|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 14 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
|
* |
|
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
|
2009/39/KE |
|
|
|
* |
|
|
|
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
20.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 14/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 37/2009
tas-16 ta' Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1798/2003 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, sabiex tiġi miġġielda l-frodi fiskali marbuta ma’ transazzjonijiet intra-Komunitarji
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
|
(1) |
Sabiex il-frodi marbuta mat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tiġi miġġielda b’mod aktar effettiv, huwa essenzjali li l-Istati Membri jiġbru u jiskambjaw l-informazzjoni dwar it-transazzjonijiet intra-Komunitarji fl-iqsar żmien possibbli. Il-perijodu ta’ xahar huwa l-aktar adatt għal din il-ħtieġa meta jittieħed kont tal-perijodi finanzjarji u tal-kontabilità tal-impriżi, u tal-objettivi ta’ tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-intrapriżi. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-emendi li saru għall-perijodu tad-dikjarazzjoni tat-transazzjonijiet intra-Komunitarji (3) bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/117/KE tas-16 ta' Diċembru 2008, jeħtieġ li jiġu emendati r-referenzi għal dak il-perijodu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 (4). |
|
(3) |
Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament biex tiġi miġġielda l-frodi marbuta mal-VAT ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, billi l-azzjoni tagħhom fil-kwistjoni tiddipendi mill-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri l-oħrajn, u jistgħu għalhekk, minħabba l-involviment meħtieġ tal-Istati Membri kollha, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
|
(4) |
Ladarba l-emendi previsti f’dan ir-Regolament huma meħtieġa biex ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 jiġi adattat għall-miżuri previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/117/KE, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-istess data tal-imsemmija Direttiva. |
|
(5) |
Hu għalhekk meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1798/2003 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Il-valuri msemmija fil-punt 2 ta’ l-ewwel subparagrafu għandhom jingħataw fil-munita ta’ l-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni u jirriferu għall-perijodi tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi rispettivi ta’ kull persuna taxxabbli taħt l-Artikolu 263 tad-Direttiva 2006/112/KE.”. |
|
(2) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Il-valuri msemmija fil-punt 2 ta’ l-ewwel subparagrafu għandhom jingħataw fil-munita ta’ l-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni u jirriferu għall-perijodi tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi rispettivi ta’ kull persuna taxxabbli taħt l-Artikolu 263 tad-Direttiva 2006/112/KE.”. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 25, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “1. Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tkun obbligata tagħti aċċess għal informazzjoni taħt l-Artikoli 23 u 24, hija għandha tagħmel dan malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn perijodu ta’ xahar li jibda mit-tmiem tal-perijodu li għalih hija relattiva l-informazzjoni. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, fejn l-informazzjoni tiddaħħal f’bażi ta’ informazzjoni elettronika fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikolu 22, l-aċċess għal din l-informazzjoni addizzjonali għandu jingħata malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn matul il-perijodu ta’ xahar li jsegwi l-perijodu li matulu tkun inġabret l-informazzjoni”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
R. BACHELOT-NARQUIN
(1) L-Opinjoni mogħtija fl-4 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) L-Opinjoni mogħtija fit-22 ta’ Ottubru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Ara paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
|
20.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 14/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 38/2009
tad-19 ta’ Jannar 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ta' fl-20 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
147,8 |
|
JO |
75,8 |
|
|
MA |
42,0 |
|
|
TN |
134,4 |
|
|
TR |
131,8 |
|
|
ZZ |
106,4 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
155,5 |
|
MA |
108,6 |
|
|
TR |
158,0 |
|
|
ZZ |
140,7 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
162,4 |
|
TR |
170,8 |
|
|
ZZ |
166,6 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
47,5 |
|
IL |
56,1 |
|
|
MA |
62,3 |
|
|
TN |
50,2 |
|
|
TR |
61,6 |
|
|
ZZ |
55,5 |
|
|
0805 20 10 |
MA |
77,8 |
|
TR |
58,0 |
|
|
ZZ |
67,9 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
63,0 |
|
EG |
96,8 |
|
|
IL |
65,6 |
|
|
JM |
95,1 |
|
|
TR |
88,6 |
|
|
ZZ |
81,8 |
|
|
0805 50 10 |
MA |
67,1 |
|
TR |
51,9 |
|
|
ZZ |
59,5 |
|
|
0808 10 80 |
CN |
64,7 |
|
MK |
32,6 |
|
|
TR |
67,5 |
|
|
US |
109,6 |
|
|
ZZ |
68,6 |
|
|
0808 20 50 |
CN |
71,5 |
|
KR |
148,7 |
|
|
TR |
97,0 |
|
|
US |
114,6 |
|
|
ZZ |
108,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
20.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 14/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 39/2009
tad-19 ta’ Jannar 2009
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tal-faqqiegħ ippreservat fis-sena 2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), (titolu mhux uffiċjali) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji min-naħa ta' l-importaturi tradizzjonali u/jew importaturi ġodda bejn it-2 u t-8 ta’ Jannar 2009 skond l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1979/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għall-faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi (3) jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li ġejjin miċ-Ċina u minn pajjiżi oћra. |
|
(2) |
Għaldaqstant, jaqbel li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-15 ta’ Jannar 2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni mressqa skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006 bejn it-2 u t-8 ta’ Jannar 2009 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar 2009, għandhom jintlaqgħu b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegћu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS I
|
L-oriġini tal-prodotti |
Il-perċentwali tal-assenjazzjoni |
||||
|
Iċ-Ċina |
Pajjiżi terzi oħrajn barra ċ-Ċina |
||||
|
57,547896 % |
— |
|||
|
5,656152 % |
100 % |
|||
|
|||||
DIRETTIVI
|
20.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 14/7 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/117/KE
tas-16 ta’ Diċembru 2008
li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, sabiex tiġi miġġielda l-frodi fiskali marbuta ma’ transazzjonijiet intra-Komunitarji
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
|
(1) |
Il-frodi marbuta mat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tolqot b’mod sostanzjali l-introjtu fiskali tal-Istati Membri u tiddisturba l-attività ekonomika fis-suq intern billi jinħolqu flussi ta’ prodotti mhux ġustifikati u jitqiegħdu fis-suq prodotti bi prezzijiet ferm aktar baxxi min-normal. |
|
(2) |
In-nuqqasijiet tal-arranġamenti intra-Komunitarji fil-qasam tal-VAT, u b’mod partikolari dawk fis-sistema għall-iskambju tal-informazzjoni dwar il-forniment ta’ prodotti fil-Komunità, kif stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3), huma waħda mill-kawżi ta’ din il-frodi. B’mod partikolari, il-perijodu ta’ żmien li jgħaddi bejn meta ssir transazzjoni u l-iskambju ta’ l-informazzjoni korrispondenti fis-sistema tal-iskambju ta’ informazzjoni tal-VAT jikkostitwixxi xkiel għall-użu effettiv ta’ dik l-informazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi. |
|
(3) |
Bl-għan li l-frodi marbuta mal-VAT tiġi miġġielda b’mod effettiv, jeħtieġ li l-amministrazzjoni tal-Istat Membru fejn trid tinġabar il-VAT ikollha, mhux aktar tard minn perijodu ta’ xahar, l-informazzjoni dwar il-fornimenti intra-Komunitarji ta’ prodotti. |
|
(4) |
Sabiex il-kontroverifika tal-informazzjoni tkun utli għall-ġlieda kontra l-frodi, għandu jiġi żgurat li t-transazzjonijiet intra-Komunitarji jiġu ddikjarati, għall-istess perijodu fiskali, kemm mill-fornitur kif ukoll mix-xerrej jew il-klijent. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-bidliet fl-ambjent tan-negozju u fl-għodda ta’ l-operaturi kummerċjali, jeħtieġ li jiġi żgurat li dawn id-dikjarazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru permezz ta’ proċeduri elettroniċi sempliċi bl-għan li jeħfief kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv. |
|
(6) |
Bl-għan li jinżamm il-bilanċ bejn l-għanijiet tal-Komunità fil-ġlieda kontra l-frodi fiskali u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi, għandu jsir provvediment li jagħmilha possibbli għall-Istati Membri sabiex jawtorizzaw li l-operaturi jippreżentaw fuq bażi ta’ kull tliet xhur id-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi dwar fornimenti intra-Komunitarji ta’ prodotti meta l-ammont tagħhom ma jkunx sinifikanti. L-Istati Membri li jixtiequ jorganizzaw l-introduzzjoni progressiva tal-applikazzjoni ta’ din il-possibbiltà, għandhom ikunu jistgħu, fuq bażi transitorja, jiffissaw dan l-ammont f’livell ogħla. Bl-istess mod, għandu jsir provvediment li jagħmilha possibbli għall-Istati Membri sabiex jawtorizzaw li l-operaturi jippreżentaw l-informazzjoni dwar il-forniment intra-Komunitarju tas-servizzi fuq bażi ta’ kull tliet xhur. |
|
(7) |
L-impatt tal-aċċellerazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-kapaċità tal-Istati Membri sabiex jiġġieldu l-frodi marbuta mal-VAT kif ukoll il-metodi li jagħżlu għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni wara sena ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġodda, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi determinat jekk dawn il-metodi magħżula għandhomx jinżammu. |
|
(8) |
Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva sabiex tiġi miġġielda l-frodi marbuta mal-VAT ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li l-azzjoni tagħhom f’dan ir-rigward tiddipendi mill-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri l-oħra, u għaldaqstant jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, billi jeħtieġ li jkunu involuti l-Istati Membri kollha, il-Komunità tista’ tadotta miżuri konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
|
(9) |
Hu għalhekk opportun li tiġi emendata d-Direttiva 2006/112/KE kif meħtieġ. |
|
(10) |
Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (4), l-Istati Membri huma mħeġġa sabiex jistabbilixxu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li juru, kemm jista’ jkun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/112/KE hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 64(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. Il-forniment ta’ servizzi li għalihom il-klijent għandu jħallas it-taxxa skont l-Artikolu 196, li jsir b’mod kontinwu matul perijodu ta’ aktar minn sena u li ma jirriżultax f’dikjarazzjonijiet ta’ kontijiet jew pagamenti matul dak il-perijodu, għandu jitqies bħala komplut mat-tmiem ta’ kull sena kalendarja, sakemm ma jkunx intemm il-forniment tas-servizzi. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, f’ċerti każijiet ħlief f’dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-forniment kontinwu ta’ prodotti jew servizzi matul perijodu ta’ żmien għandha titqies bħala kompluta mill-inqas f’intervalli ta’ sena.”. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 66, għandu jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej: “Madankollu, id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex tapplika għall-forniment ta’ servizzi li għalihom il-klijent għandu jħallas it-taxxa skont l-Artikolu 196.”. |
|
(3) |
L-Artikolu 263 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 263 1. Għandha ssir dikjarazzjoni rikapitolattiva għal kull xahar kalendarju f’perijodu ta’ mhux aktar minn xahar u konformement mal-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 1a. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, bil-kondizzjonijiet u fil-limiti li jistgħu jistabbilixxu, lill-persuni taxxabbli li jippreżentaw id-dikjarazzjoni rikapitolattiva għal kull tliet xhur kalendarji, fi żmien perijodu li ma jaqbiżx ix-xahar li jibda minn tmiem it-tliet xhur, sakemm l-ammont totali tat-tliet xhur, minbarra l-VAT, tal-fornimenti tal-prodotti previsti fl-Artikolu 264(1)(d), u fl-Artikolu 265(1)(c) ma jaqbżux, la għat-tliet xhur inkwistjoni u għall-ebda wieħed mill-erba’ perijodi ta’ tliet xhur ta’ qabel, is-somma ta’ EUR 50 000 jew l-ekwivalenti tagħha fil-valuta nazzjonali. Il-possibbiltà prevista fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex tibqa’ tapplika minn tmiem ix-xahar li matulu l-ammont totali, minbarra l-VAT, tal-fornimenti ta’ prodotti previsti fl-Artikolu 264(1)(d) u fl-Artikolu 265(1)(c) jaqbeż, għall-perijodu tat-tliet xhur li jkun qed jiskorri, is-somma ta’ EUR 50 000 jew l-ekwivalenti tagħha fil-valuta nazzjonali. F’dan il-każ, għandha titfassal dikjarazzjoni rikapitolattiva għax-xahar jew xhur li għaddew mill-bidu tal-perijodu ta’ tliet xhur, fi żmien perijodu ta’ mhux aktar minn xahar. 1b. Sal-31 ta’ Diċembru 2011, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw l-ammont previst fil-paragrafu 1a għal EUR 100 000 jew l-ekwivalenti ta’ dan fil-munita nazzjonali. 1c. L-Istati Membri jistgħu, konformement mal-kondizzjonijiet u l-limiti li jistgħu jistabbilixxu, jawtorizzaw lill-persuni taxxabbli, fil-każ tal-forniment tas-servizzi msemmi fl-Artikolu 264(1)(d), li jippreżentaw id-dikjarazzjoni rikapitolattiva għal kull tliet xhur kalendarji, f’limitu ta’ żmien ta’ mhux aktar minn xahar li jibda minn tmien it-tliet xhur. L-Istati Membri jistgħu b’mod partikolari jeħtieġu lill-persuni taxxabbli li jwettqu fornimenti ta’ prodotti u li joffru servizzi msemmija fl-Artikolu 264(1)(d) li jippreżentaw id-dikjarazzjoni rikapitolattiva fil-limitu ta’ żmien li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi minn 1 sa 1b. 2. L-Istati Membri għandhom jippermettu, u jistgħu jirrikjedu, li d-dikjarazzjoni rikapitolattiva msemmija fil-paragrafu 1 tintbagħat permezz ta’ trasferiment elettroniku ta’ reġistru, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti minnhom.” |
|
(4) |
L-Artikolu 264(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 (c), għandu jiġi ddikjarat għall-perijodu ta’ preżentazzjoni stabbilit konformement mal-Artikolu 263(1) sa (1c), li matulu t-taxxa tkun saret pagabbli. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 (f), għandu jiġi ddikjarat għall-perijodu ta’ preżentazzjoni stabbilit konformement mal-Artikolu 263(1), sa (1c), li matulu r-regolarizzazzjoni għandha tiġi notifikata lix-xerrej.” |
|
(5) |
L-Artikolu 265(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 (c), għandu jiġi ddikjarat għall-perijodu ta’ preżentazzjoni stabbilit konformement mal-Artikolu 263(1) sa (1b), li matulu t-taxxa tkun saret pagabbli.”. |
Artikolu 2
Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, l-Kummissjoni għandha tippreżenta, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011, rapport li janalizza l-impatt tal-Artikolu 263(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, dwar il-kapaċità tal-Istati Membri sabiex jiġġieldu kontra l-frodi marbuta mal-VAT marbuta mal-forniment ta’ prodotti u l-prestazzjoni ta’ servizzi intra-Komunitarji kif ukoll l-utilità tal-għażliet previsti fil-paragrafi 1 sa 1c ta’ l-imsemmi Artikolu, akkumpanjat mill-proposti leġislattivi adatti konformement mal-konklużjonijiet tar-rapport.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
R. BACHELOT-NARQUIN
(1) L-Opinjoni mogħtija fl-4 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) L-Opinjoni mogħtija fit-22 ta’ Ottubru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Kummissjoni
|
20.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 14/10 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Diċembru 2008
dwar il-ħżin sikur tal-merkurju metalliku li ma għadux jintuża fl-industrija tal-kloralkali
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8422)
(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2009/39/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 211 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni adottat Strateġija Komunitarja Dwar il-Merkurju [titlu mhux uffiċjali] (1). |
|
(2) |
L-azzjoni 9 tal-Istrateġija tistipula l-ħżin tal-merkurju mill-industrija tal-kloralkali u tesiġi l-impenn tal-Kummissjoni li tesplora l-ambitu għal ftehim mal-industrija. |
|
(3) |
Fl-24 ta’ Ġunju 2005, il-Kunsill adotta Konklużjonijiet pożittivi dwar l-Istrateġija, fejn stieden lill-Kummissjoni ssegwi l-ħżin jew ir-rimi sikur tal-merkurju, inter alia mill-industrija tal-kloralkali, għal perjodu ta’ żmien konsistenti mat-tneħħija gradwali maħsuba għall-esportazzjonijiet tal-merkurju. |
|
(4) |
Fl-14 ta’ Marzu 2006, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni li laqgħet l-Istrateġija, fejn il-Kummissjoni ntalbet tieħu azzjoni biex tiżgura li l-merkurju kollu li ġej mill-industrija tal-kloralkali jinħażen b’mod sikur. |
|
(5) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw Regolament (KE) Nru 1102/2008 tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-projbizzjoni ta’ esportazzjonijiet tal-merkurju metalliku u ta’ ċerti komposti u taħlitiet tal-merkurju u l-ħżin sikur tal-merkurju metalliku (2). |
|
(6) |
Euro Chlor, l-assoċjazzjoni tal-industrija tal-kloralkali fl-Ewropa, bl-appoġġ tal-kumpaniji membri tagħha, adottat impenn għall-ħżin sikur tal-merkurju li ma għadux meħtieġ fil-proċess ta’ produzzjoni tal-kloralkali (merkurju dekummissjonat). Il-kumpaniji kollha tal-industrija tal-kloralkali li joperaw fil-Komunità jistgħu jidħlu għal dan l-impenn b’termini oġġettivi u mhux diskriminatorji. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni hija sodisfatta bil-garanziji mogħtija mill-Euro Chlor fl-impenn tagħha li jikkomplementa d-dispożizzjonijiet tar-Regolament. |
|
(8) |
L-impenn jissodisfa l-kriterji stipulati fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Ftehimiet Ambjentali f’livell Komunitarju fil-Qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Semplifikazzjoni u t-Titjib tal-Ambjent Regolatorju [titlu mhux uffiċjali] (3), |
B’DAN TIRRAKKOMANDA:
1. Il-membri tal-Euro Chlor kif ukoll kumpaniji oħra tal-industrija tal-kloralkali li joperaw fil-Komunità li se jaderixxu mal-Ftehim Volontarju tal-Euro Chlor dwar il-Ħżin Sikur tal-Merkurju Dekummissjonat għandhom jagħżlu l-faċilitajiet ta’ ħżin għall-merkurju dekummissjonat bl-akbar reqqa (i.e. merkurju metalliku li mhuwiex meħtieġ għall-operazzjoni futura tal-impjanti bbażati fuq il-proċess taċ-ċelluli tal-merkurju) u jiggarantixxu li jkollhom kuntratti stabbiliti mal-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ ħżin ta’ dan it-tip li huma kklassifikati u awtorizzati għar-rimi ta’ skart perikoluż. Kuntratti ta’ dan it-tip għandhom ikunu bbażati fuq rekwiżiti oġġettivi u mhux diskriminatorji.
2. Il-membri tal-Euro Chlor għandhom jimpenjaw irwieħhom li jirrispettaw standard għoli ta’ rekwiżiti tekniċi f’dak li għandu x’jaqsam mar-restrizzjoni tal-merkurju, l-operazzjonijiet ta’ preparazzjoni u mili kif ukoll it-tagħbija u l-ħatt tal-kontejners.
3. L-Euro Chlor għandha tipprovdi dejta rilevanti relatata ma’ merkurju dekummissjonat fuq bażi annwali.
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Euro Chlor.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) COM(2005) 20 finali, 28.1.2005.
(2) ĠU L 304, 14.11.2008, p. 75.
(3) COM(2002) 412 finali, 17.7.2002.
|
20.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 14/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.