dawn id-diffikultajiet ta’ kontroll globali mingħajr ma jiġu ġġenerati tali effetti negattivi huwa li jiġu stabbiliti strumenti ta’ appoġġ u kollaborazzjoni adegwati biex tiġi żgurata l-effettività tal-istrumenti proposti. Għal dan il-għan, minbarra l-istrumenti pubbliċi ta’ appoġġ u gwida, il-mezzi ta’ parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema tul il-katina tal-valur u fid-djalogu soċjali, fil-livelli korrispondenti differenti, jista’ jkollhom rwol kruċjali. Il-KESE huwa konvint li dan it-titjib fl-effettività tal-governanza tad-diliġenza dovuta tul il-katina tal-valur, li jiffaċilita l-ħidma tal-kumpaniji, huwa raġuni qawwija biex tiġi rikonoxxuta u garantita l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegati. |
|
1.9 |
Fil-qasam tar-relazzjonijiet bilaterali u reġjonali tal-UE, il-KESE japprezza b’mod partikolari l-proposta tal-UE li l-politika kummerċjali tintuża bħala strument biex tiġi promossa l-konformità mal-istandards internazzjonali tax-xogħol minn kumpaniji minn pajjiżi terzi, u biex jiġi promoss xogħol deċenti fl-impriżi u fil-pajjiżi kollha, inklużi l-pajjiżi tal-viċinat. Għal dan il-għan, il-KESE jenfasizza l-Proposta għar-riforma tar-Regolament tal-UE dwar il-Preferenzi Kummerċjali. Il-KESE jenfasizza li wieħed mill-objettivi tar-riforma huwa li jiġu iffaċilitati l-importazzjonijiet minn pajjiżi li l-impriżi tagħhom jirrispettaw ir-rekwiżiti soċjali, tax-xogħol u ambjentali, inkluż ix-xogħol deċenti. Il-KESE jinsab konvint li dan itejjeb mudell ta’ kompetittività globali bbażat mhux biss fuq il-ġustizzja soċjali iżda wkoll fuq kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi kollha. |
|
1.10 |
Il-KESE jappoġġja d-deċiżjoni tal-UE li tipparteċipa b’mod attiv fir-riforma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) biex tiġi integrata d-dimensjoni soċjali fit-tkabbir ekonomiku globali fid-dawl tal-isfidi kbar li qed tiffaċċja (it-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, it-tixjiħ, il-prevenzjoni ta’ pandemiji futuri, eċċ.). L-ottimizzazzjoni tat-tkabbir, tal-kompetittività u tal-profitti, f’termini ta’ ġenerazzjoni ta’ aktar ġid, impjieg u benesseri, tinvolvi l-istabbiliment ta’ oqfsa u politiki ta’ tranżizzjoni ġusta, li jinkludu l-garanzija u l-promozzjoni ta’ xogħol deċenti u sostenibbli fid-dinja, u bi tranżizzjoni ġusta bbażata fuq approċċ ta’ djalogu soċjali, kif inkiseb qabel. |
|
1.11 |
Il-KESE jilqa’ l-proposta li jiġu inklużi mekkaniżmi għall-evalwazzjoni u għall-monitoraġġ tal-grad ta’ konformità mad-Direttiva dwar id-diliġenza dovuta. Madankollu, jinnota bi tħassib li dawn il-mekkaniżmi ma jipprevedux djalogu soċjali mal-imsieħba soċjali. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi b’mod ċar mekkaniżmi bħal dawn fit-test leġiżlattiv propost. |
|
1.12 |
Barra minn hekk, il-KESE jappella għall-appoġġ tal-UE għal trattat vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll li tiġi kkunsidrata konvenzjoni tal-ILO dwar ix-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista. |
2. Introduzzjoni u kuntest
|
2.1 |
Il-garanzija u l-promozzjoni ta’ xogħol deċenti u ta’ ġustizzja soċjali huma fil-qalba tal-oqfsa regolatorji u l-politiki miftiehma b’mod tripartitiku mill-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO, fid-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fix-Xogħol adottata fl-1998 (emendata fl-2022) u mtennija fid-Dikjarazzjoni taċ-Ċentinarju tal-ILO għall-Futur tax-Xogħol (2019). Bl-istess mod, li jiġi żgurat li x-xogħol deċenti jsir in-norma madwar id-dinja huwa essenzjali fl-impenji adottati mill-komunità internazzjonali kollha fil-qafas tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tal-Aġenda 2030, speċjalment, iżda mhux biss, fl-Għan 8. Dan l-għan jippromovi tkabbir ekonomiku sostnut, inklużiv u sostenibbli li joħloq impjieg produttiv u xogħol deċenti għal kulħadd. |
|
2.2 |
Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li din l-istrateġija tad-difiża u tal-promozzjoni tax-xogħol deċenti fid-dinja kollha mhux biss hija xierqa, iżda wkoll neċessarja, fi ħdan il-mudell ta’ rkupru sostenibbli stabbilit u ffinanzjat bħala parti minn Next Generation EU. Iċ-ċifri pprovduti mill-Kummissjoni u mill-ILO wrew li, minkejja li kien hemm titjib, ix-xogħol deċenti għadu mhux realtà għal ħafna nies madwar id-dinja. Skont l-istimi tal-ILO, hemm 4 biljun persuna mingħajr aċċess għall-protezzjoni soċjali u 205 miljun persuna mingħajr xogħol. Wieħed minn kull għaxart itfal madwar id-dinja (160 miljun) huwa involut fi tħaddim tat-tfal u 25 miljun ruħ iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjoni ta’ xogħol furzat. Bħala medja, kważi vittma waħda minn kull erba’ vittmi ta’ xogħol furzat tiġi sfruttata barra l-pajjiż ta’ oriġini tagħha, b’differenza notevoli skont it-tip ta’ sitwazzjoni. Barra minn hekk, għalkemm is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huma aspett fundamentali tax-xogħol deċenti, skont l-ILO, aktar minn ħames ħaddiema jmutu kull minuta xi mkien fid-dinja, minħabba inċident fuq ix-xogħol jew minħabba marda okkupazzjonali. |
|
2.3 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-UE ddeċidiet li tagħti spinta ġdida lil mudell ta’ rkupru ekonomiku li jirrikonċilja l-ħolqien ta’ ġid u opportunitajiet ta’ impjieg madwar id-dinja mal-garanzija u mal-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, ix-xogħol deċenti u l-ambjent. Il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kontribut tal-UE għall-multilateraliżmu abbażi tar-regoli enfasizzat id-diffikultajiet biex isir progress lejn dawn l-objettivi wara l-kriżi pandemika, li sofrew in-nies, il-kumpaniji u l-Istati. Għal din ir-raġuni, hija pproponiet, sabiex isir avvanz, regolamenti, politiki u investimenti li jiggarantixxu u li jippromovu rkupru ekonomiku diġitali, ekoloġiku u inklużiv. |
|
2.4 |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ppreżentat (1) Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja għal tranżizzjoni globali ġusta u rkupru sostenibbli [COM(2022) 66 finali tat-23 ta’ Frar 2022], u (2) Proposta għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta għas-sostenibbiltà tal-kumpaniji, is-suġġett ta’ Opinjoni separata tal-KESE, Opinjoni INT/973, li għadha qiegħda titħejja. |
|
2.5 |
Il-KESE diġà ddikjara li l-impriżi qed joperaw dejjem aktar minn naħa għal oħra tal-fruntieri. Kumpaniji multinazzjonali bil-ktajjen ta’ provvista globali tagħhom, huma l-atturi ewlenin, u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jirrappreżentaw numru dejjem akbar minnhom. Il-KESE qed jipproponi inizjattivi politiċi u regolatorji biex titjieb is-sostenibbiltà, jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u jiġi promoss ix-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-valur tan-negozju (2). |
|
2.6 |
Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza ta’ strumenti bbażati fuq ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) għall-kisba ta’ żvilupp ġust, peress li s-CSR tinkoraġġixxi bidliet pożittivi fl-imġiba lejn is-sostenibbiltà ambjentali u soċjali. Madankollu, il-Kumitat innota wkoll il-ħtieġa għal titjib. Għalhekk, huwa jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jiżguraw implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-istrumenti internazzjonali eżistenti għal tkabbir u rkupru sostenibbli, ġust u reżiljenti wara l-COVID-19, b’xogħol deċenti fil-qalba tiegħu. Il-KESE appella kemm għall-appoġġ tal-UE għal trattat vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem (3), kif ukoll għal konvenzjoni tal-ILO dwar ix-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista. Il-KESE esprima wkoll l-appoġġ tiegħu għal qafas obbligatorju Komunitarju effettiv u koerenti dwar id-diliġenza dovuta u r-responsabbiltà korporattiva, ibbażat fuq djalogu soċjali mal-imsieħba soċjali u fuq approċċ b’diversi partijiet interessati. |
|
2.7 |
Il-KESE jirrikonoxxi l-benefiċċji ta’ qafas regolatorju tal-UE armonizzat dwar diliġenza dovuta u sostenibbiltà. Fost vantaġġi oħrajn, dan jirrikjedi l-kompetizzjoni ġusta mill-kumpaniji kollha, inklużi dawk mill-pajjiżi mhux tal-UE li joperaw fl-UE, għax huma soġġetti għal kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, u joffri ċertezza legali akbar. Dan il-qafas regolatorju armonizzat se jagħmilha iktar faċli għall-kumpaniji u l-ħaddiema biex jibdlu għal ekonomija newtrali għall-klima f’kundizzjonijiet ta’ ġustizzja soċjali u tax-xogħol għall-ktajjen globali kollha. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda qafas regolatorju tal-UE koerenti u bbilanċjat fil-qasam tad-diliġenza dovuta tan-negozju: effiċjenti u proporzjonat. |
|
2.8 |
Il-KESE huwa konxju bis-sħiħ mill-ħtieġa urġenti li jiġi implimentat mekkaniżmu ta’ rkupru finanzjarju wara l-pandemija fl-Istati Membri kollha u li jiġu appoġġjati l-proċessi kollha ta’ rkupru wara l-pandemija fuq livell globali, kif ukoll tad-diversi tranżizzjonijiet lejn ekonomija ekoloġika (newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ċirkolari) u innovattiva (diġitali), f’kundizzjonijiet komprensivi ta’ sostenibbiltà, soċjali u ambjentali, fil-qafas ta’ djalogu soċjali mal-imsieħba soċjali u mudelli ta’ governanza tripartitika. Dan huwa dak li l-KESE jittama li jara fil-Komunikazzjoni u r-rakkomandazzjoni l-ġdida dwar il-futur tad-djalogu soċjali. |
|
2.9 |
Il-KESE jieħu nota tal-investigazzjonijiet imwettqa minn osservaturi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Internazzjonali (l-Indiċi tad-Drittijiet Globali), li jikkonfermaw li n-nuqqas ta’ garanziji tad-drittijiet tal-bniedem (inklużi garanziji għad-drittijiet individwali u kollettivi tal-ħaddiema), u n-nuqqas ta’ konformità ambjentali, qed ikomplu jiżdiedu fid-dinja kollha. Il-pandemija aggravat biss is-sitwazzjoni f’diversi pajjiżi tad-dinja fejn il-kundizzjonijiet tal-għajxien prekarji u abbużivi marru għall-agħar. It-tħaddim tat-tfal u x-xogħol furzat żdiedu wkoll. |
|
2.10 |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-evidenza xjentifika attwali turi li l-impriżi qed jinkorporaw dejjem aktar sistemi ta’ ġestjoni bbażati fuq is-CSR u qed jiżviluppaw il-mudelli tan-negozju tagħhom f’konformità mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-SDGs. Madankollu, bħall-Kummissjoni, il-KESE jemmen li hemm lok għal titjib. Iktar minn hekk, il-progress mhux biss kien iktar bil-mod iżda irregolari ħafna wkoll. Il-KESE huwa konvint li l-mixja lejn oqfsa armonizzati regolatorji fil-livell tal-UE, li xorta għadhom ikkomplementati minn appoġġ tekniku u gwida prattika mill-Kummissjoni, hija pożittiva, b’mod partikolari għal negozji żgħar. B’dan il-mod, l-impenji se jkunu aktar effettivi u se jkunu ta’ benefiċċju għall-impriżi li joperaw fis-suq tal-UE, u se jipprovdulhom aktar ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. |
3. Azzjonijiet ewlenin proposti mill-Kummissjoni biex jippromovu xogħol deċenti
|
3.1 |
Il-monitoraġġ tal-progress lejn xogħol deċenti ilu ta’ tħassib għall-ILO, li ilha tippromovi indikaturi biex ikejlu dan il-progress reali. Il-KESE jqis li dan huwa rilevanti għaliex il-Kummissjoni diġà ħarġet Komunikazzjoni snin ilu (4). Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex timplimenta aħjar aġenda ambizzjuża u innovattiva u biex tiżgura b’mod effettiv li dan il-progress jorbot il-kompetittività mal-ġustizzja soċjali. Il-KESE jissottolinja wkoll li x-xogħol deċenti mhuwiex biss kwistjoni ta’ impjieg u ta’ protezzjoni soċjali, iżda wkoll ta’ governanza, li għandha tinkludi djalogu soċjali mal-imsieħba soċjali fil-livelli kollha tal-katina globali u fl-istadji kollha tal-proċessi produttivi. |
|
3.2 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-UE tkompli tippromovi l-aġenda tagħha stess biex toħloq komunità tax-xogħol li twassal għall-kisba reali tal-elementi kollha li jiffurmaw il-kunċett universali ta’ xogħol deċenti tal-ILO u li hija xi ħaġa aktar minn sempliċi dikjarazzjoni formali. Din il-viżjoni hija konsistenti mal-inklużjoni tal-komponenti kollha tal-istandard internazzjonali tax-xogħol deċenti fid-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-1998 dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol (5). |
|
3.3 |
Il-KESE jqis li huwa inaċċettabbli li x-xogħol deċenti għadu realtà mbiegħda għal mijiet ta’ miljuni ta’ nies madwar id-dinja, li jagħmilha diffiċli għall-komunità internazzjonali biex tilħaq l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli (SDGs) stabbiliti fl-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti. Filwaqt li l-SDGs huma inkorporati fil-kunċett ta’ xogħol deċenti, is-sensiela reċenti ta’ kriżijiet, flimkien mal-isfidi ekonomiċi u soċjali enormi ta’ żminijietna, jheddu x-xogħol deċenti għal kulħadd ta’ kuljum (SDG 8 u oħrajn relatati). |
|
3.4 |
L-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat hija fil-qalba ta’ dawn l-isforzi. In-numru ta’ minuri f’sitwazzjonijiet ta’ tħaddim tat-tfal żdied b’iktar minn tmien miljuni bejn l-2016 u l-2020, b’inverżjoni tat-tendenza preċedenti ta’ tnaqqis. Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu żviluppati miżuri legali u mhux legali ġodda u aktar effettivi fil-politika ta’ tolleranza żero għat-tħaddim tat-tfal, inkluża projbizzjoni fuq prodotti manifatturati jew distribwiti permezz ta’ xogħol furzat jew tħaddim tat-tfal li jkunu introdotti fis-suq tal-UE. F’dan ir-rigward, il-KESE jqis li hemm bżonn li l-qafas il-ġdid jiġi kkomplementat b’valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi differenti. Il-KESE jappella wkoll biex il-politika kummerċjali l-ġdida tal-UE tiġi intensifikata u tkun waħda mill-ixprunaturi tat-tkabbir ekonomiku, b’tali mod li jiġi ssodisfat l-impenn li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem internazzjonali, l-istrumenti tagħhom u l-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal u x-xogħol furzat tul il-katina tal-provvista. B’dan il-mod, il-miżuri l-ġodda se jkunu armonizzati ma’ mudell ta’ rkupru ekonomiku u kompetittività globali u inklużiva. |
|
3.5 |
Il-KESE jilqa’ kemm il-Proposta għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta obbligatorja kif ukoll il-garanziji legali ġodda għal ġlieda aktar effettiva kontra x-xogħol furzat u kontra t-tħaddim tat-tfal fil-katina tal-valur globali kollha. Il-KESE jaqbel mal-perspettiva tal-Kummissjoni li l-awtoritajiet waħedhom mhumiex kapaċi jirbħu l-battalja kontra x-xogħol furzat. Il-KESE jilqa’ wkoll il-fatt li l-Parlament Ewropew adotta r-Riżoluzzjoni dwar strument kummerċjali ġdid biex jiġu pprojbiti l-prodotti magħmula bix-xogħol furzat (6). Bosta kumpaniji privatidiġà jimpenjaw ruħhom li jilħqu dawn l-objettivi, iżda jeħtieġ li jmorru lil hinn, f’konformità mal-Proposta għal Direttiva dwar ir-rappurtar tas-sostenibbiltà korporattiva, li għandha tippromovi dan il-qafas koerenti tal-UE biex ikun effettiv u proporzjonat biex tittejjeb il-kompetittività. |
|
3.6 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qed tippromovi l-użu ta’ qafas legali koerenti tal-UE u politika ta’ akkwist pubbliku soċjalment responsabbli bħala għodod b’saħħithom għall-ġlieda favur xogħol deċenti u kontra x-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal. Madankollu, il-KESE jqis li sabiex nimxu f’din id-direzzjoni, hija meħtieġa applikazzjoni aktar effettiva tal-qafas regolatorju biex tiżdied l-effettività reali tal-klawżoli soċjali u ambjentali, kemm fl-akkwist pubbliku fl-UE kif ukoll fil-kummerċ ġust. |
|
3.7 |
Il-KESE jilqa’ l-Proposta għal Regolament tal-UE ġdid dwar is-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi (ir-Regolament SĠP) biex jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi bi dħul baxx għall-2024-2034. Il-KESE jilqa’ b’mod pożittiv il-fatt li s-SĠP l-ġdida żżid l-opportunitajiet tal-UE li tuża l-preferenzi kummerċjali għall-ħolqien ta’ opportunitajiet ekonomiċi u għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli b’rabta mal-istandard tax-xogħol deċenti. L-inkorporazzjoni ta’ ftehimiet ta’ governanza, bħal dawk dwar il-konsultazzjoni tripartitika, se ttejjeb ir-rwol ta’ djalogu soċjali mal-imsieħba soċjali. |
|
3.8 |
Il-KESE jieħu nota tal-impenn, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ azzjoni 2, biex ix-xogħol deċenti jiġi ttrattat bħala prijorità tal-NDICI ġdid – l-Ewropa Globali (7). Dan il-programm dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija jipprevedi azzjonijiet speċifiċi biex jippromovi xogħol deċenti għal kulħadd, partikolarment fil-livelli nazzjonali u reġjonali, inkluża l-ġlieda kontra x-xogħol furzat u kontra t-tħaddim tat-tfal. Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-azzjonijiet il-ġodda tal-NDICI – Ewropa Globali jinkludu l-promozzjoni tad-djalogu soċjali u awtonomija akbar tal-imsieħba soċjali, kif ukoll djalogu mal-pajjiżi msieħba li jgħinu biex jirratifikaw u jimplimentaw b’mod effettiv il-konvenzjonijiet tal-ILO, b’mod partikolari l-konvenzjonijiet fundamentali u ta’ governanza. |
4. Kummenti ġenerali
|
4.1 |
Il-KESE jaqsam l-istess tħassib tal-ILO li l-kumpaniji u l-ħaddiema l-iktar affettwati mis-sensiela ta’ kriżijiet li bdew fl-2009 jibbenefikaw inqas minn kundizzjonijiet imtejba, kemm ekonomiċi u teknoloġiċi, għax l-isforzi ta’ rkupru jiffavorixxu ċerti setturi tas-suq ekonomiċi u tax-xogħol, filwaqt li oħrajn ma jiġux ikkunsidrati. |
|
4.2 |
Il-KESE jtenni li l-protezzjoni tax-xogħol deċenti madwar id-dinja hija rekwiżit tar-rispett dovut għad-dinjità tal-bniedem u għalhekk iqis li din il-Proposta hija pass importanti fir-rispett u fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-impriżi u jittama li se tipprovdi spinta sinifikanti għal aktar progress. |
|
4.3 |
Madankollu, iqis li għad hemm ħafna nuqqasijiet u kunċetti legali mhux ċari li huma miftuħa għall-interpretazzjoni, li l-awtoritajiet nazzjonali u l-qrati jistgħu japplikaw b’mod differenti, u dan jiġġenera inċertezza legali kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-impriżi. Pereżempju, l-użu ta’ kunċetti vagi bħal “relazzjoni kummerċjali stabbilita” jew sempliċi “assigurazzjonijiet kuntrattwali ta’ konformità mal-kodiċi ta’ kondotta” jipperikola l-effettività tad-Direttiva. Il-KESE jipproponi lill-Kummissjoni li, minn naħa, tiċċara b’mod rigoruż dawn il-kunċetti legali, inklużi n-nuqqasijiet tar-reġim ta’ responsabbiltà ċivili ppjanat, u, min-naħa l-oħra, tintegra modi għar-rappreżentanza tal-unjoni tal-impriżi fil-livell adatt biex tagħmel il-konformità tagħhom aktar effettiva. |
|
4.4 |
Il-KESE jieħu nota tal-approċċ tal-involviment tal-partijiet interessati li jifforma l-bażi tal-Proposta kollha. Il-parteċipazzjoni effettiva tat-trade unions u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema hija fattur ta’ suċċess. Madankollu, il-Kumitat jiddispjaċih li dan mhuwiex rifless biżżejjed fil-Proposta. Il-KESE jemmen li dan it-tip ta’ diskrepanza fil-protezzjoni, minħabba l-impatt kollettiv tiegħu, huwa detrimentali kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-kumpaniji. F’dan il-kuntest, l-involviment eżistenti tar-rappreżentanti organizzati tal-ħaddiema, pereżempju abbażi tal-ħidma tal-Kumitati tax-Xogħlijiet Ewropej jew tal-ftehimiet ta’ Qafas Internazzjonali, għandu joffri gwida u appoġġ adegwati għall-qafas regolatorju l-ġdid. |
|
4.5 |
Il-KESE jinnota b’sodisfazzjon l-approċċ komprensiv lejn ix-xogħol deċenti adottat mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Iqis ix-xewqa tal-konsumaturi li jiġu ffavoriti mudelli ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni ta’ oġġetti u servizzi li jirrispettaw aktar il-kundizzjonijiet tas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali. Il-Kummissjoni sabet li l-biċċa l-kbira tal-konsumaturi jippreferu modi ta’ konsum, anke fil-kummerċ elettroniku, li jagħtu preferenza lil prodotti li jirrispettaw ix-xogħol deċenti u l-bilanċ ambjentali. Konsegwentament, il-KESE jappella biex jiġi promoss dan ir-rwol soċjalment responsabbli tal-konsumaturi permezz ta’ informazzjoni u taħriġ aħjar, sabiex titjieb l-effettività tal-miżuri proposti mill-Kummissjoni biex tiggarantixxi u tippromovi xogħol deċenti fid-dinja. |
|
4.6 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni aċċettat it-talba tal-Parlament Ewropew li titressaq Proposta għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta korporattiva fil-qasam tas-sostenibbiltà (INT/973). Il-KESE jinnota li l-Proposta tal-Kummissjoni tillimita n-numru ta’ impriżi inklużi fil-Proposta għal Direttiva, u b’hekk tillimita l-ambitu tat-talba tal-Parlament Ewropew. Il-KESE jappella għal proċess ta’ djalogu bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej biex jintlaħaq ftehim dwar dan il-qafas regolatorju koerenti tal-UE, fost aspetti oħra, l-estensjoni adatta tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva futura, biex tittejjeb l-effettività tagħha, anke f’termini ta’ kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji kollha, u biex jissolvew xi wħud min-nuqqasijiet regolatorji ppreżentati mit-test propost, sabiex l-impriżi jingħataw ċertezza legali akbar. |
5. Kummenti speċifiċi
|
5.1 |
Il-KESE jieħu nota tal-isforz propost mill-Kummissjoni fl-UE biex tuża kull strument, politika u riżorsa fil-kompetenza tagħha (akkwist pubbliku, ftehimiet kummerċjali, politika ta’ żvilupp, politika ta’ investiment, fondi, eċċ.) biex tippromovi xogħol deċenti madwar id-dinja. Il-KESE jappella, b’mod partikolari, għal żvilupp u implimentazzjoni aktar effettivi tas-sett ta’ strumenti mmirati lejn il-garanzija u l-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u r-ratifika tal-istandards internazzjonali tax-xogħol, inklużi r-riformi meħtieġa biex jappoġġjaw l-irkupru tal-ekonomija, il-kompetittività tal-impriżi Ewropej u l-kapaċità tagħhom li joħolqu impjiegi deċenti fid-dinja. |
|
5.2 |
Il-KESE jinnota li l-Proposta għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta fl-impriżi sostenibbli tagħti valur kbir lit-tekniki tas-CSR, bħall-kodiċi ta’ kondotta unilaterali. Dawn l-istrumenti ma jqisux il-pożizzjoni tal-ħaddiema. Il-KESE jqis li huwa opportun li jiġu inklużi wkoll tekniki ta’ governanza kollettiva biex jiġu promossi mezzi utli għall-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fl-elaborazzjoni u fil-monitoraġġ tal-impenji ta’ xogħol deċenti tul il-katina tal-valur. Kif muri fil-punt 4.4, il-Ftehimiet ta’ Qafas Internazzjonali għandhom joffru gwida u appoġġ adegwati. |
|
5.3 |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-bżonn għal aktar miżuri u miżuri aħjar għall-ġlieda effettiva kontra x-xogħol furzat. Għal dan il-għan, il-KESE jappoġġja lill-Kummissjoni biex timplimenta malajr kemm jista’ jkun projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-swieq tal-UE ta’ prodotti (kemm domestiċi kif ukoll importati) li jkunu ġew manifatturati permezz ta’ xogħol furzat, inkluż permezz tat-tħaddim tat-tfal. Fl-istess ħin, il-KESE jirrakkomanda analiżi tal-miżuri differenti u valutazzjoni sħiħa tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tax-xenarji differenti. Din il-projbizzjoni trid tkun konsistenti kemm mal-kundizzjonijiet tal-kummerċ ġust kif ukoll mal-impenji tal-UE, mal-politika kummerċjali komuni u mal-kompetittività globali tal-Ewropa. |
|
5.4 |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li huma meħtieġa miżuri addizzjonali biex jiġi miġġieled b’mod effettiv it-tħaddim tat-tfal, minħabba l-kumplessità kbira tal-fatturi li jikkawżawh (inklużi diffikultajiet finanzjarji, nuqqas ta’ opportunitajiet edukattivi aħjar, drawwiet lokali dwar ir-rwol tat-tfal fis-soċjetà, eċċ.). Fl-istess ħin, il-KESE jappella għall-applikazzjoni konsistenti u l-infurzar tal-għodda internazzjonali eżistenti. Għalhekk, biex jinqered it-tħaddim tat-tfal, huwa meħtieġ approċċ komprensiv (olistiku) għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, ibbażat fuq l-istandard ta’ xogħol deċenti: riżorsi għal edukazzjoni ta’ kwalità tajba, introjtu u protezzjoni soċjali adegwati għal kulħadd. |
|
5.5 |
Il-KESE jagħti wkoll importanza partikolari lir-reviżjoni tad-Direttiva tal-UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin (8), li tobbliga lill-Istati Membri jipprojbixxuh bil-liġi, bl-objettiv miżjud li jkun hemm protezzjoni kontra x-xogħol furzat (li jaffettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa u l-bniet, u partikolarment immigranti, fost gruppi oħrajn aktar vulnerabbli). Il-KESE diġà esprima s-sodisfazzjon tiegħu bl-approċċ komprensiv u integrat għall-protezzjoni tal-persuni vittmi tat-traffikar tal-bnedmin (9). |
|
5.6 |
Il-KESE jenfasizza r-rilevanza tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej [COM/2021/391 final], bil-għan li jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal tas-suq uniku u tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali biex jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni b’konformità mal-Artikolu 2(1)(c) tal-Ftehim ta’ Pariġi tal-2016 dwar it-tibdil fil-klima u l-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-KESE mill-bidu nett argumenta li l-Patt Ekoloġiku jista’ u se jkun ta’ suċċess biss jekk ikun ukoll patt soċjali li jitlob li l-kunċett ta’ “investiment soċjali” jiġi definit b’mod aktar preċiż sabiex joffri aktar ċertezza legali lis-swieq u lill-impriżi (10). |
|
5.7 |
Il-KESE jappoġġja l-ħidma tal-Kummissjoni għal Regolament ġdid tal-UE dwar is-Sistema ta’ Preferenzi Ġeneralizzati (Regolament SPĠ) għall-perjodu 2024-2034. Il-KESE jinnota li l-Kummissjoni żiedet l-appoġġ tagħha għall-promozzjoni tal-konformità mal-istandards internazzjonali tax-xogħol fil-pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ, billi żiedet żewġ konvenzjonijiet ġodda dwar id-drittijiet tax-xogħol (il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 81 dwar l-ispezzjoni tax-xogħol u l-Konvenzjoni Nru 144 dwar il-konsultazzjoni tripartitika) u jirrikonoxxi li l-esportazzjoni ta’ oġġetti manifatturati b’xogħol tat-tfal u b’xogħol furzat hija kawża għall-irtirar tal-preferenzi kummerċjali. Il-KESE jirrakkomanda li l-abbozz ta’ Regolament SPĠ għall-2024-2034 jinkludi d-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-1998, u l-emenda tagħha tal-2022. |
|
5.8 |
Barra minn hekk, il-KESE jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tappoġġja r-riforma tad-WTO sabiex tkompli tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli, tintegra d-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni u tippromovi ftehimiet fid-WTO li jippromovu xogħol deċenti u ġustizzja soċjali. Il-KESE jispera li jinkiseb bilanċ adatt bejn l-objettivi soċjali u dawk biex titjieb il-kompetittività ekonomika dinjija fil-proċessi ta’ negozjar miftuħ. |
|
5.9 |
Il-KESE jilqa’ l-proposta li jiġu inklużi mekkaniżmi biex jiġi vvalutat u mmonitorjat il-grad ta’ konformità mad-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta, inkluż Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji biex jgħin fl-implimentazzjoni tagħha. Madankollu, il-KESE jinnota bi tħassib li l-ewwel nett, il-mandat (ġuriżdizzjoni) ta’ dan il-korp superviżorju mhuwiex definit b’mod ċar u, it-tieni, li dawn il-mekkaniżmi ma jipprevedux djalogu soċjali mal-imsieħba soċjali. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi b’mod ċar mekkaniżmi bħal dawn fit-test leġiżlattiv propost. |
Brussell, it-22 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2022-0245_MT.html
(2) Opinjoni tal-KESE dwar Ktajjen tal-provvista sostenibbli u xogħol deċenti fil-kummerċ internazzjonali, 2020/02161: (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 197).
(3) Il-KESE diġà indirizza din il-kwistjoni fid-dettall fl-Opinjoni dwar Trattat vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem (ĠU C 97, 24.3.2020, p. 9).
(4) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52006DC0249
(5) www.ilo.org/dyn/normlex/en/f?p=1000:62:0::NO:62:P62_LIST_ENTRIE_ID:2453911:NO.
(6) https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2022-0245_MT.html
(7) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX%3A32021R0947
(8) Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).
(9) ĠU C 51, 17.2.2011, p. 50.
(10) Il-KESE qed iħejji Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar is-suġġett: ECO/581 dwar “Tassonomija soċjali – Sfidi u opportunitajiet” (Ara paġna 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew tal-inqas kwart tal-voti mixħuta (Artikolu 43(2) tar-Regoli ta’ Proċedura):
|
EMENDA 3 SOC/727 Xogħol deċenti madwar id-dinja Punt 2.6 Ibdel it-test kif ġej: |
Imressqa minn: BLIJLEVENS René GERSTEIN Antje Sabine KONTKANEN Mira-Maria MINCHEVA Mariya MURESAN Marinel Dănuț POTTIER Jean-Michel |
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza ta’ strumenti bbażati fuq ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) għall-kisba ta’ żvilupp ġust, peress li s-CSR tinkoraġġixxi bidliet pożittivi fl-imġiba lejn is-sostenibbiltà ambjentali u soċjali. Madankollu, il-Kumitat innota wkoll il-ħtieġa għal titjib. Għalhekk, huwa jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jiżguraw implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-istrumenti internazzjonali eżistenti għal tkabbir u rkupru sostenibbli, ġust u reżiljenti wara l-COVID-19, b’xogħol deċenti fil-qalba tiegħu. Il-KESE appella kemm għall-appoġġ tal-UE għal trattat vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem (1) kif ukoll li jiġi kkunsidrat li tiġi stabbilita konvenzjoni tal -ILO dwar ix-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista. Il-KESE esprima wkoll l-appoġġ tiegħu għal qafas obbligatorju Komunitarju effettiv u koerenti dwar id-diliġenza dovuta u r-responsabbiltà korporattiva, ibbażat fuq djalogu soċjali mal-imsieħba soċjali u fuq approċċ b’diversi partijiet interessati. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza ta’ strumenti bbażati fuq ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) għall-kisba ta’ żvilupp ġust, peress li s-CSR tinkoraġġixxi bidliet pożittivi fl-imġiba lejn is-sostenibbiltà ambjentali u soċjali. Madankollu, il-Kumitat innota wkoll il-ħtieġa għal titjib. Għalhekk, huwa jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jiżguraw implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-istrumenti internazzjonali eżistenti għal tkabbir u rkupru sostenibbli, ġust u reżiljenti wara l-COVID-19, b’xogħol deċenti fil-qalba tiegħu. Il-KESE appella kemm għall-appoġġ tal-UE għal trattat vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem (1) kif ukoll li l -ILO tesplora l-iżvilupp u l-adozzjoni futura ta’ kwalunkwe strument rilevanti u adatt (2) dwar ix-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista. Il-KESE esprima wkoll l-appoġġ tiegħu għal qafas obbligatorju Komunitarju effettiv u koerenti dwar id-diliġenza dovuta u r-responsabbiltà korporattiva, ibbażat fuq djalogu soċjali mal-imsieħba soċjali u fuq approċċ b’diversi partijiet interessati. |
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
65 |
|
Kontra: |
97 |
|
Astensjonijiet: |
13 |
|
EMENDA 4 SOC/727 Xogħol deċenti madwar id-dinja Punt 2.7 Ibdel it-test kif ġej: |
Imressqa minn: BLIJLEVENS René GERSTEIN Antje Sabine KONTKANEN Mira-Maria MINCHEVA Mariya MURESAN Marinel Dănuț POTTIER Jean-Michel |
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Il-KESE jirrikonoxxi l-benefiċċji ta’ qafas regolatorju tal-UE armonizzat dwar diliġenza dovuta u sostenibbiltà. Fost vantaġġi oħrajn, dan jirrikjedi l-kompetizzjoni ġusta mill-kumpaniji kollha, inklużi dawk mill-pajjiżi mhux tal-UE li joperaw fl-UE, għax huma soġġetti għal kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, u joffri ċertezza legali akbar. Dan il-qafas regolatorju armonizzat se jagħmilha iktar faċli għall-kumpaniji u l-ħaddiema biex jibdlu għal ekonomija newtrali għall-klima f’kundizzjonijiet ta’ ġustizzja soċjali u tax-xogħol għall-ktajjen globali kollha. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda qafas regolatorju tal-UE koerenti u bbilanċjat fil-qasam tad-diliġenza dovuta tan-negozju: effiċjenti u proporzjonat. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-benefiċċji ta’ qafas regolatorju tal-UE armonizzat dwar diliġenza dovuta u sostenibbiltà. Fost vantaġġi oħrajn, dan jirrikjedi l-kompetizzjoni ġusta mill-kumpaniji kollha fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu , inklużi dawk mill-pajjiżi mhux tal-UE li joperaw fl-UE, għax huma soġġetti għal kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, u joffri ċertezza legali akbar. Dan il-qafas regolatorju armonizzat se jagħmilha iktar faċli għall-kumpaniji u l-ħaddiema biex jibdlu għal ekonomija newtrali għall-klima f’kundizzjonijiet ta’ ġustizzja soċjali u tax-xogħol għall-ktajjen globali kollha. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda qafas regolatorju tal-UE koerenti u bbilanċjat fil-qasam tad-diliġenza dovuta tan-negozju: effiċjenti u proporzjonat. |
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
73 |
|
Kontra: |
100 |
|
Astensjonijiet: |
14 |
|
EMENDA 5 SOC/727 Xogħol deċenti madwar id-dinja Punt 4.6 Ibdel it-test kif ġej: |
Imressqa minn: BLIJLEVENS René GERSTEIN Antje Sabine KONTKANEN Mira-Maria MINCHEVA Mariya MURESAN Marinel Dănuț POTTIER Jean-Michel |
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni aċċettat it-talba tal-Parlament Ewropew li titressaq Proposta għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta korporattiva fil-qasam tas-sostenibbiltà (INT/973). Il-KESE jinnota li l-Proposta tal-Kummissjoni tillimita n-numru ta’ impriżi inklużi fil-Proposta għal Direttiva, u b’hekk tillimita l-ambitu tat-talba tal-Parlament Ewropew. Il-KESE jappella għal proċess ta’ djalogu bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej biex jintlaħaq ftehim dwar dan il-qafas regolatorju koerenti tal-UE, fost aspetti oħra, l-estensjoni adatta tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva futura, biex tittejjeb l-effettività tagħha, anke f’termini ta’ kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji kollha, u biex jissolvew xi wħud min-nuqqasijiet regolatorji ppreżentati mit-test propost, sabiex l-impriżi jingħataw ċertezza legali akbar. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni aċċettat it-talba tal-Parlament Ewropew li titressaq Proposta għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta korporattiva fil-qasam tas-sostenibbiltà (INT/973). Il-KESE jinnota li l-Proposta tal-Kummissjoni tillimita n-numru ta’ impriżi inklużi fil-Proposta għal Direttiva, u b’hekk tillimita l-ambitu tat-talba tal-Parlament Ewropew. Il-KESE jappella għal proċess ta’ djalogu bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej biex jintlaħaq ftehim dwar dan il-qafas regolatorju koerenti tal-UE, fost aspetti oħra, dawk li jfasslu l-politika jżommu f’moħħhom il-pożizzjoni diffiċli tal-MSMEs u jiżguraw li fil-livell Ewropew u nazzjonali jkun hemm lesti għodod ta’ appoġġ ladarba tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar id-diliġenza dovuta (1) , li għandha ttejjeb l-effettività tagħha, anke f’termini ta’ kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji kollha, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva futura u biex jissolvew xi wħud min-nuqqasijiet regolatorji ppreżentati mit-test propost, sabiex l-impriżi jingħataw ċertezza legali akbar. |
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
68 |
|
Kontra: |
97 |
|
Astensjonijiet: |
15 |
|
EMENDA 1 SOC/727 Xogħol deċenti madwar id-dinja Punt 1.7 Ibdel it-test kif ġej: |
Imressqa minn: BLIJLEVENS René GERSTEIN Antje Sabine KONTKANEN Mira-Maria MINCHEVA Mariya MURESAN Marinel Dănuț POTTIER Jean-Michel |
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Bħala parti mill-pakkett tagħha “Ekonomija Ġusta u Sostenibbli”, il-Kummissjoni ppreżentat ukoll Proposta għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva (ara l-Opinjoni INT/973). Il-KESE jqis li din il-Proposta hija pass importanti fil-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll hija d-dmir tal-impriżi u tal-maniġers tagħhom. Madankollu, iqis li għad hemm ħafna nuqqasijiet fil-Proposta (pereżempju, l-ambitu personali limitat, peress li tapplika biss direttament għal impriżi kbar, u għall-SMEs peress li tapplika biss indirettament; il-preżenza skarsa tar-rappreżentanza tal-ħaddiema) u kunċetti legali mhux ċari (pereżempju, ir-rekwiżit ta’ relazzjonijiet kummerċjali “stabbiliti”), li jistgħu jiġu applikati b’mod differenti mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-qrati, u dan joħloq inċertezza legali kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-intrapriżi. Għalhekk, il-KESE jappella għal proċess ta’ djalogu bbilanċjat bejn il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill biex jikkoreġu dawn in-nuqqasijiet u biex tittejjeb l-effettività tal-istrument regolatorju li fl-aħħar mill-aħħar jiġi approvat. |
Bħala parti mill-pakkett tagħha “Ekonomija Ġusta u Sostenibbli”, il-Kummissjoni ppreżentat ukoll Proposta għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva (ara l-Opinjoni INT/973). Il-KESE jqis li din il-Proposta hija pass importanti fil-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll hija d-dmir tal-impriżi u tal-maniġers tagħhom. Madankollu, iqis li għad hemm ħafna nuqqasijiet fil-Proposta (pereżempju, hemm il-biża’ li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, li ma jinkludux b’mod espliċitu l-MSMEs, ser jiġu estiżi de facto indirettament (1); il-preżenza skarsa tar-rappreżentanza tal-ħaddiema) u kunċetti legali mhux ċari (pereżempju, ir-rekwiżit ta’ relazzjonijiet kummerċjali “stabbiliti”), li jistgħu jiġu applikati b’mod differenti mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-qrati, u dan joħloq inċertezza legali kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-intrapriżi. Għalhekk, il-KESE jappella għal proċess ta’ djalogu bbilanċjat bejn il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill biex jikkoreġu dawn in-nuqqasijiet u biex tittejjeb l-effettività tal-istrument regolatorju li fl-aħħar mill-aħħar jiġi approvat. |
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
72 |
|
Kontra: |
107 |
|
Astensjonijiet: |
12 |
|
EMENDA 2 SOC/727 Xogħol deċenti madwar id-dinja Punt 1.12 Ibdel it-test kif ġej: |
Imressqa minn: BLIJLEVENS René GERSTEIN Antje Sabine KONTKANEN Mira-Maria MINCHEVA Mariya MURESAN Marinel Dănuț POTTIER Jean-Michel |
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Barra minn hekk, il-KESE jappella għall-appoġġ tal-UE għal trattat vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll li tiġi kkunsidrata konvenzjoni tal -ILO dwar ix-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista. |
Barra minn hekk, Il-KESE jappella għall-appoġġ tal-UE għal trattat vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll li l -ILO tesplora l-iżvilupp u l-adozzjoni futura ta’ kwalunkwe strument rilevanti u adatt (1) dwar ix-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista. |
Riżultat tal-votazzjoni: Ma saritx votazzjoni dwar din l-AMP peress li hija preċiżament l-istess bħall-punt 2.6 hawn fuq.
|
Favur: |
mhux applikabbli |
|
Kontra: |
mhux applikabbli |
|
Astensjonijiet: |
mhux applikabbli |
(1) Il-KESE diġà indirizza din il-kwistjoni fid-dettall fl-Opinjoni REX/518: Trattat vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem: https://webapi2016.EESC.europa.eu/v1/documents/eesc-2019-01278-00-01-ac-tra-mt.docx/content
(1) Il-KESE diġà indirizza din il-kwistjoni fid-dettall fl-Opinjoni REX/518: Trattat vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem: https://webapi2016.EESC.europa.eu/v1/documents/eesc-2019-01278-00-01-ac-tra-mt.docx/content
(2) REX/462 Xogħol diċenti fil-ktajjen tal-provvista globali, punt 1.9 https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/decent-work-global-supply-chains-own-initiative-opinion
(1) INT/973 Governanza korporattiva sostenibbli (https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/sustainable-corporate-governance), punt 1.6
(1) INT/973 Governanza korporattiva sostenibbli (https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/sustainable-corporate-governance), punt 4.9 .
(1) REX/462 Xogħol diċenti fil-ktajjen tal-provvista globali, punt 1.9 https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/decent-work-global-supply-chains-own-initiative-opinion .
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/161 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri”
[COM(2022) 241 final]
(2022/C 486/22)
|
Relatur: |
Mariya MINCHEVA |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 14.6.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
6.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
22.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
146/0/2 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jqis li l-linji gwida proposti għall-politiki tal-impjieg tal-Istati Membri huma adatti u jindirizzaw l-aktar kwistjonijiet urġenti fis-suq tax-xogħol. |
|
1.2 |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni ġeopolitika attwali li qed issir dejjem aktar inċerta. L-impatt tagħha fuq id-domanda futura hija mistennija li taffettwa d-deċiżjonijiet ta’ investiment u s-sigurtà tal-impjiegi tal-kumpaniji u li toħloq dewmien għall-introduzzjoni ta’ pjani ta’ investiment kemm mis-settur privat kif ukoll minn dak pubbliku. Bl-inflazzjoni għolja u prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew u li qed ikollhom impatt serju fuq il-kapaċità tal-akkwist, flimkien mar-reċessjoni mistennija, huwa saħansitra aktar meħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm bażi kompetittiva għal investimenti sostenibbli. L-Istati Membri għandhom jaħdmu lejn suq uniku verament integrat u jgħinu lill-SMEs jespandu. |
|
1.3 |
F’dawn iż-żminijiet ta’ taqlib, għandhom jittieħdu passi biex jissaħħu kemm ir-rwol tal-imsieħba soċjali kif ukoll l-involviment tagħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ riformi u politiki tal-impjiegi, soċjali u ekonomiċi, inkluż billi tinbena l-kapaċità tagħhom. Dan huwa importanti wkoll għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi b’rabta ma’ kwistjonijiet tal-impjieg u dawk soċjali, il-fornituri tal-edukazzjoni u tas-servizzi soċjali, l-intrapriżi soċjali u l-organizzazzjonijiet tal-assistenza soċjali jeħtieġu ambjent abilitanti biex iwasslu s-servizzi tagħhom lil gruppi vulnerabbli. |
|
1.4 |
Peress li n-nuqqas ta’ ħaddiema qed jerġa’ jiżdied, għandhom jiġu implimentati miżuri effettivi sabiex l-imsieħba soċjali jiġu mħeġġa jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-ħiliet fil-livell nazzjonali, b’azzjoni adattata għas-setturi individwali u s-sitwazzjonijiet lokali. Bit-tibdil teknoloġiku mgħaġġel u t-tranżizzjoni doppja, it-“tul ta’ ħajja” tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba preċedentement qed dejjem jonqos u l-akkwist tul il-ħajja ta’ ħiliet u kompetenzi rilevanti qed isir dejjem aktar importanti kemm għall-ħaddiema kif ukoll għan-negozji. Il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE u l-migrazzjoni legali tal-ħaddiema għandhom jiġu mħeġġa. |
|
1.5 |
Il-KESE jemmen li azzjoni kkombinata minn strumenti ta’ politika differenti u miżuri nnegozjati mill-imsieħba soċjali huma meħtieġa biex jitnaqqas il-faqar fost dawk li jaħdmu. Minbarra l-pagi deċenti, inklużi pagi minimi adegwati, dawn l-istrumenti ta’ politika jistgħu jinkludu inċentivi finanzjarji mfassla tajjeb u temporanji, akkumpanjati minn miżuri mmirati u effettivi ta’ taħriġ u titjib tal-ħiliet. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa u appoġġjati biex jimplimentawhom b’mod koordinat. |
|
1.6 |
L-appoġġ immirat huwa partikolarment importanti għall-persuni qiegħda fit-tul u/jew inattivi, peress li jżid iċ-ċans tagħhom li jidħlu jew jerġgħu lura fis-suq tax-xogħol u huwa fattur importanti fiż-żamma tal-impjiegi. Peress li l-pandemija laqtet liż-żgħażagħ b’mod partikolarment iebes, miżuri ta’ politika speċifiċi għaż-żgħażagħ, inklużivi u li jħarsu ’l quddiem huma kruċjali biex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ma jitħallewx jibqgħu lura. |
|
1.7 |
Biex titnaqqas ir-rata ta’ inattività, iridu jsiru sforzi biex dawk li jkunu tbiegħdu mis-suq tax-xogħol jerġgħu jiddaħħlu fih. Jekk ikunu regolati sew permezz ta’ leġiżlazzjoni jew negozjar kollettiv fil-livell nazzjonali, id-diversi forom ta’ xogħol, il-flessibbiltà tax-xogħol u t-telexogħol jistgħu jkunu fatturi importanti biex persuni minn gruppi vulnerabbli jkunu jistgħu jsibu xogħol. Is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi jenħtieġ li jissaħħu, inkluż billi jiġu diġitalizzati s-servizzi tagħhom u titrawwem il-kooperazzjoni mas-servizzi privati tal-impjiegi u ma’ atturi rilevanti oħra tas-suq tax-xogħol. |
|
1.8 |
L-Istati Membri, speċjalment dawk identifikati li għandhom prestazzjoni baxxa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali, għandhom jiġu mħeġġa, anke permezz tal-użu konsistenti tar-riżorsi tal-UE, biex jiffaċilitaw qafas ta’ abilitazzjoni għall-impjegaturi biex jimpjegaw persuni b’diżabilità jew jattivaw opportunitajiet għal xogħol indipendenti fejn possibbli. L-entitajiet tal-ekonomija soċjali huma kruċjali biex jappoġġjaw u jimplimentaw proġetti ta’ impjieg f’dan ir-rigward. |
|
1.9 |
Il-miżuri biex titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi għadhom importanti u l-kawżi ewlenin ta’ din il-kwistjoni għandhom jiġu indirizzati. Il-Proposta għal Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi, li bħalissa qed tiġi diskussa, għandha ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali bejn l-irġiel u n-nisa għal xogħol tal-istess valur, bħala wieħed mill-miżuri biex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, filwaqt li xorta jkun hemm sensittività għat-tħassib dwar piżijiet addizzjonali fuq il-kumpaniji, speċjalment l-SMEs. |
|
1.10 |
B’popolazzjoni li qed tixjieħ, żieda fl-istennija tal-għomor u forza tax-xogħol li qed tonqos, l-isfidi marbuta mas-sigurtà soċjali u s-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri jeħtieġu kunsiderazzjoni bir-reqqa sabiex tinżamm l-adegwatezza u s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tal-pensjonijiet. Hija meħtieġa azzjoni biex il-forza tax-xogħol tikber permezz ta’ swieq tax-xogħol aktar inklużivi, inkluż bl-attivazzjoni ta’ gruppi li bħalissa huma esklużi jew sottorappreżentati fis-suq tax-xogħol. |
|
1.11 |
Ladarba d-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja saret effettiva, l-Istati Membri aġixxew malajr biex jadattaw l-oqfsa regolatorji nazzjonali tagħhom ħalli jkunu jistgħu jappoġġjaw lir-refuġjati Ukreni u liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgħixu fl-Ukrajna li ħarbu lejn l-Ewropa minħabba l-gwerra. Kwalunkwe ostaklu jeħtieġ li jiġi indirizzat. |
2. Kummenti ġenerali u kuntest
|
2.1 |
Matul iċ-ċiklu tiegħu tal-2022, is-Semestru Ewropew reġa’ beda l-koordinazzjoni wiesgħa tiegħu tal-politika ekonomika u tal-impjiegi, filwaqt li kompla jadatta f’konformità mar-rekwiżiti ta’ implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Ir-rapporti tal-pajjiżi ppubblikati f’Mejju 2022 (1) jinkludu valutazzjoni tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu li jistabbilixxi miri u indikaturi soċjali li huma parti integrali mis-Semestru u mill-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-link għat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali tipprovdi analiżi mmirata tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż ġew semplifikati. |
|
2.2 |
Fl-2021, il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1512 inżammu mingħajr ebda tibdil. Fl-2022, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet għadd ta’ emendi, li jirriflettu inizjattivi ta’ politika reċenti u jżidu elementi ġodda b’rabta mal-invażjoni Russa tal-Ukrajna. Il-KESE jilqa’ l-enfasi tal-Kummissjoni fuq l-ambjent ta’ wara l-COVID li għandu l-għan li jiżgura tkabbir sostenibbli. |
|
2.3 |
Il-gwerra fl-Ukrajna aggravat l-interruzzjonijiet fil-provvista u żiedet l-inċertezza. L-ekonomija tal-UE hija wkoll esposta b’mod indirett għas-sitwazzjoni tas-saħħa relatata mal-COVID f’reġjuni oħrajn. Il-perspettiva ekonomika fl-UE tantiċipa tkabbir aktar baxx u inflazzjoni ogħla, speċjalment għall-2022 (2). Ir-rati għoljin ta’ inflazzjoni u ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-gass qed ipoġġu aktar pressjoni fuq il-kumpaniji (u l-kompetittività tagħhom) u l-unitajiet domestiċi (u l-kapaċità tal-akkwist tagħhom). Inevitabbilment, dan se jaffettwa l-kapaċità ta’ xi kumpaniji li joħolqu impjiegi ġodda u se jkun ta’ sfida għas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali fix-xhur li ġejjin, u ser ikunu meħtieġa politiki mmirati biex jappoġġjaw it-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol. |
|
2.4 |
Filwaqt li jimmiraw li jiżguraw l-inklużività u l-ġustizzja, il-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi għandhom jirriflettu wkoll l-iżviluppi ekonomiċi u soċjali. L-impatt tal-politiki tas-suq tax-xogħol għandu jiġi vvalutat bir-reqqa sabiex jistimola rkupru sostenibbli aktar milli rati ta’ impjieg imnaqqsa, impjiegi ta’ kwalità aktar baxxa u kapaċità tal-akkwist imnaqqsa għall-individwi. In-nuqqas ta’ ħaddiema u ħiliet għandu jingħata aktar attenzjoni, u jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti rakkomandazzjonijiet ta’ politika u inizjattivi speċifiċi f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. |
3. Kummenti speċifiċi
3.1 Linja gwida 5: Nagħtu spinta lid-domanda għax-xogħol
|
3.1.1 |
It-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u l-parteċipazzjoni fl-impjiegi (inklużi persuni akbar fl-età u żgħażagħ, nisa, persuni aktar ’il bogħod mis-suq tax-xogħol, persuni inattivi, eċċ.) jibqgħu sfidi ekonomiċi u soċjali ewlenin fl-Ewropa. Biex dawn jiġu indirizzati, trid tiġi żgurata bażi kompetittiva għall-investimenti, li tisfrutta l-potenzjal tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. Il-KESE jaqbel li l-Kummissjoni Ewropea tinkoraġġixxi lill-Istati Membri joħolqu ambjent tan-negozju li jkun kapaċi jrawwem intraprenditorija responsabbli u impjieg indipendenti ġenwin, inaqqas il-burokrazija, jaħdem lejn suq uniku verament integrat u li jiffunzjona tajjeb u jgħin lill-SMEs jespandu. Il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa li l-mikrointrapriżi jibqgħu koperti mil-Linja Gwida 5. |
|
3.1.2 |
It-tisħiħ tad-domanda għax-xogħol madwar l-UE jista’ jsir billi jiżdiedu l-investimenti, speċjalment dawk produttivi, f’setturi ewlenin tal-ekonomija; l-indirizzar tal-impatt ta’ piż tat-taxxi fuq ix-xogħol fejn meħtieġ, mingħajr ma tiddgħajjef il-protezzjoni soċjali u jiġi żgurat id-dħul għas-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali; it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa u l-ekonomija informali; id-disponibbiltà ta’ forom differenti ta’ xogħol, irregolati mil-leġiżlazzjoni jew in-negozjar kollettiv, għall-impjegaturi u l-ħaddiema, filwaqt li ssir ħidma biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol f’forom ġodda ta’ xogħol sabiex ikunu attraenti għall-ħaddiema. |
|
3.1.3 |
Is-sitwazzjoni ġeopolitika dejjem aktar inċerta, flimkien mal-impatt tagħha fuq id-domanda futura, huma mistennija li jaffettwaw id-deċiżjonijiet ta’ investiment u s-sigurtà tal-impjiegi tal-kumpaniji u li joħolqu dewmien għall-introduzzjoni ta’ pjani ta’ investiment kemm mis-settur privat kif ukoll minn dak pubbliku. Minħabba l-inflazzjoni, ir-rati ta’ tkabbir qed jonqsu u l-pagi reali huma mistennija li jonqsu, qabel ma jiżdiedu b’mod moderat is-sena d-dieħla. Il-KESE jieħu nota tal-fehma tal-Kummissjoni li f’xi setturi t-tħassib dwar is-sigurtà tax-xogħol, aktar milli ż-żidiet fil-pagi, x’aktarx se jkompli jiddetta l-ftehimiet dwar il-pagi (3). L-inflazzjoni tagħmel pressjoni fuq iż-żidiet fil-pagi u l-kapaċità tal-akkwist. Sabiex jiġi evitat spiral perikoluż ħafna fil-prezz tal-pagi u tiżdied il-produttività, huwa kruċjali li jkun hemm spazju għall-imsieħba soċjali biex itejbu l-kopertura u l-prattiki tan-negozjar kollettiv fil-livell settorjali u tal-kumpaniji, fejn jistgħu jittieħdu azzjonijiet konkreti. |
|
3.1.4 |
Fl-istess ħin, huma meħtieġa miżuri strutturali tas-suq tax-xogħol sabiex jinħolqu opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità tajba. Il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE u l-migrazzjoni legali tal-ħaddiema għandhom jiġu mħeġġa. Il-KESE jistenna li l-pakkett tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2022 dwar Migrazzjoni legali – Nattiraw il-ħiliet u t-talent lejn l-UE ser jipprovdi appoġġ importanti għas-suq tax-xogħol tal-UE. |
|
3.1.5 |
Il-KESE jilqa’ kemm l-enfasi fuq l-ekonomija ċirkolari bħala s-settur b’potenzjal ta’ ħolqien ta’ impjiegi kif ukoll l-appoġġ għal setturi/reġjuni li huma partikolarment milquta mit-tranżizzjoni ekoloġika minħabba l-ispeċjalizzazzjoni settorjali/il-konċentrazzjoni reġjonali tagħhom ta’ tip speċifiku ta’ industrija. |
|
3.1.6 |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għar-riżoluzzjoni, adottata mill-110 Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol, dwar l-inklużjoni tal-prinċipju ta’ ambjent tax-xogħol sikur u b’saħħtu fil-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u jenfasizza l-ħtieġa kostanti li jsir investiment fil-kultura ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti, mard okkupazzjonali u riskji fuq il-post tax-xogħol. |
|
3.1.7 |
Il-KESE jqis li pagi minimi adegwati, stabbiliti bil-liġi jew permezz ta’ negozjar kollettiv, jikkostitwixxu strument siewi biex jiġi indirizzat il-faqar fost dawk li jaħdmu. Madankollu, dawn mhumiex biżżejjed waħedhom u hija meħtieġa azzjoni kkombinata minn strumenti ta’ politika differenti. Dawn l-istrumenti ta’ politika jistgħu jinkludu inċentivi finanzjarji mfassla tajjeb u temporanji, ir-riformulazzjoni tal-effett ridistributtiv tas-sistema tat-taxxa, fejn meħtieġ, eċċ. L-istrumenti finanzjarji jenħtieġ li jiġu kkombinati ma’ miżuri mmirati u effettivi ta’ akkwist u ta’ titjib tal-ħiliet, peress li l-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet jiffaċċjaw riskju ogħla ta’ faqar minn dawk b’livell għoli ta’ ħiliet (19 % vs 4,9 %) (4). L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa u appoġġjati biex jimplimentawhom b’mod koordinat. |
|
3.1.8 |
L-awtonomija tal-imsieħba soċjali u l-libertà tagħhom li jinnegozjaw kollettivament fuq bażi volontarja għandhom jiġu rispettati. In-negozjar kollettiv u l-kopertura iżjed wiesa’ tiegħu tiegħu għadhom l-aħjar għodod biex jinstab il-bilanċ ġust fl-iffissar tal-pagi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġustizzja u r-rispons tal-pagi għall-iżviluppi fil-produttività, it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Fejn hemm paga minima statutorja, l-involviment effettiv tal-imsieħba soċjali huwa ugwalment importanti biex jiġu identifikati s-soluzzjonijiet ġusti biex tinkiseb konverġenza soċjoekonomika ’l fuq adattata għas-sitwazzjoni nazzjonali. Fejn il-kopertura tan-negozjar kollettiv tkun dgħajfa, l-Istati Membri għandhom iħabirku biex joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-imsieħba soċjali biex jaħdmu biex iżiduh. |
|
3.1.9 |
L-involviment tal-imsieħba soċjali wera li kien siewi ħafna matul il-kriżi tal-COVID-19. F’dawn iż-żminijiet ta’ taqlib, għandhom jittieħdu passi biex jissaħħu kemm ir-rwol tal-imsieħba soċjali kif ukoll l-involviment tagħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ riformi u politiki tal-impjiegi, soċjali u ekonomiċi, inkluż billi tinbena l-kapaċità tagħhom. Dan huwa importanti wkoll għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Għandu jitqies ukoll ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili b’rabta mal-oqsma ta’ politika rispettivi tagħhom. |
3.2 Linja gwida 6: Insaħħu l-provvista tal-ħaddiema u ntejbu l-aċċess għall-impjiegi, l-akkwiżizzjoni tal-ħiliet tul il-ħajja u l-kompetenzi
|
3.2.1 |
Il-KESE jinsab sodisfatt li t-titolu tal-linja gwida nbidel biex jinkorpora l-kunċett tat-tagħlim tul il-ħajja. Bit-tibdil teknoloġiku mgħaġġel u t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, it-“tul ta’ ħajja” tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba preċedentement qed dejjem jiqsar u l-akkwist tul il-ħajja ta’ ħiliet u kompetenzi rilevanti qed isir dejjem aktar importanti kemm għall-ħaddiema kif ukoll għan-negozji. Għalhekk huwa importanti li tiġi vvalutata r-responsabbiltà kondiviża għat-tagħlim tul il-ħajja fil-livell tal-post tax-xogħol. |
|
3.2.2 |
Il-KESE jilqa’ l-approċċ propost li joffri miżuri ta’ appoġġ komprensivi li jagħmluha aktar faċli biex jiġu ġestiti l-bidliet fis-suq tax-xogħol. L-opportunitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid (5) huma kruċjali biex l-individwi jkunu jistgħu jlaħħqu mal-bidliet fis-suq tax-xogħol, u jeħtieġ li jkunu garantiti u aċċessibbli tul il-ħajja professjonali tan-nies (il-Prinċipju 1 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali). Madankollu, in-nuqqas ta’ motivazzjoni biex wieħed jipparteċipa fit-taħriġ għadu sfida serja u għandhom jiġu esplorati soluzzjonijiet. Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-ħiliet, l-imsieħba soċjali jaqdu rwol importanti. Il-fondi għat-taħriġ għandhom rwol importanti fil-finanzjament tat-taħriġ relatat max-xogħol u l-prattiki tajba nazzjonali għandhom jiġu promossi u kondiviżi bejn l-Istati Membri (6). |
|
3.2.3 |
L-appoġġ immirat huwa partikolarment importanti għall-persuni qiegħda fit-tul u/jew inattivi, peress li jżid iċ-ċans tagħhom li jidħlu jew jerġgħu lura fis-suq tax-xogħol u huwa fattur importanti fiż-żamma tal-impjiegi. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jnaqqsu l-perjodu ta’ 18-il xahar ta’ qgħad stabbilit biex jintlaħqu l-persuni qiegħda fit-tul. Hemm ħtieġa urġenti għal miżuri mmirati biex jattiraw liż-żgħażagħ b’perkorsi ta’ karrieri professjonali. |
|
3.2.4 |
In-nuqqas ta’ ħaddiema qed jerġa’ jiżdied, wara li naqas matul il-kriżi tal-COVID-19 (7). In-nuqqas ta’ tbassir effettiv tal-ħiliet huwa kwistjoni kritika għal min iħaddem fl-UE kollha. L-investiment fit-tagħlim u l-iżvilupp tal-ħiliet għall-adulti, marbut mill-qrib mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, jista’ jkollu rwol kruċjali fl-irkupru ekonomiku u fil-bini ta’ Ewropa soċjali. |
|
3.2.5 |
Dan japplika wkoll għar-refuġjati li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna. Minbarra t-taħriġ lingwistiku, għandha tittieħed azzjoni biex jitħaffef il-proċess tar-rikonoxximent tal-kwalifiki li diġà nkisbu u li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol. Għaldaqstant, il-KESE jilqa’ l-gwida tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għas-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim għall-adulti għall-persuni li qed jaħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (8). |
|
3.2.6 |
L-investimenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva RePowerEU se jkunu marbuta mill-qrib mal-ħtieġa għal forza tax-xogħol imħarrġa. Fir-rigward tal-kontijiet individwali tal-apprendiment (9), il-KESE jtenni l-fehma tiegħu li d-deċiżjoni dwar jekk kont individwali tal-apprendiment għandux jiġi adottat jew le bħala wieħed mill-mekkaniżmi għall-għoti u l-finanzjament tat-taħriġ għandha tibqa’ kwistjoni għalkollox f’idejn l-Istati Membri. Fi kwalunkwe każ, kont individwali tal-apprendiment irid jappoġġja l-aċċess għal korsijiet ta’ taħriġ rikonoxxuti u vvalidati. Ir-rwol tal-imsieħba soċjali fit-tfassil u/jew fil-ġestjoni tal-fondi ta’ taħriġ rilevanti huwa importanti ħafna. |
|
3.2.7 |
Il-KESE jaqbel li għandhom isiru sforzi biex jiżdied il-livell globali tal-kwalifiki fl-Istati Membri kollha. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-bidu tal-proċess ta’ tagħlim iżda wkoll matul il-ħajja professjonali kollha tan-nies. Kif indikat ġustament fir-Rapport konġunt dwar l-Impjiegi għall-2022 (10), ix-xejra pożittiva ta’ tnaqqis fil-proporzjon ta’ dawk li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien naqset, u r-rati naqsu biss b’1,1 punt perċentwali bejn l-2015 u l-2020. It-tisħiħ tas-sistemi tal-VET ibbażati fuq ix-xogħol fl-Istati Membri u r-rilevanza għas-suq tax-xogħol tal-edukazzjoni terzjarja huwa partikolarment importanti, kif ukoll iż-żieda fl-għadd ta’ gradwati STEM mill-VET u fl-edukazzjoni terzjarja, speċjalment in-nisa. |
|
3.2.8 |
Il-pandemija laqtet liż-żgħażagħ b’mod partikolarment iebes: huma wieħed mill-gruppi l-iżjed affettwati mill-kriżi ekonomika u soċjali li ħolqot il-pandemija. Il-kriżi tal-COVID-19 ħarbtet għaxar snin ta’ progress fl-impjiegi għaż-żgħażagħ. Sabiex iħejju b’mod adegwat għad-dinja tax-xogħol li qed tinbidel (il-globalizzazzjoni, il-kriżi klimatika, il-bidliet demografiċi u l-avvanzi teknoloġiċi), il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet iridu jikkunsidraw l-impatt ta’ kull wieħed mill-megatendenzi. Interventi ta’ politika speċifiċi għaż-żgħażagħ, inklużivi u li jħarsu ’l quddiem huma kruċjali biex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ma jitħallewx jibqgħu lura (11). |
|
3.2.9 |
Id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi għadha sfida fl-UE. Peress li tvarja ħafna minn pajjiż għal ieħor, il-kawżi ewlenin ta’ din il-kwistjoni għandhom jiġu indirizzati, bħas-segregazzjoni tas-suq tax-xogħol u tal-edukazzjoni, l-istereotipi marbutin mal-ġeneru, in-nuqqas ta’ infrastruttura għal kura tat-tfal aċċessibbli u infrastrutturi oħra ta’ kura, u d-distribuzzjoni inugwali tad-dmirijiet domestiċi u ta’ kura. Fejn teżisti diskriminazzjoni fil-pagi (inkluż abbażi tal-età), din għandha tiġi eradikata. Il-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi, li bħalissa qed tiġi diskussa, għandha tirriżulta fl-għoti ta’ għajnuna lill-Istati Membri biex isaħħu l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali bejn l-irġiel u n-nisa għal xogħol tal-istess valur, bħala wieħed mill-prinċipji biex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, filwaqt li xorta jkun hemm sensittività għat-tħassib dwar piżijiet addizzjonali fuq il-kumpaniji, speċjalment l-SMEs. |
3.3 Linja gwida 7: Insaħħu l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u l-effettività tad-djalogu soċjali
|
3.3.1 |
Sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-swieq tax-xogħol, għandhom jiġu riveduti r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ atturi differenti (servizzi pubbliċi tal-impjiegi u servizzi soċjali). Għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-potenzjal li jiġu stabbiliti sħubijiet bejn is-servizzi soċjali (biex jintlaħqu dawk aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol u jitħejjew għal programmi ta’ taħriġ), is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (politiki attivi tas-suq tax-xogħol imfassla apposta b’komponent ta’ żamma, servizzi ta’ gwida u konsulenza) u servizzi privati tal-impjiegi (azzjonijiet konġunti u/jew komplementari, jiġifieri l-kondiviżjoni tal-bażi tad-data tal-postijiet tax-xogħol battala). L-effiċjenza tal-miżuri ta’ politika trid tiġi vvalutata, ikkunsidrata mill-ġdid jew mfassla mill-ġdid fejn meħtieġ. Il-kapaċità tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi għandha tissaħħaħ, inkluż permezz tad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħhom. Għandha tiġi mħeġġa wkoll il-kooperazzjoni mas-servizzi privati tal-impjiegi u ma’ atturi rilevanti oħra tas-suq tax-xogħol. |
|
3.3.2 |
L-imsieħba soċjali għandhom rwol ewlieni x’jaqdu hawnhekk, speċjalment fil-kuntest tas-swieq tax-xogħol lokali u s-setturi fi tranżizzjoni, fejn jistgħu jgħinu biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni bejn is-setturi, l-impjiegi u/jew il-mestieri. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ukoll rwol importanti, bl-għarfien espert speċifiku tagħhom f’diversi forom ta’ impjieg (speċjalment għal gruppi vulnerabbli) u kwistjonijiet soċjali, kif ukoll fornituri ta’ servizzi edukattivi u soċjali ta’ interess ġenerali. |
|
3.3.3 |
Ir-rata ta’ inattività għadha relattivament għolja fl-UE kollha (12). Issa wasal iż-żmien li nġibu lura dawk li tbiegħdu mis-suq tax-xogħol. Jekk ikunu regolati b’mod adegwat mil-leġiżlazzjoni jew in-negozjar kollettiv fil-livell nazzjonali sabiex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, id-diversi forom ta’ xogħol, il-flessibbiltà tax-xogħol u t-telexogħol jistgħu jkunu fatturi importanti biex persuni, partikolarment dawk minn gruppi vulnerabbli, ikunu jistgħu jsibu xogħol. L-infrastrutturi u s-servizzi soċjali bħall-kura tat-tfal jew il-kura fit-tul jippermettu lill-persuni b’responsabbiltajiet ta’ kura jikkontemplaw li jidħlu fis-suq tax-xogħol. |
|
3.3.4 |
Il-ħidma mal-imsieħba soċjali hija ċ-ċavetta għall-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, trasparenti u prevedibbli, li joħolqu bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi. Il-KESE jaqbel mal-fehma li r-relazzjonijiet ta’ impjieg li jwasslu għal kundizzjonijiet tax-xogħol informali u insikuri għandhom jiġu evitati, inkluż fix-xogħol fuq pjattaforma diġitali, li għalih qed jiġi diskuss abbozz ta’ direttiva. Il-KESE jirrimarka li kwalunkwe miżura li tirregola mudelli tax-xogħol ġodda, inkluż ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali, għandha tirregola l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, fil-livell Ewropew u nazzjonali adegwat, filwaqt li tipprovdi salvagwardji essenzjali għall-protezzjoni adegwata tal-ħaddiema. Ir-rwol tal-imsieħba soċjali għandu jiġi rispettat. |
3.4 Linja gwida 8: Nippromovu l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inrawmu l-inklużjoni soċjali u niġġieldu l-faqar
|
3.4.1 |
Il-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs għal kulħadd u swieq tax-xogħol inklużivi hija partikolarment importanti issa, meta l-Ewropa għaddejja minn għadd ta’ kriżijiet, bil-ħsieb kemm li jintlaħaq l-għan ta’ 78 % tal-persuni f’impjieg li ġie stabbilit mill-pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, kif ukoll li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema. Dan huwa minnu għal kull min huwa sottorappreżentat fis-suq tax-xogħol, iżda wkoll fid-dawl tal-mewġa massiva ta’ nies li ħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna. Ladarba d-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja saret effettiva, l-Istati Membri aġixxew malajr biex jadattaw l-oqfsa regolatorji nazzjonali tagħhom biex ikunu jistgħu jappoġġjaw lir-refuġjati Ukreni u liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgħixu fl-Ukrajna li ħarbu lejn l-Ewropa b’riżultat tal-gwerra. Kwalunkwe ostaklu jeħtieġ li jiġi indirizzat. |
|
3.4.2 |
Huwa meħtieġ approċċ imfassal apposta għal diversi gruppi vulnerabbli (jiġifieri ħaddiema akbar fl-età, persuni (żgħażagħ) b’diżabilità, persuni b’responsabbiltajiet ta’ kura, dawk qiegħda fit-tul u persuni bi storja ta’ impjieg frammentata, NEETs (persuni barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ), migranti, eċċ). Għandhom jitqiesu wkoll id-differenzi fl-impjiegi bejn iż-żoni rurali u urbani. Il-fondi tal-UE għandhom jintużaw bħala lieva biex jinkoraġġixxu lill-Istati Membri, speċjalment dawk identifikati li għandhom prestazzjoni baxxa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali, biex jipprovdu inċentivi għall-impjegaturi biex jimpjegaw persuni b’diżabilità jew biex jippromovu l-impjieg indipendenti. Ix-xogħol deċenti huwa l-aħjar għodda għat-tnaqqis tal-faqar u r-rikonoxximent tad-dinjità tal-bniedem. |
|
3.4.3 |
Il-benefiċċji temporanji u l-miżuri ta’ appoġġ għad-dħul għandhom ikunu provduti għaż-żmien meħtieġ sabiex jakkumpanjaw lill-persuni qiegħda jew lil dawk bi dħul baxx lejn opportunitajiet ġodda u aħjar ta’ impjieg. Il-benefiċċji relatati max-xogħol (13), flimkien ma’ miżuri strutturali biex tiġi ffaċilitata l-inklużjoni ta’ gruppi vulnerabbli jistgħu jiffaċilitaw id-dħul tagħhom fis-suq tax-xogħol, iżda għandhom ikunu miżuri tranżitorji, ta’ emerġenza u komplementari peress li għandha titħeġġeġ u tiġi appoġġjata politika adegwata dwar il-pagi li tippermetti standard tal-għajxien deċenti. |
|
3.4.4 |
L-intrapriżi tal-ekonomija soċjali huma importanti, speċjalment bħala impjiegi fil-livell ta’ dħul fis-suq tax-xogħol għal dawk l-aktar vulnerabbli u biex jipprovdu servizzi fil-livell reġjonali. Il-KESE jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ekonomija Soċjali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi proġetti għall-valutazzjoni tal-aħjar proġetti fil-livell nazzjonali. |
|
3.4.5 |
L-enfasi fuq it-tfal hija partikolarment milqugħa. Il-faqar fost it-tfal għandu jiġi indirizzat permezz ta’ miżuri komprensivi u integrati, u għandha titħeġġeġ azzjoni biex tiġi implimentata l-Garanzija għat-Tfal. Il-Kumitat jaqbel bis-sħiħ li d-disponibbiltà ta’ servizzi affordabbli, aċċessibbli u ta’ kwalità tajba bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, il-kura barra mill-iskola, l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-akkomodazzjoni, u l-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul hija kruċjali biex jitnaqqas il-faqar fost it-tfal u jiġu żgurati opportunitajiet indaqs. B’mod aktar ġenerali, għandu jissaħħaħ l-aċċess effettiv għal servizzi soċjali ta’ kwalità tajba marbuta mal-ħtiġijiet tal-individwu; il-kriżi tal-COVID-19 xeħtet dawl aħrax fuq dan u dan is-suġġett ma jridx jintesa ladarba tintemm il-pandemija. |
|
3.4.6 |
Fl-istess waqt, it-tranżizzjoni ekoloġika li twassal għat-tranżizzjoni tal-enerġija u speċjalment iż-żidiet reċenti fil-prezzijiet tal-enerġija qed jagħmlu l-ħajja aktar ikkumplikata għall-gruppi vulnerabbli (14). Minkejja l-impenji politiċi, għad fadal xi jsir biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku u biex jiġi żgurat li l-miżuri meħuda jkunu mmirati tajjeb u effettivi. |
|
3.4.7 |
Il-kombinazzjoni ta’ żieda fil-popolazzjoni li qed tixjieħ, żieda fl-istennija tal-għomor u forza tax-xogħol li qed tonqos tfisser li għadd dejjem jikber ta’ anzjani ser ikunu ekonomikament dipendenti sakemm ma jirnexxilniex inkabbru l-forza tax-xogħol permezz ta’ swieq tax-xogħol aktar inklużivi, anke permezz tal-attivazzjoni ta’ gruppi li bħalissa huma esklużi jew sottorappreżentati fis-suq tax-xogħol. Hija meħtieġa azzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi ffaċċjati mis-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri. L-adegwatezza u s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tal-pensjonijiet għal kulħadd hija politika kruċjali fl-Istati Membri kollha. Il-KESE jilqa’ l-approċċ komprensiv propost mill-Kummissjoni dwar l-opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-kisba tad-drittijiet tal-pensjoni u l-ħtieġa għal strateġiji ta’ tixjiħ attiv biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni akbar fl-età u titnaqqas id-diskrepanza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet. Il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu evitati perjodi ta’ xogħol frammentati matul il-ħajja tax-xogħol attiva tan-nies sabiex jiġu appoġġjati s-sistemi tas-sigurtà soċjali permezz ta’ kontribuzzjonijiet u jiġi żgurat li n-nies ikunu intitolati għal introjtu tal-pensjoni adegwat meta jirtiraw. |
Brussell, it-22 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Semestru Ewropew 2022: Rapporti tal-pajjiżi
(2) Tbassir Ekonomiku EwropewRebbiegħa 2022
(3) Tbassir Ekonomiku għar-Rebbiegħa 2022: L-invażjoni Russa hija sfida għar-reżiljenza ekonomika tal-UE (mhux disponibbli bil-Malti).
(4) Rapport konġunt dwar l-Impjiegi għall-2022.
(5) Ara wkoll ir-rapport ta’ studju tal-LMO Ix-xogħol tal-ġejjieni – niżguraw it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ tal-impjegati (mhux disponibbli bil-Malti).
(6) Opinjoni tal-KESE dwar Pakkett b’rabta mal-apprendiment u l-impjegabbiltà, ĠU C 323, 26.8.2022, p. 62
(7) Rapport konġunt dwar l-Impjiegi għall-2022.
(8) C(2022) 4050 final
(9) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kontijiet individwali tal-apprendiment
(10) Adottat mill-Kunsill fl-14 ta’ Marzu 2022.
(11) Il-KESE bħalissa qed jaħdem fuq rapport ta’ informazzjoni dwar It-trattament ugwali taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol
(12) L-ogħla rata ta’ inattività tinsab fl-Italja (aktar minn 37 % fl-2021). Rata ta’ inattività ta’ aktar minn 30 % tinstab ukoll fil-Kroazja, fir-Rumanija, fil-Greċja u fil-Belġju. Aktar data dwar il-popolazzjoni ekonomikament inattiva fl-Ewropa tinstab hawnhekk
(13) L-OECD tiddefinixxi l-benefiċċji relatati max-xogħol bħala krediti tat-taxxa permanenti kontinġenti fuq ix-xogħol, benefiċċji tat-taxxa jew skemi ekwivalenti ta’ benefiċċji kontinġenti fuq ix-xogħol, imfassla bl-għan doppju li jtaffu l-faqar fost dawk li jaħdmu u jżidu l-inċentivi tax-xogħol għal ħaddiema bi dħul baxx.
(14) Ara wkoll l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima” (ĠU C 152, 6.4.2022, p. 158).
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/168 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni”
[COM(2022) 349 final]
(2022/C 486/23)
|
Relatur Ġenerali: |
Maurizio MENSI |
|
Korelatur Ġenerali: |
: Jan PIE |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill, 22.7.2022 Parlament Ewropew 12.9.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
155/1/13 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jilqa’ l-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment tal-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA) biex l-industriji tad-difiża u l-kapaċitajiet ta’ difiża tal-Ewropa jissaħħu malajr b’referenza għall-isfidi immedjati li jirriżultaw mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna. |
|
1.2 |
Il-KESE jappoġġja l-objettivi tal-EDIRPA li jtejjeb il-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB) f’termini ta’ effiċjenza u rispons rapidu għall-emerġenzi għal Unjoni aktar reżiljenti u li trawwem il-kooperazzjoni u l-interazzjoni tal-Istati Membri fl-akkwist tad-difiża. Iż-żewġ objettivi huma aktar importanti minn qatt qabel f’sitwazzjoni fejn il-gwerra reġgħet lura fl-Ewropa u s-soċjetà b’mod ġenerali teħtieġ ukoll li tiġi protetta b’mod adegwat fid-dawl ta’ tensjonijiet futuri possibbli fil-livell strateġiku. |
|
1.3 |
Il-KESE jqis li l-EDIRPA huwa utli biex tiġi strutturata u orkestrata aħjar id-domanda għolja attwali għal tagħmir urġenti kummerċjalment disponibbli iżda ma jistax jitqies bħala prekursur ta’ Programm Ewropew għall-Investiment fil-Qasam tad-Difiża futur, peress li huwa strument pjuttost dgħajjef f’termini ta’ politika industrijali. |
|
1.4 |
Il-KESE jaqbel li hemm bżonn li tittieħed azzjoni biex jitħaffef l-aġġustament tal-industrija għal bidliet strutturali b’mod kollaborattiv, inkluża ż-żieda fil-kapaċitajiet tal-manifattura tagħha, sabiex l-industrija Ewropea tiġi megħjuna tissodisfa d-domanda akbar tal-Istati Membri fil-ħin. |
|
1.5 |
Il-KESE jemmen ukoll li huwa meħtieġ akkwist konġunt biex jiġi evitat li ż-żidiet fl-investimenti nazzjonali fil-qasam tad-difiża jkabbru l-frammentazzjoni tas-settur tad-difiża fil-livell Ewropew, jillimitaw il-potenzjal għall-kooperazzjoni, iqawwu d-dipendenzi esterni u jxekklu l-interoperabbiltà, u b’hekk jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jissodisfaw malajr l-aktar ħtiġijiet ta’ kapaċità urġenti tagħhom żvelati jew aggravati mir-rispons għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
|
1.6 |
Fl-istess ħin, il-KESE jemmen li r-riforniment tal-ħażniet spiss jimplika s-sostituzzjoni ta’ prodotti mibgħuta lejn l-Ukrajna b’eżatt l-istess prodotti. Xiri bħal dan jista’ ma jkollux impatt ta’ strutturar importanti fuq l-industrija, u lanqas ma jixpruna l-innovazzjoni teknoloġika. Għalhekk, il-KESE jistaqsi jekk il-loġika tal-EDIRPA għandhiex tiġi estiża direttament għal Programm Ewropew għall-Investiment fil-Qasam tad-Difiża futur. |
|
1.7 |
Il-KESE jilqa’ l-approċċ li jinċentiva l-akkwist konġunt permezz ta’ appoġġ finanzjarju dirett mill-baġit tal-UE, iżda jiddubita jekk il-pakkett finanzjarju ta’ EUR 500 miljun hux se jkun biżżejjed biex jagħmel differenza fid-deċiżjonijiet dwar l-akkwist tal-Istati Membri. |
|
1.8 |
Il-KESE jistaqsi dwar kemm huwa effettiv li l-appoġġ finanzjarju jintuża għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-istrument, iżda wkoll li s-sussidji jingħataw bħala finanzjament mhux marbut mal-kostijiet; għalhekk nitolbu lill-koleġiżlaturi jiċċaraw dan il-metodu biex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-infiq tal-UE. |
|
1.9 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-appoġġ finanzjarju tal-UE huwa limitat għall-akkwist ta’ prodotti tad-difiża magħmula fl-UE jew f’pajjiżi assoċjati, u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-kumpaniji tal-UE taħt il-kontroll ta’ pajjiżi terzi. Tali limitazzjoni hija fl-interess tal-kontribwenti Ewropej u meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet industrijali Ewropej tad-difiża u b'konformità mal-objettiv tal-awtonomija strateġika. |
|
1.10 |
Fl-istess ħin, il-KESE jitlob għal interpretazzjoni flessibbli tar-rekwiżit li l-prodott tad-difiża ma jkunx soġġett għal restrizzjoni minn pajjiż terz mhux assoċjat (entità). Peress li l-EDIRPA jkopri l-akkwist kunmerċjalment disponibbli u għandu l-għan li jindirizza l-ħtiġijiet tal-prodotti l-aktar urġenti, il-KESE jemmen li dan ir-rekwiżit huwa inqas rilevanti għall-EDIRPA milli għall-EDF (il-Fond Ewropew għad-Difiża), li għandu l-għan li jiżviluppa l-kapaċitajiet futuri. Għalhekk għandu jiġi implimentat bir-reqqa, filwaqt li tiġi bbilanċjata t-tfittxija għal awtonomija akbar kontra l-urġenza tal-akkwist u l-ħtieġa għall-interoperabbiltà mat-tagħmir eżistenti. |
|
1.11 |
Il-KESE jappoġġja l-implimentazzjoni prevista fil-ġestjoni diretta, iżda jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li s-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni jiksbu r-riżorsi umani meħtieġa fil-ħin biex ilaħħqu mal-ammont ta’ xogħol li dan jimplika. |
|
1.12 |
Il-KESE jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib mat-Task Force tal-Akkwist Konġunt għad-Difiża stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli/Kap tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża sabiex tiġi garantita l-implimentazzjoni b’suċċess tal-EDIRPA. |
2. Sfond
|
2.1 |
Fil-laqgħa tagħhom f’Versailles fil-11 ta’ Marzu 2022, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE impenjaw ruħhom li “jsaħħu l-kapaċitajiet Ewropej tad-difiża” fid-dawl tal-aggressjoni militari Russa fl-Ukrajna. Id-dikjarazzjoni ta’ Versailles tistqarr li l-Istati Membri jenħtieġ li jżidu l-infiq fid-difiża, iżidu l-kooperazzjoni bi proġetti konġunti, ixejnu n-nuqqasijiet u jilħqu l-objettivi tal-kapaċità, jixprunaw l-innovazzjoni inkluż b’sinerġiji ċivili/militari, u jsaħħu l-industrija tad-difiża tal-UE. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew stieden “lill-Kummissjoni biex, f’koordinazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, tippreżenta analiżi tad-diskrepanzi fl-investiment fid-difiża” sa nofs Mejju u “tipproponi xi inizjattivi oħrajn biex tissaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea”. |
|
2.2 |
Bi tweġiba għal din l-istedina, fit-18 ta’ Mejju 2022 il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli ppreżentaw Komunikazzjoni Konġunta dwar l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investiment fid-Difiża u l-Passi li Jmiss. Il-Komunikazzjoni Konġunta tinnota li snin ta’ nuqqas serju fl-investiment fid-difiża wasslu biex inħolqu diskrepanzi industrijali u fil-kapaċità fl-UE, u wasslu għal-livelli baxxi attwali ta’ ħażniet tat-tagħmir tad-difiża. It-trasferimenti tat-tagħmir tad-difiża lejn l-Ukrajna, flimkien mal-livell tal-ħażniet li tfassal għal żminijiet ta’ paċi wasslu biex inħolqu diskrepanzi urġenti u kritiċi mil-lat ta’ tagħmir militari. |
|
2.3 |
Il-Komunikazzjoni Konġunta tfakkar li l-Istati Membri jeħtieġ jerġgħu jistabbilixxu l-prontezza għall-ġlied u d-difiża bħala kwistjoni ta’ urġenza fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-sigurtà u tat-trasferimenti li diġà saru lejn l-Ukrajna. Bir-riforniment tal-ħażniet tal-materjal tkun tista’ wkoll tingħata aktar assistenza lill-Ukrajna. Fl-istess ħin, il-Komunikazzjoni Konġunta tappella lill-Istati Membri biex jixtru t-tagħmir u l-materjal tad-difiża meħtieġa b’mod kollaborattiv. L-akkwist konġunt ta’ prodotti meħtieġa b’mod urġenti jipprovdi valur akbar għall-flus, itejjeb l-interoperabbiltà u jevita li l-Istati Membri esposti jispiċċaw ma jkunux jistgħu jiksbu dak li jeħtieġu, minħabba domandi kunfliġġenti fuq l-industrija tad-difiża, li ma tistax twieġeb għal żieda fid-domanda bħal din fi żmien qasir. |
|
2.4 |
F’dan l-isfond, il-Komunikazzjoni Konġunta tipproponi li tinċentiva l-akkwist komuni permezz tal-baġit tal-UE bl-użu ta’ Strument dedikat fuq żmien qasir. L-appoġġ finanzjarju tal-UE permezz ta’ dan l-Istrument jenħtieġ li jistimula l-akkwist kooperattiv tad-difiża mill-Istati Membri għall-benefiċċju tal-EDTIB, u jiżgura l-kapaċità ta’ azzjoni mill-forzi armati Ewropej, is-sigurtà tal-provvista u aktar interoperabbiltà. |
|
2.5 |
B’risposta għall-urġenza tas-sitwazzjoni, fid-19 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Strument bħal dan fil-forma ta’ Regolament li jistabbilixxi l-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA). Il-Kummissjoni tistrieħ fuq l-adozzjoni rapida tar-Regolament u d-dħul fis-seħħ tiegħu sa tmiem l-2022. |
|
2.6 |
Wara l-ħolqien tal-Istrument, il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi Regolament għal Programm Ewropew għall-Investiment fil-Qasam tad-Difiża (EDIP). Skont il-Kummissjoni, ir-Regolament EDIP jista’ jkun l-ankra għal proġetti konġunti futuri ta’ żvilupp u akkwist li jkollhom interess komuni qawwi fil-qasam tas-sigurtà tal-Istati Membri u tal-Unjoni, u b’estenjoni tal-loġika tal-istrument fuq żmien qasir, għal intervent finanzjarju tal-Unjoni assoċjat possibbli biex tissaħħaħ il-bażi industrijali tad-difiża Ewropea, b’mod partikolari għall-proġetti li l-ebda Stat Membru ma jista’ jiżviluppa jew jakkwista waħdu. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-kuntest ġeopolitiku tal-Unjoni nbidel b’mod drammatiku fid-dawl tal-aggressjoni militari Russa fl-Ukrajna. Minħabba r-ritorn tal-kunflitt territorjali u l-gwerra mill-aktar intensiva fit-territorju Ewropew, l-Istati Membri jeħtieġ jirrevedu l-pjani u l-kapaċitajiet tad-difiża tagħhom. Dan għandu jsir flimkien ma’ aġġustament tal-bażi industrijali u teknoloġika sottostanti, li għandha tkun tista’ tappoġġja u ssaħħaħ il-forzi armati tal-Istati Membri, li huma għodda fundamentali ta’ demokrazija matura, li tipproteġi l-libertà taċ-ċittadini Ewropej. |
|
3.2 |
Il-KESE jilqa’ ż-żidiet imħabbra fin-nefqa fuq id-difiża tal-Istati Membri biex jindirizzaw id-diskrepanzi militari urġenti malajr. Madankollu, mingħajr koordinazzjoni u kooperazzjoni, dawn iżidu r-riskju li tiżdied il-frammentazzjoni tas-settur Ewropew tad-difiża, li jiġi llimitat il-potenzjal ta’ kooperazzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir mixtri u li tixxekkel l-interoperabbiltà. Barra minn hekk, l-għażliet li jsiru rigward l-akkwist fl-immedjat spiss ikollhom impatt fit-tul fuq is-saħħa tas-suq tal-EDTIB u l-opportunitajiet għall-għexieren ta’ snin li ġejjin. |
|
3.3 |
Għalhekk, il-KESE jappoġġja l-inizjattiva li jiġi inċentivat l-akkwist konġunt tal-aktar ħtiġijiet urġenti tal-prodotti tad-difiża. L-akkwist konġunt jidher partikolarment importanti fis-sitwazzjoni attwali, fejn żieda f’daqqa fid-domanda għal prodotti simili tissodisfa n-naħa tal-provvista industrijali li għadha maħsuba għal żminijiet ta’ paċi u għalhekk qed titħabat biex tissodisfa d-domanda. Il-kooperazzjoni fl-akkwist tad-difiża hija għalhekk meħtieġa biex tiġi żgurata s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, tissaħħaħ l-interoperabbiltà, jiġu evitati l-effetti ta’ esklużjoni u tittejjeb l-effettività tal-infiq pubbliku. |
|
3.4 |
Huwa ugwalment importanti li l-industrija tiġi megħjuna sabiex taġġusta għall-bidliet strutturali tal-ambjent tas-sigurtà l-ġdid. Peress li t-tisħiħ meħtieġ tal-kapaċitajiet militari tal-Ewropa huwa sforz fit-tul, u jista’ jkun li l-appoġġ kontinwu għall-Ukrajna jkun meħtieġ għal perjodu itwal, l-EDTIB se jkollha żżid il-kapaċitajiet ta’ manifattura tagħha. Dan huwa meħtieġ biex tlaħħaq mad-domanda għolja attwali, iżda wkoll lil hinn minn dan. |
|
3.5 |
F’dan ir-rigward, il-KESE jemmen li l-EDIRPA propost huwa limitat wisq fl-approċċ, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-pakkett finanzjarju tiegħu biex jagħmel differenza fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet industrijali tal-Ewropa. Ir-riforniment tal-ħażniet jillimita min-natura tiegħu l-għażla tal-prodotti u l-fornituri, EUR 500 miljun għal 27 Stat Membru fuq sentejn huwa investiment pjuttost modest. |
|
3.6 |
Fi ftit kliem, il-KESE jemmen li r-Regolament propost jista’ jagħti kontribut utli biex tittejjeb l-istruttura u tiġi amministrata aħjar id-domanda għolja attwali għal tagħmir urġenti kummerċjalment disponibbli, iżda huwa strument pjuttost dgħajjef f’termini ta’ politika industrijali. Konsegwentement, il-KESE ma jemminx li l-EDIRPA għandu neċessarjament jitqies bħala prekursur ta’ Programm Ewropew għall-Investiment fil-Qasam tad-Difiża futur, li huwa mħabbar bħala strument biex jappoġġja l-akkwist konġunt ta’ u għal sistemi żviluppati b’mod konġunt matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Skont il-proposta, l-EDIRPA se jqis il-ħidma tat-Task Force għall-Akkwist Konġunt fil-Qasam tad-Difiża stabbilita mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli/Kap tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża. It-Task Force suppost tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-ħtiġijiet tal-akkwist għall-immedjat tal-Istati Membri u taħdem mal-Istati Membri u mal-manifatturi tal-UE ta’ oġġetti tad-difiża biex jappoġġjaw l-akkwist konġunt għar-riforniment tal-ħażniet. Il-ħidma ta’ din it-Task Force hija għalhekk kruċjali għas-suċċess tal-EDIRPA, u l-KESE jappella lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ minnha. |
|
4.2 |
Il-KESE jiddubita li l-pakkett baġitarju propost huwa kbir biżżejjed biex jinfluwenza d-deċiżjonijiet dwar l-akkwist tal-Istati Membri b’mod sostanzjali. Fl-istess ħin, aħna konxji bis-sħiħ tal-pressjoni finanzjarja fuq il-QFP attwali, u l-ħtieġa għal finanzjament addizzjonali għal EDIP futur. F’dan l-isfond, se jkun partikolarment importanti li l-finanzjament limitat tal-EDIRPA jkun iffukat fuq l-aktar akkwisti konġunti rilevanti. |
|
4.3 |
B’rabta mar-restrizzjonijiet baġitarji u l-għażla tal-proġetti, il-KESE jistaqsi kif il-kunċett ta’ finanzjament mhux marbut mal-kost jista’ jiġi applikat fil-prattika għax-xiri fil-mira tal-EDIRPA. Il-KESE jistaqsi wkoll dwar l-effettività tal-użu tal-baġit għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-istrument. |
|
4.4 |
Il-KESE jappoġġja l-implimentazzjoni prevista fil-ġestjoni diretta, iżda jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li s-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni jiksbu r-riżorsi umani meħtieġa fil-ħin biex ilaħħqu mal-ammont ta’ xogħol li dan jimplika. |
|
4.5 |
Il-KESE jaqbel mal-kriterji ta’ eliġibbiltà tar-Regolament propost, b’mod partikolari l-possibbiltà li jiġu estiżi l-kuntratti tal-akkwist diġà eżistenti. |
|
4.6 |
Il-KESE jappoġġja wkoll il-kundizzjoni addizzjonali biex il-finanzjament tal-UE jiġi limitat għall-akkwist ta’ tagħmir magħmul fl-UE jew f’pajjiżi assoċjati, inkluż minn kumpaniji taħt il-kontroll ta’ pajjiż terz (entità) li jistgħu jipprovdu garanziji ta’ sigurtà mill-Istat Membru fejn jinsabu. Din il-kundizzjoni tirreplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-EDF u tiżgura t-twettiq tal-objettiv tat-tisħiħ tal-EDTIB. |
|
4.7 |
Fl-istess ħin, il-KESE jikkontesta l-importanza tar-rekwiżit li l-prodott tad-difiża ma jkunx soġġett għal restrizzjoni minn pajjiż terz mhux assoċjat (entità). Peress li l-istrument propost ikopri l-akkwist kummerċjalment disponibbli u għandu l-għan li jindirizza l-ħtiġijiet l-aktar urġenti tal-prodott, dan ir-rekwiżit jidher inqas pertinenti għall-EDIRPA milli għall-EDF, li għandu l-għan li jiżviluppa kapaċitajiet futuri u li għalih is-sovranità teknoloġika hija objettiv iddikjarat. Għalhekk, il-KESE jappella għal interpretazzjoni flessibbli ta’ din id-dispożizzjoni, li tħalli f’idejn l-Istati Membri biex jibbilanċjaw it-tfittxija għal-libertà operattiva mal-urġenza tax-xiri u l-interoperabbiltà mat-tagħmir eżistenti. |
|
4.8 |
Fl-aħħar nett, il-KESE jistaqsi dwar l-adegwatezza ta’ ċerti kriterji tal-għoti proposti, jiġifieri dawk li jikkonċernaw l-impatt pożittiv tal-akkwist fuq l-EDTIB. Minħabba l-enfasi fuq l-aktar ħtiġijiet urġenti u l-akkwist kummerċjalment disponibbli ta’ tagħmir disponibbli malajr, dan l-impatt probabbilment mhuwiex kriterju ewlieni għall-Istati Membri, sakemm il-kuntrattur ma jkunx jinsab fit-territorju tagħhom stess. Barra minn hekk, l-Istati Membri akkwirenti probabbilment se jsibuha diffiċli biex juru l-impatt pożittiv fuq l-EDTIB, b’mod partikolari meta l-urġenza tkun it-tħassib primarju. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/172 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023-2027”
(COM(2022) 57 final — 2022/0039 (COD))
kif ukoll dwar
“Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Approċċ tal-UE għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fl-Ispazju — Kontribuzzjoni tal-UE li tindirizza sfida globali”
(JOIN(2022) 4 final)
(2022/C 486/24)
|
Rapporteur: |
Pierre Jean COULON |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 2.5.2022 |
|
Bażi legali |
Artikoli 189(2) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Trasport, Enerġija, Infrastruttura u Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
7.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
222/0/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jqis li l-Komunikazzjoni u l-proposta, li jimmarkaw il-bidu tal-iżvilupp ta’ pakkett dwar l-ispazju Ewropew, huma meħtieġa u indispensabbli fil-perjodu attwali. Huwa jirrakkomanda li l-Komunikazzjoni konġunta għandha tippromovi bil-qawwa, permezz ta’ diplomazija attiva, immaniġjar multilaterali tat-traffiku fl-ispazjufil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari fi ħdan il-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Użu Paċifiku tal-Ispazju (COPUOS) u l-Konferenza dwar id-Diżarm, peress li m’għandniex biżżejjed regoli f’dan il-qasam. |
|
1.2. |
Il-prijorità assoluta tal-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju, inkluż il-materjal skartat, teħtieġ li jitqiesu, fil-livell Ewropew, l-atturi kollha. Kif wieħed jista’ jara mill-Komunikazzjoni konġunta u kif turi din l-Opinjoni, il-problema ewlenija marbuta mal-elementi varji tal-programmi ta’ mmaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju hija n-nuqqas ta’ standardizzazzjoni internazzjonali. Għaldaqstant, huwa ċar li jeħtieġ li jitfasslu standards, linji gwida u prattiki internazzjonali eżemplari. |
|
1.3. |
Il-KESE jappella biex issir implimentazzjoni konkreta ta’ sistema ta’ sorveljanza spazjali sabiex tiġi garantita s-sostenibbiltà fit-tul tal-ispazju għall-Istati Membri kollha.
Fil-fatt, it-tieni prinċipju ewlieni tal-liġi tal-ispazju huwa r-responsabbiltà tal-atturi differenti għall-attivitajiet spazjali tagħhom. Din tippreżenta ruħha bħala responsabbiltà internazzjonali għall-kontroll tal-attivitajiet u responsabbiltà għall-ħsara kkawżata minn dawn l-attivitajiet fl-ispazju ekstratmosferiku. Din il-Komunikazzjoni konġunta hija inkorporata fl-ambitu tar-responsabbiltà internazzjonali għall-kontroll tal-attivitajiet. |
|
1.4. |
Il-KESE jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ standardizzazzjoni internazzjonali u jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ standards, inkluż għall-ġestjoni tar-residwi tas-satelliti, u linji gwida fil-livell Ewropew li jinvolvu s-soċjetà ċivili organizzata.
Il-kunflitt bejn l-atturi spazjali li s’issa kienu essenzjalment statali u dawk li jaspiraw li jkunu atturi ewlenin, privati jew pubbliċi, jitlob riforma fil-livell tal-istandards internazzjonali li kienu ġew adottati fi żmien meta l-ispazju kien għadu jikkonċerna grupp limitat ta’ poteri teknoloġiċi u industrijali. |
|
1.5. |
Kif ġie enfasizzat fl-Opinjoni komplementari CCMI/196 dwar “Spazju Ġdid”:
|
2. Sfond
|
2.1. |
Illum il-ġurnata l-ispazju huwa, minn bosta perspettivi, territorju ekonomiku supplimentari. L-aċċellerazzjoni tal-investimenti pubbliċi u privati tiġġenera densifikazzjoni tal-attivitajiet spazjali u tittrasforma l-ispazju fi kwistjoni ġeostrateġika maġġuri. Il-kompetizzjoni fil-qasam tat-teknoloġija, il-bidu ta’ start-ups iddedikati għas-settur spazjali, il-ftuħ ta’ swieq u servizzi ġodda u r-rieda tal-Istati Membri u tal-operaturi privati li jsaħħu l-attivitajiet fl-orbita jintensifikaw l-isfruttament tal-qasam spazjali. |
|
2.2. |
Minkejja l-firxa strateġika tal-ispazju, la teżisti awtorità dinjija, la hemm liġijiet vinkolanti applikabbli fl-orbita baxxa u ġeostazzjonarja, u lanqas ma teżisti regolamentazzjoni jew sistema ta’ mmaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju, u dan minkejja li n-numru ta’ satelliti fl-orbita qed jikber. |
|
2.3. |
S’issa, l-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju jistrieħ biss fuq il-prattiki tajbin volontarji u mhux vinkolanti, li mhux dejjem huma ġestiti jew applikati tajjeb u li huma maħsuba biex jillimitaw ir-riskji statistiċi tal-kolliżjonijiet bejn is-satelliti u l-iskart. Dawn jipprevedu li m’għandux jiġi prodott skart fl-orbita b’mod intenzjonali u jappellaw għall-passivazzjoni ta’ satelliti li waslu fi tmiem ħajjithom billi jiġi kkonsmat il-karburant residwu, għar-rispett tar-“regola ta’ 25 sena” għas-satelliti fl-orbita baxxa (is-satelliti li waslu fi tmiem il-ħajja operazzjonali tagħhom iridu jerġgħu jidħlu fl-atmosfera fi żmien 25 sena) u biex is-satelliti ġeostazzjonarji mhux użati jitqiegħdu f’“orbita ċimiterju”. Iżda dawn ir-regoli mhumiex suffiċjenti biex jillimitaw ir-riskji ta’ kolliżjoni. |
|
2.4. |
Ma’ dan hemm l-emerġenza ta’ kunċetti operazzjonali ġodda: is-sorveljanza u l-insegwiment ta’ oġġetti fl-ispazju (Space Surveillance and Tracking jew SST), il-koordinazzjoni tat-traffiku spazjali (Space Traffic Coordination jew STC), il-koordinazzjoni u l-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju (Space Traffic Coordination and Management jew STCM) (1). |
|
2.5. |
Leġiżlazzjoni kompluta dwar l-attivitajiet spazjali u t-traffiku tas-satelliti biex tiġi ggarantita s-sostenibbiltà fit-tul tal-ispazju hija għaldaqstant kemm urġenti kif ukoll strateġika, bħalma hu r-rikors għall-intelliġenza artifiċjali biex jevitaw ir-riskji ta’ kolliżjoni. |
|
2.6. |
Fil-bidu tas-sena, il-Kummissjoni Ewropea tat bidu għall-proġett Spaceways li għandu l-għan li jsawwar sistema ta’ mmaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju bil-għan li “jiddefinixxi kodiċi tar-rotta u [li] jiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom ikunu jistgħu jingħataw il-liċenzji u l-awtorizzazzjoni għat-titjir”. |
|
2.7. |
L-objettiv tal-proġetti Spaceways u EUSTM, dan tal-aħħar imniedi f’Jannar 2021, huwa li, minn issa sa Ġunju u Awwissu 2022 rispettivament, jipprovdu rakkomandazzjonijiet u orjentazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar “L-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju, kif ukoll evalwazzjoni legali, politika u ekonomika flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet finali u linji gwida għall-implimentazzjoni” (2). |
|
2.8. |
Il-Komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-rappreżentant għoli tirrikonixxi l-ħtieġa ta’ approċċ tal-Unjoni u tipprevedi konsultazzjoni, diskussjonijiet u djalogi regolari mal-partijiet ikkonċernati kollha fl-Unjoni, ċivili u militari fil-qasam tat-trasport, b’mod partikolari l-avjazzjoni, u l-industrija spazjali Ewropea, u dan filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet mil-lat ta’ difiża u sigurtà, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża. Il-KESE jixtieq li l-komunità soċjali kollha, mhux biss l-industrija, tkun involuta f’dan il-proċess. |
|
2.9. |
Il-Komunikazzjoni tipprevedi l-użu tal-konsorzju tal-SST tal-UE (3) biex tiġi żviluppata l-kapaċità operattiva essenzjali għall-Immaniġġjar tat-Traffiku Spazjali tal-UE fil-ġejjieni. Dan jinvolvi t-titjib tal-prestazzjoni tagħha, l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ sorveljanza u insegwiment ta’ oġġetti fl-ispazju (SST) u teknoloġiji ġodda li jużaw l-intelliġenza artifiċjali u t-teknoloġiji kwantistiċi, l-appoġġ għat-tnaqqis tar-residwi u l-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni fl-orbita, u l-istabbiliment ta’ sinerġiji ta’ finanzjament bejn l-UE, il-fondi nazzjonali, l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), Orizzont Ewropa u l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP). |
|
2.10. |
It-titjib tal-kopertura spazjali barra mill-kontinent Ewropew huwa punt ewlieni tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023-2027. L-Unjoni se jkollha tistrieħ b’mod partikolari fuq l-entitajiet internazzjonali, b’mod partikolari l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet Spazjali (UNOOSA), u dawk nazzjonali biex tiżviluppa l-istandards li se jkunu applikabbli għall-ġestjoni tat-territorju spazjali, u dan filwaqt li tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ standards komuni fil-kuntest ta’ forum speċifiku, u tippromovi approċċ integrat fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali ta’ standardizzazzjoni. |
|
2.11. |
L-ambizzjonijiet imħabbrin jimplikaw li f’terminu qasir l-industrija tadotta ċerti obbligi, u f’terminu medju, li l-Istati Membri jfasslu proposta leġiżlattiva biex tinstab soluzzjoni għall-frammentazzjoni li teżisti fost l-approċċi nazzjonali u tevita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni mal-operaturi stabbiliti ’l barra mill-Unjoni billi timponi l-prinċipju ta’ trattament indaqs bejn l-operaturi. Huma previsti wkoll miżuri mhux vinkolanti bħalma huma l-linji gwidi.
Il-proposta leġiżlattiva se tkun l-ewwel stadju; l-organizzazzjonijiet Ewropej imbagħad se jkollhom jadottaw rekwiżiti tekniċi, kemm jekk ikunu standards u kemm jekk linji gwida applikabbli għal kulħadd. |
|
2.12. |
Il-Komunikazzjoni tindika li l-Unjoni se tkun qed tagħti preferenza lil approċċ multilaterali fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti, u b’hekk tiffavorixxi lid-djalogu mal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Użu Paċifiku tal-Ispazju (COPUOS) u l-Konferenza dwar id-Diżarm. Għalhekk hija se jkollha tidentifika dawk il-korpi kompetenti tan-NU biex dawn jimplimentaw l-azzjonijiet tagħhom għaliex jorbtu mal-ġejjieni tal-umanità, mingħajr ma tinsa l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).
Il-metodu previst fil-Komunikazzjoni huwa “minn isfel għal fuq”: jibda mill-kontributi nazzjonali u reġjonali bil-għan li jintlaħaq kunsens bejn ir-regoli u l-istandards previsti, imbagħad jipprosegwi bl-integrazzjoni tal-komponenti reġjonali fil-ġestjoni globali, li l-governanza tagħha għad trid tiġi definita. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tivvaluta l-ħtiġijiet tal-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju u tipproponi approċċ Ewropew għall-użu spazjali fil-livell dinji, inkluż l-użu ċivili. L-iżvilupp ta’ attivitajiet spazjali, il-multiplikazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-atturi involuti fl-isfruttament tal-ispazju ekstratmosferiku, kif ukoll id-dipendenza tas-setturi ta’ attività kollha fir-rigward tat-teknoloġiji u s-servizzi satellitari wasslu għall-isfruttament eċċessiv progressiv tal-orbita u għal saturazzjoni tal-ispettru tal-frekwenzi, li jeħtieġu li jiġu razzjonalizzati. |
|
3.2. |
L-orbita dinjija hija meqjusa fid-dritt internazzjonali (Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni jew UIT) bħala riżorsa naturali limitata. Il-prinċipji tal-libertà u tan-nonapproprjazzjoni li jirregolaw l-użu tal-orbita dinjija jitħabtu mad-domandi ta’ attribuzzjoni tal-frekwenzi u mal-proliferazzjoni ta’ sistemi satellitari ta’ pajjiżi u intrapriżi li xi kultant jeżentaw lilhom infushom mir-regoli tal-UIT. |
|
3.3. |
Il-kunflitt bejn l-atturi spazjali li s’issa kienu essenzjalment statali u dawk li jaspiraw għal tali status, inklużi l-atturi privati, jitlob riforma fil-livell tal-istandards internazzjonali li kienu ġew adottati fi żmien meta l-ispazju kien għadu jikkonċerna grupp limitat ta’ poteri teknoloġiċi u industrijali. |
|
3.4. |
Lil hinn minn kwistjonijiet legali, l-użu tat-territorju spazjali jagħmel parti minn kuntest ikkaratterizzat minn ritorn ta’ tensjonijiet ġeopolitiċi internazzjonali, bħalma juru l-affarijiet kurrenti: b’mod partikolari dan huwa evidenti fl-operazzjonijiet koorbitali ta’ intimidazzjoni, it-turija ta’ kapaċitajiet ta’ leapfrogging fil-qasam teknoloġiku jew l-ittestjar ta’ armi antisatellitari, li ħolqu klima ta’ sfiduċja bejn l-Istati. |
|
3.5. |
L-isfidi li nħolqu minħabba s-saturazzjoni tal-orbita u tal-ispettru tal-frekwenzi, kif ukoll it-theddida li nħolqot minħabba ż-żieda fl-iskart spazjali, wasslu lill-Istati Membri, lill-ESA u lill-konsorzju tal-EU STT (4) biex jipprevedu koordinazzjoni aħjar tal-istrumenti u t-teknoloġiji ta’ sorveljanza. Il-KESE jappella għal regolamenti stretti fid-dawl tal-proliferazzjoni ta’ kostellazzjonijiet privati u ta’ żoni possibbli ta’ nuqqas ta’ liġi. |
|
3.6. |
Il-Komunikazzjoni konġunta tagħti stampa tat-tnedija mill-ġdid delikata tad-djalogu internazzjonali favur kodiċi ta’ kondotta u miżuri, inklużi dawk leġiżlattivi, intiżi biex jiggarantixxu s-sostenibbiltà tal-użu tal-ispazju ekstratmosferiku. |
Kunsiderazzjonijiet legali u politiċi
|
3.7. |
Il-KESE jappoġġja l-objettivi operazzjonali mħabbra fil-Komunikazzjoni u l-proposta għal regolament, u jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-kunsiderazzjonijiet legali u politiċi li ma jistgħux jitħallew barra fid-dawl tar-riskji involuti. |
|
3.8. |
Mhuwiex faċli li wieħed jiddefinixxi l-kunċett ta’ “liġi dwar l-ispazju”. Ma jeżistix konsensus dwar il-kwistjoni tad-delimitazzjoni tal-ispazju, iżda madankollu hemm ammissjoni ġenerali li l-liġi tal-ispazju hija kkaratterizzata b’mod partikolari mill-prinċipji gwida tagħha. |
|
3.9. |
Minkejja li ġew adottati prinċipji sinifikanti, wara ħames trattati internazzjonali u tmien riżoluzzjonijiet internazzjonali (5), il-kwistjoni tad-definizzjoni tal-liġi dwar l-ispazju għadha pendenti, peress li l-preokkupazzjoni prinċipali tal-esplorazzjoni spazjali hija qabelxejn li timpedixxi lis-setgħat spazjali ewlenin milli jiksbu l-kontroll tal-korpi ċelesti, u mhux li tiddefinixxi b’mod espliċitu l-objettiv ta’ dan id-dritt. |
|
3.10. |
Il-prinċipji tal-liġi tal-ispazju ġew stabbiliti mindu ġiet adottata r-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti 1962 (XVIII) tat-13 ta’ Diċembru 1963, u mtennija fl-ewwel trattat dwar l-ispazju tal-1967.
Dawn il-prinċipji jinkludu:
|
|
3.11. |
Żewġ prinċipji oħrajn tal-liġi dwar l-ispazju jikkonfermaw l-orjentazzjoni paċifika tiegħu.
L-ewwel wieħed huwa l-obbligu tal-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka imposti fuq l-Istati kollha involuti fl-esplorazzjoni u fl-użu tal-ispazju ekstratmosferiku. Dan jimplika djalogu effettiv u trasparenti bejn is-setgħat spazjali bil-għan li jiġu żgurati s-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-attivitajiet imwettqa. Illum, dan id-djalogu huwa partikolarment immirat lejn il-kwistjoni tal-iskart spazjali, kif turi l-Komunikazzjoni. |
|
3.12. |
It-tieni prinċipju ewlieni tal-liġi tal-ispazju huwa r-responsabbiltà tal-Istati u tal-atturi l-ġodda għall-attivitajiet spazjali tagħhom. Dan il-prinċipju jikkonsisti fir-responsabbiltà internazzjonali għall-kontroll tal-attivitajiet u responsabbiltà għall-ħsara kkawżata minn dawn l-attivitajiet fl-ispazju ekstratmosferiku. Din il-Komunikazzjoni konġunta hija inkorporata fl-ambitu tar-responsabbiltà internazzjonali għall-kontroll tal-attivitajiet. |
|
3.13. |
Waqt it-tfassil tat-Trattati ewlenin dwar l-ispazju, is-suġġett tal-iskart spazjali u dak tas-saturazzjoni tal-orbita u tal-frekwenzi ma kinux fuq l-aġenda, iżda llum, id-dipendenza tas-soċjetajiet tagħna mir-riżorsi satellitari wasslet għal żieda qawwija ta’ llanċjar ta’ oġġetti fl-ispazju, sal-punt li l-kwistjoni tal-orbita u l-allokazzjonijiet tal-frekwenzi saret kwistjoni tassew strateġika. |
|
3.14. |
Għaldaqstant, wara sittin sena ta’ sfruttament spazjali, rajna żieda mingħajr preċedent ta’ kwistjonijiet ta’ sigurtà marbuta mal-orbita. Mindu sar it-test ASAT min-naħa taċ-Ċina f’Jannar 2007, it-turija tas-saħħa fl-ispazju żdiedet bil-kbir u ħadet diversi suriet. Hawnhekk tfeġġ ukoll il-problema tar-riskju tal-adattament tal-ispazju għall-użu fil-gwerra.
Fid-dritt internazzjonali, din il-kwistjoni hija fil-qalba ta’ żona griża peress li għadha ma teżisti ebda definizzjoni ta’ dak li jikkostitwixxi mezz ta’ attakk fl-ispazju, u lanqas ta’ dak li jikkostitwixxi aggressjoni, minkejja li l-metodi ta’ attakk fl-ispazju huma diversi u varjati; dawn jinkludu attakki bil-missili, raġġi tal-laser li kapaċi jagħmu, attakki ċibernetiċi fuq in-networks tal-komunikazzjoni, il-manuvri koorbitali, eċċ. |
|
3.15. |
L-orbita ġeostazzjonarja min-naħa tagħha qed tħabbat wiċċha ma’ diffikultà ta’ naturi differenti: il-konġestjoni tal-frekwenzi u r-riskji ta’ interferenzi. L-orbita ġeostazzjonarja tirrappreżenta żona kritika għall-kontinwità tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni għall-Istati kollha tal-pjaneta. Dan l-iżvilupp ġab miegħu ċertu numru ta’ diffikultajiet legali, minħabba li l-iżvilupp tal-orbita ġeostazzjonarja wassal għall-ħolqien ta’ suq ekonomiku, u anke għall-bidu tal-ispekulazzjoni. |
|
3.16. |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-KESE huwa tal-fehma għalhekk li l-Komunikazzjoni konġunta trid tippromovi bil-qawwa, permezz ta’ diplomazija attiva, l-immaniġjar multilaterali tat-traffiku tal-ispazju fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari fi ħdan il-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Użu Paċifiku tal-Ispazju (COPUOS) u l-Konferenza dwar id-Diżarm, peress li m’għandniex biżżejjed regoli f’dan il-qasam. |
L-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju — kwistjoni ta’ governanza Ewropea
|
3.17. |
L-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju mhuwiex kunċett ġdid. Minkejja dan, minħabba n-natura u l-importanza tal-isfidi għas-sigurtà, is-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali, l-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju kiseb grad ta’ prijorità mingħajr preċedent fost l-atturi tal-ispazju u l-Istati konxji mid-dipendenza tagħhom f’dak li jikkonċerna l-beni spazjali. Madankollu, huma biss dawk l-Istati li għandhom il-kapaċitajiet teknoloġiċi li diġà għandhom fis-seħħ programmi ta’ sorveljanza u insegwiment ta’ oġġetti fl-ispazju (SST) u ta’ sorveljanza spazjali (Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju jew SSA). |
|
3.18. |
Id-dipartiment tad-difiża tal-Istati Uniti attwalment juża l-aktar sistema avvanzata. L-iSpace Surveillance Network (SSN) tagħhom, ibbażat fuq ir-radars terrestri u spazjali, jagħti lill-Istati Uniti kapaċità unika ta’ detezzjoni u identifikazzjoni, li huma jużaw ukoll bħala strument ta’ influwenza f’għajnejn l-alleati u l-imsieħba tagħhom.
Stati oħra bħar-Russja, iċ-Ċina, il-Ġappun, l-Indja u ċerti pajjiżi Ewropej (Franza, il-Ġermanja) ukoll elaboraw programmi ta’ sorveljanza spazjali. Filwaqt li titqies il-funzjoni strateġika tagħhom, il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-programmi taqa’ taħt il-kontroll militari, bl-appoġġ tal-aġenziji spazjali. Fl-UE, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija u Spanja ħolqu l-konsorzju EU SST biex jevalwaw mingħajr ħlas ir-riskji ta’ kolliżjonijiet fl-orbita u ta’ dħul mill-ġdid mhux ikkontrollat tal-iskart spazjali fl-atmosfera terrestri, u jidentifikaw l-frammentazzjonijiet fl-orbita. Fl-2023, l-EU SST se jsir sħubija li tinvolvi aktar Stati Membri intiża biex tipprovdi servizz ta’ valutazzjoni tar-riskju ta’ kolliżjoni lill-operaturi satellitari Ewropej u globali. Ċerti intrapriżi privati għandhom ukoll is-sistemi SST/SSA tagħhom stess bil-għan li jipprovdu data u servizzi kummerċjali. |
|
3.19. |
Kif wieħed jista’ jara mill-Komunikazzjoni konġunta u kif joħroġ ċar minn din l-Opinjoni, il-problema ewlenija marbuta mal-elementi varji tal-programmi ta’ mmaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju hija n-nuqqas ta’ standardizzazzjoni internazzjonali. Għaldaqstant, huwa ċar li jeħtieġ li jitfasslu standards, linji gwida u prattiki internazzjonali eżemplari. |
|
3.20. |
L-inizjattivi u d-deċiżjonijiet fil-livell globali li jikkonċernaw l-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju jaf joħolqu ambjent diffiċli għall-Ewropa u l-atturi spazjali tagħha. Il-politika Amerikana ħadet azzjoni billi ħabbret li l-Istati Uniti jridu juru t-triq lill-bqija tad-dinja billi jelaboraw l-aqwa standards b’rabta mal-għarfien tas-sitwazzjoni spazjali u d-data relatata, ifasslu sett ta’ tekniki standardizzati biex jimmitigaw ir-riskji ta’ kolliżjoni u jippromovu fil-livell internazzjonali firxa ta’ standards tekniċi, prattiki u standards b’rabta mas-sigurtà tal-operazzjonijiet fl-ispazju. |
|
3.21. |
L-Unjoni saret konxja mid-dimensjonijiet strateġiċi, kummerċjali u ġeopolitiċi tal-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju, li mhumiex limitatia għas-sostenibbiltà tal-ispazju ekstratmosferiku iżda jirrelataw ukoll mal-futur tal-awtonomija tal-Ewropa f’dak li jikkonċerna l-aċċess u l-użu tal-ispazju.
L-atturi spazjali Ewropej diġà żviluppaw ċerti politiki u inizjattivi intiżi biex jindirizzaw direttament jew indirettament il-preokkupazzjonijiet relatati mal-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju. Madankollu, id-dewmien min-naħa tal-Ewropa meta tiġi biex tindirizza l-kwistjoni permezz ta’ proġetti komuni għandu l-konsegwenzi. |
|
3.22. |
Fil-fatt, il-kompetittività futura tal-fabbrikazzjoni Ewropea tas-satelliti jaf tkun mhedda jekk l-intrapriżi jkollhom jirrikorru għal data tal-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju Amerikan jew jirreġistraw liċenzja tal-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju Amerikan, bil-possibbiltà li din tiġi rifjutata lilhom. Jeżistu riskji konsiderevoli anki għal fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ llanċjar.
Ħafna atturi Ewropej jiddependu ħafna mill-ftehimiet ta’ kondiviżjoni tad-data ffirmati mal-Istati Uniti fir-rigward tas-sistema l-ġdida Ewropea ta’ sorveljanza spazjali tal-2021 (Għarfien tas-Sitwazzjoni Spazjali jew SSA (Space Situational Awareness)). Fost dawn huma inklużi l-ministeri u l-armati (6), l-organizzazzjonijiet intergovernamentali Ewropej (ESA, EUMETSAT), l-operaturi kummerċjali tas-satelliti u l-fornituri ta’ servizzi ta’ llanċjar. |
|
3.23. |
Skont il-KESE, l-Unjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet intiżi biex jiggarantixxu mhux biss livell ta’ prestazzjoni ċċertifikat, iżda wkoll id-disponibbiltà fit-tul ta’ servizzi bbażati fl-ispazju. Barra minn hekk, fi żmien meta l-Ewropa qed tipprova timplimenta politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni kredibbli li fiha jikkontribwixxu b’mod essenzjali, u tabilħaqq vitali, il-beni spazjali, hija għandha tissodisfa rekwiżiti mill-aktar stretti b’rabta mas-sikurezza u s-sigurtà għall-utenti governattivi u tad-difiża. |
|
3.24. |
Il-KESE josserva li minkejja li l-approċċ tal-UE fl-imgħoddi kien prinċipalment orjentat lejn il-protezzjoni fiżika tal-beni spazjali, li tiddependi fuq strateġija riġida u l-inizjattivi riċenti tal-Unjoni jissuġġerixxu tranżizzjoni lejn approċċ aktar iffokat fuq ir-reżiljenza. Illum l-Unjoni hija favur strateġija ta’ antiċipazzjoni f’dak li jikkonċerna s-sigurtà tal-infrastrutturi spazjali. Għal dan il-għan, hija tat bidu għal żewġ inizjattivi importanti: il-proposta għall-istabbiliment ta’ kodiċi internazzjonali għall-attivitajiet spazjali u l-programm Ewropew ta’ sorveljanza spazjali. |
|
3.25. |
Madankollu, il-KESE jiddeplora l-ewwel insuffiċjenza, jiġifieri d-diffikultà li jiġu koordinati l-kapaċitajiet ta’ ċerti Stati Membri li għandhom il-mezzi ta’ sorveljanza u kontroll tagħhom stess. Illum il-ġurnata, huwa diffiċli li jintlaħaq kunsens dwar l-objettivi li għandhom jintlaħqu fil-qafas ta’ programm Ewropew għall-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju. Il-kwistjoni tal-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju hija, fil-biċċa l-kbira tagħha, eżempju perfett tad-diffikultà li tinħoloq governanza Ewropea ġenwina fis-settur spazjali, minkejja li l-kwistjonijiet tas-sostenibbiltà spazjali u s-sigurtà tal-ispazju ekstratmosferiku huma komuni għall-Istati Membri kollha, kemm għax jużaw il-kapaċitajiet spazjali kif ukoll għax jużaw ir-riżorsi spazjali. |
|
3.26. |
Dawn id-diffikultajiet huma wħud mill-ostakli għall-kompetittività tal-industrija spazjali Ewropea fil-livell internazzjonali. Fit-tul, l-assenza ta’ standards stabbiliti mill-Ewropa u l-kompatibbiltà ma’ standards oħra jistgħu jikkompromettu l-libertà ta’ aċċess għall-ispazju. Li jkollna l-kapaċità ta’ llanċjar tagħna stess mhuwiex biżżejjed. Jeħtieġ ukoll li jkunu jistgħu jiġu skjerati satelliti indipendentement mill-istandards definiti barra mill-Ewropa sabiex tinżamm il-kompetittività spazjali Ewropea, kif muri fit-22 ta’ Ġunju 2022 mis-suċċess tal-ewwel missjoni ta’ Ariane 5, li l-għan tagħha kien li tpoġġi f’orbita żewġ satelliti, wieħed Malasjan u wieħed Indjan. Barra minn hekk, Ariane 6, il-pass li jmiss, mhux se ddum qabel ma ssir realtà; l-ewwel titjira tagħha hija ppjanata għall-2023, u hija aktar flessibbli u orħos minn Ariane 5 (u għalhekk aktar kompetittiva quddiem il-kompetizzjoni minn SpaceX fl-Istati Uniti). |
|
3.27. |
Il-KESE jieħu l-opportunità ta’ din il-Komunikazzjoni biex ifakkar:
|
|
3.28. |
Minkejja li l-eżistenza ta’ regoli u standards elaborati fil-livell nazzjonali bejn ċerti Stati Membri tista’ tkun utli għall-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet komuni, se jkun madankollu imperattiv li l-Ewropa timponi ruħha bħala arbitru finali tal-miżuri ta’ standardizzazzjoni. Dan jeħtieġ li l-Istati Membri tal-UE u tal-ESA jiftiehmu dwar l-objettivi u l-prinċipji tal-isforzi Ewropej fil-qasam tal-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju, li jiddefinixxu l-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni u koordinazzjoni, u li jiddeterminaw delimitazzjoni ċara tar-rwoli, biex b’hekk ikun hemm kondiviżjoni mingħajr ekwivoku tar-responsabbiltajiet u tqassim trasparenti tal-attivitajiet bejn l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati Ewropej, u dan mingħajr ebda inkonsistenza mas-sistemi eżistenti f’pajjiżi oħra. |
|
3.29. |
Skont il-KESE, il-Komunikazzjoni konġunta hija rikonoxximent tardiv, iżda xorta waħda milqugħ, tal-importanza li jiġu identifikati l-isfidi fid-diversi livelli li se ġġib magħha ż-żieda fl-attivitajiet spazjali, li fl-assenza ta’ qafas vinkolanti toħloq ir-riskju li tikkomprometti l-ekwilibriju globali. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) JOIN(2022) 4 final.
(2) Il-proġett Spaceways, iffinanzjat mill-Programm Qafas tal-Unjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni “Orizzont 2020”, huwa magħmul minn 13-il attur Ewropew ewlieni: manifatturi u lanċjaturi tas-satelliti, operaturi u fornituri tas-servizzi, kif ukoll ċentri u istituzzjonijiet ta’ riċerka fil-qasam politiku u dak legali.
L-EUSTM huwa magħmul minn 20 attur Ewropew ewlieni.
(3) Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija u Spanja.
(4) https://www.eusst.eu
(5) I. Chalaye, Le statut des orbites terrestres et leur utilisation à la lumière des principes du droit spatial, Istitut tal-Istudji Ġeopolitiċi Applikati (IEGA), Pariġi, Ottubru 2021.
(6) https://www.esa.int/Safety_Security/SSA_Programme_overview
ANNESS
L-Opinjoni komplementari tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali — CCMI/196 — Spazju Ġdid — EESC-2022-01498-00-00-AS-TRA) jinsab fil-paġni li ġejjin:
“Opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali dwar ‘Konnettività sigura bbażata fl-ispazju u spazju ġdid: perkors industrijali Ewropew lejn is-sovranità u l-innovazzjoni’
(Opinjoni komplementari għal TEN/775)
|
Relatur: |
Maurizio MENSI |
|
Korelatur: |
Franck UHLIG |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
22.2.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 56(1) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni komplementari |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
24.6.2022 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
21/0/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jappoġġja l-inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea dwar konnettività sigura bbażata fl-ispazju u ‘spazju ġdid’ biex tissaħħaħ is-sovranità industrijali u operazzjonali tal-Istati Membri. L-iżgurar tal-awtonomija huwa kruċjali mhux biss għall-kompetittività industrijali futura, iżda wkoll biex jiġu żgurati n-nondipendenza u r-reżiljenza strateġiċi (1) , kif intwera dan l-aħħar min-nuqqas ta’ komponenti elettroniċi, b’mod partikolari wara l-kriżi tal-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukrajna, li affettwaw serjament l-industrija spazjali Ewropea. |
|
1.2. |
Il-KESE jemmen li konnettività sigura, aċċessibbli u affordabbli mhijiex biss għodda essenzjali għall-funzjonament tad-demokrazija parteċipattiva iżda wkoll prerekwiżit għall-implimentazzjoni kif imiss tad-drittijiet fundamentali u opportunità għat-tisħiħ tal-pożizzjoni taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili. |
|
1.3. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza tal-ispazju għall-ekonomija u s-soċjetà tagħna, kif ukoll ir-rilevanza strateġika tiegħu mill-perspettiva tas-sigurtà u d-difiża, kif uriet il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Barra minn hekk, is-sigurtà fiżika u ċ-ċibersigurtà tal-infrastrutturi kemm tal-art kif ukoll tal-ispazju, flimkien mad-data relatata, huma essenzjali biex jiżguraw il-kontinwità tas-servizz u l-funzjonament tajjeb tas-sistemi. |
|
1.4. |
Il-KESE jemmen li l-istimulazzjoni tal-ekosistema spazjali Ewropea hija essenzjali biex titmexxa ’l quddiem it-tranżizzjoni doppja u jiġu indirizzati sfidi globali ewlenin, bħat-tibdil fil-klima. Jirrikonoxxi wkoll il-vantaġġi potenzjali tal-involviment ta’ negozji ġodda u SMEs relatati mal-ispazju fil-programmi spazjali tal-UE, inkluż il-kontribut tagħhom għar-reżiljenza u l-awtonomija strateġika tal-UE. |
|
1.5. |
Il-KESE jemmen bil-qawwa li peress li l-governanza ta’ sistema ta’ konnettività sigura u awtonoma bbażata fl-ispazju (‘il-Programm’) teħtieġ li diversi korpi jaħdmu flimkien, għandu jiġi garantit livell effiċjenti u adatt ta’ koordinazzjoni. |
|
1.6. |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-programm qafas Orizzont Ewropa, li huwa diġà fis-seħħ, għandu jintuża biex jistimula s-suq spazjali, jappoġġja l-ħolqien ta’ soluzzjonijiet kummerċjali innovattivi għas-setturi spazjali downstream u upstream tal-UE u jaċċelera d-disponibbiltà tat-teknoloġiji ewlenin meħtieġa għall-Programm flimkien mal-inizjattivi EuroQCI (2) u ENTRUSTED (3). B’mod partikolari, sistema ta’ komponenti, sistemi u sottosistemi bbażata fuq l-Ewropa tkun teħtieġ sforzi kbar u fit-tul biex terġa’ tinkiseb industrija Ewropea b’saħħitha. |
|
1.7. |
Il-KESE jirrakkomanda li jiġu żviluppati sinerġiji mal-Fond Ewropew għad-Difiża u permezz tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interazzjonijiet bejn l-industriji ċivili, spazjali u tad-difiża. |
|
1.8. |
Il-KESE jemmen li sabiex tiġi żgurata l-kompetittività tal-industrija spazjali Ewropea, l-inizjattivi tal-Kummissjoni għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ ħiliet avvanzati f’oqsma relatati mal-ispazju u għandhom jappoġġjaw attivitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ taċ-ċittadini tal-Unjoni f’dan il-qasam. Dan itejjeb id-dimensjoni soċjali importanti tal-Programm. |
|
1.9. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-kapaċitajiet spazjali kollha għall-modernizzazzjoni tal-assi spazjali eżistenti (Galileo (4), Copernicus (5)) kif ukoll għall-iżvilupp ta’ kostellazzjonijiet u servizzi futuri. Dan se jsaħħaħ ir-reżiljenza tal-assi spazjali tal-UE u jrawwem il-kompetittività tal-industrija tagħha. L-assenjazzjoni ta’ responsabbiltajiet fuq il-bażi ta’ evidenza ta’ kompetenza għandha tiżgura t-twettiq effettiv tal-programm. |
|
1.10. |
Il-KESE jemmen li jeħtieġ li l-UE tħeġġeġ il-progress xjentifiku u tekniku u tappoġġja l-kompetittività u l-kapaċità ta’ innovazzjoni tas-settur spazjali, b’mod partikolari fir-rigward tal-SMEs, in-negozji ġodda u n-negozji innovattivi, biex b’hekk tistimula attivitajiet ekonomiċi upstream u downstream. Fil-fatt, il-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni jaqdu rwol fundamentali fiż-żieda tal-kapaċitajiet teknoloġiċi tal-Unjoni u tal-membri tagħha. |
2. Kuntest tal-Opinjoni, inkluża l-proposta leġiżlattiva kkonċernata
|
2.1. |
Il-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li tiżviluppa programm għall-provvista ta’ komunikazzjoni garantita u reżiljenti bis-satellita. Il-Kummissjoni timpenja ruħha li trawwem l-innovazzjoni fis-settur spazjali u tkompli tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ekosistema b’saħħitha fil-livell tal-UE msejħa ‘Spazju Ġdid’, wara li inkludietha fost il-prijoritajiet ewlenin tal-Programm Spazjali tagħha. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni nediet l-inizjattiva CASSINI (6). B’mod partikolari, din l-ekosistema tiżgura d-disponibbiltà fit-tul għall-utenti governattivi ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni affidabbli, sigura u kosteffettiva bis-satellita fid-dinja kollha, li jappoġġjaw il-protezzjoni ta’ infrastrutturi kritiċi, is-sorveljanza, l-azzjonijiet esterni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, u b’hekk tiżdied ir-reżiljenza tal-Istati Membri. |
|
2.2. |
L-inizjattiva suppost tibbenefika mill-għarfien espert tal-industrija spazjali industrijali Ewropea, kemm mill-atturi industrijali stabbiliti sew kif ukoll mill-ekosistema tal-Ispazju l-Ġdid. Għalhekk, il-konnettività globali bis-satellita issa saret assi strateġiku għas-sigurtà, għas-sikurezza u għar-reżiljenza tal-UE u l-Istati Membri tagħha. Il-Proposta għandha l-għan ukoll li tippermetti disponibbiltà kummerċjali tal-broadband b’veloċità għolja fl-Ewropa kollha, tneħħi baned artifiċjali tar-rispons tal-frekwenza (deadzones) u tiżgura koeżjoni fit-territorji tal-Istati Membri, u tipprovdi konnettività fuq żoni ġeografiċi ta’ interess strateġiku, bħall-Afrika u r-Reġjun tal-Artiku. Wara Galileo u Copernicus, it-tielet kostellazzjoni proposta se tiddependi minn tliet differenzjaturi ġodda: sigurtà sa mit-tfassil (permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda, bħall-kwantum) għal komunikazzjoni sensittiva (difiża); kostellazzjoni multiorbitali u arkitettura bbażata fuq sħubijiet pubbliċi-privati (biex tingħata spinta akbar lid-dimensjoni kummerċjali). |
|
2.3. |
Il-Proposta hija konsistenti ma’ għadd ta’ politiki oħra tal-UE u inizjattivi leġiżlattivi li għadhom għaddejjin dwar id-data (bħad-Direttiva Inspire (7) u d-Direttiva dwar id-Data Miftuħa (8)), il-cloud computing u ċ-ċibersigurtà. B’mod partikolari, il-provvista ta’ servizzi governattivi tiżgura aktar koeżjoni f’konformità mal-istrateġiji diġitali u taċ-ċibersigurtà tal-UE billi tiżgura l-integrità u r-reżiljenza tal-infrastrutturi, in-networks, il-komunikazzjoni u d-data Ewropej. Il-Proposta se tappoġġja wkoll il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industriji tas-settur spazjali fl-Unjoni u tikkontribwixxi bil-kbir biex jiġi żgurat l-aċċess awtonomu u affordabbli tal-Ewropa għall-ispazju fis-snin li ġejjin, filwaqt li tħalli impatt pożittiv kritiku u profond fuq il-kompetittività tal-mudelli ta’ sfruttar tal-lanċjaturi Ewropej (9). |
|
2.4. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21-22 ta’ Marzu 2019 enfasizzaw li l-Unjoni teħtieġ tkompli tiżviluppa ekonomija diġitali kompetittiva, sigura, inklużiva u etika b’konnettività ta’ klassi mondjali (10). B’mod partikolari, il-Pjan ta’ azzjoni għas-sinerġiji bejn l-industriji ċivili, tad-difiża u spazjali tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Frar 2021 jgħid li għandu l-għan li jippermetti l-aċċess għal konnettività b’veloċità għolja għal kulħadd fl-Ewropa, u se jipprovdi sistema ta’ konnettività reżiljenti li permezz tagħha l-Ewropa tibqa’ konnessa irrispettivament minn x’jiġri (11). |
|
2.5. |
Il-Programm jikkomplementa l-arranġamenti eżistenti tal-GOVSATCOM tal-UE (12) dwar il-ġbir flimkien u l-kondiviżjoni tal-kapaċità eżistenti tal-komunikazzjoni governattiva bis-satellita. Minħabba t-tul ta’ ħajja limitat ta’ satellita, għadd mill-infrastrutturi li huma proprjetà tal-gvern li se jikkostitwixxu parti mill-ġbir flimkien u l-kondiviżjoni tal-GOVSATCOM se jkollhom bżonn jiġu rikostitwiti fl-għaxar snin li ġejjin (13) |
|
2.6. |
Il-livelli dejjem jiżdiedu ta’ theddid ibridu u ċibernetiku u l-propensità ta’ diżastri naturali jixprunaw il-ħtiġijiet li qegħdin jinbidlu tal-atturi governattivi lejn sigurtà, affidabbiltà u disponibbiltà ogħla ta’ soluzzjonijiet adatti b’rabta mal-komunikazzjoni bis-satellita. Barra minn hekk, iż-żieda tal-kompjuters kwantistiċi żżid theddida addizzjonali peress li dawn il-kompjuters se jkunu jistgħu jiddeċifraw il-kontenut li bħalissa huwa kriptat. |
|
2.7. |
Fl-Istati Uniti, fiċ-Ċina u fir-Russja tfaċċaw diversi megakostellazzjonijiet mhux tal-UE appoġġjati mill-pubbliku jew issussidjati. Flimkien man-nuqqas ta’ applikazzjonijiet għal frekwenzi u slots orbitali disponibbli u t-tul ta’ ħajja limitat tal-kapaċità tal-GOVSATCOM, dan joħloq urġenza għal sistema ta’ konnettività sigura tal-UE bbażata fl-ispazju. Il-Programm ikopri n-nuqqasijiet, f’termini ta’ kapaċità u mezzi, għas-servizzi tal-komunikazzjoni governattiva bis-satellita. |
|
2.8. |
Il-Programm għandu jippermetti wkoll il-provvista ta’ servizzi tal-komunikazzjoni kummerċjali bis-satellita mis-settur privat. Sħubija pubblika-privata ġiet ivvalutata fil-valutazzjoni tal-impatt bħala l-aktar mudell ta’ implimentazzjoni adatt biex jiġi żgurat li l-objettivi tal-Programm ikunu jistgħu jiġu segwiti. B’mod partikolari tali sħubija tistimula b’mod notevoli l-innovazzjoni fil-komponenti kollha tal-industrija spazjali Ewropea (integraturi ta’ sistemi kbar, mid-caps[kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja] indipendenti, SMEs u negozji ġodda). |
|
2.9. |
Hekk kif il-gvernijiet, iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-UE qegħdin isiru dejjem aktar dipendenti mill-konnettività, il-ħtiġijiet tagħhom jeħtieġu soluzzjonijiet ta’ sigurtà ogħla, latenza baxxa (14) u wisa’ tal-banda ogħla, u għalhekk jeħtieġ li jkun hemm aċċess garantit għal soluzzjonijiet reżiljenti permezz ta’ teknoloġija innovattiva, u xejriet u approċċi industrijali ġodda. Is-sistema prevista, għalhekk, se tkun dik li tissettja t-teknoloġija, kif enfasizzat fil-Proposta. |
|
2.10. |
Sabiex ikun kosteffettiv u biex jikkapitalizza fuq l-ekonomiji ta’ skala, il-Programm għandu jottimizza l-konkordanza bejn il-provvista u d-domanda tas-servizzi governattivi. |
|
2.11. |
Fil-fatt, il-komunikazzjoni bis-satellita tipprovdi kopertura kullimkien, u tikkomplementa n-networks terrestri. Dawn qed jiġu ttrattati dejjem aktar bħala assi strateġiku, li jenfasizza l-ħtieġa globali dejjem tikber għal servizzi governattivi li jiżguraw konnettività reżiljenti mhux biss biex jappoġġjaw l-operazzjonijiet ta’ sigurtà tagħhom, iżda wkoll biex jikkollegaw l-infrastrutturi kritiċi, jiffaċilitaw l-interazzjoni transfruntiera jew transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej, jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ amministrazzjoni elettronika aktar effettiva, issemplifikata u faċli għall-utenti fil-livelli ta’ amministrazzjoni nazzjonali, reġjonali u lokali (15), u jiġġestixxu l-kriżijiet, kif ukoll jappoġġjaw is-sorveljanza tal-fruntieri u dik marittima. |
|
2.12. |
L-istabbiliment tal-Programm se jsegwi approċċ gradwali li jimmira għall-kwalità. L-iżvilupp u l-iskjerament inizjali jistgħu jibdew fl-2023; il-provvista ta’ servizzi inizjali u test fl-orbita tal-kriptografija kwantistika sal-2025; u skjerament sħiħ bil-kriptografija kwantistika integrata li tippermetti servizzi sħaħ sal-2028. L-ispiża totali tagħha hija stmata għal EUR 6 biljun u l-finanzjament se jiġi minn sorsi differenti tas-settur pubbliku (baġit tal-UE, kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u tal-ESA) u investimenti tas-settur privat. Rigward il-finanzjament tal-UE, dan ma jikkompromettix l-implimentazzjoni tal-komponenti spazjali eżistenti tar-Regolament tal-UE dwar l-Ispazju, notevolment Galileo u Copernicus. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jemmen li fid-dinja diġitali tal-lum, il-konnettività bbażata fl-ispazju hija assi kritiku u strateġiku għas-soċjetajiet moderni. Hija tippermetti l-poter ekonomika, it-tmexxija diġitali u s-sovranità teknoloġika, il-kompetittività ekonomika u l-progress tas-soċjetà. Billi jagħti rwol aktar prominenti lill-atturi spazjali, il-Programm għandu l-għan li jiżgura data u servizzi ta’ kwalità għolja u siguri relatati mal-ispazju, li jistgħu joħolqu benefiċċji soċjoekonomiċi għaċ-ċittadini u n-negozji tal-Ewropa, itejbu s-sigurtà u l-awtonomija tal-UE, u jsaħħu r-rwol tal-UE bħala preżenza fuq quddiem nett fis-settur spazjali, li jippermettilha tikkompeti ma’ ekonomiji spazjali ewlenin oħra, u nazzjonijiet emerġenti li jwettqu attivitajiet fl-ispazju. Barra minn hekk, hija wkoll għodda teknika importanti li tippermetti l-libertà tal-kelma u ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ideat. |
|
3.2. |
Il-KESE huwa tal-fehma li konnettività sigura, aċċessibbli u affordabbli mhijiex biss prerekwiżit għall-funzjonament tad-demokrazija parteċipattiva iżda wkoll prekundizzjoni għall-implimentazzjoni reżiljenti tad-drittijiet fundamentali u opportunità għat-tisħiħ tal-pożizzjoni taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili. Iċ-ċittadini Ewropej qed jiddependu dejjem aktar minn teknoloġija, data u servizzi spazjali. Dan jinvolvi, b’mod partikolari, konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. Barra minn hekk, l-ispazju jaqdi rwol dejjem akbar fit-tkabbir ekonomiku, is-sigurtà u l-importanza ġeopolitika tal-UE. F’dan ir-rigward, konnettività affidabbli u sigura tista’ titqies bħala ben pubbliku għall-gvernijiet u ċ-ċittadini. |
|
3.3. |
Il-KESE jħeġġeġ l-użu ta’ sħubija pubblika-privata bħala mudell ta’ implimentazzjoni adatt biex jiġi żgurat li l-objettivi tal-Programm ikunu jistgħu jiġu segwiti. L-involviment dirett tas-settur privat joħloq ambjent favorevoli għall-iżvilupp ulterjuri tal-broadband b’veloċità għolja u l-konnettività bla xkiel fl-Ewropa. Dan isir billi jitneħħew il-baned artifiċjali tar-rispons tal-frekwenza b’rabta mal-komunikazzjoni, u tiġi żgurata l-koeżjoni fost it-territorji tal-Istati Membri, kif ukoll tiġi pprovduta konnettività f’żoni ġeografiċi ta’ interess strateġiku. |
|
3.4. |
Permezz ta’ proċess ta’ akkwist kompetittiv, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi kuntratt ta’ konċessjoni biex tipprovdi s-soluzzjoni meħtieġa u tipproteġi l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri. L-involviment tal-industrija permezz ta’ konċessjoni simili għandu jippermetti lill-imsieħeb privat jikkomplementa l-infrastruttura tal-Programm b’kapaċitajiet addizzjonali permezz ta’ investimenti proprji addizzjonali. |
|
3.5. |
F’dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza li r-rwol tas-settur pubbliku għandu jkun rifless b’mod adegwat fil-governanza futura tal-Programm, b’attenzjoni speċjali għas-sigurtà tal-infrastruttura u b’kontroll bir-reqqa tal-ispiża, l-iskeda u l-prestazzjoni. Il-Kummissjoni se tkun il-maniġer tal-programm għall-istabbiliment u s-superviżjoni tal-konċessjoni. L-aġenzija tal-UE tal-Programm Spazjali se tiġi fdata bil-provvista tas-servizzi governattivi, u l-Aġenzija Spazjali Ewropea se tiġi fdata bis-superviżjoni tal-attivitajiet ta’ żvilupp u validazzjoni. Il-KESE jemmen li l-SMEs huma wkoll kruċjali għall-innovazzjoni u l-ekosistema fl-ekonomija spazjali ġdida emerġenti. Bħala tali, għandhom jiġu mħeġġa b'mod attiv l-iżvilupp tas-servizzi spazjali tal-SMEs u anke l-akkwist tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi u mis-settur privat. Dan jgħin biex jinħolqu l-impjiegi, jittejbu l-ħiliet teknoloġiċi u tingħata spinta lill-kompetittività tal-Ewropa, li huma dejjem aktar importanti għat-tranżizzjoni doppja tal-UE għal ekonomija sostenibbli u diġitali. Dan jiżgura kompetizzjoni effettiva u trasparenti li ssaħħaħ l-awtonomija teknoloġika tal-UE permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi relatati mas-sigurtà, il-kontinwità tas-servizz u l-affidabbiltà. |
|
3.6. |
Il-KESE jemmen li, fil-proċedura ta’ akkwist, għandhom jiġu żviluppati kriterji speċifiċi għall-għoti tal-konċessjoni li jiżguraw il-parteċipazzjoni ta’ negozji ġodda u SMEs tul il-katina kollha tal-valur tal-konċessjoni, u b’hekk jiġi inċentivat l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi u fixkiela. F’każijiet meta l-impjieg ta’ fornituri mhux tal-UE jista’ jqajjem kwistjonijiet minn perspettiva ta’ sigurtà u dik strateġika, għandhom jiġu stabbiliti regoli ta’ parteċipazzjoni adatta. |
|
3.7. |
Il-KESE jemmen li l-SMEs għandhom jiġu mħeġġa jieħdu vantaġġ mill-għodod multipli ta’ finanzjament li għandha l-UE għat-tisħiħ tal-ekosistema spazjali, peress li dan jgħin biex jinħolqu l-impjiegi, jittejbu l-ħiliet teknoloġiċi, u tingħata spinta lill-kompetittività industrijali tal-Ewropa. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Il-KESE jemmen li s-sovranità strateġika tal-UE u tal-Istati Membri hija bbażata prinċipalment fuq l-awtonomija teknoloġika u l-kapaċità tal-industrija Ewropea u fuq is-sigurtà tal-komunikazzjoni bis-satellita, speċjalment f’kuntest ta’ tensjonijiet ġeopolitiċi li qegħdin jikbru. Għalhekk, il-KESE jappoġġja bil-qawwa inizjattivi biex tissaħħaħ is-sovranità industrijali u teknoloġika tal-Istati Membri tal-UE. |
|
4.2. |
Il-KESE jappoġġja l-Proposta u jqis is-sinerġiji potenzjali bejn l-attivitajiet governattivi u l-attivitajiet ċivili kummerċjali bħala opportunità importanti mil-lat ekonomiku, anke għas-servizzi addizzjonali offruti liċ-ċittadini Ewropej, fil-kuntest ta’ żieda dinjija ta’ investimenti pubbliċi u privati tal-attivitajiet fl-ispazju. |
|
4.3. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li jingħata appoġġ lill-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industriji tas-settur spazjali fl-Unjoni. Dan jikkontribwixxi bil-kbir biex jiġi żgurat l-aċċess awtonomu u affordabbli tal-Ewropa għall-ispazju fis-snin li ġejjin, filwaqt li jħalli impatt pożittiv kritiku u profond fuq il-kompetittività tal-mudelli ta’ sfruttar tal-lanċjaturi Ewropej. |
|
4.4. |
Il-KESE jenfasizza li l-Programm għandu jippermetti lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni jibbenefikaw minn kapaċità akbar u servizzi affidabbli u siguri. Barra minn hekk, id-dimensjoni kummerċjali tippermetti li s-servizzi tal-bejgħ bl-imnut jilħqu aktar utenti privati Fl-UE kollha. |
|
4.5. |
Fir-rigward tal-governanza tal-Programm (Kapitolu V tal-Proposta għal Regolament), huwa ċar li r-rwoli ewlenin fil-Programm se jaqduhom erba’ atturi ewlenin, jiġifieri l-Kummissjoni, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (‘l-Aġenzija’), l-Istati Membri, u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA). |
|
4.6. |
F’dan ir-rigward, il-KESE jemmen bil-qawwa li huwa fundamentali li jkun hemm diviżjoni ċara tal-kompiti, tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet, flimkien ma’ koordinazzjoni kif imiss tad-diversi atturi, għall-funzjonament kif imiss tal-Programm. Għalhekk, allokazzjoni preċiża tar-responsabbiltajiet, fuq il-bażi ta’ evidenza tal-kompetenza tagħhom, għandha tiżgura wkoll l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-Programm f’termini ta’ spejjeż u skadenzi. Il-ġestjoni effiċjenti tat-traffiku spazjali hija essenzjali wkoll biex tittejjeb is-sikurezza, minħabba l-ammont dejjem jikber ta’ skart spazjali. |
|
4.7. |
Il-KESE jenfasizza li ċ-ċibersigurtà kemm tal-infrastrutturi tal-art kif ukoll tal-ispazju hija essenzjali biex jiġu żgurati l-operat u r-reżiljenza tas-sistemi. |
|
4.8. |
Il-KESE jenfasizza li sabiex tiġi żgurata l-kompetittività tal-industrija spazjali Ewropea, il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ħiliet avvanzati f’oqsma relatati mal-ispazju u għandu jappoġġja attivitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ, u jippromovi l-opportunitajiet indaqs, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ taċ-ċittadini tal-Unjoni f’dan il-qasam. |
|
4.9. |
Il-KESE jenfasizza li l-istabbiliment u t-titjib tal-infrastrutturi jistgħu jinvolvu ħafna atturi industrijali f’diversi pajjiżi, li x-xogħol tagħhom irid jiġi kkoordinat b’mod effettiv sabiex jiġu żviluppati sistemi li huma affidabbli u integrati bis-sħiħ, b’referenza partikolari għas-sigurtà u ċ-ċibersigurtà. |
Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2022.
Pietro Francesco DE LOTTO”
Il-President tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali
(1) L-Ewropa għandha t-tieni l-akbar industrija spazjali fid-dinja, li timpjega aktar minn 231 000 professjonist u hija stmata li tiswa EUR 53-62 biljun, Studju dwar l-‘iSpace Market’, Parlament Ewropew, Novembru 2021.
(2) L-inizjattiva għall-Infrastruttura Ewropea ta’ Komunikazzjoni Kwantistika (EuroQCI).
(3) Proġett ta’ riċerka fil-qasam tal-komunikazzjoni sigura bis-satellita (SatCom) għall-atturi governattivi tal-UE. ENTRUSTED: European Networking for satellite Telecommunication Roadmap for the governmental Users requiring Secure, inTeroperable, innovativE and standardiseD services [‘Pjan direzzjonali għan-networking Ewropew għat-telekomunikazzjoni bis-satellita għall-utenti governattivi li jeħtieġu servizzi siguri, interoperabbli, innovativi u standardizzati’].
(4) Is-sistema globali Ewropea tan-navigazzjoni bis-satellita, li ilha topera minn Diċembru 2016, meta bdiet toffri servizzi lill-awtoritajiet pubbliċi, lin-negozji u liċ-ċittadini.
(5) Il-Programm Ewropew ta’ Osservazzjoni tad-Dinja, fornitur ta’ data ta’ osservazzjoni tad-dinja, li jintuża għall-fornituri tas-servizzi, l-awtoritajiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.
(6) Competitive Space Start-ups for Innovation [Negozji Ġodda Spazjali kompetittivi għall-Innovazzjoni] hija l-inizjattiva ta’ intraprenditorija spazjali tal-Kummissjoni Ewropea li l-għan ewlieni tagħha huwa li tappoġġja negozji ġodda u SMEs fi stadji differenti tat-tkabbir tagħhom b’sett ta’ għodod u fondi.
(7) Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għal Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4. 2007, p. 1).
(8) Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6. 2019, p. 56).
(9) L-UE, li għandha 18-il satellita attwalment fl-orbita u aktar minn 30 ippjanati bejn l-10 u l-15-il sena li ġejjin, hija wkoll l-akbar klijent istituzzjonali għas-servizzi ta’ llanċjar fl-Ewropa. Il-lanċjaturi huma t-tieni l-akbar qasam ta’ attività tal-manifattura spazjali fl-Ewropa wara s-satelliti kummerċjali, u jagħtu spinta lill-industrija Ewropea. Il-Kummissjoni se taggrega l-ħtiġijiet tas-servizzi ta’ llanċjar tal-programmi tal-UE u taġixxi bħala klijent intelliġenti ta’ soluzzjonijiet ta’ llanċjar Ewropej affidabbli u kosteffettivi. Huwa kruċjali li l-Ewropa jibqa’ jkollha faċilitajiet infrastrutturali ta’ llanċjar li jkunu moderni, effiċjenti u flessibbli.
(10) F’Ġunju 2019, l-Istati Membri ffirmaw id-Dikjarazzjoni dwar l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni Kwantistika Ewropea (EuroQCI), u qablu li jaħdmu flimkien, mal-Kummissjoni u bl-appoġġ tal-ESA, lejn l-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ komunikazzjoni kwantistika li tkopri l-UE kollha.
(11) COM(2021) 70 final.
(12) L-UE adottat il-komponent GOVSATCOM tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 biex tiżgura d-disponibbiltà fit-tul ta’ servizzi tal-komunikazzjoni affidabbli, sigura u kosteffettiva bis-satellita għall-utenti ta’ GOVSATCOM. Ir-Regolament (UE) 2021/696 jipprevedi li fl-ewwel fażi tal-komponent GOVSATCOM sa madwar l-2025, tintuża l-kapaċità eżistenti. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni jenħtieġ li takkwista kapaċitajiet ta’ GOVSATCOM mill-Istati Membri b’sistemi nazzjonali u kapaċitajiet spazjali u minn komunikazzjoni bis-satellita kummerċjali jew mill-fornituri tas-servizzi, abbażi tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni.
(13) Fil-fatt GOVSATCOM hija assi strateġiku — marbut mill-qrib mas-sigurtà nazzjonali — użat mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. L-utenti pubbliċi għandhom it-tendenza li jippreferu soluzzjonijiet li huma proprjetà tal-gvern (is-sidien tas-servizzi ta’ komunikazzjoni governattiva bis-satellita jinkludu lil Franza, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Italja, lil-Lussemburgu, lil Spanja) jew pubbliċi-privati (bħal Satcom BW tal-Ġermanja jew GovSat tal-Lussemburgu) jew jagħmlu użu minn fornituri privati akkreditati speċifiċi. GOVSATCOM ġiet identifikata sa mill-2013 (Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19/tal-20 ta’ Diċembru 2013) bħala qasam promettenti, bil-possibbiltà li tikkontribwixxi b’mod tanġibbli għall-objettivi għal Unjoni Ewropea b’saħħitha, sigura u reżiljenti. Issa hija parti integrali mill-istrateġija spazjali għall-Ewropa (Strateġija Spazjali għall-Ewropa COM(2016) 705 final), il-pjan ta’ azzjoni Ewropew għad-difiża (Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża COM(2016) 950 final) u l-istrateġija globali tal-Unjoni Ewropea.
(14) Latenza baxxa tirreferi għal dewmien minimu fl-ipproċessar tad-data tal-kompjuter fuq konnessjoni ta’ network. Aktar ma tkun baxxa l-latenza tal-ipproċessar, aktar toqrob lejn l-aċċess f’ħin reali. Konnessjoni ta’ network b’latenza aktar baxxa hija waħda li tesperjenza ħinijiet ta’ dewmien qosra ħafna.
(15) Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Riżultati tal-evalwazzjoni interim tal-programm ISA (soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej), 23 ta’ Settembru 2019, COM(2019) 615 final.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/185 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Pjan REPowerEU”
[COM(2022) 230 final)]
u
“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-Kapitoli tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060, ir-Regolament (UE) 2021/2115, id-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni (UE) 231– 2015/1814”
[COM(2022) 231 final – 2022/0164(COD)]
(2022/C 486/25)
|
Relaturi: |
Stefan BACK Thomas KATTNIG Lutz RIBBE |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 6.6.2022 Kunsill Ewropew, 3.6.2022 Kummissjoni Ewropea, 28.6.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
21.9.2022 |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
7.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
220/01/07 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Qabel ma jidħol fil-kontenut tal-pjan REPowerEU, il-KESE bħala r-rappreżentant tas-soċjetà ċivili, li hija affettwata bla bżonn miż-żidiet drammatiċi fil-prezzijiet ta’ bħalissa, jirrimarka li ħafna mill-problemi li jeħtieġ li jiġu solvuti issa setgħu ġew evitati, jew għall-inqas limitati, kieku tnaqqset id-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-enerġija – kif ipproponiet il-Kummissjoni f’dawn l-aħħar snin. Il-KESE jfakkar fid-dikjarazzjonijiet li saru fl-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija tal-2014 u l-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija tal-2015 li l-UE tibqa’ vulnerabbli għal xokkijiet esterni tal-enerġija u b’hekk jappellaw lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell nazzjonali u tal-UE biex jiċċaraw maċ-ċittadini l-għażliet involuti fit-tnaqqis tad-dipendenza tagħna minn fjuwils, fornituri tal-enerġija u rotot partikolari. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-politiċi u l-partijiet il-kbar tas-soċjetà tagħna ġew mgħomija mill-provvisti fossili rħas u naqsu milli jsegwu kwalunkwe politika ta’ prekawzjoni. Is-sitwazzjoni attwali hija r-riperkussjoni ta’ din in-negliġenza. Il-KESE jinnota b'dispjaċir li kellha tkun il-gwerra fl-Ukrajna u d-distorsjonijiet konsegwenti fil-provvista tal-enerġija mir-Russja biex tinġibed l-attenzjoni għal din il-kwistjoni bażika tas-sigurtà tal-enerġija u biex jiġu skattati l-miżuri proposti fil-Pjan REPowerEU biex tiġi żgurata l-indipendenza mill-importazzjoni tal-enerġija Russa. |
|
1.2 |
Il-KESE jilqa’ l-għan tal-Pjan REPowerEU li jagħmel l-UE indipendenti mill-provvista Russa tal-gass u taż-żejt, u jaqbel mal-approċċ b’erba’ pilastri li jiffoka fuq l-iffrankar tal-enerġija, id-diversifikazzjoni tal-importazzjonijiet tal-gass, u s-sostituzzjoni tal-fjuwils fossili billi jiġu aċċellerati s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u s-soluzzjonijiet ta’ finanzjament. Il-KESE jieħu nota tad-distinzjoni bejn miżuri fuq perjodu ta’ żmien qasir u dawk fuq perjodu medju. |
|
1.3 |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista bi spiża “affordabbli kemm jista’ jkun” kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-industrija, u jirrimarka li provvista tal-enerġija li hija essenzjalment ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli Ewropea u sorsi tal-enerġija b’livell baxx ta’ karbonju tagħti kontribut sinifikanti għal sigurtà tal-enerġija approvata. |
|
1.4 |
F’dan il-kuntest, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-possibbiltajiet ta’ appoġġ offruti mill-Fond Soċjali għall-Klima ppjanat u – fir-rigward tan-negozju – il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat temporanja f’każ ta’ kriżi. L-għan għandu jkun li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni. |
|
1.5 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-livell ta’ sforz fil-Pjan irid ikun adegwat, fid-dawl tal-urġenza tas-sitwazzjoni tal-provvista, u għalhekk jaqbel mal-ħtieġa għal flessibbiltà fir-rigward tal-użu tranżizzjonali tal-fjuwils fossili u fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, il-faħam u l-enerġija nukleari. Dan il-perjodu jeħtieġ li jinżamm qasir kemm jista’ jkun, ma jridx iwassal għal dipendenzi ġodda u jeħtieġ li ma jipperikolax l-isforzi biex tinkiseb in-newtralità klimatika mill-aktar fis possibbli, sa mhux aktar tard mill-2050, filwaqt li jitqies li l-kwistjoni tal-istatus tal-enerġija nukleari għadha miftuħa u bħalissa tinsab f’idejn kull Stat Membru. |
|
1.6 |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni u r-riskju ta’ disturbi mhux previsti fil-provvista tal-enerġija mir-Russja, il-KESE jagħti importanza lil miżuri li jistgħu jiġu implimentati minnufih, b’mod partikolari l-iffrankar kbir ħafna tal-enerġija, appoġġjati minn ftehimiet ta’ sħubija u l-implimentazzjoni bikrija ta’ inizjattivi ġodda. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għar-riskju li l-effetti ekonomiċi u soċjali kkombinati tal-kriżi attwali jpoġġu s-sistema demokratika taħt pressjoni sakemm ma jinstabux soluzzjonijiet adegwati. |
|
1.7 |
Il-KESE jappoġġja l-proposta li l-mira tal-effiċjenza enerġetika tiżdied minn 9 % kif propost fil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” għal 14 % sal-2030, u l-isforzi ġenerali għall-iffrankar tal-gass stmati għal 30 % sal-2030. Il-KESE jilqa’ wkoll ir-Regolament tal-Kunsill adottat reċentement dwar tnaqqis koordinat ta’ 15 % fl-użu tal-gass matul ix-xitwa 2022-2023, u jenfasizza li l-kapaċità ta’ ffrankar tvarja bejn l-Istati Membri. Iż-żieda fil-livell tal-proposti l-ġodda turi wkoll li l-Kummissjoni qieset l-urġenza pprovokata mill-gwerra fl-Ukrajna biex iżżid l-ambizzjoni għal livell ġdid. Il-KESE jappoġġja b’mod partikolari miżuri bikrija għall-iffrankar tal-enerġija, bħall-iffrankar tal-enerġija permezz ta’ utenti individwali mibdija mill-Kummissjoni fi sħubija mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE), miżuri mmexxija mis-suq bħal irkanti inversi u miżuri ta’ rispons għad-domanda. |
|
1.8 |
Il-KESE jħeġġeġ ukoll lill-koleġiżlaturi biex isegwu t-talba tal-Kummissjoni biex jinkludu l-objettiv imtejjeb tal-iffrankar tal-enerġija li pproponiet bħala parti mill-Pjan fil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” biex jiggwadanjaw iż-żmien, li huwa essenzjali fis-sitwazzjoni attwali. |
|
1.9 |
Fir-rigward tad-diversifikazzjoni tal-importazzjoni, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-prospetti offruti mix-xiri komuni volontarju permezz tal-Pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija u sħubijiet ġodda dwar l-enerġija, li huma għażliet li jistgħu jiġu implimentati immedjatament. Madankollu, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija ġeopolitika għall-importazzjoni tal-enerġija, li tqis ukoll l-urġenzi enerġetiċi u klimatiċi, qabel ma tikkonkludi sħubijiet ma’ pajjiżi mhux demokratiċi jew politikament instabbli. |
|
1.10 |
Il-KESE jappoġġja żieda fis-sehem tas-sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tal-UE u jappoġġja bis-sħiħ it-talba tal-Kummissjoni biex tinkludi s-sehem ta’ 45 % propost fil-Pjan fil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”. |
|
1.11 |
Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet aktar ambizzjużi, jeħtieġ li jiġu importati għadd ta’ tagħmir tekniku, peress li l-UE m’għadx għandha kapaċitajiet ta’ produzzjoni. Pereżempju, il-pannelli solari huma prinċipalment importati miċ-Ċina. Għalhekk, l-enerġiji fossili jiddependu mhux biss fuq l-importazzjonijiet, iżda wkoll fuq it-tagħmir meħtieġ. Il-KESE jappella lil dawk kollha li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi biex jippromovu bil-kbir l-espansjoni tas-siti ta’ produzzjoni għat-tagħmir tal-enerġija rinnovabbli, inkluż il-ħżin tal-batteriji, fl-Ewropa. L-Alleanza Ewropea ta-Industrija Solari tista’ titqies bħala l-ewwel pass. |
|
1.12 |
Madankollu, hemm bżonn ta’ investiment massiv biex jiżdied is-sehem ta’ sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tal-UE. Minkejja dan, is-sehem tal-investiment pubbliku fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ dekarbonizzazzjoni huwa aktar baxx fl-UE milli f’ekonomiji ewlenin oħra, u dan jipperikola l-kompetittività tal-UE f’teknoloġiji futuri ewlenin. Il-KESE jinnota li t-tranżizzjoni ekoloġika u s-sigurtà tal-provvista jeħtieġu grad suffiċjenti tat-taħlita tajba ta’ sorsi rinnovabbli għall-elettrifikazzjoni u biex tirnexxi l-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku, jiġu żviluppati teknoloġiji tal-ħżin u jiġu sfruttati bis-sħiħ l-opportunitajiet ipprovduti mid-diġitalizzazzjoni. Għalhekk għad hemm ħtieġa sinifikanti għall-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp. |
|
1.13 |
Il-KESE jenfasizza l-valur miżjud tal-proposti dwar proċeduri rapidi għall-għoti ta’ permessi għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli u d-definizzjoni ta’ żoni deżinjati (“go-to areas”) għal proġetti bħal dawn. Għal darb’ oħra, il-KESE jenfasizza l-valur miżjud li jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet biex dawk il-prinċipji jiġu applikati minn kmieni. |
|
1.14 |
F’dan il-kuntest, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-produzzjoni domestika tal-enerġija rinnovabbli, inkluż l-idroġenu, iżda jenfasizza wkoll li xi wħud mis-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli prijoritizzati, bħall-idroġenu, jistgħu ma jkunux disponibbli immedjatament fi kwantità suffiċjenti u/jew bi prezzijiet affordabbli. Sabiex jiġu applikati s-soluzzjonijiet ta’ tranżizzjoni stabbiliti f’punt 1.3 hawn fit-terminu medju, huwa importanti li titfassal politika Ewropea ta’ dekarbonizzazzjoni b’enfasi speċjali fuq setturi diffiċli sabiex jitrażżnu (industriji li jiddependu fuq sħana kbira, iżda wkoll inkwilini f’bini b’diversi appartamenti u t-trasport). Diġà hemm disponibbli strumenti konvenjenti (eż. kuntratti għad-differenza għall-karbonju u awtokonsum kollettiv). Dawn l-istrumenti jeħtieġ li jintużaw malajr kemm jista’ jkun filwaqt li jitqiesu l-effetti soċjali u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kompetittività internazzjonali tan-negozju. |
|
1.15 |
Fir-rigward tal-potenzjal għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal tal-awtokonsum, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-kondiviżjoni tal-enerġija, kif rifless fil-Pjan iżda sfortunatament mingħajr mhuwa spjegat kif għandhom jitneħħew l-ostakli rilevanti għal dawn l-intrapriżi. |
|
1.16 |
Il-KESE jenfasizza wkoll l-importanza ta’ xejriet nazzjonali ta’ mġiba u tradizzjonijiet li jinfluwenzaw l-għażliet fir-rigward tat-taħlitiet tal-enerġija sostenibbli. Il-KESE jappoġġja użu akbar tar-riżorsi disponibbli għall-iżvilupp ta’ enerġiji rinnovabbli. Fid-dawl tal-għażliet nazzjonali diverġenti, għandha titħeġġeġ il-versatilità u għalhekk għandha tintuża varjetà kbira ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li ekonomikament u ekoloġikament huma kompatibbli ma’ sistema tal-enerġija ġdida bbażata primarjament fuq sorsi tal-enerġija Ewropej. Il-KESE jieħu nota li l-istatus tal-enerġija nukleari s’issa għadu miftuħ u bħalissa huwa f’idejn kull Stat Membru. |
|
1.17 |
Il-KESE jaqbel li l-enerġiji rinnovabbli, il-grilji tal-ħżin u tad-distribuzzjoni għandhom jiġu ttrattati bħala interess pubbliku prevalenti, iżda huwa tal-fehma li l-implikazzjonijiet konkreti ta’ dan kellhom jiġu spjegati aħjar. F’Opinjonijiet preċedenti, il-KESE diġà indika l-potenzjal għoli li l-karozzi elettroniċi għandhom bħala “ħżin strateġiku tal-elettriku”. Sfortunatament, il-pjan jonqos milli jiddiskuti dan ukoll. |
|
1.18 |
Fir-rigward tal-investiment, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li ssir enfasi akbar fuq l-effetti pożittivi possibbli fuq l-impjiegi u l-ekonomiji reġjonali, u fuq l-importanza li l-aspetti tal-enerġija u dawk relatati mal-klima jintrabtu mal-koeżjoni soċjali u reġjonali. |
|
1.19 |
Il-KESE jinnota b’dispjaċir li l-Pjan ma jindirizzax b’mod adegwat ir-rifinanzjament tal-finanzjament pubbliku li jista’ jaġixxi bħala kapital inizjali biex jattira l-investiment privat fl-indipendenza enerġetika. Eżempju possibbli jista’ jkun li tiġi allokata taxxa ddedikata fuq l-hekk imsejħa “profitti mhux mistennija” minn prezzijiet għoljin taż-żejt u tal-gass. Il-KESE jieħu nota tan-natura sensittiva ta’ tali miżura, minħabba l-ħtieġa li jiġi evitat li jiġi skoraġġut l-investiment f’sorsi tal-enerġija rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. |
|
1.20 |
Minkejja li r-Regolament reċenti tal-Kunsill dwar miżuri koordinati għat-tnaqqis tad-domanda għall-gass u l-Komunikazzjoni li takkumpanjah dwar Niffrankaw il-Gass għal Xitwa Sikura huma pass fid-direzzjoni t-tajba biex tittejjeb it-tħejjija għall-kriżijiet, il-KESE jixtieq jara qafas ta’ kriżi aktar ġenerali adatt biex tiġi indirizzata kriżi tal-kobor li l-UE qed tħabbat wiċċha magħha minħabba l-gwerra fl-Ukrajna. |
|
1.21 |
Il-KESE jieħu nota tal-kummenti reċenti tal-President tal-Kummissjoni dwar l-inadegwatezza tal-istruttura attwali tas-suq tal-enerġija tal-UE u l-ħtieġa ta’ riforma tas-suq tal-elettriku. Il-KESE jilqa’ l-intenzjoni li jiġu esplorati għażliet għall-ottimizzazzjoni tas-suq tal-elettriku iżda jenfasizza li kwalunkwe proposta għandha tkun preċeduta minn valutazzjoni tal-impatt eżawrjenti. |
|
1.22 |
Il-Pjan, li fi kwalunkwe każ se jeħtieġ finanzjament sostanzjali, se jkun diffiċli ħafna biex jiġi ffinanzjat fi ħdan il-qafas finanzjarju attwali. F’dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza l-importanza li tiġi introdotta regola tad-deheb għall-investimenti fl-imġiba soċjo/ekoloġika tas-soċjetà tagħna (1). |
2. Sfond
|
2.1 |
Fil-pjan “REPowerEU” (2) il-Kummissjoni Ewropea tipproponi sett komprensiv ta’ miżuri biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE mill-fjuwils fossili Russi billi nħaffu l-pass lejn it-tranżizzjoni nadifa u ningħaqdu flimkien biex niksbu sistema tal-enerġija aktar reżiljenti u Unjoni tal-Enerġija ġenwina. Il-pjan huwa mibni fuq erba’ pilastri. |
|
2.2 |
L-ewwel pilastru huwa dwar l-iffrankar tal-enerġija: 5 % tnaqqis addizzjonali fil-konsum tal-enerġija sal-2030 minbarra t-tnaqqis ta’ 9 % propost fil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” permezz ta’ titjib fl-effiċjenza enerġetika (3). Rigward il-konsum tal-gass, il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” se jikseb tnaqqis ġenerali ta’ 30 % sal-2030. Il-Kummissjoni talbet lill-koleġiżlaturi biex jinkludu din il-proposta fil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” qabel ma jiġi adottat. Bħala miżura immedjata għall-perjodu qasir ta’ żmien, il-Kummissjoni għandha tibda kampanja ta’ ffrankar tal-enerġija mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) immirata lejn l-għażliet individwali tal-individwi u tal-kumpaniji u li tissuġġerixxi li l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-għodod disponibbli, inklużi implimentazzjoni mtejba u aġġornament tal-Pjani Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) (4). Il-KESE jinnota li r-Regolament tal-Kunsill li ġie adottat dan l-aħħar jippreskrivi tnaqqis kollettiv ta’ 15 % fl-użu tal-gass matul ix-xitwa 2022-2023 abbażi tal-medja tal-aħħar ħames snin (5). Ir-Regolament huwa akkumpanjat minn Komunikazzjoni b’suġġerimenti għall-implimentazzjoni (6). |
|
2.3 |
It-tieni pilastru għandu l-għan li jnaqqas id-dipendenza mill-gass Russu b’2/3 sa tmiem din is-sena u li din tintemm sal-2027 permezz ta’ diversifikazzjoni fl-importazzjonijiet tal-gass; b’aktar importazzjonijiet tal-LNG (+50 bcm) mill-Istati Uniti, l-Eġittu, l-Iżrael, u l-pajjiżi tal-Afrika Sub-Saħarjana u importazzjonijiet bil-pipeline mingħand fornituri mhux Russi (+10 bcm). Barra minn hekk, il-Pjattaforma tal-Enerġija tal-UE, stabbilita f’April, se takkomuna d-domanda, tiffaċilita x-xiri volontarju, tottimizza l-użu tal-infrastruttura, u tistabbilixxi sħubijiet internazzjonali fit-tul. Il-produzzjoni tal-gass naturali fi ħdan l-UE ser tiżdied; fuq terminu ta’ żmien medju, se jiġu introdotti alternattivi bħall-bijometan u l-idroġenu rinnovabbli. Id-diversifikazzjoni tinkludi wkoll fjuwil nukleari fejn xi Stati Membri bħalissa jiddependu minn sorsi Russi. |
|
2.4 |
It-tielet pilastru jipproponi s-sostituzzjoni tal-fjuwils fossili u l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn enerġija nadifa: l-ewwel nett, il-mira tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli żdiedet minn 40 għal 45 % sal-2030. Huma enfasizzati teknoloġiji ewlenin bħal dik solari (mira ta’ aktar minn 320 GW ta’ apparat fotovoltajku solari installat sal-2025 (id-doppju tal-kapaċità fl-2022), 600 GW sal-2030; l-Istrateġija tal-UE dwar l-Enerġija Solari, l-Inizjattiva Ewropea ta’ Bjut Solari ġdida; l-enerġija mir-riħ (aċċelerazzjoni tal-għoti ta’ permessi, pereżempju permezz tal-hekk imsejħa żoni deżinjati (go-to areas), jiġi rduppjat l-użu ta’ pompi tas-sħana għal 10 miljun unità matul il-5 snin li ġejjin), u l-elettrolizzaturi. Il-koleġiżlaturi huma mitlubin jallinjaw is-sottomiri għall-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fl-ambitu tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (75 % industrija, 5 % trasport), jaċċeleraw l-idroġenu billi jirduppjaw in-numru ta’ “widien tal-idroġenu”, jiffinalizzaw il-valutazzjoni ta’ Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) dwar l-idroġenu sas-sajf biex jibnu l-infrastruttura rispettiva biex jipproduċu, jimportaw u jittrasportaw 20 miljun tunnellata ta’ idroġenu sal-2030 (7). Għandhom jiġu stabbiliti sħubijiet ġodda dwar l-idroġenu (mal-Mediterran, l-Ukrajna). Il-produzzjoni tal-bijometan għandha tiżdied għal 35 bcm sal-2030. Il-konverżjoni tal-installazzjonijiet tal-bijogass eżistenti, se teħtieġ investimenti ta’ EUR 37 biljun matul il-perjodu. Bil-għan li tagħti spinta lill-elettrifikazzjoni u lill-użu tal-idroġenu fl-industrija, il-Kummissjoni se tintroduċi kuntratti għad-differenza għall-karbonju u twieqi tar-REPowerEU ddedikati taħt il-Fond ta’ Innovazzjoni, u tistabbilixxi Alleanza Ewropea tal-Industrija Solari. Hemm ukoll enfasi fuq il-bijomassa u r-residwi agrikoli u tal-foresti. Il-Kummissjoni titlob lill-koleġiżlaturi jadottaw malajr il-proposti pendenti dwar il-fjuwils alternattivi u fajls oħra relatati mat-trasport li jappoġġjaw il-mobilità ekoloġika; L-inizjattiva dwar l-ekoloġizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija hija ppjanata għall-2023. Il-Kummissjoni tindika l-ħtieġa li jitħaffu l-proċeduri tal-għoti tal-permessi anke permezz tal-applikazzjoni bikrija tal-proposti pendenti. |
|
2.5 |
L-aħħar pilastru jindirizza l-investimenti intelliġenti: EUR 210 biljun oħra huma meħtieġa bejn issa u l-2027, minbarra l-ħtiġijiet tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”. Il-finanzjament tal-LNG u tal-gass mill-pipeline minn fornituri oħra, jeħtieġ EUR 10 biljun sal-2030. Huma meħtieġa EUR 29 biljun oħra f’investimenti addizzjonali fil-grilja tal-elettriku sal-2030. Bil-għan li tgħin fil-finanzjament ta’ dawn l-investimenti, il-Kummissjoni tiffoka fuq il-Pjani għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-irkant taċ-ċertifikati tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, fondi mill-politika ta’ koeżjoni, il-Politika Agrikola Komuni, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Programm InvestEU, il-Fond ta’ Innovazzjoni, u miżuri fiskali. |
|
2.6 |
Il-Kummissjoni ppreżentat Regolament li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kif ukoll id-Deċiżjoni (UE)2015/1814 u d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolament (UE) 2021/1060, biex tippermetti li l-Faċilità tintuża għall-objettivi tal-pjan REPowerEU. |
|
2.7 |
B’mod ġenerali, jista’ jkun meħtieġ li jkomplu jintużaw iż-żejt, fjuwils fossili oħra u l-faħam għal perjodu ta’ tranżizzjoni. Hemm rwol għall-enerġija nukleari wkoll. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Qabel ma jidħol fil-kontenut tal-pjan REPowerEU, il-KESE bħala r-rappreżentant tas-soċjetà ċivili, li hija affettwata bla bżonn miż-żidiet drammatiċi fil-prezzijiet ta’ bħalissa, jirrimarka li ħafna mill-problemi li jeħtieġ li jiġu solvuti issa setgħu ġew evitati, jew għall-inqas limitati, kieku tnaqqset id-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-enerġija – kif ipproponiet il-Kummissjoni f’dawn l-aħħar snin. Il-KESE jfakkar fid-dikjarazzjonijiet li saru fl-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija tal-2014 u l-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija tal-2015 li l-UE tibqa’ vulnerabbli għal xokkijiet esterni tal-enerġija u b’hekk jappellaw lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell nazzjonali u tal-UE biex jiċċaraw maċ-ċittadini l-għażliet involuti fit-tnaqqis tad-dipendenza tagħna minn fjuwils, fornituri tal-enerġija u rotot partikolari. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-politiċi u l-partijiet il-kbar tas-soċjetà tagħna ġew mgħomija mill-provvisti fossili rħas u naqsu milli jsegwu kwalunkwe politika ta’ prekawzjoni. Is-sitwazzjoni attwali hija r-riperkussjoni ta’ din in-negliġenza. Il-KESE jinnota b'dispjaċir li kellha tkun il-gwerra fl-Ukrajna u d-distorsjonijiet konsegwenti fil-provvista tal-enerġija mir-Russja biex tinġibed l-attenzjoni għal din il-kwistjoni bażika tas-sigurtà tal-enerġija u biex jiġu skattati l-miżuri proposti fil-Pjan REPowerEU biex tiġi żgurata l-indipendenza mill-importazzjoni tal-enerġija Russa. |
|
3.2 |
Effett wieħed tal-atroċitajiet tar-Russja kontra l-poplu Ukren huma sanzjonijiet fuq l-importazzjonijiet taż-żejt u l-gass Russi u tnaqqis fl-esportazzjonijiet tal-enerġija Russa lejn xi Stati Membri tal-UE. Għaldaqstant, jeħtieġ li jitnaqqsu b’mod rapidu l-importazzjonijiet tal-enerġija mir-Russja lejn l-UE. Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattivi kollha li jsegwu din il-mira. L-għan għandu jkun li jintemmu gradwalment l-importazzjonijiet kollha tal-enerġija mir-Russja malajr kemm jista’ jkun, idealment fit-tliet snin li ġejjin. |
|
3.3 |
Għalhekk, fil-prinċipju, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-pjan REPowerEU. Huwa jistabbilixxi l-mira t-tajba – it-tmiem tad-dipendenza tal-Ewropa mill-importazzjonijiet tal-enerġija Russa malajr kemm jista’ jkun inkluż sett adegwat ta’ azzjonijiet fuq terminu qasir u medju għall-promozzjoni ta’ din il-mira. |
|
3.4 |
Is-sitwazzjoni hija drammatika ħafna – b’mod partikolari f’perspettiva internazzjonali. Sakemm l-Ewropa tibqa’ timporta l-gass u ż-żejt mir-Russja, l-Ewropa se tibqa’ tikkontribwixxi għall-gwerra ta’ aggressjoni ta’ Putin. L-Ewropa teħtieġ il-gass Russu biex iżżomm l-industrija tagħha għaddejja u d-djar taċ-ċittadini Ewropej sħan, il-pożizzjoni diplomatika tal-UE ddgħajfet. Sakemm ir-Russja tista’ tuża l-provvista li tagħti lill-Ewropa biex timmanipula l-prezzijiet bl-ingrossa tal-gass, iċ-ċittadini Ewropej u l-industrija ser ikomplu jġarrbu prezzijiet għoljin; barra minn hekk, hemm il-biżà ta’ riperkussjonijiet ekonomiċi fundamentali f’każ li l-provvista tal-gass Russu tinqata’ għalkollox. Għalhekk, is-sitwazzjoni attwali għandha effetti negattivi kemm fuq il-prezzijiet kif ukoll fuq is-sigurtà tal-provvista, li jfisser li kemm in-negozji kif ukoll il-konsumaturi huma ostaġġi. Tabilħaqq, xi intrapriżi diġà ġew imġiegħla jrażżnu jew iwaqqfu l-produzzjoni minħabba prezzijiet għoljin tal-enerġija, b’effett negattiv ukoll fuq l-impjiegi. Fl-istess ħin, l-unitajiet domestiċi spiss ma jkunux jafu kif se jħallsu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom. Din is-sitwazzjoni mħallta tpoġġi wkoll pressjoni fuq is-sistema demokratika tal-UE u trid tiġi solvuta malajr kemm jista’ jkun. |
|
3.5 |
Għalhekk, wieħed għandu jsaqsi jekk il-pjan REPowerEU huwiex ambizzjuż biżżejjed. Meta jitqies li l-objettiv ewlieni huwa t-tneħħija gradwali tad-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-gass u ż-żejt Russi u l-kisba tal-indipendenza enerġetika tal-UE mir-Russja, essenzjalment billi jiżdied is-sehem ta’ sorsi rinnovabbli, it-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-importazzjonijiet alternattivi, iżda wkoll, jekk meħtieġ, billi tintuża l-enerġija b’livell baxx ta’ karbonju u mill-faħam bħala soluzzjonijiet tranżitorji għal żmien qasir ħafna, l-isforz għandu jitqies bħala adegwat. Madankollu, wieħed għandu jsaqsi: l-Ewropa – speċjalment l-Istati Membri – qiegħda tagħmel dak kollu li tista’ biex ittemm il-provvista tal-gass mir-Russja kemm jista’ jkun malajr? Meta jitqies il-pjan REPowerEU biss, u jekk wieħed jikkunsidra dak li nafu s’issa dwar ir-riżultati tal-proċess leġiżlattiv rigward il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, donnu hemm dubju dwar dan. |
|
3.6 |
Hemm biss żewġ għażliet li jikkonvinċu bis-sħiħ li se jagħtu kontribut immedjat għas-sostituzzjoni tal-gass naturali fit-tul kif ukoll huma kompletament konformi mal-miri strateġiċi tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”: żieda massiva tal-enerġiji rinnovabbli u tnaqqis drastiku tad-domanda. |
|
3.7 |
Minħabba l-ispejjeż u ż-żmien meħtieġa biex jiġu żviluppati s-soluzzjonijiet ewlenin fuq perjodu ta’ żmien medju u twil, il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ miżuri li jistgħu jittieħdu immedjatament, bħal għażliet minn individwi u intrapriżi, xiri volontarju komuni permezz tal-Pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija, il-ħolqien ta’ sħubijiet ġodda tal-enerġija ma’ sostenituri affidabbli, il-ħżin tal-gass, is-segwitu ta’ rakkomandazzjonijiet għal applikazzjoni bikrija ta’ proċeduri ta’ awtorizzazzjoni rapida, l-introduzzjoni ta’ żoni deżinjati, u żieda fil-produzzjoni tal-bijometanol. Il-koleġiżlaturi jistgħu jaġixxu immedjatament fuq it-talba tal-Kummissjoni biex jiġu inklużi l-objettivi ta’ żieda fil-livelli ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli minn 40 għal 45 %, ta’ titjib tal-effiċjenza enerġetika b’5 % oħra, u ta’ titjib tal-effiċjenza enerġetika għall-bini – stabbiliti fi proposti separati – fil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” biex jiggwadanjaw iż-żmien. Il-koleġiżlaturi jistgħu jaġixxu wkoll fuq it-talba biex il-proposti rilevanti jiġu adottati malajr. |
|
3.8 |
Il-KESE jilqa’ wkoll ir-Regolament reċenti tal-Kunsill dwar it-tnaqqis koordinat tal-użu tal-gass matul ix-xitwa 2022-2023. |
|
3.9 |
Minħabba l-urġenza estrema tas-sitwazzjoni, il-KESE jappoġġja wkoll il-mod kif il-pjan REPowerEU jaħseb għall-ħtieġa possibbli li jintużaw il-fjuwils fossili u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u l-faħam għal perjodu ta’ tranżizzjoni, li għandu jinżamm qasir kemm jista’ jkun sabiex jiġi evitat li dawn is-sorsi jiġu eżawriti. Il-KESE jinnota wkoll b’mod favorevoli li s’issa l-kwistjoni tal-enerġija nukleari titħalla f’idejn kull Stat Membru. |
|
3.10 |
Il-KESE jilqa’ l-istabbiliment ta’ Fond Soċjali għall-Klima sabiex jittaffew l-impatti soċjali u ekonomiċi negattivi u sabiex jiġu pprovdut finanzjament lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-miżuri tagħhom li jindirizzaw l-impatt soċjali fuq unitajiet domestiċi, mikrointrapriżi u utenti tat-trasport li huma finanzjarjament aktar dgħajfa. Fl-istess ħin, il-KESE jinnota li l-pakkett finanzjarju propost għall-Fond Soċjali għall-Klima mhux se jipprovdi biżżejjed appoġġ finanzjarju biex jindirizza b’mod responsabbli l-effetti soċjoekonomiċi fil-proċess biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi u tal-mobbiltà. Għalhekk, huwa meħtieġ baġit f’livell korrispondenti għoli. Il-KESE jirrimarka wkoll li l-kapaċità tal-Istati Membri li jattiraw u jiġġestixxu fondi privati tvarja. |
|
3.11 |
L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw ukoll liċ-ċittadini u, b’mod partikolari, lill-familji finanzjarjament dgħajfa kemm fit-terminu qasir, għaż-żewġ xtiewi li jmiss, kif ukoll fit-tul. |
|
3.12 |
Rigward l-iffrankar tal-enerġija, il-Kummissjoni qiegħda timmira għal tnaqqis immedjat ta’ 5 % mill-konsum tal-gass (madwar 13 bcm) u taż-żejt (madwar 16 mto). Dan mhuwa ambizzjuż xejn u ma jikkorrispondix għad-dimensjoni tal-kriżi li rriżultat mill-gwerra kontra l-Ukrajna. Madankollu, ir-realtà politika hija li l-Kunsill tal-Enerġija tas-27 ta’ Ġunju 2022 aċċetta l-livell ta’ tnaqqis ta’ 9 % propost mill-Kummissjoni fl-2021, mingħajr ma qies is-suġġerimenti fil-pjan REPowerEU biex il-proposta tiġi inkluża fil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”. |
|
3.13 |
Fil-Ġermanja, fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Mejju 2022, il-konsum tal-gass kien diġà tnaqqas bi kważi 15 % (8), minkejja li skont studji tas-suq il-konsumaturi residenzjali setgħu jiffrankaw saħansitra aktar. Dan juri biċ-ċar li s-sitwazzjoni u r-rieda jew il-kapaċità li naġixxu tista’ tkun differenti ħafna fi Stati Membri differenti; possibbilment huma l-miżuri li joffru flessibbiltà f’dan ir-rigward li għandhom l-akbar ċans li jirnexxu, kif joħroġ fir-Regolament tal-Kunsill dwar miżuri koordinati għat-tnaqqis tad-domanda għall-gass, li ġie adottat fis-26 ta’ Lulju 2022, li jqis ukoll il-ħtiġijiet tal-industrija. |
|
3.14 |
Il-kampanji dwar l-enerġija ma għandhomx jiġu limitati biss għal sejħiet għall-iffrankar tal-enerġija iżda għandhom ikopru miżuri li jkollhom impatt dirett bħal irkanti inversi, li jfissru li awtorità ċentrali – jew l-awtorità regolatorja jew l-operatur tas-sistema – torganizza sejħa għall-offerti għal konsumaturi industrijali li jistgħu jagħmlu l-offerta tagħhom għal tnaqqis volontarju tal-gass abbażi tal-ispejjeż speċifiċi tagħhom. Dan jista’ jkun ta’ għajnuna biex jintlaħqu l-livelli ta’ ħżin tal-gass rispettivi u jagħmluha aktar probabbli li, f’xenarju fejn ma jkunx hemm provvista ta’ gass Russu, l-UE tkampa matul ix-xitwa mingħajr wisq ħsara soċjali u ekonomika. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal tar-rispons għad-domanda bħala mezz biex titnaqqas id-domanda. |
|
3.15 |
Rigward l-enerġiji rinnovabbli, il-mira ġenerali stabbilita mill-Kummissjoni ta’ livell imsaħħaħ ta’ 45 % ta’ enerġija rinnovabbli, minflok l-40 % proposti fl-2021, s’issa jidher li ma ngħatatx widen, almenu mill-Kunsill tal-Enerġija tas-27 ta’ Ġunju 2022, minkejja t-talba tal-Kummissjoni biex tiġi inkluża fil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”. Il-KESE jinnota dan b’dispjaċir peress li jdewwem l-impatt tal-iżvilupp mixtieq. Madankollu, il-KESE jilqa’ l-proposta separata li saret f’Mejju 2022 biex jitħaffu l-proċeduri ta’ permessi għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli u jiġu introdotti żoni deżinjati għal tali proġetti sabiex jitneħħa ostaklu kbir għall-użu rapidu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari proġetti tal-enerġija mix-xemx u mir-riħ. Għalhekk, il-KESE jilqa’ wkoll ir-rakkomandazzjoni li saret fil-Komunikazzjoni REPowerEU li l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni rapida u ż-żoni deżinjati jiġu implimentati immedjatament, sakemm tiġi aċċettata l-proposta tal-Kummissjoni. |
|
3.16 |
Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet aktar ambizzjużi, jeħtieġ li jiġi importat għadd ta’ tagħmir tekniku, peress li l-UE m’għadx għandha kapaċitajiet ta’ produzzjoni, pereżempju, il-pannelli solari huma prinċipalment importati miċ-Ċina. Għalhekk, l-enerġiji fossili jiddependu mhux biss mill-importazzjonijiet, iżda wkoll mit-tagħmir meħtieġ. Il-KESE jappella lil dawk kollha li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi biex jippromovu bil-kbir l-espansjoni tas-siti ta’ produzzjoni għat-tagħmir tal-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa. L-Alleanza Ewropea tal-Industrija Solari tista’ titqies bħala l-ewwel pass. |
|
3.17 |
Madankollu, hemm bżonn ta’ investiment massiv biex jiżdied is-sehem ta’ sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tal-UE. Minkejja dan, is-sehem tal-investiment pubbliku fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ dekarbonizzazzjoni huwa aktar baxx fl-UE milli f’ekonomiji ewlenin oħra, u dan jipperikola l-kompetittività tal-UE f’teknoloġiji futuri ewlenin. Il-KESE jinnota li t-tranżizzjoni ekoloġika u s-sigurtà tal-provvista jeħtieġu grad suffiċjenti tat-taħlita tajba ta’ sorsi rinnovabbli għall-elettrifikazzjoni u biex tirnexxi l-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku, jiġu żviluppati teknoloġiji tal-ħżin u jiġu sfruttati bis-sħiħ l-opportunitajiet ipprovduti mid-diġitalizzazzjoni, u kunċetti bħall-impjanti virtwali tal-enerġija fl-aħħar ikunu disponibbli. Għalhekk għad hemm ħtieġa sinifikanti għall-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp. |
|
3.18 |
Kunċetti bħall-awtokonsum, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-kondiviżjoni tal-enerġija li ġew rikonoxxuti b’mod ġenerali fil-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa u li l-KESE dejjem appoġġja huma importanti biex jiżdiedu s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Għandhom jiġu koperti l-ħtiġijiet massivi ta’ investiment. Iċ-ċittadini huma lesti li jinvestu fil-konsum awtonomu jew tal-kommunità, jekk jifhmu li dan huwa wkoll ta’ benefiċċju għalihom. Huma għandhom iħossuhom imħeġġa aktar milli skoraġġuti. F’ħafna Stati Membri dan tal-aħħar għadu l-każ. L-istrateġija solari tal-UE li takkumpanja l-pjan REPowerEU tirrikonoxxi dan u f’dan ir-rigward, tirreplika d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli II mingħajr ma tagħti dettalji dwar kif l-Istati Membri se jiġu mġiegħla finalment jeliminaw ix-xkiel rilevanti. |
|
3.19 |
Jagħmel sens li l-enerġiji rinnovabbli u l-ħżin jiġu definiti bħala li huma fl-interess pubbliku ġenerali, iżda għadu mhux ċar x’inhi l-konsegwenza diretta. Il-grilja ta’ distribuzzjoni li tgħaqqad l-installazzjonijiet rispettivi mal-konsumatur teħtieġ ukoll li tiġi rikonoxxuta bħala interess pubbliku prevalenti. |
|
3.20 |
Anke b’titjib massiv fit-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija (ara l-punti 3.7 sa 3.9) u b’żieda fl-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (ara l-punti 3.10 sa 3.12) huwa ċar li l-UE mhux ser jirnexxilha tilħaq l-awtosuffiċjenza fl-enerġija la fuq terminu ta’ żmien qasir u lanqas fuq terminu medju. Jidher li l-awtosuffiċjenza hija possibbli fit-tul iżda jekk dan huwiex mixtieq jew le jidher li għadha mistoqsija mhux imwieġba. L-esperjenza qarsa tad-dipendenza Russa teħtieġ approċċ maħsub sew dwar l-għażla ta’ liema pajjiżi/reġjuni għandna nissieħbu magħhom fil-futur. Filwaqt li l-urġenza titlob deċiżjonijiet rapidi rigward l-importazzjonijiet tal-LNG u tal-idroġenu (ekoloġiċi), għandhom jiġu evitati deċiżjonijiet vinkolanti fit-tul mingħajr analiżi tar-riskju komprensiva. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija ġeopolitika għall-importazzjoni tal-enerġija qabel ma’ tipproponi sħubijiet tal-enerġija ma’ pajjiżi mhux demokratiċi jew politikament instabbli; filwaqt li jitqiesu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-urġenzi enerġetiċi. |
|
3.21 |
L-LNG jidher li huwa soluzzjoni għal ħafna Stati Membri, iżda minħabba l-impronta tas-CO2 tiegħu jeħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala teknoloġija pont, u l-pont għandu jkun qasir kemm jista’ jkun. Matul l-20 sena li ġejjin, l-infrastruttura tal-LNG kollha li tkun inbniet trid jew titneħħa jew tkun kapaċi tittrasporta u tiddistribwixxi idroġenu ekoloġiku. Dan irid ikun prinċipju fundamentali għad-deċiżjonijiet ta’ investiment kollha li għandhom jittieħdu fix-xhur li ġejjin. It-tlestija għall-idroġenu spiss tintuża bħala klassifikazzjoni iżda fir-realtà, għadu xejn ma hu ċar xi tfisser verament din il-frażi. Bħal fil-każ tad-definizzjoni ta’ idroġenu ekoloġiku fl-Att Delegat rispettiv, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiddefinixxi t-tlestija għall-idroġenu sabiex tikkombina s-sigurtà tal-investiment ma’ mira klimatika ċara. It-tassonomija għandha tiġi emendata skont dan. |
|
3.22 |
Dan juri l-importanza li jiġu kkunsidrati xejriet nazzjonali ta’ mġiba u approċċi nazzjonali meta jiġu kkunsidrati taħlitiet ta’ enerġija sostenibbli. Il-KESE jinnota li l-Kummissjoni ssemmi fil-qosor ir-rwol tal-enerġija nukleari fil-pjan REPowerEU tagħha, madankollu, għandu jitqies li din l-għażla hija r-responsabbiltà unika tal-Istati Membri. Il-KESE jappoġġja użu akbar tar-riżorsi disponibbli fl-UE, inkluż bħala prijorità, kif propost mill-Kummissjoni, espansjoni rapida u massiva tal-enerġiji rinnovabbli. Taħlita versatili ta’ produzzjoni tal-enerġija tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Minbarra l-enerġija mir-riħ u mix-xemx, għandha għalhekk tiġi użata l-varjetà ta’ sorsi tal-enerġija b’livell baxx ta’ karbonju li hija konformi ma’ sistemi ġodda tal-enerġija bbażati primarjament fuq sorsi tal-enerġija Ewropej li jvarjaw. |
|
3.23 |
Il-pilastru dwar l-investimenti intelliġenti jistabbilixxi l-prijoritajiet it-tajbin. Madankollu, il-KESE jtenni li bl-approċċ it-tajjeb, struttura tal-provvista tal-enerġija mingħajr karbonju, deċentralizzata u diġitalizzata jista’ jkollha effetti pożittivi enormi fuq l-impjiegi u l-ekonomiji reġjonali (ara l-Opinjoni TEN/660). Fil-kriżi attwali l-Unjoni Ewropea teħtieġ approċċ ġenerali tal-enerġija li jgħaqqad is-suġġetti speċifiċi relatati mal-enerġija u l-klima mal-objettivi fil-politika għall-koeżjoni soċjali u reġjonali. Dan l-aspett huwa injorat bil-kbir fl-Istrateġija Solari li l-Kummissjoni ppreżentat flimkien mal-pjan REPowerEU. |
|
3.24 |
Il-Kummissjoni bir-raġun tindika li l-investimenti pubbliċi jistgħu u jeħtieġu jiġġeneraw flus privati. Madankollu, il-pjan REPowerEU ma jkoprix il-finanzjament mill-ġdid tal-fondi pubbliċi rispettivi. L-abolizzjoni tas-sussidji għar-riżorsi fossili se tkun approċċ possibbli biex dan jiġi organizzat; it-tassazzjoni ta’ profitti mhux mistennija, li l-oriġini tagħhom huwa fil-kriżi ewlenija taż-żejt u tal-gass u li jsarrfu fi profitti żejda enormi speċjalment għall-kumpaniji taż-żejt il-kbar, tkun approċċ ieħor. Il-KESE jipproponi li dawn il-profitti jistgħu jinġabru permezz ta’ taxxi u jiġu trasferiti bħala kumpens finanzjarju lill-konsumaturi tal-enerġija, eż. unitajiet domestiċi aktar dgħajfa jew kumpaniji li jużaw ħafna enerġija, u jintużaw għall-espansjoni tal-produzzjoni tal-enerġija u għall-infrastruttura tal-grilja meħtieġa, speċjalment peress li dan diġà qiegħed jiġi diskuss jew implimentat f’xi Stati Membri. Il-KESE huwa tal-fehma li sabiex il-kumpaniji tal-enerġija ma jiġux skoraġġuti milli jinvestu f’soluzzjonijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, tali tassazzjoni għandha tiġi definita bħala sensittiva ħafna. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri rispettivi mingħajr aktar dewmien. |
|
3.25 |
F’konformità mas-siwi probabbli tal-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet adattati għaċ-ċirkostanzi lokali, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni li jsir użu mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza u mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jgħinu fl-implimentazzjoni tal-pjan REPowerEU. |
|
3.26 |
Il-Pjan, li fi kwalunkwe każ se jeħtieġ finanzjament sostanzjali, se jkun diffiċli ħafna biex jiġi ffinanzjat fi ħdan il-qafas finanzjarju attwali. F’dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza l-importanza li tiġi introdotta regola tad-deheb għall-investimenti fl-imġiba soċjo/ekoloġika tas-soċjetà tagħna (9). |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Il-bijometan jista’ jkollu rwol fit-tnaqqis/l-eliminazzjoni tad-dipendenza tal-Ewropa mill-gass Russu. Madankollu, għall-produzzjoni tiegħu, inkluż f’tentattiv biex jiġu evitati kunflitti mal-bijodiversità, l-installazzjonijiet eżistenti tal-bijogass għandhom b’mod partikolari jiġu modernizzati. L-impjanti tal-bijogass bħalissa spiss jintużaw biss biex jipproduċu l-elettriku fil-firxa tat-tagħbija bażi, jiġifieri il-ħin kollu. Is-sħana li tirriżulta rarament tintuża. Dawn il-kunċetti mhumiex effiċjenti. Il-bijogass miksub għandu jiġi pproċessat u injettat direttament fin-network tal-gass, jew inkella għandu jintuża wkoll għall-provvista tas-sħana fil-forma ta’ impjanti lokali tas-sħana u tal-enerġija kkombinati. Faċilitajiet iżgħar għall-ħżin tal-gass jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex jiġi prodott elettriku meta jkun hemm nuqqas ta’ riħ jew xemx. Investimenti għal modifiki retroattivi tas-sistemi eżistenti huma meħtieġa. Il-Komunikazzjoni ssemmi l-inċentivi rispettivi, iżda d-dettalji huma neqsin u jeħtieġ li jingħataw minnufih. |
|
4.2 |
Kif indikat fil-punt 3.14, ser ikun meħtieġ li l-LNG ikollu rwol fuq perjodu ta’ żmien qasir u medju. Il-pjan REPowerEu jwiegħed valutazzjonijiet u ppjanar, xiri konġunt volontarju u koordinazzjoni akbar. Madankollu, sadanittant, Stati Membri individwali huma diġà attivi. Hija meħtieġa solidarjetà Ewropea, u l-Kummissjoni jeħtieġ li tiżgura li l-ebda Stat Membru mhuwa qed jaġixxi kontra l-interess tal-ebda Stat Membru ieħor, kif jipprevedi r-Regolament (UE) 2017/1938 dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass. |
|
4.3 |
Ir-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass jipprevedi wkoll reġim ta’ solidarjetà Ewropea komprensiv f’każ ta’ emerġenza tal-gass. Minkejja li r-Regolament reċenti tal-Kunsill dwar miżuri koordinati għat-tnaqqis tad-domanda għall-gass u l-Komunikazzjoni li takkumpanjah dwar Niffrankaw il-Gass għal Xitwa Sikura, huma pass fid-direzzjoni t-tajba biex tittejjeb it-tħejjija għall-kriżijiet, il-KESE jixtieq jara qafas ta’ kriżi aktar ġenerali adatt biex tiġi indirizzata l-iskala tal-kriżi li l-UE qed tħabbat wiċċha magħha minħabba l-gwerra fl-Ukrajna. |
|
4.4 |
Pompi tal-enerġija għas-sħana u pompi tas-sħana, anke fil-kuntest ta’ tisħin distrettwali jidher li ser ikunu l-aktar approċċ promettenti biex jiġi sostitwit il-gass naturali fis-settur tat-tisħin. Madankollu, hemm bosta ostakli (li jvarjaw mill-ħaddiema b’ħiliet li huma meħtieġa sa kwistjonijiet soċjali speċjalment fi nħawi fejn il-proporzjon ta’ inkwilini huwa għoli). Il-Komunikazzjoni ma tqisx dawn il-punti. Hemm bżonn ta’ analiżi aktar dettaljata u aktar kritika li tinvolvi s-soċjetà ċivili. |
|
4.5 |
Iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija wriet id-dgħufijiet tas-suq tal-enerġija. Il-President tal-Kummissjoni von der Leyen innifisha qalet li s-sistema attwali tas-suq tal-elettriku ma għadhiex taħdem u jeħtieġ li tiġi rriformata. Jeħtieġ li jsiru mistoqsijiet fundamentali dwar il-futur tal-enerġija biex jiġu żgurati kemm provvista tal-enerġija li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent, bi prezz raġonevoli u affidabbli kif ukoll id-dritt għall-enerġija. Id-diżinn u r-regolamentazzjoni tiegħu għandhom jiġu adattati għar-realtajiet il-ġodda tal-enerġiji rinnovabbli prevalenti u joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għal atturi individwali kif ukoll isaħħu l-protezzjoni adatta tal-konsumaturi. Il-KESE jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tesplora alternattivi għall-ottimizzazzjoni tad-diżinn tas-suq tal-elettriku u jappoġġja bil-qawwa valutazzjonijiet tas-suq li janalizzaw l-imġiba tal-atturi potenzjali kollha fis-suq tal-enerġija u d-diżinn tas-suq tal-enerġija. Fi kwalunkwe każ, il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ valutazzjoni tal-impatt eżawrjenti qabel issir kwalunkwe proposta. Huwa jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-elettriku, inkluż ir-raggruppament tal-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass, li qed ikollu impatt negattiv fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri. |
|
4.6 |
Barra minn hekk, il-KESE jindika li huwa meħtieġ dejjem aktar tbassir sistematiku tad-domanda dejjem togħla għall-enerġija skont iż-żona u t-tip ta’ enerġija, li jieħu inkunsiderazzjoni t-trasformazzjoni tat-tipi ta’ enerġija, kif ukoll l-ippjanar kunċettwali tal-arkitettura tas-sistema ta’ enerġija futura sabiex jiġi żgurat li l-investimenti jkunu mmirati sew u s-sigurtà tal-provvista tkun garantita. Il-Kummissjoni għandha tfassal ħarsa ġenerali korrispondenti u tikkomunikaha b’mod wiesgħa, peress li spiss ikun hemm nuqqas ta’ ċarezza fis-soċjetà dwar sa liema punt l-Ewropa tista’ tforni l-enerġija lilha nnifisha. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Opinjoni tal-KESE ĠU C 105, 4.3.2022, p. 11.
(2) COM (2022) 230 final.
(3) COM(2022) 222 final.
(4) COM(2022)240 final.
(5) Id-Dokument tal-Kunsill 11625/22.
(6) COM(2022) 360 final.
(7) COM (2022) 230 final p. 7 u SWD(2022) p. 26.
(8) Industrie spart Gas, Sparpotenzial bei Verbrauchern nicht gehoben (L-industrija tiffranka l-gass, għadu ma ntlaħaqx il-potenzjal ta’ tfaddil għall-konsumaturi [mhux disponibbli bil-Malti]), handelsblatt.com
(9) Opinjoni tal-KESE ĠU C 105, 4.3.2022, p. 11.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/194 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Eżenzjoni temporanja mir-regoli dwar l-użu tas-slots fl-ajruporti minħabba l-pandemija tal-COVID-19”
[COM(2022) 334 final]
(2022/C 486/26)
|
Relatur Ġenerali: |
Thomas KROPP |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 12.7.2022 Parlament Ewropew, 19.7.2022 Kunsill, 4.8.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 100(2) u Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
143/1/2 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jinnota li l-avjazzjoni tipprovdi konnettività intra-UE u internazzjonali, li hija prerekwiżit essenzjali għall-kummerċ u t-turiżmu, u għalhekk ukoll għall-prosperità ekonomika Ewropea. Is-settur tal-avjazzjoni għadu taħt it-tisbita tal-effetti kkombinati ta’ diversi kriżijiet globali, bħall-pandemija tal-COVID-19, l-għeluq tal-ispazju tal-ajru ta’ diversi msieħba kummerċjali tal-Ewropa (b’mod partikolari ċ-Ċina), il-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna, l-inflazzjoni li qed tiżdied, il-probabbiltà dejjem akbar ta’ reċessjoni globali u n-nuqqas ta’ forzi tax-xogħol f’diversi setturi ekonomiċi, mhux l-inqas fl-avjazzjoni stess. Reġjuni oħra fid-dinja qed jimmonitorjaw bir-reqqa kif l-avjazzjoni Ewropea qiegħda timmaniġġja dawn l-isfidi. Iċ-ċentri fil-viċinat f’Istanbul, Dubai, Doha u Londra se jibbenefikaw mill-kompetittività mħarbta taċ-ċentri Ewropej u tat-trasportaturi Ewropej li joperaw f’networks internazzjonali. Għalhekk, il-KESE saħaq b’mod konsistenti li kwalunkwe u kull miżura regolatorja li taffettwa l-avjazzjoni ma għandhiex taffettwa l-kompetittività internazzjonali tal-Ewropa. Ikun ta’ ħsara għall-ambjent u għall-forzi tax-xogħol impjegati fl-Ewropa jekk il-flussi tal-passiġġieri jiġu ridirezzjonati lil hinn mill-konnessjonijiet internazzjonali fl-Ewropa u li jtiru lejn destinazzjonijiet internazzjonali minn ċentri li ma jinsabux fl-UE. L-emendi proposti għar-Regolament dwar is-Slots għandhom jitqiesu wkoll f’dan il-kuntest usa’. |
|
1.2 |
Ir-Regolament (KEE) Nru 95/93 (1) jiddetermina l-proċeduri u r-regoli għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-UE. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jispeċifika li t-trasportaturi bl-ajru għandhom jużaw mill-inqas 80 % tas-slots allokati lilhom f’perjodu ta’ skedar partikolari sabiex iżommu dawn is-slots għall-perjodu ta’ skedar korrispondenti tas-sena ta’ wara (ir-Regolament dwar is-Slots). |
|
1.3 |
Fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni u d-durata mhux mistennija tal-pandemija, il-Kummissjoni emendat ir-Regolament dwar is-Slots darbtejn mit-tifqigħa tagħha biex tissospendi b’mod effettiv id-dispożizzjoni “tużah jew titilfu”, u biex tagħti lill-Kummissjoni setgħat delegati biex tipprovdi għal żviluppi ulterjuri mhux mistennija. Dawn il-miżuri ta’ llaxkar tar-regoli dwar is-slots se jiskadu fid-29 ta’ Ottubru 2022, filwaqt li s-setgħat delegati tal-Kummissjoni diġà skadew fil-21 ta’ Frar 2022. Issa huma meħtieġa rieżami ulterjuri u aġġustamenti addizzjonali bħala kwistjoni ta’ urġenza biex jirriflettu r-realtà tas-suq. |
|
1.4 |
Abbażi tal-previżjonijiet tal-Eurocontrol, il-Kummissjoni tassumi li s-suq tal-avjazzjoni se jirkupra gradwalment għal-livelli ta’ qabel il-pandemija, madankollu din is-suppożizzjoni tista’ tkun ottimista żżejjed (2). Il-KESE jemmen li l-Proposta, filwaqt li għandha intenzjonijiet tajbin, ma fihiex is-salvagwardji meħtieġa biex jiġu evitati ostakli mhux intenzjonati għall-kompetittività tal-Ewropa. |
|
1.5 |
Il-KESE jilqa’ d-direzzjoni ta’ din il-Proposta l-ġdida tal-Kummissjoni biex is-suq tal-avjazzjoni jibqa’ kemm jista’ jkun kompetittiv. Madankollu, l-analiżi tas-suq tal-Kummissjoni, kif ukoll l-iżvilupp tas-suq previst tagħha fit-tliet staġuni li ġejjin, mhumiex robusti biżżejjed biex jispjegaw jew saħansitra jiġġustifikaw ir-ritorn issuġġerit għar-regola 80:20. Il-KESE ma jaqbilx mar-raġunament tal-Kummissjoni li s-suq tal-avjazzjoni qed jerġa’ lura għan-“normal”. Fid-dawl tad-data tal-Kummissjoni, limitu aktar baxx, bħal pereżempju 70:30, ikun aktar xieraq sakemm is-suq jistabbilizza ruħu. |
|
1.6 |
Il-KESE jilqa’ l-Proposta tal-Kummissjoni li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tan-nuqqas ġustifikat ta’ użu tas-slots (JNUS) biex ikopri wkoll l-inkwiet politiku u d-diżastri naturali jekk dawn iċ-ċirkostanzi jwasslu għal restrizzjonijiet deskritti b’mod ċar fuq l-avjazzjoni. Madankollu, il-KESE mhuwiex konvint li l-modifiki proposti għal-JNUS attwali huma ġġustifikati. Il-proċeduri previsti mill-Kummissjoni jżidu livell mhux meħtieġ ta’ kumplessità. Fil-fatt, id-devjazzjonijiet mill-proċeduri attwali ma jistgħux jibqgħu jiġu kkwalifikati bħala miżuri ta’ emerġenza, u b’hekk joħolqu inċertezzi legali fi żmien meta s-settur kollu għandu bżonn kbir ta’ qafas regolatorju stabbli. |
|
1.7 |
Il-KESE jappoġġja l-proposta li tissaħħaħ it-trasparenza tal-allokazzjoni tas-slots billi jissaħħaħ ir-rwol tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Koordinaturi tal-Ajruporti, u billi jiġi introdott obbligu għall-koordinaturi li jippubblikaw id-destinazzjonijiet li għalihom japplikaw l-eċċezzjonijiet. |
|
1.8 |
Il-KESE jilqa’ l-miżuri proposti biex jittaffew l-effetti kontinwi u prevedibbli tal-aggressjoni militari Russa fl-Ukrajna fuq l-avjazzjoni Ewropea. Madankollu, is-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni li d-dispożizzjonijiet normali jistgħu jiġu implimentati erba’ xhur wara t-tmiem tal-ostilitajiet jidhru ottimisti wisq. |
|
1.9 |
Avolja l-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni, il-KESE jemmen li minkejja l-limiti ta’ żmien evidenti, kienet tkun iġġustifikata valutazzjoni tal-impatt biex jiġu vvalutati aħjar l-implikazzjonijiet tal-bidliet proposti għar-Regolament eżistenti dwar is-Slots. Fin-nuqqas ta’ tali sostanzjar permezz ta’ valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq il-previżjonijiet tal-Eurocontrol li mhux neċessarjament jirriflettu l-kumplessità tal-iżviluppi attwali tas-suq. |
|
1.10 |
Valutazzjoni tal-impatt mhijiex meħtieġa biss biex tiġġustifika l-bidliet fir-Regolament eżistenti dwar is-Slots. Kif diġà indika l-KESE (3), il-miżuri tal-UE għandhom jiġu kkoordinati mill-qrib mal-Bord Dinji tas-Slots tal-Ajruporti (WASB) biex jiġu evitati approċċi differenti għall-istess kwistjoni f’reġjuni differenti fid-dinja. |
|
1.11 |
Il-kriżijiet globali li għaddejjin bħalissa għandhom jitqiesu fil-kuntest tal-effett kumulattiv tagħhom fuq l-avjazzjoni internazzjonali. Minħabba d-diffikultajiet biex dawn l-effetti jiġu kkontrollati għalissa, il-KESE jemmen li l-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Proposta bil-għan li timminimizza l-modifiki għad-dispożizzjonijiet eżistenti biex jinżamm il-karattru tagħhom bħala “leġiżlazzjoni ta’ emerġenza”. L-emerġenza attwali bl-ebda mod ma naqset, u għalhekk id-dispożizzjonijiet ta’ emerġenza għandhom jiġu estiżi mill-inqas għall-perjodu previst mill-Kummissjoni, iżda jidher prematur li jiġu ppjanati modifiki bħal dawk issuġġeriti mill-Kummissjoni. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1 |
Kif tispjega l-Kummissjoni fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha, l-isfida regolatorja fil-kuntest tar-Regolament dwar is-Slots hija li jiġi żgurat li jintużaw slots ta’ anterjorità. Il-Kummissjoni emendat ir-Regolament darbtejn biex taġġusta r-regola “tużah jew titilfu”. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll setgħat delegati biex temenda l-limitu tal-użu tas-slots skont it-tnaqqis persistenti fid-domanda. |
|
2.2 |
Dawn il-miżuri ta’ llaxkar tar-regoli dwar is-slots se jiskadu fid-29 ta’ Ottubru 2022, filwaqt li s-setgħat delegati tal-Kummissjoni diġà skadew fil-21 ta’ Frar 2022. Fir-rigward tar-regola bażika “tużah jew titilfu”, il-Kummissjoni issa qed tipproponi li terġa’ tiġi stabbilita r-rata standard tal-użu tas-slots ta’ 80 % mid-29 ta’ Ottubru 2022. Ir-raġunament mogħti kien li f’Ġunju 2022, il-Eurocontrol ipprevediet li fl-istaġun tax-xitwa 2022-2023, il-volumi tat-traffiku se jerġgħu lura għal 90 % tal-livelli tal-2019. |
|
2.3 |
Il-KESE mhuwiex konvint minn dan ir-raġunament. Bħala konsegwenza tal-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna, it-titjiriet militari żdiedu b’mod sinifikanti, bħalma żdiedu wkoll it-titjiriet ridirezzjonati li jgħaddu minn fuq iż-żona, u l-ebda waħda minn dawn ma hija rilevanti għall-allokazzjoni tas-slots. Barra minn hekk, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-movimenti tal-merkanzija bl-ajru, li ma naqsux b’mod sinifikanti matul il-perjodu tal-kriżi, u l-movimenti tat-traffiku tal-passiġġieri, li tabilħaqq naqsu. F’dan is-suq tal-passiġġieri, hija meħtieġa distinzjoni ulterjuri: bħala riżultat tal-passaport tal-COVID-19 tal-UE, it-traffiku intra-Ewropew irkupra ferm aktar malajr għal-livelli ta’ qabel il-pandemija, iżda t-traffiku bl-ajru domestiku u t-traffiku fuq distanzi twal jinsabu fi stadji differenti ta’ rkupru. It-traffiku kummerċjali huwa mistenni li jirkupra ħafna aktar bil-mod mit-traffiku għal skopijiet ta’ divertiment (4). Bl-ebda mod ma huwa ċert li t-traffiku għal skopijiet ta’ divertiment se jirkupra b’mod konsistenti; xi ftit minn dan it-tkabbir jista’ jkun attribwit għad-domanda ogħla għal vaganzi wara sentejn tal-COVID-19. It-trasportaturi ewlenin tan-network Ewropew għadhom ma introduċewx mill-ġdid l-inġenji tal-ajru kbar tagħhom għal distanzi twal Airbus 380 fil-flotot rispettivi tagħhom, preċiżament minħabba li l-linji tal-ajru qed jiffaċċjaw spejjeż għoljin tal-fjuwil u minħabba li ma jistennewx żidiet sinifikanti u konsistenti fid-domanda tat-traffiku. Id-data pprovduta mill-partijiet interessati tindika li l-movimenti tat-traffiku huma mistennija li jiżdiedu għal 90 % tal-livelli tal-2019, iżda d-domanda tal-passiġġieri għal 78 % biss. Jekk ir-rata ta’ okkupanza tal-inġenju tal-ajru tkun aktar baxxa, jista’ jkun mistenni li l-linji tal-ajru, pereżempju, jgħaqqdu diversi titjiriet kuljum sabiex it-titjiriet jibqgħu profittabbli (5). Id-domanda se tkun affettwata minn żieda fir-rati tal-inflazzjoni u riskji dejjem akbar ta’ reċessjoni f’diversi pajjiżi. Il-previżjonijiet għalhekk m’għandhomx ikunu bbażati fuq ir-reġjuni li qegħdin jaraw l-aħjar irkupru, iżda għandhom jirriflettu wkoll lis-swieq sekondarji partikolarment milquta. |
|
2.4 |
Dawn il-fatturi jwasslu lill-KESE biex jemmen li l-irkupru tas-suq tal-avjazzjoni jista’ jkun aktar diffiċli milli huwa preżunt mill-Kummissjoni. Hemm segmenti tas-suq li għadhom qegħdin jirkupraw b’ritmi differenti: il-merkanzija: 6 % meta mqabbla mal-livelli tal-2019; it-trasportaturi bi prezzijiet baxxi: - 9 %; u t-trasportaturi tan-network 21 %. Dan huwa aktar u aktar rilevanti peress li l-limiti jirreferu għal serje sħiħa ta’ slots, jiġifieri li s-serje ta’ slots (bħat-titjiriet fl-eqqel ħinijiet) jeħtieġ li tkun ogħla mil-limitu ta’ 80 %. Fil-perjodi ta’ qabel il-pandemija, ir-rata tal-użu tas-slots kienet ta’ 95 %, filwaqt li l-aktar rata baxxa ta’ użu tas-slots kienet ta’ 80 %. Jekk il-Eurocontrol tipprevedi rata medja tal-użu tas-slots ta’ 90 %, allura wieħed għandu jassumi li s-serje tas-slots mhux se tilħaq (bħala medja) it-80 %. Għal dawn ir-raġunijiet, għadu kmieni wisq li nerġgħu lura għal-limiti ta’ 80:20. Jidher aktar xieraq li jiġi adottat proporzjon ta’ 70:30 sakemm tkun disponibbli data aktar robusta li tissostanzja rkupru sostenibbli tas-suq. Ta’ min jinnota wkoll li l-problemi li qegħdin jiffaċċjaw l-ajruporti Ewropej juru b’mod ċar li l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 għadhom ma ġewx assorbiti. Ċentri ewlenin tal-UE bħal Frankfurt, u ċentri mhux tal-UE bħal London Heathrow, illimitaw it-titjiriet lejn u minn dawn l-ajruporti, u dan wassal għal ammont enormi ta’ tħassir ta’ titjiriet f’tentattiv biex tittaffa l-pressjoni fuq l-operazzjonijiet tal-linji tal-ajru f’dawn l-ajruporti. Dawn il-pressjonijiet ġew ikkawżati minn għadd ta’ varjabbli differenti, bħan-nuqqas ta’ persunal. Dan huwa indikattiv tal-fatt li l-livelli ta’ qabel il-pandemija għar-rata tal-użu tas-slots għadhom ma jistgħux jintlaħqu (6). |
|
2.5 |
Livell ta’ 70:30 ikun allinjat mal-limiti u r-raġunament adottati mill-gvern tar-Renju Unit (7). Għalkemm dan il-livell ġie kkritikat ħafna mis-settur tal-linji tal-ajru, il-KESE jħoss li dan isib bilanċ sostanzjat bejn ir-ritorn għall-istatus quo ta’ qabel, filwaqt li jirrikonoxxi li livell (għalkemm tabilħaqq imnaqqas) ta’ protezzjoni tas-slots għadu meħtieġ fid-dawl tal-isfidi serji li qed jiffaċċja s-settur. Barra minn hekk, dan jallinja l-limitu tar-Regolament dwar is-Slots tal-UE ma’ dak tal-politiki tal-pajjiżi ġirien, u joħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għaċ-ċentri tat-trasportaturi tal-UE u l-Ajruport London Heathrow, l-akbar ċentru internazzjonali fl-Ewropa. |
|
2.6 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi li matul il-perjodu mid-29 ta’ Ottubru 2022 sas-26 ta’ Marzu 2024, hija tista’, fi kwalunkwe ħin, taġġusta b’mod indipendenti r-rata tal-użu tas-slots b’att delegat għal bejn 0 % u 70 %, bil-kundizzjoni li d-data tal-Eurocontrol turi li t-traffiku tal-ajru ta’ kull ġimgħa fuq erba’ ġimgħat konsekuttivi jkun taħt it-80 % meta mqabbel mal-ġimgħat korrispondenti fl-2019, u li t-tnaqqis fit-traffiku x’aktarx li jkun se jippersisti. Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li jekk l-awtoritajiet pubbliċi jintroduċu restrizzjonijiet maħsuba biex jindirizzaw kwalunkwe sitwazzjoni epidemjoloġika, inkwiet politiku jew diżastru naturali, u biss meta dawn ikollhom effett detrimentali fuq it-traffiku tal-ajru, il-linji tal-ajru jistgħu jibbenefikaw minn “nuqqas ġustifikat ta’ użu tas-slots” (JNUS). |
|
2.7 |
Il-KESE jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tiżgura li tkun tista’ tuża atti delegati b’mod flessibbli u trasparenti f’ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b’mod ċar biex tadatta l-kalkolu tar-rati tal-użu tas-slots, u b’hekk taġġusta l-limiti għall-protezzjoni tas-slots. Madankollu, l-abbozz il-ġdid ma jilħaqx dan l-objettiv f’diversi aspetti. |
|
2.7.1 |
Għall-kuntrarju tal-Kummissjoni, il-KESE jemmen li l-linji tal-ajru għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjonijiet tal-JNUS f’każijiet ta’ rakkomandazzjonijiet pubbliċi kontra l-ivvjaġġar. Anki jekk it-twissijiet dwar l-ivvjaġġar ma għandhom l-ebda impatt legali immedjat, jista’ jiġi argumentat li dawn jaffettwaw id-domanda għall-ivvjaġġar bl-ajru, u dan għandu jiġi rifless b’mod xieraq. |
|
2.7.2 |
Barra minn hekk, il-KESE jemmen li r-rekwiżit li jiġu mmonitorjati l-flussi tat-traffiku tal-ajru ta’ kull ġimgħa għal erba’ ġimgħat konsekuttivi qabel ma tkun tista’ tittieħed kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju huwa ta’ piż bla bżonn u jista’ jdewwem l-interventi regolatorji bla bżonn. Fażi ta’ monitoraġġ mhux sostanzjata ta’ erba’ ġimgħat tidher arbitrarja. Huwa ferm aktar importanti li tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. |
|
2.7.3 |
Il-KESE jirrakkomanda li r-regola tal-JNUS tkun applikabbli fl-ajruport tat-tluq u tal-wasla; it-tnejn huma intrinsikament marbuta bħala par ta’ ajruporti fl-istabbiliment mill-ġdid tal-portafoll tas-slots preċedenti fuq rotot partikolari. Il-Kummissjoni attwalment ma tipprevedix dan bħala rekwiżit obbligatorju. |
|
2.7.4 |
Il-Kummissjoni ma ssostanzjatx biżżejjed għaliex il-kalkolu tar-rata tal-użu tas-slots għandu jiġi emendat: l-Artikolu 10(4) tar-Regolament dwar is-Slots jipprevedi li s-slots protetti jiġu kkalkulati bħala slots użati, filwaqt li l-Kummissjoni issa tipproponi li dawn jiġu injorati. Il-Kummissjoni tassumi, mingħajr prova ulterjuri, li r-regoli normali dwar is-slots jistgħu jerġgħu jiddaħħlu 16-il ġimgħa wara l-ftuħ mill-ġdid tal-ispazju tal-ajru Ukren. Dan jidher ottimist wisq fid-dawl tal-ostilitajiet kontinwi, il-grad ta’ qerda tal-infrastruttura, u l-inċertezzi relatati mal-kontenut u r-robustezza ta’ ftehim bejn iż-żewġ naħat. 16-il ġimgħa jidhru li huma ċifra arbitrarja li ma għandhiex tkun il-bażi ta’ deċiżjoni regolatorja biex “nerġgħu lura għan-normal”. |
|
2.8 |
Il-KESE konsistentement irrakkomanda li l-Kummissjoni tfittex li tallinja r-Regolament dwar is-Slots – kemm jista’ jkun – ma’ prattiki u politiki internazzjonali. Il-partijiet interessati rilevanti kollha jipparteċipaw f’konsultazzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu adattati r-regolamenti dwar is-slots għall-kriżijiet li jiffaċċja s-suq. |
|
2.9 |
Il-KESE jilqa’ t-titjib issuġġerit mill-Kummissjoni dwar il-mod li bih jikkooperaw il-koordinaturi tas-slots. Trasparenza mtejba fil-proċess tevita l-konfużjoni bla bżonn fost l-atturi kollha tas-suq. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità, (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 07 Volum 002 p. 3 – 8).
(2) Pubblikazzjoni tal-intenzjoni tal-linja tal-ajru Ġermaniża Lufthansa li tkompli tnaqqas il-kapaċità fid-dawl tal-kriżi attwali: https://www.airliners.de/lufthansa-streicht-winterflugplan/65956
(3) ĠU C 123, 9.4.2021, p. 37. ara punt 1.5.
(4) https://www.airliners.de/prognose-globaler-geschaeftsreiseverkehr-erholt-deutlich/65958
(5) Pubblikazzjoni tal-għadd ta’ passiġġieri u tal-previżjonijiet fl-Ajruport ta’ Munich li tindika li l-irkupru għall-volumi tat-traffiku ta’ qabel il-pandemija se jieħu aktar żmien milli kien mistenni qabel: https://www.airliners.de/wachsendes-passagieraufkommen-bayerns-flughaefen-weit-entfernt-corona-niveau/65950
(6) In-nuqqas ta’ ħaddiema f’ajruporti ewlenin jissemma mill-Kummissjoni fil-memorandum ta’ spjegazzjoni, madankollu l-Kummissjoni tqis li dan huwa fenomenu rilevanti għal perjodu ta’ żmien qasir. Dan huwa dubjuż, peress li n-nuqqas ta’ ħaddiema jaffettwa lil ħafna setturi ekonomiċi u mhux biss lill-avjazzjoni. M’hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li dan se jiġi solvut fl-avjazzjoni fil-futur qrib.
(7) Fl-24 ta’ Jannar 2022, il-gvern tar-Renju Unit aġġusta l-proporzjon tal-użu tas-slots għal 70:30 mis-27 ta’ Marzu 2022 ’il quddiem bħala pass lejn ir-regoli normali, filwaqt li pproteġa lis-settur kontra inċertezza futura, kif iddikjarat mis-Segretarju tat-Trasport tar-Renju Unit Grant Shapps.
|
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/198 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-impatt ġeopolitiku tat-tranżizzjoni tal-enerġija”
[JOIN(2022) 23 final]
(2022/C 486/27)
|
Relatur: |
Tomasz Andrzej WRÓBLEWSKI (PL, Gr. I) |
|
Korelatur: |
Ioannis VARDAKASTANIS (EL, Gr. III) |
|
Konsultazzjoni |
28.6.2022 |
|
Bażi legali |
L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
21.9.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta' Proċedura |
|
|
Konsultazzjoni |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
14.9.2022 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
21.9.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
572 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
229/1/6 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
L-2022 se tibqa’ mfakkra bħala sena ta’ bidliet profondi madwar id-dinja, kemm ġeopolitiċi kif ukoll b’rabta mal-enerġija. Il-KESE jfaħħar l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri individwali, li aċċelleraw il-proċess biex tinkiseb l-indipendenza mill-provvisti tal-enerġija Russi. Il-KESE jemmen li, minħabba d-dinamika tal-gwerra fl-Ukrajna, huwa madankollu meħtieġ li jitħaffef il-proċess billi jiġi impost embargo strett, li jrid jinvolvi l-iżvilupp rapidu ta’ sorsi alternattivi ta’ enerġija nadifa. |
|
1.2 |
Din l-Opinjoni tikkunsidra l-konsultazzjoni dwar il-Komunikazzjoni JOIN(2022) 23: Impenn estern tal-UE dwar l-enerġija f'dinja li qed tinbidel (mhux disponibbli bil-Malti), li ġiet ippubblikata b’mod konġunt mid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà fit-18 ta’ Mejju 2022. |
|
1.3 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Ewropa tibqa’ fuq quddiem nett tat-tranżizzjoni tal-enerġija, iżda jirrimarka li l-bidliet fl-UE mhumiex biżżejjed biex jikkumpensaw għall-effetti tal-emissjonijiet globali u li huwa fl-interess ċar tagħna, kemm f’termini tat-tibdil fil-klima kif ukoll tal-espansjoni ekonomika li jiġi żgurat żvilupp globali sostenibbli, li tittieħed azzjoni fuq livell internazzjonali. |
|
1.4 |
Il-KESE jilqa’ għadd ta’ inizjattivi tal-UE li jew isaħħu r-reżiljenza interna tal-UE, bħar-REPowerEU, jew dawk bħas-Sħubija għal Tranżizzjoni tal-Enerġija Ġusta, il-Global Gateway u l-Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent, li jiffaċilitaw l-istabbiltà politika. |
|
1.5 |
Fl-istess ħin, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-tensjonijiet politiċi attwali jeħtieġu kooperazzjoni aktar attiva ma’ xi pajjiżi li huma kapaċi jipprovdu lill-Ewropa bi provvisti tal-gass u taż-żejt. Fost l-oħrajn, l-Istati Uniti u b’mod differenti, il-pajjiżi fl-Amerika t’Isfel u l-Afrika, li l-esportazzjonijiet tal-fjuwils fossili tagħhom jenħtieġ li jiġu ssupplimentati bi trasferimenti tal-għarfien u teknoloġiji rinnovabbli li jistgħu jħaffu l-pass tat-tranżizzjoni klimatika tagħhom. |
|
1.6 |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva li l-Moldova u l-Ukrajna jiġu konnessi mal-grilja tal-enerġija Ewropea, iżda jappella wkoll għal reviżjonijiet perjodiċi tas-sitwazzjoni ġeopolitika li tirriżulta minn bidliet dinamiċi fl-istruttura tal-enerġija f’pajjiżi bħall-Armenja, il-Georgia u l-Każakistan. |
|
1.7 |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jinbnew relazzjonijiet speċjali ma’ pajjiżi li huma fornituri ewlenin ta’ metalli tqal u tal-materja prima meħtieġa għall-produzzjoni ta’ teknoloġiji tal-enerġija nadifa u li jistgħu jiġu mhedda. Dan jesiġi l-iżvilupp ta’ industrija kompletament ġdida fir-relazzjonijiet internazzjonali: id-diplomazija Ewropea dwar l-enerġija. |
|
1.8 |
Minħabba l-esperjenza reċenti tad-dipendenza żejda tal-Ewropa fuq il-materja prima minn sorsi inċerti, il-KESE jħeġġeġ lill-UE tkun flessibbli kemm jista’ jkun fil-pjani ambizzjużi tagħha għat-tranżizzjoni tal-enerġija, sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għal analiżi tal-impatt ġeopolitiku tad-deċiżjonijiet magħżula u biex dawn jiġu aġġustati jekk jikkawżaw tensjonijiet mhux mixtieqa u mhux mistennija fid-dinja. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Kwistjonijiet relatati mat-tranżizzjoni tal-enerġija ilhom għal ħafna snin fil-quċċata tal-aġenda politika mad-dinja kollha. L-Unjoni Ewropea bil-Patt Ekoloġiku Ewropew hija minn ta’ quddiem fit-tranżizzjoni tal-enerġija, abbażi tal-valuri tagħha ta’ sostenibbiltà, solidarjetà u kooperazzjoni internazzjonali. Madankollu, filwaqt li l-UE hija responsabbli biss għal sehem ta’ madwar 8 % (u li qed jonqos) tal-emissjonijiet globali, il-politika interna tal-UE, irrispettivament minn kemm tista’ tkun ambizzjuża, mhijiex biżżejjed. |
|
2.2 |
Kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-konferenza dwar il-Ġeopolitika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (1), il-multilateraliżmu huwa kruċjali biex jiġu indirizzati dawn it-theddidiet klimatiċi komuni u transkonfinali, u huwa permezz tal-multilateraliżmu, aktar milli l-ġeopolitika diviżiva, li l-kriżi planetarja tista’ tiġi indirizzata. Dan ġie rifless ukoll fl-Opinjoni tal-KESE dwar L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (2) fejn il-KESE approva l-ħtieġa li “insaħħu l-azzjoni internazzjonali għar-reżiljenza għall-klima”, kif tgħid il-Kummissjoni, hekk kif naqblu mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li “l-ambizzjoni tagħna għall-adattament għat-tibdil fil-klima trid taqbel mat-tmexxija globali tagħna fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”. |
|
2.3 |
Peress li t-tibdil fil-klima u l-azzjonijiet relatati li jittieħdu qed jikkawżaw ċaqliq kbir fil-ġeopolitika u l-industrija, immexxija minn żieda qawwija fl-enerġija rinnovabbli u li lkoll għandhom impatt qawwi fuq ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-KESE ddeċieda li enfasi fuq l-effetti ġeopolitiċi tkun aspett kruċjali għal Opinjoni umbrella komprensiva dwar it-tibdil fil-klima. |
|
2.4 |
Filwaqt li hemm kunsens xjentifiku dwar il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera, il-politika dwar il-klima ma tistax tinjora r-rabtiet pożittivi u negattivi li qed jikbru bejn l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali assoċjati. |
|
2.5 |
Il-funzjonament u l-parametri tas-suq tal-enerġija huma direttament relatati mas-sitwazzjoni politika fir-reġjuni individwali. Għal dan jikkontribwixxi wkoll il-fatt li l-provvista tal-fjuwils fossili hija kkaratterizzata minn dipendenza għolja fuq ftit pajjiżi produtturi. |
|
2.6 |
Kif intwera fl-Opinjoni tal-KESE dwar Id-dimensjoni esterna tal-politika tal-enerġija tal-UE (3), id-dominanza ta’ ċerti sorsi ta’ importazzjoni, li mhumiex jirrispettaw l-istess regoli tas-suq u dawk politiċi bħall-UE, poġġiet il-kwistjoni tas-sigurtà tal-enerġija fuq quddiem nett fl-aġenda tal-UE. Dak iż-żmien kienet saret referenza għall-konsegwenzi tal-aggressjoni militari mwettqa fil-Georgia fl-2008, iżda l-kuntest jibqa’ rilevanti b’mod notevoli minħabba s-sitwazzjoni attwali fl-Ukrajna, li tixħet dawl qawwi fuq il-perċezzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-enerġija u l-ġeopolitika. |
|
2.7 |
Fuq medda ta’ żmien medja, ix-xena dinjija tal-enerġija ser tkun kompletament differenti milli hi issa. It-tranżizzjoni tal-enerġija se jkollha impatt fundamentali fuq il-ġeopolitika, u se ġġib magħha kemm theddid kif ukoll opportunitajiet. In-natura ta’ dan l-impatt se tiddependi fuq ħafna fatturi. Eżempju wieħed huwa li d-dekarbonizzazzjoni tista’ twassal għal dipendenza akbar fuq l-importazzjonijiet tal-gass, li tista’ tagħmel ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja aktar kumplessi. |
|
2.8 |
Hekk kif tinbidel is-sistema tal-enerġija, se tinbidel ukoll il-politika dwar l-enerġija. F’dinja ta’ enerġija nadifa, ser jitfaċċaw sett ġdid ta’ rebbieħa u telliefa. Xi wħud jarawha bħala speċi ta’ tellieqa tal-enerġija nadifa simili għat-tellieqa lejn l-ispazju. Il-pajjiżi jew ir-reġjuni li jikkontrollaw it-teknoloġija nadifa, jesportaw l-enerġija ekoloġika jew jimportaw inqas fjuwils fossili jistgħu jiggwadanjaw mis-sistema l-ġdida, filwaqt li dawk li jiddependu fuq l-esportazzjoni tal-fjuwils fossili jistgħu jaraw il-poter tagħhom jonqos. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Jekk it-trasformazzjoni tal-enerġija tinftiehem bħala teħid ta’ azzjonijiet u miżuri sistemiċi mmirati biex inaqqsu r-rilaxx ta’ komposti tal-karbonju fl-atmosfera li jaċċelleraw il-proċessi tat-tibdil fil-klima, mela apparti t-trasformazzjoni tal-enerġija wieħed għandu jfittex u jimplimenta wkoll soluzzjonijiet ottimali fil-qasam tal-agrikoltura sostenibbli u l-ġestjoni tal-foresti, il-bijosekwestru, it-trobbija jew l-użu tal-baqar, l-opportunitajiet li jirriżultaw mill-iżvilupp tat-teknoloġija tal-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju. |
|
3.2 |
Sabiex jinkisbu r-riżultati meħtieġa, u meta jitqies il-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġġenerati mill-pajjiżi tal-UE meta mqabbla ma’ ekonomiji dinjija oħra, iridu jsiru sforzi biex pajjiżi oħrajn jinġiebu fil-koalizzjoni biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima. Jeħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni speċjali mill-UE għall-kooperazzjoni internazzjonali fid-diversi forom tagħha, inklużi s-sħubijiet ta’ investiment, kummerċ u innovazzjoni, bil-għan li jissaħħu l-miżuri ta' adattament fuq livell globali u speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. |
|
3.3 |
L-attivitajiet kummerċjali mwettqa mill-Istati Membri tal-UE jħallu marka tal-karbonju sinifikanti fil-bqija tad-dinja. Hija r-responsabbiltà tal-UE li tindirizza din id-dimensjoni esterna tal-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, permezz, fost l-oħrajn, tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp bilaterali u reġjonali u l-indirizzar tar-riperkussjonijiet negattivi fil-politiki kummerċjali tagħha. |
|
3.4 |
Il-ġeopolitika hija kruċjali sabiex jiġi garantit is-suċċess tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, peress li t-tranżizzjoni ekoloġika naturalment se jkollha impatt drammatiku fuq ir-relazzjonijiet internazzjonali. Il-prijoritajiet diverġenti bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw se jikkostitwixxu sfida sinifikanti, peress li l-Patt Ekoloġiku Ewropew se jaffettwa lill-pajjiżi b’mod sproporzjonat. Fl-indirizzar ta’ dawn l-isfidi, id-dinja żviluppata għandha tagħmel kull sforz biex tindirizza l-impatt fuq il-pajjiżi bi dħul baxx biex turi li l-Patt Ekoloġiku Ewropew mhux se jħallihom jibqgħu lura. |
|
3.5 |
Eżempju wieħed ta’ attivitajiet iffokati fuq l-involviment tal-imsieħba globali huwa s-Sħubija għal Tranżizzjoni Ġusta tal-Enerġija mnedija fis-Summit tal-Mexxejja Dinjija tal-COP26 mill-gvernijiet tal-Afrika t’Isfel, Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-UE. L-inizjattiva għandha l-għan li tappoġġja lill-Afrika t’Isfel biex tiddekarbonizza l-ekonomija tagħha, titbiegħed mill-faħam u timxi lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima bbażata fuq enerġija u teknoloġija nadifa u ekoloġika. |
|
3.6 |
Eżempju ieħor huwa il-Global Gateway, l-Istrateġija Ewropea l-ġdida ffokata fuq it-tisħiħ ta’ rabtiet intelliġenti, nodfa u sikuri fil-qasam diġitali, tal-enerġija u tat-trasport u fuq it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tar-riċerka madwar id-dinja. Il-Gateway Globali għandha l-għan li timmobilizza sa EUR 300 biljun f’investimenti bejn l-2021 u l-2027 biex tirfed irkupru globali dejjiemi, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tal-imsieħba tagħna u l-interessi proprji tal-UE. |
|
3.7 |
Eżempju ieħor ta’ importanza partikolari fil-kuntest tal-ġeopolitika huwa l-Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent, li għandha l-għan li tappoġġja trasformazzjoni ekoloġika komprensiva lejn ekonomija ċirkolari b’emissjonijiet baxxi u sostenibbli fil-Balkani tal-Punent. B’mod partikolari, l-Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent tista’ tisfrutta l-potenzjal tal-ekonomija ċirkolari, toħloq aktar impjiegi u tiftaħ prospetti ta’ tkabbir ġdid. Finanzjament adegwat mill-UE, il-gvernijiet nazzjonali u s-settur privat ser ikun essenzjali sabiex tiġi appoġġjata din it-tranżizzjoni ekoloġika. Skont l-Opinjoni tal-KESE dwar L-enerġija, fattur ta’ żvilupp u approfondiment tal-adeżjoni tal-Balkani tal-Punent (4), l-enerġija għandha tkun fattur għall-iżvilupp u l-interkonnettività tar-reġjun u ċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent għandhom jingħataw idea ċara tal-benefiċċji ekonomiċi u ambjentali tal-adeżjoni mal-UE. |
|
3.8 |
Kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-konferenza msemmija hawn fuq dwar Il-Ġeopolitika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew , it-tranżizzjoni tal-enerġija se tkun akkumpanjata minn volatilità konsiderevoli fil-prezzijiet tal-enerġija. Dan joffri sfida ġeopolitika li l-UE u l-imsieħba globali tagħha għandhom jgħinu biex itaffu, billi jnaqqsu r-riskji assoċjati mal-promozzjoni u l-espansjoni tal-użu tal-enerġija nadifa, u jevitaw li jaggravaw l-inugwaljanzi li diġà jeżistu. |
|
3.9 |
Dan diġà ġie espress fl- tal-KESE dwar L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (5), fejn il-Kumitat stieden lill-Kummissjoni tallinja aħjar il-politiki dwar l-aġġustament għat-tibdil fil-klima mal-ġustizzja klimatika fil-ħidma futura tal-politika ta’ adattament. Il-Kumitat irrikonoxxa li t-tibdil fil-klima jista’ jkollu impatti soċjali, ekonomiċi, tas-saħħa pubblika u impatti negattivi oħra differenti fuq il-komunitajiet u rrakkomanda li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi eżistenti direttament permezz ta’ strateġiji ta’ mitigazzjoni u adattament fit-tul, sabiex ħadd ma jitħalla jibqa' lura. Il-KESE ħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara kif eżattament se tneħħi l-ostakli għall-aċċess għall-finanzjament mill-pajjiżi, il-komunitajiet u s-setturi l-aktar vulnerabbli madwar id-dinja u kif se tinkludi proposti għall-integrazzjoni tal-ġeneri u l-indirizzar tal-inugwaljanzi fil-livell reġjonali u lokali. |
|
3.10 |
Il-politika esterna tal-UE għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima m’għandhiex tiddependi biss fuq il-pajjiżi tal-UE biex jipprovdu argumenti “esterni” u jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ strateġija impenjattiva għat-trasformazzjoni tal-klima, iżda wkoll fuq l-użu tal-għarfien espert minn pajjiżi barra mill-UE (pereżempju, ħidma mas-Servizz Amerikan għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Naturali (American Natural Resource Conservation Service) u organizzazzjonijiet simili oħra. Ta’ min jiftakar li mhuwiex inqas importanti li wieħed jieħu ħsieb l-iskambju intern ta’ prattiki tajba u l-iżvilupp ta’ approċċ sistemiku għall-isfidi relatati mat-trasformazzjoni, bħala parti minn inizjattivi bħall-kostruzzjoni tas-suq komuni tal-enerġija. |
|
3.11 |
L-iżvilupp dinamiku ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jeħtieġ modernizzazzjoni parallela tal-infrastruttura ta’ trażmissjoni u integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, u tbegħid mill-metodu ċentralizzat ta’ ġenerazzjoni u forniment tal-elettriku. Jeħtieġ li jiġu promossi b’mod konsistenti l-inizjattivi lokali biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-enerġija f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Kif iddikjarat fl-Opinjoni tal-KESE dwar Nixprunaw Ekonomija Newtrali għall-Klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija (6), il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-ġirien tal-Unjoni Ewropea, u primarjament lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, biex isegwu l-pjan għall-integrazzjoni tas-sistema, li huwa importanti mhux biss biex tinkiseb in-newtralità klimatika, iżda wkoll għal sigurtà stabbli tal-provvista u prezzijiet affordabbli għall-konsumaturi privati u għall-ekonomija, u jagħmluh il-politika tagħhom stess. F’dan ir-rigward għandu jiġi eżaminat aktar jekk taxxa fuq is-CO2 fil-fruntieri hijiex utli. |
|
3.12 |
Jekk l-isfidi soċjali li jakkumpanjaw il-proċessi ta’ trasformazzjoni ma jiġux indirizzati kif xieraq fl-Istati Membri tal-UE, ma jkunx possibbli li tiġi implimentata b’mod kredibbli u effettiv l-istrateġija li tiġi ppreżentata l-ħtieġa li tiġi implimentata l-politika dwar il-klima barra mill-UE. Kif ġie indikat fl-Opinjoni tal-KESE dwar Ħadd ma jitħalla jibqa’ lura meta tiġi implimentata l-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli 2030 (7), li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura” tfisser li l-membri kollha tas-soċjetà u speċjalment dawk li jinsabu aktar lura għandhom possibbiltà ġenwina li jaħtfu l-opportunitajiet u huma ppreparati sew biex jaffrontaw ir-riskji. F’dan il-kuntest, il-gruppi l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà kif ukoll ir-reġjuni u t-territorji l-aktar żvantaġġati għandhom bżonn kunsiderazzjoni speċjali. |
|
3.13 |
L-indirizzar effettiv u soċjalment aċċettabbli ta’ kwistjonijiet relatati mal-impatt diversifikat tal-politika dwar il-klima fuq pajjiżi individwali tal-UE, jagħti lill-UE l-kredibbiltà biex taġixxi bħala mexxejja globali dwar is-sostenibbiltà. Fl-istess ħin, impenn għas-sostenibbiltà fil-livell globali jgħin biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-UE f’oqsma oħra (bħall-indirizzar tal-kawżi tal-migrazzjoni, il-kummerċ globali ġust u t-tnaqqis tad-dipendenza fuq pajjiżi li għandhom ħafna żejt minn perspettiva tal-politika estera). |
|
3.14 |
Kif intqal fl-Opinjoni msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni Ewropea diġà adottat approċċ ta’ internalizzazzjoni tal-effetti esterni b’aktar serjetà, u rrikonoxxiet pereżempju li l-enerġiji rinnovabbli huma żvantaġġjati sakemm l-ispejjeż esterni tar-riżorsi fossili ma jkunux riflessi bis-sħiħ fil-prezz tas-suq jew billi jsiru sforzi biex jiġi meqjusa esternalitajiet negattivi fis-settur tat-trasport. |
|
3.15 |
L-edukazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien huma essenzjali, kemm fil-livell tal-edukazzjoni obbligatorja universali kif ukoll fil-livell tal-komunikazzjoni indirizzata lill-pubbliku ġenerali, b’enfasi partikolari fuq il-gruppi soċjali affettwati direttament mit-trasformazzjoni. Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata b’mod ċar l-alternattiva ċivilizzattiva li qed niffaċċjaw sabiex niddefendu b’mod effettiv it-teżi li skontha l-isforz attwali ta’ trasformazzjoni minn parti tas-soċjetà se jevita spejjeż ħafna akbar li jkollhom jitħallsu lill-komunità internazzjonali kollha f’każ ta’ nuqqas ta' azzjoni. |
|
3.16 |
It-trasformazzjoni tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi ġodda jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ għarfien u kompetenzi uniċi, u għall-ħolqien ta’ impjiegi bi kwalifiki għoljin. Din id-direzzjoni ta’ żvilupp tal-ekonomiji Ewropej hija opportunità unika għall-iżvilupp u tippermetti lill-Istati Membri tal-UE jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom bħala mexxejja teknoloġiċi fil-qasam tat-trasformazzjoni mifhuma bħala t-tnaqqis tal-emissjonijiet. L-adeżjoni ta’ aktar pajjiżi li mhumiex fl-UE fl-alleanza biex jiġu miġġielda l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima se tippermetti l-ħolqien ta’ swieq għat-teknoloġiji li joriġinaw mill-ekonomiji Ewropej. |
|
3.17 |
It-tneħħija gradwali tal-fjuwils fossili se trawwem l-eskalazzjoni tat-tensjonijiet bejn il-pajjiżi tal-UE – bħala importaturi ta’ din il-materja prima, u pajjiżi mhux tal-UE – bħala fornituri. F’dan il-każ, b’mod partikolari, ir-Russja għandha titqies bħala fornitur lokali tal-fjuwils, li d-dħul tiegħu mill-bejgħ ta’ din il-materja prima jikkostitwixxi parti sinifikanti mid-dħul tal-baġit. Barra minn hekk, il-pajjiżi fir-reġjuni tal-MENA u tal-Afrika sub-Saħarjana li d-dħul tagħhom jiddependi ħafna fuq l-esportazzjonijiet tal-fjuwils fossili jistgħu jiffaċċjaw riperkussjonijiet politiċi u soċjali sinifikanti li jistgħu jikkawżaw mewġiet ta’ refuġjati u migrazzjoni lejn l-Ewropa. Il-bidla fil-mudell ta’ kooperazzjoni tista’ ċertament titqies minn perspettiva politika bħala theddida għall-pożizzjoni ta’ pajjiż li l-ekonomija u l-governanza tiegħu jiddependu fuq id-dħul mill-provvista tal-fjuwils fossili. Soluzzjonijiet ta’ investiment u dawk kollaborattivi fil-promozzjoni tal-enerġija ekoloġika jistgħu jitqiesu bħala opportunità biex jassistu t-tranżizzjoni ta’ dawn l-ekonomiji. |
|
3.18 |
L-esperjenza tal-gwerra li qed isseħħ fis-seklu 21 fl-Ewropa tqanqal riflessjoni dwar l-użu responsabbli tal-enerġija nukleari u reviżjoni tar-regoli tat-tassonomija li ma jikkontribwixxux għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. |
|
3.19 |
L-embargo possibbli fuq l-importazzjonijiet taż-żejt, il-gass u l-faħam Russu bħala sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja fil-kuntest tal-aggressjoni kontra l-Ukrajna, jew l-irtirar mill-importazzjonijiet minħabba l-ħtieġa li jiġu sospiżi t-trasferimenti finanzjarji li jappoġġjaw ir-reġim ta’ Putin, se jikkontribwixxi għall-aċċelerazzjoni tal-effetti ġeopolitiċi mistennija tas-sospensjoni tal-importazzjonijiet tal-fjuwil mir-Russja. Fl-istess ħin, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li jiġi kkunsidrat mill-ġdid il-pass tal-abbandun mill-fjuwils disponibbli fil-pajjiżi tal-UE. |
|
3.20 |
L-integrazzjoni sabiex tinħoloq unjoni tal-gass tal-pajjiżi tal-UE tidher ġustifikata. Approċċ bħal dan jippermetti proċessi ta’ xiri konġunt u jikkontribwixxi għall-kisba ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi favorevoli, filwaqt li jippermetti l-koordinazzjoni ta’ deċiżjonijiet biex tiġi sospiża l-importazzjoni ta’ din il-materja prima mil-Lvant, li, fid-dawl tad-dimensjoni politika ta’ tali deċiżjoni, tissarraf f’politika barranija koerenti tal-pajjiżi tal-UE. |
4. Sfidi u opportunitajiet
|
4.1 |
Il-politika dwar il-klima tal-Unjoni Ewropea se jkollha impatt diversifikat skont ir-reġjun ikkonċernat u skont l-attivitajiet imwettqa fil-qasam tal-politika esterna biex jittaffa kull riskju identifikat u jissaħħu l-proċessi ta’ tranżizzjoni. |
|
4.2 |
Fir-rigward tal-Balkani tal-Punent, huma mistennija tamiet kbar fil-qasam tal-attivitajiet tas-suq tal-enerġija b’rabta mal-proċess ta’ sħubija mal-UE. Dan jista’ jkollu rwol sinifikanti u pożittiv fit-tiswir tal-kundizzjonijiet ġeopolitiċi f’dan ir-reġjun. Meta ffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Sofija dwar l-Aġenda Ekoloġika, il-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent impenjaw ruħhom li jilħqu n-newtralità klimatika sal-2050 u li jallinjaw bis-sħiħ mal-Patt Ekoloġiku Ewropew. B’mod partikolari, l-Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent tista’ tisfrutta l-potenzjal tal-ekonomija ċirkolari, toħloq aktar postijiet tax-xogħol u tiftaħ prospetti ġodda ta’ tkabbir. Finanzjament adegwat mill-UE, il-gvernijiet nazzjonali u s-settur privat ser ikun essenzjali sabiex tiġi appoġġjata din it-tranżizzjoni ekoloġika. |
|
4.3 |
Fir-rigward tal-Afrika, l-ewwel nett għandu jiġi enfasizzat li l-politiki ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima mhumiex prijorità għall-pajjiżi ta’ dan il-kontinent. L-UE għandha għalhekk taħdem mal-Afrika, kif inhu l-każ ma’ pajjiżi oħrajn li qed jiżviluppaw, biex tiżgura li l-inizjattivi kollha jkunu aċċettati lokalment u konsistenti mal-prijoritajiet tal-pajjiżi msieħba billi jiġi applikat approċċ minn isfel għal fuq. Inkella, l-azzjonijiet meħuda fil-qasam tal-politika dwar il-klima jistgħu jesperjenzaw nuqqas ta’ fehim u oppożizzjoni mill-komunitajiet lokali li qed jitħabtu ma’ problemi fundamentali. Kif ġie indikat fl-Opinjoni tal-KESE L-UE u l-Afrika: Nagħmlu s-sħubija għall-iżvilupp ugwali realtà abbażi tas-sostenibbiltà u l-valuri komuni (8), l-isfida li qed jiffaċċjaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Afrika huma kumplessi ħafna u jridu jiġu indirizzati permezz ta’ approċċ sensittiv u multidimensjonali. Barra minn hekk, id-domanda għall-enerġija tal-kontinent se tkun mistennija li tirdoppja sal-2050, bir-rati tal-faqar jibqgħu għoljin. Dan jipperpetwa, jekk mhux jiggrava, kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà fir-rigward ta’ aspetti ambjentali u soċjoekonomiċi. Madankollu, jistgħu jinħolqu opportunitajiet, fejn il-pajjiżi Afrikani jkollhom rwol ewlieni fit-teknoloġija fotovoltajka solari u l-produzzjoni fuq skala kbira ta’ fjuwils sintetiċi. Possibbiltajiet speċifiċi għal proġetti konġunti, attivitajiet kummerċjali u politiki jistgħu joħolqu approċċ ġdid ta’ ekonomija tas-suq soċjoekoloġika. |
|
4.4 |
Fir-rigward tas-Sħubija tal-Lvant, hija partikolarment importanti l-kooperazzjoni mill-qrib ma’ pajjiżi li, bħall-UE, huma dipendenti ħafna fuq il-fjuwils fossili u għalhekk esposti għal volatilità qawwija tal-prezzijiet, speċjalment meta jitqiesu l-ostilitajiet attwali fl-Ukrajna. Fir-rigward tal-Ukrajna, il-Moldova u l-Georgia, għandhom isiru sforzi biex jgħinu lil dawn il-pajjiżi fil-proċess li jsiru indipendenti mill-provvisti ta’ fjuwils fossili mir-Russja u biex jippermettu l-integrazzjoni tan-networks tal-elettriku tagħhom mal-grilja Ewropea. L-attivitajiet imsemmija hawn fuq huma riflessi fid-dikjarazzjoni reċenti dwar integrazzjoni rapida fil-grilja tal-elettriku tal-UE, u huwa meħtieġ sforz konġunt tal-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll tal-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni. |
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://www.eesc.europa.eu/mt/agenda/our-events/events/geopolitics-european-green-deal
(2) ĠU C 374, 16.9.2021, p. 84.
(3) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 28.
(5) ĠU C 374, 16.9.2021, p. 84.
(6) ĠU C 123, 9.4.2021, p. 22.