ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.071.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 71

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
18 ta' Marzu 2011


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2011/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE dwar il-metrologija ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 263/2011 tas-17 ta' Marzu 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tat-tnedija ta' ġabra kompluta ta' dejta għall-modulu tal-ESSPROS dwar il-benefiċċji ta' ħarsien soċjali netti ( 1 )

4

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 264/2011 tas-17 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 265/2011 tas-17 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-laħam taċ-ċanga

11

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 266/2011 tas-17 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

15

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 267/2011 tas-17 ta’ Marzu 2011 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/165/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2011 li taħtar erba’ membri Ungeriżi u sitt membri supplenti Ungeriżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

19

 

 

2011/166/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Marzu 2011 li tistabbilixxi x-SHARE-ERIC

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/1


DIRETTIVA 2011/17/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu 2011

li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE dwar il-metrologija

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-linji politiċi tal-Unjoni dwar regolamentazzjoni aħjar jenfasizzaw l-importanza tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni bħala element kruċjali għat-titjib tal-kompetittività tal-impriżi u għall-kisba tal-għanijiet tal-Aġenda ta' Lisbona.

(2)

Numru ta' strumenti tal-kejl huma koperti b’Direttivi speċifiċi, adottati fuq il-bażi tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku (3), li ġiet imfassla mill-ġdid mid-Direttiva 2009/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku (4).

(3)

Id-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' użin f’għamla parallelpiped ta' preċiżjoni medja ta' 5 sa 50 kilogramm u użin ċilindriċi ta' preċiżjoni medja ta' 1 sa 10 kilogrammi (5), 71/347/KEE tat-12 ta' Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kejl tal-massa standard ta' kull volum ta' ħażna ta' ċereali (6), 71/349/KEE tat-12 ta' Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kalibrar tat-tankijiet ta' bastimenti (7), 74/148/KEE tal-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-użin minn 1 mg sa 50 kg ta' preċiżjoni ogħla mill-medja (8), 75/33/KEE tas-17 ta' Diċembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-meters tal-ilma kiesaħ (9), 76/765/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' meters tal-alkoħol u hydrometers tal-alkoħol (10), 86/217/KEE tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-gauges tal-pressjoni tat-tajers għall-vetturi bil-mutur (11), adottati abbażi tad-Direttiva 71/316/KEE, huma teknikament obsoleti, ma jirriflettux l-aħħar żviluppi fit-teknoloġija tal-kejl jew jikkonċernaw strumenti li mhumiex soġġetti għall-iżvilupp teknoloġiku u qed jintużaw dejjem anqas. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet nazzjonali tħallew jeżistu b’mod parallel mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni.

(4)

Filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 76/766/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' tabelli tal-alkoħol (12) tipprovdi għal armonizzazzjoni sħiħa, ħafna mill-kontenut tagħha huwa inkluż fir-regolamenti tal-Unjoni dwar il-kejl tal-kwantità ta' alkoħol fl-inbejjed u l-ispirti, speċifikament ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 tas-17 ta' Settembru 1990 li jistabbilixxi metodi Komunitarji għall-analiżi tal-inbid (13) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2870/2000 tad-19 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi l-metodi Komunitarji ta' referenza għall-analiżi tax-xorb spirituż (14). L-istandards internazzjonali għat-tabelli tal-alkoħol huma identiċi għal dawk li tipprovdi għalihom id-Direttiva 76/766/KEE u jistgħu jibqgħu jservu ta' bażi għar-regolamentazzjoni nazzjonali.

(5)

Il-progress tekniku u l-innovazzjoni fir-rigward tal-istrumenti ta' kejl koperti mid-Direttivi li se jiġu mħassra se jkunu assigurati fil-prattika jew bl-applikazzjoni volontarja tal-istandards internazzjonali u Ewropej li ġew żviluppati jew bl-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jistipulaw speċifikazzjonijiet tekniċi ibbażati fuq tali standards jew, f’konformità mal-prinċipji ta' leġiżlar aħjar, billi jiġu inklużi dispożizzjonijiet addizzjonali fid-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejl (15). Barra minn hekk, il-moviment ħieles fi ħdan is-suq intern tal-prodotti kollha kkonċernati mid-Direttivi li qed jiġu mħassra huwa assigurat bl-applikazzjoni sodisfaċenti tal-Artikoli 34, 35 u 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

(6)

Madankollu, fil-prospettiva tar-rieżami li se jsir tad-Direttiva 2004/22/KE, hu xieraq li d-data tat-tħassir ta' seba’ mid-Direttivi tiġi stabbilita biżżejjed minn qabel biex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jkollhom fehma differenti fil-kuntest tar-reviżjoni tad-tad-Direttiva 2004/22/KE.

(7)

Id-Direttiva 71/349/KEE għandha titħassar.

(8)

Waqt li anke d-Direttivi 71/317/KEE, 71/347/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE għandhom jitħassru malajr kemm jista’ jkun, għandhom jiġu mħassra biss wara li jiġi vvalutat jekk l-istrumenti tal-kejl li jaqgħu fl-ambitu ta' dawk id-Direttivi għandhomx jiġu inklużi fl-ambitu tad-Direttiva 2004/22/KE. Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta' dan it-tip b’mod parallel mar-rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/22/KE. Fil-kuntest ta' dik il-valutazzjoni, id-data stabbilita għat-tħassir ta' dawk id-Direttivi tista’ tiġi avvanzata, bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-konsistenza fl-azzjoni leġiżlattiva tal-Unjoni fil-qasam tal-istrumenti tal-kejl. Fi kwalunkwe każ, it-tħassir ta' dawk id-Direttivi għandu jidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2015.

(9)

It-tħassir tad-Direttivi m’għandux iwassal għal kwalunkwe xkiel ġdid għall-moviment ħieles ta' prodotti jew għal piżijiet amministrattivi addizzjonali.

(10)

It-tħassir tad-Direttivi m’għandux jaffettwa l-approvazzjonijiet tad-disinn tal-KE u ċ-ċertifikati ta' approvazzjoni tad-disinn tal-KE eżistenti sa meta jibqgħu validi.

(11)

F’konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-Leġiżlar Aħjar (16), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Bla ħsara għall-Artikolu 6(1), id-Direttiva 71/349/KEE hija mħassra b’seħħ mill-1 ta' Lulju 2011.

Artikolu 2

Soġġett għall-Artikolu 4 u bla ħsara għall-Artikolu 6(2), id-Direttivi 71/347/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE huma mħassar b’seħħ mill-1 ta' Diċembru 2015.

Artikolu 3

Soġġett għall-Artikolu 4 u bla ħsara għall-Artikolu 6(3), id-Direttivi 71/317/KEE u 74/148/KEE huma mħassra b’seħħ mill-1 ta' Diċembru 2015.

Artikolu 4

Sat-30 ta' April 2011, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tar-rapporti pprovduti mill-Istati Membri, tevalwa jekk hemmx bżonn li l-istrumenti tal-kejl li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttivi msemmijin fl-Artikoli 2 u 3 jiġu inklużi fl-ambitu tad-Direttiva 2004/22/KE u jekk hemmx bżonn li l-miżuri tranżizzjonali u d-data stabbilita għat-tħassir ta' dawk id-Direttivi jiġux aġġustati skont dan. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tinkludi magħhom, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva għal dak il-għan.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-30 ta' Ġunju 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mal-Artikolu 1. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta' Lulju 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri ghandhom jistabbilixxu kif ghandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-30 ta' Novembru 2015, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mal-Artikoli 2 u 3. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta' Diċembru 2015.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri ghandhom jistabbilixxu kif ghandha ssir din ir-referenza.

3.   L-Istati Membri ghandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispozizzjonijiet principali tal-ligi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

1.   Il-verifiki inizjali magħmula, u ċ-ċeritifikati ta' kalibrazzjoni tal-KE maħruġa, sat-30 ta' Ġunju 2011 taħt id-Direttiva 71/349/KEE għandhom jibqgħu validi.

2.   L-approvazzjonijiet tad-disinn tal-KE u ċ-ċertifikati ta' approvazzjoni tad-disinn tal-KE maħruġa sat-30 ta' Novembru 2015 taħt id-Direttivi 71/347/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE u 86/217/KEE għandhom jibqgħu validi.

3.   Il-piżijiet f’konformità mad-Direttiva 71/317/KEE u l-piżijiet f’konformità mad-Direttiva 74/148/KEE jistgħu jkunu soġġetti għal verifika inizjali, li għandha titwettaq skont l-Artikoli 8, 9 u 10 tad-Direttiva 2009/34/KE sat-30 ta' Novembru 2025.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta’ Marzu 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

GYŐRI E.


(1)   ĠU C 277, 17.11.2009, p. 49.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2011.

(3)   ĠU L 202, 6.9.1971, p. 1.

(4)   ĠU L 106, 28.4.2009, p. 7.

(5)   ĠU L 202, 6.9.1971, p. 14.

(6)   ĠU L 239, 25.10.1971, p. 1.

(7)   ĠU L 239, 25.10.1971, p. 15.

(8)   ĠU L 84, 28.3.1974, p. 3.

(9)   ĠU L 14, 20.1.1975, p. 1.

(10)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 143.

(11)   ĠU L 152, 6.6.1986, p. 48.

(12)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 149.

(13)   ĠU L 272, 3.10.1990, p. 1.

(14)   ĠU L 333, 29.12.2000, p. 20.

(15)   ĠU L 135, 30.4.2004, p. 1.

(16)   ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 263/2011

tas-17 ta' Marzu 2011

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tat-tnedija ta' ġabra kompluta ta' dejta għall-modulu tal-ESSPROS dwar il-benefiċċji ta' ħarsien soċjali netti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' April 2007 dwar is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) (1), u partikolarment l-Artikoli 5(2) u 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 458/2007 waqqaf qafas metodoloġiku biex jintuża għall-ġbir tal-istatistika fuq bażi komparabbli għall-benefiċċji tal-Unjoni Ewropea u limiti ta' żmien għat-trażmissjoni u t-tixrid tal-istatistika miġbura skont is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (minn issa 'l quddiem tissejjaħ “ESSPROS”).

(2)

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (EC) Nru 458/2007, saret ġabra pilota ta' dejta għas-sena 2005 fl-Istati Membri kollha bil-ħsieb li jiġi introdott modulu dwar il-benefiċċji ta' ħarsien soċjali netti.

(3)

Taqsira tal-ġabra nazzjonali ta' dejta pilota wriet li maġġoranza kbira ħafna tal-istudji pilota taw riżultat pożittiv, u għalhekk għandhom jiġu adottati l-miżuri meħtieġa biex titnieda l-ġabra ta' dejta kompluta għall-modulu dwar il-benefiċċji ta' ħarsien soċjali netti.

(4)

Il-modulu dwar il-benefiċċji ta' ħarsien soċjali netti għandu jinkiseb bl-użu tal-approċċ ristrett, biex l-istess popolazzjoni ta' benefiċjarji tal-benefiċċji ta' ħarsien soċjali grossi jkunu miġbura fis-sistema ċentrali tal-ESSPROS.

(5)

Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 458/2007, għandhom jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni marbuta mal-ewwel sena li għaliha għandha tinġabar dejta kompluta, u miżuri marbuta mal-klassifikazzjoni fid-dettall tad-dejta koperta, id-definizzjonijiet li jridu jintużaw u r-regoli dwar it-tixrid għall-modulu dwar il-benefiċċji ta' ħarsien soċjali netti.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu dejta marbuta mal-modulu ESSPROS dwar il-benefiċċji ta' ħarsien soċjali netti lill-Kummissjoni (Eurostat) kull sena. Il-perjodu ta' referenza gћandu jkun is-sena kalendarja.

2.   L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-dejta għas-sena N, flimkien ma kwalunkwe reviżjoni ta' dejta tas-snin ta' qabel, għandha tkun il-31 ta' Diċembru tas-sena N + 2.

3.   L-ewwel sena ta' referenza li għaliha għandha tinġabar dejta kompluta dwar il-benefiċċju tal-ħarsien soċjali nett għandha tkun l-2010.

Artikolu 2

1.   Id-definizzjonijiet li jridu jiġu applikati lill-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I.

2.   Il-klassifikazzjonijiet fid-dettall li jridu jintużaw fil-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness II.

3.   Il-kriterji għat-tixrid tad-dejta marbura mal-modulu dwar il-benefiċċji soċjali netti għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness III.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 113, 30.4.2007, p. 3.


ANNESS I

Definizzjonijiet għall-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti

1.

Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 458/2007 għandhom japplikaw.

2.

Id-definizzjonijiet stabbiliti fil-punt “1.3. Infiq ta' skemi ta' ħarsien soċjali” tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 10/2008 (1) għandhom japplikaw.

3.

Barra minn hekk, għall-fini speċifiku ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

3.1.

“benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti – approċċ ristrett” tfisser benefiċċji soċjali wara t-tnaqqis ta' taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali mħallsa fuq benefiċċji soċjali fi flus minn min jirċievihom u wara li jiżdid il-benefiċċju fiskali residwu, jekk ikun hemm, skont il-formola:

Benefiċċji soċjali netti (approċċ ristrett) = benefiċċji tal-ħarsien soċjali grossi* (1-AITR-AISCR) + benefiċċji residwi fiskali

Il-benefiċċji fiskali residwi għandhom jiġu introdotti fil-kalkolu tal-benefiċċji soċjali netti unikament jekk ma jittieħidx kont tagħhom dirett fl-AITR u/jew l-AISCR;

3.2.

“rata fiskali medja dettaljata (AITR) għal benefiċċju (jew grupp ta' benefiċċji)” tfisser is-somma ta' taxxi mħallsa fuq dak il-benefiċċju minn min jirċievi diviża bid-dħul totali minn dak il-benefiċċju (jiġifieri benefiċċji grossi li wieħed jirċievi);

3.3.

“rata ta' kontribuzzjoni soċjali medja dettaljata (AISCR) għal benefiċċju (jew grupp ta' benefiċċji)” tfisser is-somma ta' kontribuzzjonijiet soċjali mħallsa fuq dak il-benefiċċju minn min jirċievi, diviża bid-dħul totali minn dak il-benefiċċju (jiġifieri benefiċċju gross li wieħed jirċievi);

3.4.

“benefiċċju fiskali residwu” tfisser il-parti mill-valur totali ta' benefiċċju fiskali li hija marbuta mal-eżoneru fuq il-levis applikati lill-benefiċċji soċjali (kuntrarju għall-parti li hija marbuta mal-eżoneru fuq il-levis applikati għall-forom kollha l-oħra ta' dħul).

4.

Id-definizzjonijiet dettaljati li jridu jintużaw għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huma stipulati fil-Manwal tal-ESSPROS prodott mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-Istati Membri.

(1)   ĠU L 5, 9.1.2008, p. 3.


ANNESS II

Klassifikazzjonijiet fid-dettall marbuta mal-modulu dwar benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti

1.

Il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali jitqassmu f'benefiċċji skont eżami tal-mezzi u mingħajr eżami tal-mezzi. Il-klassifikazzjoni tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali tagħti iktar dettalji skont jekk il-benefiċċju jingħatax fi flus bħala ħlas perjodiku jew somma f'daqqa:

Benefiċċji tal-ħarsien soċjali;

Benefiċċji tal-ħarsien soċjali, mingħajr eżami tal-mezzi;

Benefiċċji fi flus, mingħajr eżami tal-mezzi;

Benefiċċji perjodiċi fi flus, mingħajr eżami tal-mezzi;

Benefiċċji fi flus imħallsa f'daqqa, mingħajr eżami tal-mezzi;

Benefiċċji tal-ħarsien soċjali, skont eżami tal-mezzi;

Benefiċċji fi flus, skont eżami tal-mezzi;

Benefiċċji perjodiċi fi flus, skont eżami tal-mezzi;

Benefiċċji fi flus imħallsa f'daqqa, skont eżami tal-mezzi.

2.

Il-benefiċċji jinqasmu skont il-funzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 458/2007. Din il-klassifikazzjoni fid-dettall tinġabar fil-klassifikazzjoni tal-ewwel livell hekk kif ġej:

Mard/kura tas-saħħa;

Diżabilità;

Xjuħija;

Superstiti;

Familja/tfal;

Qgħad;

Djar;

Esklużjoni soċjali (li mhix ikklassifikata x'imkien ieħor).


ANNESS III

Kriterji għat-tixrid tad-dejta marbuta mal-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali

1.

L-Eurostat għandha tippubblika tagħrif skont l-Istat Membru unikament wara aggregazzjoni fil-livell tal-iskemi tal-inqas dwar:

Il-benefiċċji totali netti tal-ħarsien soċjali;

Il-proporzjon tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali soġġetti għat-taxxi u/jew kontribuzzjonijiet soċjali;

Il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali skont il-funzjoni;

B'eżami tal-mezzi kontra mingħajr eżami tal-mezzi.

2.

Fuq talba, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha xxerred dejta dettaljata skont l-iskema u skont l-Istat Membru lill-utenti speċifiċi (istituzzjonijiet nazzjonali li jiġbru d-dejta tal-ESSPROS, id-dipartimenti tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali).

3.

Jekk l-Istat Membru kkonċernat jaqbel li jkun hemm tixrid sħiħ tad-dejta, l-utenti speċifiċi għandhom ikunu awtorizzati jippubblikaw id-dejta skont l-iskema.

4.

Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jaqbilx li jkun hemm tixrid sħiħ tad-dejta, l-utenti speċifiċi għandhom ikunu awtorizzati jippubblikaw id-dejta aggregata fil-livell tal-iskemi. L-aggregazzjoni fil-livell tal-iskemi għandha tkun konformi mar-regoli ta' tixrid stipulati mill-Istat Membru kkonċernat.

18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/9


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 264/2011

tas-17 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

71,2

MA

53,2

TN

51,7

TR

81,8

ZZ

64,5

0707 00 05

JO

110,6

TR

150,7

ZZ

130,7

0709 90 70

MA

42,5

TR

110,9

ZZ

76,7

0805 10 20

EG

57,6

IL

71,1

MA

53,7

TN

45,3

TR

73,3

ZZ

60,2

0805 50 10

EG

67,3

TR

49,4

ZZ

58,4

0808 10 80

AR

96,2

BR

84,2

CA

103,1

CL

97,4

CN

119,2

MK

50,2

US

130,2

ZZ

97,2

0808 20 50

AR

91,5

CL

74,6

CN

53,6

US

79,9

ZA

84,8

ZZ

76,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/11


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 265/2011

tas-17 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-Taqsima XV tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fis-suq tal-Unjoni, jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti rifużjonijiet għall-esportazzjoni skont ir-regoli u l-kriterji stipulati fl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 168 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-ammont tar-rifużjoni jista' jvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE.

(4)

Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi tal-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal-21 ta' Novembru 2007 li jistabilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni għal ċertu qatgħat tal-laħam dissussat tal-annimali bovini (5) jipprovdi għal tnaqqis fir-refużjoni speċjali jekk il-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni ikun inqas minn 95 % tal-kwantità totali f'piż tal-qatgħat ġejjin mid-dissussar, iżda mhux inqas minn 85 % tal-istess kwantità.

(6)

Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2010 (6). Peress li għandhom jiġu stabbiliti rifużjonijiet ġodda, ir-Regolament għandu għaldaqstant ikun imħassar.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni kif provduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u l-ammonti speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, għandhom jiġu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka tas-sanità stipulati fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1359/2007, ir-rata ta' rifużjoni fuq prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi ta' prodotti 0201 30 00 9100 titnaqqas b'3,5 EUR/100 kg.

Artikolu 3

Ir-Regolament (UE) Nru 1206/2010 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(5)   ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21.

(6)   ĠU L 333, 17.12.2010, p. 49.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, applikabbli mit-18 ta’ Marzu 2011

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0102 10 10 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

12,9

0102 10 30 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

12,9

0201 10 00 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

18,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,8

0201 10 00 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

24,4

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

14,4

0201 20 20 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

24,4

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

14,4

0201 20 30 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

18,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,8

0201 20 50 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

30,5

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

17,9

0201 20 50 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

18,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,8

0201 30 00 9050

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,3

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,3

0201 30 00 9060  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

11,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,8

0201 30 00 9100  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

42,4

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

24,9

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

51,7

0201 30 00 9120  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

25,4

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

15,0

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

31,0

0202 10 00 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

2,7

0202 20 30 9000

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

2,7

0202 20 50 9900

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

2,7

0202 20 90 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

2,7

0202 30 90 9100

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,3

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,3

0202 30 90 9200  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

11,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,8

1602 50 31 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

11,6

1602 50 31 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,3

1602 50 95 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

11,6

1602 50 95 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,3

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Il-kodicijiet alfanumeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

B00

:

Id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħrajn, provvisti u destinazzjonijiet meqjusa bħala post ta’ esportazzjoni barra mill-Unjoni).

B02

:

B04 u destinazzjoni EG .

B03

:

L-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo (), il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, ħażniet u provvisti (id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 33 u 42, u, fejn japplika, fl-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1)).

B04

:

It-Turkija, l-Ukraina, il-Belarus, il-Moldova, ir-Russja, il-Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Każakstan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgistan, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, il-Libanu, is-Sirja, l-Iraq, l-Iran, l-Iżrael, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, il-Ġordan, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Oman, il-Jemen, il-Pakistan, Sri Lanka, il-Mjanmar (Burma), it-Tajlandja, il-Vjetnam, l-Indoneżja, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq, Ħong Kong, is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Gambja, il-Ginea-Bissaw, il-Ginea, is-Sjerra Leone, il-Liberja, il-Côte d’Ivoire, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġerja, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Ginea Ekwatorjali, Sao Tomè u Prinċipe, il-Gabon, il-Kongo, il-Kongo (ir-Repubblika Demokratika), ir-Rwanda, il-Burundi, Santa Liena u d-dipendenzi tagħha, l-Angola, l-Etjopja, l-Eritrea, Ġibuti, is-Somalja, l-Uganda, it-Tanzanja, is-Seychelles u d-dipendenzi tagħhom, It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Mawrizju, il-Komoros, Mayotte, iż-Żambja, il-Malawi, l-Afrika t’Isfel, il-Lesoto.


(*1)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  L-inklużjoni f’din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ prova li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).

(2)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21) u, jekk japplika, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p 7).

(3)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006, p. 7).

(4)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2008 (ĠU L 281, 24.10.2008, p. 3).

(5)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).

(6)  Il-kontenut f’dgħif tal-laħam taċ-ċanga għajr ix-xaħam huwa ddeterminat skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).

It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun jittieħed mill-parti tal-lott ikkonċernat li tippreżenta l-akbar riskju.


18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/15


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 266/2011

tas-17 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fl-Unjoni tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162, 163, 164, 167 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom fuqhom il-marka tal-identifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3).

(5)

Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2010 (4). Minħabba li għandhom jiġu stabbiliti rifużjonijiet ġodda, dak ir-Regolament għandu għaldaqstant jitħassar.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jissodifaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1207/2010 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)   ĠU L 333, 17.12.2010, p. 53.


ANNESS

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur applikabbli mit-18 ta’ Marzu 2011

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità ta’ kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0105 11 11 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 19 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 91 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 99 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 12 00 9000

A02

EUR/100 pcs

0,47

0105 19 20 9000

A02

EUR/100 pcs

0,47

0207 12 10 9900

V03

EUR/100 kg

32,50

0207 12 90 9190

V03

EUR/100 kg

32,50

0207 12 90 9990

V03

EUR/100 kg

32,50

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

V03 :

A24 , l-Angola, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, Oman, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġordan, il-Jemen, il-Libanu, l-Iraq, l-Iran.


18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/17


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 267/2011

tas-17 ta’ Marzu 2011

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)   ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Marzu 2011 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

140,8

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

135,2

0

BR

121,1

0

AR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

218,9

24

BR

248,4

16

AR

319,1

0

CL

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

179,2

10

BR

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati

208,9

0

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

276,6

6

BR

390,3

0

CL

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

337,0

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

281,9

1

BR

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

602,6

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ ZZ ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


DEĊIŻJONIJIET

18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Marzu 2011

li taħtar erba’ membri Ungeriżi u sitt membri supplenti Ungeriżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/165/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ungeriż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Ferenc BENKŐ, is-Sur Attila JÓSZAI, is-Sur Gyögy IPKOVICH u s-Sur András SZALAY, saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur László BÁKONYI, is-Sinjura Károlyné KOCSIS, is-Sur Zoltán NAGY u s-Sur József PAIZS, saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Żewġ postijiet ta’ membri supplenti ser isiru vakanti wara l-ħatra tas-sur István BÓKA u s-Sur Attila KISS bħala membri tal-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

is-Sur István BÓKA, Balatonfüred város polgármestere

is-Sur Attila KISS, Hajdúböszörmény város polgármestere

is-Sur Sándor KOVÁCS, Jász-Nagykun-Szolnok Megyei Közgyűlés elnöke

is-Sur Jenő MANNINGER, Zala Megyei Közgyűlés elnöke

kif ukoll

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Zoltán HORVÁTH, Baranya Megyei Közgyűlés alelnöke

is-Sur Ferenc KOVÁCS, Vas Megyei Közgyűlés elnöke

is-Sur Ferenc TEMERINI, Soltvadkert, önkormányzati képviselő

is-Sur Attila TILKI, Fehérgyarmat város polgármestere

is-Sur Botond VÁNTSA, Szigetszentmiklós, önkormányzati képviselő

is-Sur Tamás VARGHA, Fejér Megyei Közgyűlés elnöke.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FAZEKAS S.


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Marzu 2011

li tistabbilixxi x-SHARE-ERIC

(2011/166/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka [Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta’ Riċerka] (ERIC) (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 723/2009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi Konsorzji Ewropej għal Infrastruttura ta’ Riċerka (minn hawn ‘il quddiem “ERICs”).

(2)

Fl-14 ta’ Diċembru 2010, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u ir-Repubblika tal-Awstrija talbu lill-Kummissjoni biex l-Istħarriġ dwar is-Saħħa, it-Tixjiħ u l-Irtirar fl-Ewropa jiġi stabbilit bħala Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta’ Riċerka (SHARE-ERIC), ir-Renju tal-Belġju ngħaqad ma’ din it-talba fil-21 ta’ Jannar 2011, u l-Isvizzera talbet biex tiġi inkluża bħala osservatur fix-SHARE-ERIC.

(3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda dikjarazzjoni li tirrikonoxxi x-SHARE-ERIC bħala korp internazzjonali fis-sens tal-Artikoli 143(g) u 151(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2) u bħala organizzazzjoni internazzjonali fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikoli 23(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti (3).

(4)

Il-Kummissjoni, b’risposta għall-obbligi tagħha stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 vvalutat l-applikazzjoni u kkonkludiet li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 723/2009.

(5)

Skont l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 il-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament ġie kkonsultat għall-opinjoni tiegħu dwar it-tfassil tax-SHARE-ERIC u ta opinjoni favorevoli.

(6)

Ix-SHARE-ERIC mistenni li jsir element importanti għal inizjattivi oħra Ewropej għar-riċerka u l-innovazzjoni dwar it-tixjiħ tal-popolazzjoni bħall-Inizjattiva ta’ Programmazzjoni Konġunta aktar snin, ħajjiet aħjar, Il-Programm Konġunt tal-Għajxien Megħjun Kontestwalment u s-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Stabbiliment tax-SHARE-ERIC

1.   Il-Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta’ Riċerka għall-Istħarriġ dwar is-Saħħa, it-Tixjiħ u l-Irtirar fl-Ewropa imsemmi SHARE-ERIC huwa b’dan stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 723/2009.

Ix-SHARE-ERIC għandu jkollu personalità legali mid-data li fiha din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ u għandu jgawdi, f’kull Stat Membru, mill-aktar kapaċità legali estensiva skont l-entitajiet legali li jaqgħu taħt il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat. Huwa jista’, b’mod partikolari, jakkwista, jippossedi jew jiddisponi minn proprjetà mobbli, immobbli u intellettwali, jikkonkludi kuntratti u jkun parti fi proċeduri legali.

2.   L-istatuti tax-SHARE-ERIC, kif miftiehma bejn il-membri tiegħu, huma annessi ma’ din id-deċiżjoni. L-emenda tagħhom hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet fl-istatuti u għall-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009. L-Istatuti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-ERIC u fis-sede statutorja tiegħu.

3.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   Għandha torbot fl-intier tagħha u tkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1.


ANNESS

L-ISTATUTI TAX-SHARE-ERIC

Rigward il-Ħolqien u t-Tħaddim tal-Istħarriġ dwar is-Saħħa, it-Tixjiħ u l-Irtirar fl-Ewropa (SHARE)

Kontenut

Artikolu 1:

Stabbiliment ta’ SHARE-ERIC

Artikolu 2:

Sede Statutorja u Lingwa ta’ Ħidma

Artikolu 3:

Kompiti

Artikolu 4:

Prinċipji

Artikolu 5:

Entitajiet tal-Organizzazzjoni u tal-Istituzzjonijiet Imsieħba Xjentifiċi

Artikolu 6:

Il-Kunsill

Artikolu 7:

Il-Bord tat-Tmexxija

Artikolu 8:

Kopertura

Artikolu 9:

Kontributi

Artikolu 10:

Responsabbilità u Assigurazzjoni

Artikolu 11:

Proprjetà Intellettwali

Artikolu 12:

Tixrid u Użu tad-Dejta tax-SHARE

Artikolu 13:

Akkwist Pubbliku u Eżenzjonijiet tat-Taxxa

Artikolu 14:

Impjieg

Artikolu 15:

Emendi

Artikolu 16:

Adeżjoni

Artikolu 17:

Tul ta’ żmien tal-Organizzazzjoni

Artikolu 18:

Disponibbiltà ta’ dawn l-Istatuti

Anness 1:

Istituzzjonijiet Imsieħba Xjentifiċi u Kapijiet tat-Timijiet tal-Pajjiżi

Anness 2:

Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku

Anness 3:

Kosti Stmati għall-Istħarriġ u t-Tħaddim

Anness 4:

Proċedura għal Akkwist Pubbliku Ristretta

Ir-Repubblika tal-Awstrija

Ir-Renju tal-Belġju

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala “il-Partijiet Kontraenti”,

XEWQANA li jsaħħu aktar il-pożizzjoni tal-Ewropa u tal-Partijiet Kontraenti fir-riċerka fid-dinja, u li jintensifikaw il-kooperazzjoni xjentifika bejn il-fruntieri dixxiplinarji u nazzjonali;

B’KUNSIDERAZZJONI ta’ rapport mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill Ewropew tal-2001(Dokument tal-Kunsill 6997/01) li jidentifika t-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-isfidi soċjali u ekonomiċi tiegħu għat-tkabbir u l-prosperità bħala l-aktar sfidi urġenti tas-seklu 21 fl-Ewropa, li jindika nuqqasijiet infrastrutturali serji biex jinftiehem it-tixjiħ tal-individwu u tal-popolazzjoni, u li iktar 'il quddiem jitlob biex “tiġi eżaminata l-possibbiltà li jiġi stabbilit, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, Stħarriġ Ewropew dwar it-Tixjiħ Lonġitudinali” [traduzzjoni mhux uffiċjali] sabiex titħeġġeġ riċerka Ewropea dwar it-tixjiħ;

BILLI JIBNU fuq il-prototip attwali tal-Istħarriġ dwar is-Saħħa, it-Tixjiħ u l-Irtirar fl-Ewropa (SHARE) li ntgħażel mill-proċess tal-istrateġija tal-ESFRI (Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka) biex jiġi promoss bħala wieħed mill-infrastrutturi ta’ riċerka ċentrali taż-Żona Ewropea tar-Riċerka;

FILWAQT li jirrikonoxxu li dan l-istħarriġ ġdid interdixxiplinarju, internazzjonali, u lonġitudinali ta’ kwalità mingħajr preċedent fir-rigward ta’ koerenza, wisa’ u komparabbiltà internazzjonali fil-ġejjieni ser ikun ta’ importanza kbira f’ħafna oqsma differenti ta’ xjenzi fundamentali u applikati bħad-demografija, l-ekonomija, l-epidemjoloġija, il-ġerontoloġija, il-bijoloġija, il-mediċina, il-psikoloġija, is-saħħa pubblika, il-politika tas-saħħa, is-soċjoloġija u l-istatistika;

FILWAQT li jirrikonoxxu li t-tfassil ta’ politika pubblika abbażi ta’ evidenza jeħtieġ infrastruttura ta’ dejta aġġornata;

FILWAQT li jistennew pajjiżi oħra jipparteċipaw fl-attivitajiet li impenjaw ruħhom li jwettqu flimkien skont l-Istatuti li ġejjin;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Stabbiliment ta’ SHARE-ERIC

(1)   Għandu jkun hemm Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka mifruxa msemmija l-Istħarriġ dwar is-Saħħa, it-Tixjiħ u l-Irtirar fl-Ewropa (SHARE).

(2)   SHARE għandu jkollu l-forma legali ta’ Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta’ Riċerka (ERIC) inkorporat skont id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 u għandu jingħata l-isem “SHARE-ERIC” (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala “l-Organizzazzjoni”).

Artikolu 2

Sede Statutorja u Lingwa ta' Ħidma

(1)   Is-Sede Statutorja tal-Organizzazzjoni għandha tkun f’Tilburg, il-Pajjiżi l-Baxxi.

(2)   Il-Partijiet Kontraenti ftiehmu li, hekk kif l-awtoritajiet Ġermaniżi jipprovdu d-dikjarazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, jagħtu bidu għal emenda tal-Istatuti sabiex tiġi trasferita s-Sede Statutorja għall-Ġermanja. Din l-emenda ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel tmiem il-Fażi I kif hemm definit fl-Artikolu 8.

(3)   Il-lingwa ta’ ħidma fl-Organizzazzjoni għandha tkun l-Ingliż.

Artikolu 3

Kompiti

(1)   Ix-SHARE-ERIC għandu joħloq infrastruttura ta’ mikrodejta ta’ familji u individwi meħtieġa biex ikun hemm fehim dwar it-tixjiħ tal-individwu u tas-soċjetà (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “l-Istħarriġ”). Il-kompiti ewlenin tiegħu huma:

(a)

li jiddisinja strument ewlieni ta' stħarriġ li jiġbor l-informazzjoni essenzjali dwar l-ekonomija, is-saħħa, u l-kundizzjonijiet familjari/soċjali tal-ħajja ta’ individwi li jkollhom 50 sena jew aktar u ta’ sħabhom.

(b)

li jamministra dan l-istħarriġ kull sentejn lil panil ta’ konvenuti f’kull pajjiż parteċipanti u jżomm kuntatt mal-membri kollha tal-panil fil-fażijiet bejn żewġ tranżazzjonijiet (waves) bejn il-panils;

(c)

li jgħaqqad l-informazzjoni miġbura f’bażi tad-dejta faċli għall-utent aċċessibbli għar-riċerkaturi xjentifiċi kollha suġġett għal restrizzjonijiet applikabbli tal-kunfidenzjalità tad-dejta u biex tinżamm din il-bażi tad-dejta inkluż it-tindif, l-imputazzjoni, u d-dokumentazzjoni bażiċi tad-dejta.

(2)   Il-prototip preżenti tax-SHARE għandu jiġi aġġornat fi tliet dimensjonijiet:

(a)

jestendi x-SHARE maż-żmien sabiex jiġi ġġenerat panil awtentiku li jsegwi l-individwi waqt li jixjieħu u jirreaġixxi għall-bidliet fl-ambjent soċjali u ekonomiku. L-aġġornament għandu jżid seba’ tranżazzjonijiet aktar kull sentejn fi tliet fażijiet kif hemm definit fl-Artikolu 8

(b)

jespandi x-SHARE biex jinkludi l-Istati Membri kollha.

(c)

iżid id-daqs tal-kampjun tax-SHARE sabiex ikun possibbli li l-Istħarriġ jintuża wkoll għal analiżi fil-limiti ta’ pajjiż. Ġeneralment, id-daqs tal-kampjun fil-mira għandu jkun ta’ 6 000 individwu li l-età tiegħu tvarja bejn 50 sena u aktar f’kull pajjiż membru.

(3)   Ix-SHARE-ERIC għandha twettaq il-kompiti tagħha fuq bażi mhux ekonomika.

Artikolu 4

Prinċipji

(1)   Ix-SHARE għandu jiġi ddisinjat minn riċerkaturi għal riċerkaturi. L-eċċellenza fir-riċerka hija tal-ogħla importanza fuq kull kunsiderazzjoni oħra. L-eċċellenza xjentifika tax-SHARE għandha tiġi mmonitorjata minn Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku (l-Anness 2)

(2)   Ix-SHARE għandu jkun stħarriġ supranazzjonali. Il-komparabbiltà transnazzjonali fi ħdan ix-SHARE għandha tirregola d-deċiżjonijiet ta’ disinn kollha. Barra minn hekk, il-komparabbiltà ma’ stħarriġ affiljat miegħu, partikolarment l-Istudju dwar is-Saħħa u l-Irtirar tal-U.S. u l-Istudju Lonġitudinali Ingliż tat-Tixjiħ, għandhom jinformaw id-deċiżjonijiet dwar id-disinn tax-SHARE. Is-suġġetti b’potenzjal ta’ riċerka supranazzjonali għandu jkollhom prijorità fuq suġġetti applikabbli għal pajjiżi individwali.

(3)   SHARE għandu jintegra l-ekonomiji, is-saħħa, u x-xjenza soċjali. Is-suġġetti b’potenzjal ta’ riċerka interdixxiplinarja għandu jkollhom prijorità fuq suġġetti applikabbli għal dixxiplini individwali.

(4)   SHARE għandu jkun stħarriġ lonġitudinali, li jsegwi l-individwi waqt li jixjieħu. Is-suġġetti b’potenzjal ta’ riċerka lonġitudinali għandu jkollhom prijorità fuq suġġetti applikabbli għal waqtiet iżolati.

(5)   Ir-riċerka bbażata fuq SHARE għandha tiffaċilita politiki tal-UE abbażi ta’ evidenza, bħall-Inizjattiva tal-Unjoni għall-Innovazzjoni Europa 2020, li tgħin sabiex jintlaqgħu l-isfidi tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fil-pajjiżi kollha tal-UE.

Artikolu 5

Entitajiet tal-Organizzazzjoni u tal-Istituzzjonijiet Imsieħba Xjentifiċi

(1)   L-entitajiet tal-Organizzazzjoni għandhom ikunu l-Assemblea Ġenerali, minn hawn 'il-quddiem imsemmija bħala “il-Kunsill” (l-Artikolu 6), u l-Bord ta' Tmexxija (l-Artikolu 7).

(2)   Fuq propożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija u fid-dawl tal-Prinċipji stipulati fl-Artikolu 4, kull Parti Kontraenti għandha tagħżel istituzzjoni ta’ riċerka li tkun responsabbli biex twettaq il-kompiti xjentifiċi tax-SHARE-ERIC f’pajjiżha (minn hawn ’il-quddiem imsemmija bħala “Istituzzjoni Msieħba Xjentifika”).

(3)   Jekk il-Prinċipji stipulati fl-Artikolu 4 jinkisru minn waħda mill-Istituzzjonijiet Imsieħba Xjentifiċi, il-Parti Kontraenti tista’ tissostitwixxi l-Istituzzjoni Msieħba Xjentifika fuq propożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

(4)   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu l-parir tal-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku (l-Anness 2) meta jipproponi jew jissostitwixxi Istituzzjoni Msieħba Xjentifika.

(5)   L-Istituzzjonijiet Imsieħba Xjentifiċi attwali huma elenkati fl-Anness 1.

Artikolu 6

Il-Kunsill

(1)   Kull Parti Kontraenti għandha tkun irrapreżentata fil-Kunsill minn mhux aktar minn żewġ delegati. Il-ħatra u t-terminazzjoni tal-ħatra tad-delegati għall-Kunsill għandhom jitwettqu mill-Parti Kontraenti. Kull Parti Kontraenti għandha tinforma lill-President tal-Kunsill bil-miktub bi kwalunkwe ħatra jew terminazzjoni tal-ħatriet tad-delegati tagħha fuq il-Kunsill mingħajr dewmien żejjed.

(2)   Kull Parti Kontraenti għandha vot wieħed fil-Kunsill. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’votazzjoni ta’ maġġoranza sempliċi sakemm ikun iddeterminat mod ieħor f’dawn l-Istatuti. F’każ ta’ parità, il-vot tal-Pajjiż Ospitanti għandu jiddetermina r-riżultat aħħari.

(3)   Il-Kunsill għandu jaħtar President u Viċi President mid-delegati tal-Partijiet Kontraenti għal perjodu ta’ sentejn. Bil-ħatra tagħhom il-President u l-Viċi President isiru super partes u jħallu d-delegazzjonijiet tagħhom. Il-Partijiet Kontraenti affettwati mit-tluq ta’ dawn l-uffiċjali għandhom jaħtru delegat ieħor biex jirrappreżentahom fil-Kunsill.

(4)   Il-Kunsill għandu jiltaqa’ tal-inqas darba fis-sena. Il-laqgħat tal-Kunsill għandhom jitlaqqgħu mill-President tal-Kunsill. Il-laqgħat tal-Kunsill għandhom jitlaqqgħu fuq talba ta’ mhux inqas minn żewġ Partijiet Kontraenti. Il-laqgħat straordinarji tal-Kunsill jistgħu jitlaqqgħu fuq talba tal-Koordinatur (l-Artikolu 7) jekk ikun meħtieġ fl-interess tal-Organizzazzjoni.

(5)   Il-Kunsill jilqa’ u japprova r-rapport annwali, id-dikjarazzjoni finanzjarja u l-pjan tan-nefqa annwali ppreżentati mill-Bord tat-Tmexxija. Il-Kunsill għandu jwettaq reviżjoni, mhux inqas minn darba fis-sena, tal-kosti attwali u previsti għall-istħarriġ u t-tħaddim. Il-Kunsill jista’ japprova, b’mod unanimu, modifikazzjoni tal-kontribuzzjoni għal dawk il-kosti komuni l-oħra fil-pjan tan-nefqa annwali li mhumiex koperti minn sors ta’ finanzjament ieħor (l-Artikolu 9(5)).

(6)   Il-Kunsill għandu jirċievi u jirrikonoxxi l-pjan tal-attività annwali li għandu jkun fih l-għanijiet xjentifiċi wesgħin tax-SHARE, l-enfasi tal-istħarriġ tal-fażi tat-tranżazzjoni li jmiss, il-proċess ta’ ċertifikazzjoni u l-iskeda tal-istħarriġ u t-tixrid. Kull sentejn, għandu jirċievi rapport mill-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku.

(7)   Il-Kunsill jeleġġi b’vot kwalifikat (tal-inqas żewġ terzi tal-Partijiet Kontraenti) il-Koordinatur, il-Koordinaturi tal-Qasam u membri oħra tal-Bord tat-Tmexxija skont l-Artikolu 7 fuq nomina tal-Istituzzjonijiet Imsieħba Xjentifiċi.

(8)   Il-Pajjiżi li jkunu impenjaw irwieħhom għax-SHARE-ERIC permezz tal-iffirmar tal-Memorandum tal-Ftehim dwar it-Tħejjija tal-Istħarriġ dwar is-Saħħa, it-Tixjiħ u l-Irtirar fl-Ewropa (15 ta’ Lulju 2009) jistgħu jsiru membri mingħajr vot tal-Kunsill bħala osservaturi sakemm jaderixxu max-SHARE-ERIC skont l-Artikolu 16.

Artikolu 7

Il-Bord tat-Tmexxija

(1)   Il-Bord tat-Tmexxija huwa magħmul minn mhux aktar minn sitt membri, li jinkludu:

(a)

Id-Direttur tax-SHARE (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Koordinatur”);

(b)

tliet Koordinaturi tal-Qasam li jirrapreżentaw it-tliet oqsma xjentifiċi tax-SHARE (ekonomija, saħħa, u netwerks soċjali/familjari);

(c)

jekk xieraq, xjentisti oħra li jirrappreżentaw qasam xjentifiku importanti jew ċentru operattiv importanti tax-SHARE.

(2)   il-Membri tal-Bord tat-Tmexxija għandhom ikunu riċerkaturi b’reputazzjoni internazzjonali tajba b’esperjenza fir-riċerka dwar it-tixjiħ u/jew it-tmexxija ta' stħarriġ.

(3)   Il-Bord tat-Tmexxija jipproponi d-deċiżjonijiet strateġiċi u baġitarji kollha lill-Kunsill. Huwa responsabbli għall-proċessi kollha finanzjarji u ta’ governanza li jżommu l-integrità xjentifika, il-komparabbiltà transnazzjonali, u bilanċ ġenerali tad-disinn tal-istħarriġ tax-SHARE. Partikolarment, huwa responsabbli għar-riżultati tanġibbli u l-finanzi tax-SHARE-ERIC, u biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti legali bħal kunfidenzjalità tad-dejta u regolamenti ta’ sikurezza fil-livell Ewropew.

(4)   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jipprovdi rapport annwali dwar l-istat tal-Istħarriġ lill-Kunsill, jipproponi pjan ta’ nefqa u attività annwali lill-Kunsill, u jħejji d-dikjarazzjoni finanzjarja.

(5)   Il-Koordinatur għandu jmexxi l-Bord tat-Tmexxija u huwa r-rappreżentant legali tax-SHARE-ERIC. Il-Koordinatur huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Istħarriġ u għaż-żamma tal-istess standards metodoloġiċi għolja fil-pajjiżi kollha li jipparteċipaw.

(6)   Il-Koordinaturi tal-Qasam huma responsabbli għall-eċċellenza xjentifika tal-Istħarriġ fl-oqsma xjentifiċi rispettivi tagħhom. Speċifikament, huwa responsabbli għad-disinn tal-kwestjonarju fl-oqsma rispettivi tagħhom u għall-integrità tad-dejta mwassla lill-pubbliku xjentifiku.

(7)   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu l-parir ta’ esperti esterni u jistabbilixxi Bord ta’ xjentisti li jagħtu parir dwar il-kwistjonijiet xjentifiċi kollha (il-“Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku”). Dan il-Bord għandu jkun indipendenti mill-Organizzazzjoni (l-Anness 2).

(8)   Ir-relazzjonijiet bejn il-Bord tat-Tmexxija u l-Istituzzjonijiet Imsieħba Xjentifiċi għandhom ikunu rregolati minn ftehim tal-konsorzju.

Artikolu 8

Kopertura

(1)   L-Organizzazzjoni għandha tkopri perjodu ta’ stħarriġ ta’ seba’ tranżazzjonijiet bejn il-panils diviżi fi tliet fażijiet:

(a)

Matul il-Fażi I l-Organizzazzjoni għandha twettaq tranżazzjoni inizjali bejn il-panils fuq skala sħiħa fl-2010 u fl-2011 abbażi tad-disinn żviluppat fil-fażi preparatorja.

(b)

Matul il-Fażi II l-Organizzazzjoni għandha twettaq tliet tranżazzjonijiet addizzjonali ta’ stħarriġ fuq skala sħiħa fis-snin 2012/13, 2014/15 u 2016/17, sabiex taġġorna d-disinn biex iżżomm l-ogħla livell tad-dejta u xxerridha.

(c)

Wara li ssir evalwazzjoni xjentifika kif suppost, matul il-Fażi III, l-Organizzazzjoni għandha twettaq tliet tranżazzjonijiet addizzjonali ta’ stħarriġ fuq skala sħiħa fis-snin 2018/19, 2020/21 u 2022/23, taġġorna d-disinn biex iżżomm l-ogħla livell tad-dejta u xxerridha.

Artikolu 9

Kontributi

(1)   Kontributi mill-Partijiet Kontraenti għandhom ikopru l-kosti biex jitwettqu s-seba’ tranżazzjonijiet tal-Istħarriġ f’kull pajjiż flimkien mal-kosti ta’ koordinazzjoni u dawk komuni bħall-kosti għall-aġġornar tad-disinn, it-tixrid tad-dejta assoċjata mas-seba’ tranżazzjonijiet tal-ġbir tad-dejta, u l-baġits għall-Koordinatur, il-Koordinaturi tal-Qasam, u l-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku.

(2)   Il-kontributi mill-Partijiet Kontraenti għandhom ikopru erba’ tipi ta’ kosti: (A) il-kosti tal-istħarriġ f’kull pajjiż, (B) il-kosti ta’ tħaddim biex jitwettaq l-istħarriġ f’kull pajjiż, (C) il-kosti amministrattivi, u (D) kosti komuni oħra sakemm dawn il-kosti ma jkunux koperti minn sorsi oħra ta’ finanzjament. Fl-Anness 3 hemm mehmuża tabella li turi l-istimi preliminarji ta’ dawn il-kosti matul il-Fażi I.

(3)   Kull Parti Kontraenti għandha tagħmel disponibbli għax-SHARE-ERIC, kemm direttament jew permezz tal-Istituzzjoni Msieħba Xjentifika li hija responsabbli għaliha, il-fondi li jkopru s-sehem tal-Pajjiż fil-kosti tal-istħarriġ, (il-Kolonna A tal-istimi preminarji fl-Anness 3).

(4)   Kull Parti Kontraenti għandha tagħmel disponibbli għall-Istituzzjoni Msieħba Xjentifika li hija responsabbli għaliha l-fondi li jkopru s-sehem tal-Pajjiż fil-kosti tat-tħaddim (il-Kolonna B tal-istimi preminarji fl-Anness 3).

(5)   Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tiffinanzja l-kosti tal-koordinazzjoni tal-Istħarriġ (il-Kolonna C tal-istimi preliminarji fl-Anness 3).

(6)   Kull Parti Kontraenti għandha tagħti kontributi lix-SHARE-ERIC għall-parti tal-kosti komuni tal-Istħarriġ li mhijiex koperta minn kwalunkwe sors ta’ finanzjament ieħor. Kull sehem tal-Parti Kontraenti għandu jkun proporzjonat mad-dħul gross nazzjonali per capita rreġistrat l-aħħar mill-Eurostat bil-kundizzjoni li l-ebda sehem tal-Parti Kontraenti ma jkun inqas minn 0,5 darbiet u akbar minn 1,5 darbiet tas-sehem medju. Il-kompożizzjoni tal-kosti komuni l-oħra għandha tkun iddettaljata fil-pjan tan-nefqa annwali (il-Kolonna D tal-istimi preliminarji fl-Anness 3).

(7)   Ix-SHARE-ERIC jew l-Istituzzjonijiet Imsieħba Xjentifiċi, bħala konsorzju, jistgħu jirreaġixxu għal sejħiet mill-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut Nazzjonali dwar it-Tixjiħ tal-U.S., u organizzazzjonijiet tal-finanzjament nazzjonali jew supranazzjonali li jipprovdu fondi għall-proġett b’mod sħiħ, fost dawk il-partijiet jew il-kosti komuni kollha msemmija fil-Kolonna D, l-Anness 3.

Artikolu 10

Responsabbilità u Assigurazzjoni

(1)   Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri għad-dejn tal-ERIC għandha tkun limitata għall-kontributi rispettivi tagħhom provduti għax-SHARE-ERIC u jkun intlaħaq ftehim dwarhom fil-pjanijiet tan-nefqa annwali.

(2)   Ix-SHARE-ERIC għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jassigura r-riskji speċifiċi għall-ħolqien u t-tħaddim ta’ stħarriġ.

Artikolu 11

Proprjetà Intellettwali

(1)   Skont l-objettivi tal-Istatuti preżenti, it-terminu “Proprjetà Intellettwali” għandu jinftiehem skont l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ffirmata fl-14 ta’ Lulju 1967.

(2)   Ix-SHARE-ERIC huwa s-sid tal-Istħarriġ u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kollha li joħorġu meta jiġi stabbilit l-Istħarriġ.

(3)   Fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ Proprjetà Intellettwali, ir-relazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti għandhom jiġu ggvernati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 12

Tixrid u Użu tad-Dejta tax-SHARE

(1)   Ix-SHARE-ERIC għandu jxerred id-dejta miġbura wara t-tindif, l-imputazzjoni, u d-dokumentazzjoni tad-dejta mingħajr dewmien lill-komunità xjentifika.

(2)   L-użu tad-dejta tax-SHARE għandu jkun bla ħlas għall-komunità xjentifika kollha. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi Kunsill tal-Utenti li jirrappreżenta l-interess tal-komunità tal-utenti xjentifiċi filwaqt li jiġi kkunsidrat il-parir tal-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku.

(3)   L-użu u l-ġbir tad-dejta tax-SHARE huma suġġetti għal-liġijiet Ewropej u nazzjonali tal-privatezza tad-dejta. L-użu tad-dejta tax-SHARE minn utenti li mhumiex suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-UE għandu jsir bil-kundizzjoni li tiġi ffrimata dikjarazzjoni tal-kunfidenzjalità tad-dejta skont il-formola provduta mill-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 6, 10.1.2002, p. 52).

Artikolu 13

Akkwist Pubbliku u Eżenzjonijiet tat-Taxxa

(1)   Ix-SHARE-ERIS għandu jitratta lill-kandidati u l-persuni li jitfgħu offerta għall-akkwist pubbliku b’mod ugwali u mhux diskriminatorju, indipendentament jekk humiex ibbażati fl-Unjoni Ewropea jew le. L-akkwist pubbliku għandu jirrispetta l-prinċipji ta’ trasparenza, non-diskriminazzjoni u kompetizzjoni.

(2)   Ġeneralment, l-akkwist pubbliku mix-SHARE-ERIC għandu jkun suġġett għad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (1), bil-limiti emendi bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1422/2007 (2) jew kwalunkwe emendi ulterjuri, u r-regolamenti nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku li japplikaw.

(3)   Għall-akkwist pubbliku tas-servizzi ta’ riċerka tal-istħarriġ u tal-iżvilupp tal-istħarriġ fejn il-benefiċċji jakkumulaw għall-komunità xjentifika sħiħa u li jitħallsu għal kollox mix-SHARE-ERIC, l-Artikolu 16 (f) tad-Direttivi 2004/18/KE għandu japplika permezz ta’ proċedura ristretta (l-Anness 4). Fi proċeduri ristretti bħal dawn, il-proċeduri negozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt u fil-proċedura ta’ djalogu kompetittiv, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw l-għadd ta’ kandidati xierqa li jistiednu biex iressqu offerta, biex jinnegozjaw jew biex ikollhom djalogu magħhom, sakemm ikun hemm għadd suffiċjenti ta’ kandidati xierqa disponibbli.

(4)   L-eżenzjonijiet tat-taxxa li joħorġu mid-Direttiva 2006/112/KE għandhom ikunu limitati għat-taxxi fuq il-valur miżjud għal oġġetti u servizzi tar-riċerka tal-istħarriġ u tal-iżvilupp tal-istħarriġ li huma għal użu uffiċċjali, li jaqbżu l-valur ta’ EUR 250, li huma ta’ benefiċċju għall-komunità xjentifika sħiħa, u li jitħallsu għal kollox mix-SHARE-ERIC. Ma japplikawx limiti ulterjuri oħra.

Artikolu 14

Impjieg

(1)   Ix-SHARE-ERIC japplika politika ta’ ugwaljanza fil-qasam tar-reklutaġġ. Il-kuntratti tal-impjiegi għandhom isegwu l-liġijiet nazzjonali tal-pajjiż li fih jiġi impjegat il-persunal.

(2)   Suġġett għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kull Parti Kontraenti għandha fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha tiffaċilita l-moviment u r-residenza tal-persuni li jkollhom nazzjonalità tal-pajjiżi tal-Parti Kontraenti involuti fil-kompiti tax-SHARE-ERIC u tal-membri tal-familja ta’ dawn il-persuni ta’ dik in-nazzjonalità.

Artikolu 15

Emendi

(1)   Il-Kunsill għandu jkollu s-setgħa li jbiddel dawn l-Istatuti u l-annessi għalihom b’vot kwalifikat. Għandha tintalab maġġoranza ta’ żewġ terzi biex issir emenda ta’ dawn l-artikolu u l-annessi. Id-data ta’ kwalunkwe emenda għandha tiġi rreġistrata f’dawn l-Istatuti.

(2)   L-Istatuti tax-SHARE-ERIC għandhom fi kwalunkwe ħin jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 723/2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka u għal-Liġijiet u r-Regolamenti Ewropej l-oħra kollha li huma applikabbli.

Artikolu 16

Adeżjoni

(1)   Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawn l-Istatuti, kwalunkwe Gvern jista’ jaderixxi magħhom bil-kunsens taż-żewġ terzi tal-Partijiet Kontraenti fil-Kunsill bil-kundizzjonijiet negozjati. Il-kundizzjonijiet għall-adeżjoni għandhom ikunu suġġetti għal ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti u l-Gvern jew grupp ta’ Gvernijiet aderenti.

(2)   Fuq propożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija u fid-dawl tal-Prinċipji stipulati fl-Artikolu 4, il-Parti Kontraenti aderenti għandha tagħżel istituzzjoni ta’ riċerka li tkun responsabbli biex twettaq il-kompiti xjentifiċi tax-SHARE-ERIC f’pajjiżha.

(3)   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu l-parir tal-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku meta jipproponi Istituzzjoni Msieħba Xjentifika.

Artikolu 17

Tul ta’ żmien tal-Organizzazzjoni

(1)   L-Organizzazzjoni hija stabbilita għal perjodu sal-31.12.2024. Għandha tinkludi l-Fażijiet I, II u III kif iddefiniti fl-Artikolu 8.

(2)   Parti Kontraenti tista’ tirtira mill-Organizzazzjoni wara l-Fażi I jew il-Fażi II.

(3)   Mozzjoni, li tispeċifika l-proċedura u l-perjodu ta’ żmien, jekk approvata mill-Kunsill b’maġġoranza ta’ żewġ terzi, tista’ ttemm l-Organizzazzjoni, partikolarment jekk l-Organizzazzjoni tiddeċiedi li ma titkompliex il-Fażi III.

(4)   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi nnotifikata bi kwalunkwe deċiżjoni fi żmien 10 ijiem minn meta tittieħed, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009.

Artikolu 18

Disponibbiltà ta' dawn l-Istatuti

Dawn l-Istatuti għandhom ikunu disponibbli pubblikament fuq il-websajt tax-SHARE-ERIC, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009.


(1)   ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(2)   ĠU L 317, 5.12.2007, p. 34.

ANNESS 1

ISTITUZZJONIJIET IMSIEĦBA XJENTIFIĊI U KAPIJIET TAT-TIMIJIET TAL-PAJJIŻI

Pajjiż

Organizzazzjonijiet Parteċipanti

Deskrizzjoni qasira

L-Awstrija

Università ta’ Linz, Dipartiment tal-Ekonomija

Id-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Linz imexxi l-parteċipazzjoni Awstrijaka fil-proġett SHARE. L-enfasi tar-riċerka huwa l-ekonomija tax-xogħol, l-ekonomija pubblika u l-problemi tar-riforma tal-pensjoni kif ukoll ekonomija ambjentali. Se jiġi rappreżentat minn Rudolf Winter-Ebmer, Professur tal-Ekonomija u speċjalista fl-ekonomija tax-xogħol empirika.

Il-Belġju

Università ta’ Antwerp, CSP

L-objettiv prinċipali tas-CSP hu li tiġi studjata l-adegwatezza tal-politiki soċjali. Ir-riċerka hija prinċiparjament ibbażata fuq stħarriġ soċjo-ekonomiku fuq skala kbira tal-famiji. Karel van den Bosch, ir-riċerkatur ta’ livell għoli, se tkun il-kap tat-tim tal-pajjiż Belġjan.

Il-Belġju

Università ta’ Liège, CREPP

L-oqsma ewlenin tal-ispeċjalizzazzjoni tal-CREPP huma s-sigurtà soċjali, l-imġieba fir-rigward tal-irtirar, u l-benesseri fost l-anzjani u t-trasferimenti interġenerazzjonali. Sergio Perelman huwa inkarigat li jmexxi l-koordinazzjoni tal-proġett SHARE fil-komunità Belġjana tal-lingwa Franċiża.

Ir-Repubblika Ċeka

CERGE-EI, Prague

CERGE-EI hija akkreditata kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fir-Repubblika Ċeka. L-ispeċjalizzazzjoni ewlenija tagħha hija fit-tranżizzjoni soċjali, ekonomika u politika fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u fir-reġjun ta’ dik li kienet l-Unjoni Sovjetika. Radim Bohacek se jkun il-kap tat-tim tal-pajjiż Ċek.

Il-Ġermanja

Università ta’ Mannheim, Istitut tar-Riċerka ta’ Mannheim għall-Ekonomija tat-Tixjiħ (MEA)

L-MEA huwa ċentru ta’ eċċellenza għall-ekonomija tat-tixjiħ magħruf mad-dinja kollha. L-oqsma ta’ riċerka huma l-iffrankar, l-assigurazzjoni soċjali u l-politika pubblika; l-implikazzjonijiet tal-makroekonomija tat-tixjiħ tal-popolazzjoni; u s-saħħa pubblika. L-MEA huwa rrapreżentat minn Axel Börsch-Supan, id-direttur, li kkoordina l-familja ta’ proġetti SHARE.

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Università ta’ Tilburg,

Netspar

Netspar huwa Netwerk xjentifiku għall-istudji dwar Pensjonijiet, Tixjiħ u Rtirar konness mal-Fakultà tal-Ekonomija u l-Amministrazzjoni tan-Negozju tal-Università ta’ Tilburg. Id-direttur ġenerali tiegħu, Frank van der Duyn Schouten, se jkun il-kap tat-tim tal-pajjiż tal-Pajjiżi l-Baxxi.

ANNESS 2

BORD TAL-MONITORAĠĠ XJENTIFIKU

Artikolu 1

Stabbiliment

Il-Bord tat-Tmexxija se jkun magħmul minn bord konsultattiv ta’ mhux inqas minn sitt xjentisti ta’ kalibru, indipendenti u esperjenzati (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ bħala “il-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku”) li jipprovdi rwol konsultattiv estern għall-benefiċċju tal-Istħarriġ sabiex tiġi vverifikata l-kwalità tax-xogħol tal-konsorzju tar-riċerka u biex jingħata parir perjodiku lill-Kunsill u lill-konsorzju tar-riċerka.

Artikolu 2

Indipendenza

Il-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku għandu jkun indipendenti mix-SHARE-ERIC.

Artikolu 3

Kompiti

(1)   Il-kompitu ewlieni tal-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku huwa li jwettaq monitoraġġ tal-kwalità xjentifika tax-SHARE. Għandu jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Bord tat-Tmexxija u lill-konsorzju tar-riċerka tal-anqas darba fis-sena.

(2)   Kull sentejn, il-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku għandu joħroġ rapport bil-miktub lill-Kunsill tax-SHARE-ERIC. Dan ir-rapport għandu jivvaluta wkoll is-servizzi offruti lill-utenti tad-dejta tax-SHARE.

(3)   Inizjalment u wara madwar tliet snin, il-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku għandu jistabbilixxi reviżjoni dettaljata tal-istrateġija xjentifika tax-SHARE, fejn għandu jesplora oqsma u mezzi innovattivi ta’ ġbir ta’ dejta.

Artikolu 4

Membri

(1)   Il-membri tal-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku jagħżlu membri ġodda skont kif jaraw xieraq biex jirrappreżentaw b’mod adegwat l-oqsma xjentifiċi kollha koperti mix-SHARE.

(2)   Tal-anqas membru wieħed għandu jkun investigatur tal-Istudju Lonġitudinali Ingliż tat-Tixjiħ sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib ma’ dan l-istħarriġ u biex jagħti parir u gwida addizzjonali mill-esperjenza tagħhom.

(3)   Tal-anqas membru wieħed għandu jkun investigatur tal-Istudju dwar is-Saħħa u l-Irtirar tal-U.S. sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib ma’ dan l-istħarriġ u biex jagħti parir u gwida addizzjonali mill-esperjenza tagħhom.

(4)   Il-president attwali tal-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku huwa Arie Kateyn.

(5)   Il-membri attwali l-oħra u l-oqsma li jirrappreżentaw huma

 

Orazio Attanasio (introjtu, konsum, tfaddil)

 

Lisa Berkman (epidemjoloġija soċjali u bijomarkaturi)

 

Nicholas Christakis (soċjoloġija medika u dejta amministrattiva)

 

Mick Couper (metodi ta’ stħarriġ, metodi ta’ tixrid ta’ dejta, u teknoloġija ġdida)

 

Michael Hurd (tfaddil u saħħa, aċċess u kwalità tad-dejta; armonizzazzjoni mal-HRS)

 

Daniel McFadden (metodoloġija tal-istħarriġ)

 

Norbert Schwarz (psikologu tal-istħarriġ u metodoloġija tal-aċċess tad-dejta)

 

Andrew Steptoe (bijomarkaturi, armonizzazzjoni mal-ELSA)

Artikolu 5

Baġit

(1)   Il-president tal-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku jirċievi baġit skont l-Artikolu 9 (1) tal-Istatuti tax-SHARE-ERIC għal nefqiet tal-ivjaġġar u ħlasijiet tal-onorarja tal-membri tal-Bord. Il-President tal-Bord tal-Monitoraġġ Xjentifiku għandu diskrezzjoni sħiħa fi-rigward tal-infiq tal-baġit.

(2)   Il-baġit annwali attwali huwa ta’ EUR 30 000. L-amministrazzjoni teknika tal-baġit tobbliga lill-persunal tal-Bord tat-Tmexxija.

ANNESS 3

STIMI TA’ KOSTI PRELIMINARJI MATUL IL-FAŻI I (TRANŻAZZJONI 4)

Dan l-Anness jagħti stimi ta’ kosti preliminarji biex titwettaq it-tranżazzjoni 4 tax-SHARE fl-2010 u fl-2011, i.e., matul il-Fażi I skont l-Artikolu 8 (1). Il-kategoriji tal-kosti jirreferu għall-Artikolu 9 (“Kontributi”). Dan l-Anness mhuwiex il-pjan tan-nefqa annwali kif rikjest bl-Artikolu 6 (5) iżda jservi bħala punt ta’ tluq għal pjan bħal dan li għandu jkun stabbilit mill-Bord tat-Tmexxija hekk kif jiġi stabbilit ix-SHARE-ERIC.

(A): L-istimi preliminarji tal-istimi tal-kosti tal-istħarriġ ġew iġġenerati mit-tim ta’ tmexxija tax-SHARE abbażi tal-kosti tal-istħarriġ tal-2006 u l-2008. Għall-pajjiżi l-ġodda, l-istimi preliminarji huma bbażati fuq il-kosti f’pajjiżi komparabbli.

(B): L-istimi preliminarji tal-kosti ta’ tħaddim huma bbażati fuq l-ekwivalent ta’ 2 impjegati full-time f’kull pajjiż b’salarji skont il-Marie-Curie-Program tal-UE u stimi tal-kosti tal-ivjaġġar, is-sussistenza u l-kosti amministrattivi f’kull pajjiż huma bbażati fuq it-tranżazzjonijiet tal-2006 u l-2008.

L-istimi preliminarji tal-kosti ta’ tħaddim għall-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja u l-Polonja ngħataw minn dawn il-pajjiżi. L-istimi tal-kosti ta’ tħaddim jistgħu jinvolvu aktar jew inqas persunal minn dak preżunt fl-istimi pprovduti mit-tmexxija tax-SHARE.

(C): Kosti ta’ koordinazzjoni għall-Ġermanja ġew stmati abbażi tat-tranżazzjonijiet tal-2006 u l-2008.

(D): Il-kontribuzzjoni tal-pajjiżi għall-kosti komuni l-oħra kollha ġew stmati abbażi tat-tranżazzjonijiet tal-2006 u l-2008 u ġew allokati lil kull pajjiż skont l-Artikolu 9 (5). Huma jistgħu, madankollu, jkunu sostanzjalment inqas jew saħansitra żero jekk organizzazzjonijiet ta’ finanzjament bħall-Kummissjoni Ewropea jew l-Istitut Nazzjonali dwar it-Tixjiħ tal-U.S. jikkontribwixxu għal dawn il-kosti permezz ta’ għotjiet jew kuntratti separati.

Kosti stmati għat-tranżizzjoni 4 (2010 -11) skont il-pajjiż u s-sors

(f'eluf ta' euro)

 

(Α)

Kosti tal-Istħarriġ għal kampjun ta' 6 000 individwu

(B)

Kosti Operattivi (persunal vjaġġi u kosti amministrattivi)

(C)

Kosti ta' koordinazzjon

(D)

Sehem massimu ta' kosti komuni oħrajn

Total

L-Awstrija

1 006

322

 

109

1 438

Il-Belġju

778

318

 

99

1 194

Ir-Repubblika Ċeka

338

167

 

71

576

Id-Danimarka

892

409

 

105

1 406

L-Estonja

460

243

 

59

761

Franza

1 024

327

 

97

1 448

Il-Ġermanja

784

314

1 887

102

3 087

Il-Greċja

602

285

 

84

971

L-Ungerija

460

243

 

55

758

L-Irlanda

1 024

339

 

126

1 490

L-Iżrael

602

285

 

79

966

L-Italja

782

322

 

88

1 191

Il-Lussemburgu

1 556

358

 

145

2 059

Il-Pajjiżi l-Baxxi

794

314

 

117

1 224

Il-Polanja

453

226

 

50

730

Il-Portugall

602

285

 

66

953

Is-Slovenja

460

243

 

79

781

Spanja

786

300

 

91

1 177

L-Isvezja

1 024

339

 

107

1 471

L-Isvizzera

1 556

358

 

122

2 036

TOTAL

15 983

5 997

1 887

1 851

25 719

ANNESS 4

PROĊEDURA GĦAL AKKWIST PUBBLIKU RISTRETTA

Il-proċedura għal akkwist pubbliku ristretta li ġejja għandha tiġi applikata lis-servizzi ta’ riċerka tal-istħarriġ u lis-servizzi tal-iżvilupp tal-istħarriġ fejn il-benefiċċji jakkumulaw għall-komunità xjentifika sħiħa u li jitħallsu għal kollox mix-SHARE-ERIC.

Is-servizzi ta’ riċerka tal-istħarriġ u u s-servizzi tal-iżvilupp tal-istħarriġ jinkludu dawk is-servizzi ta’ riċerka u ta’ żvilupp li huma meħtieġa biex jinżamm jiġi avvanzat l-ogħla livell fit-teknoloġija tal-istħarriġ. Huma jinkludu l-iżvilupp ta’ softwer tal-istħarriġ, ir-riċerka dwar il-metodoloġija tal-istħarriġ, u l-iżvilupp ta’ tekniki innovattivi ta’ intervisti u l-applikazzjoni tagħhom fil-qasam, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Id-deskrizzjoni tas-servizzi li għandhom jinkisbu għandha tkun disponibbli pubblikament f’avviż ta’ kuntratt qabel il-bidu tal-proċess tal-akkwist. Il-partijiet kontraenti għandhom jindikaw f’dan l-avviż tal-kuntratt il-kriterji jew ir-regoli objettivi u mhux diskriminatorji li huma beħsiebhom jużaw, l-għadd minimu ta’ kandidati li beħsiebhom jistiednu u, fejn xieraq, l-għadd massimu.

Il-kompetizzjoni tista’ tiġi limitata għal tliet fornituri potenzjali. Jekk fis-suq hemm tliet fornituri jew inqas għas-servizzi li għandu jingħata kuntratt għalihom, il-fornituri kollha fis-suq għandhom jiġu inklużi fil-kompetizzjoni.

L-għażla fost l-offerenti għandha tkun ibbażata fuq l-iktar prezz tal-offerta baxx u l-ogħla kwalità tas-servizz. Il-kwalità tas-servizz għandu jiġi ddefinit bid-deskrizzjoni f’(1).