ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.041.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 41

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
15 ta' Frar 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2012 tal-14 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 126/2012 tal-14 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 fir-rigward ta’ evidenza dokumentata u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 rigward l-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ prodotti organiċi mill-Istati Uniti tal-Amerika ( 1 )

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2012 tal-14 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva metażaklor ( 1 )

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 128/2012 tal-14 ta’ Frar 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/85/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2012 li tawtorizza lil Spanja u Franza biex idaħħlu miżura ta’ deroga speċjali mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

16

 

 

2012/86/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2012 li taħtar membru supplenti Finlandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

17

 

 

2012/87/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2012 li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 125/2012

tal-14 ta’ Frar 2012

li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (“REACH”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Dicembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) b’mod partikulari l-Artikoli 58 u 131 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li sustanzi li jilħqu l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1 A jew 1B), mutaġeni (il-kategorija 1 A jew 1B) u tossika għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A jew 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (2); is-sustanzi li jippersistu, li huma bijoakkumulattivi u tossiċi, sustanzi li huma persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna, u sustanzi li dwarhom hemm il-provi xjentifiċi li għandhom effett serju fuq is-saħħa tal-bniedem, jew fuq l-ambjent, tant li jqajmu livell ekwivalenti ta’ tħassib, jistgħu jkunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni.

(2)

Il-ftalat tad-diisobutil (DIBP) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(3)

It-triossidu tad-diarseniku jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) ta’ dan ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(4)

Il-pentaossidu tad-diarseniku jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(5)

Il-kromat taċ-ċomb jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) u tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(6)

Is-sulfokromat taċ-ċomb isfar (C.I. Pigment Isfar 34) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) u tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(7)

Is-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar (C.I. Pigment Aħmar 104) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) u tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) u (c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(8)

Il-fosfat tat-tris(2-kloroetil) (TCEP) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(9)

Il-2,4-dinitrotoluwen (2,4 DNT) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) ta’ dan ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(10)

Is-sustanzi msemmijin hawn fuq ġew prijoritarizzati għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fir-rakkomandazzjoni tagħha tas-17 ta’ Diċembru 2010 (3) skont l-Artikolu 58 ta’ dak ir-Regolament.

(11)

Għal kull sustanza elenkata fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fil-każ li l-applikant jixtieq ikompli juża s-sustanza jew ipoġġiha fis-suq, huwa xieraq li tkun stabbilita data ta’ skadenza għall-wasla tal-applikazzjonijiet għand l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, skont l-Artikolu 58(1)(c)(ii) ta’ dak ir-Regolament.

(12)

Huwa xieraq li tkun iffissata data għal kull sustanza elenkata fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li warajha jkun projbit l-użu u t-tqegħid fis-suq tagħhom, skont l-Artikolu 58(1)(c)(i) ta’ dan ir-Regolament.

(13)

Ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tas-17 ta’ Diċembru 2010 identifikat dati differenti għall-aħħar applikazzjoni għas-sustanzi elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dawn id-dati għandhom jiġu ffissati abbażi tat-tul ta’ żmien mistenni biex tiġi ppreparata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, meta jitqies it-tagħrif disponibbli dwar is-sustanzi differenti u speċifikament dak it-tagħrif li twassal waqt il-konsulta pubblika li saret skont l-Artikolu 58(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għandha tkun ikkunsidrata wkoll il-kapaċità tal-Aġenzija li tittratta l-applikazzjonijiet fiż-żmien stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(14)

Skont l-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-aħħar data għall-applikazzjoni għandha tkun mill-inqas 18-il xahar qabel id-data tat-terminazzjoni.

(15)

Il-ftalat tad-diisobutil huwa sustanza alternattiva għall-ftalat tad-dibutil li huwa diġà inkluż fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Sabiex tiġi evitata l-possibbiltà tas-sostituzzjoni bejn dawn iż-żewġ sustanzi, l-aħħar data ta’ applikazzjoni għall-ftalat tad-diisobutil għandha tkun iffissata kemm jista’ jkun viċin tal-aħħar data tal-applikazzjoni ffissata għall-ftalat tad-dibutil.

(16)

L-Artikolu 58(1)(e) flimkien mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi l-possibbiltà ta’ eżenzjonijiet għal użi jew għall-kategoriji ta’ użi f’każijiet fejn ikun hemm leġiżlazzjoni speċifika tal-UE li timponi r-rekwiżiti minimi marbutin mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent. F’konformità mal-informazzjoni disponibbli bħalissa mhux xieraq li jkunu ffissati eżenzjonijiet ibbażati fuq dawn id-dispożizzjonijiet.

(17)

Abbażi tat-tagħrif li hu disponibbli bħalissa, mhuwiex xieraq li jkunu ffissati l-eżenzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċessi.

(18)

Abbażi tat-tagħrif li hu disponibbli bħalissa, mhuwiex xieraq li jiġu ffissati perjodi ta’ reviżjoni għal ċerti użi.

(19)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(3)  http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/annex_xiv_rec/second_annex_xiv_rec_en.asp


ANNESS

Fit-tabella tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Nru tad-dħul

Sustanza

Proprjeta(jiet) Intrinsiċi msemmija fl-Artikolu 57

Arranġamenti tranżitorji

(Kategoriji ta’) Użi eżentati

Perjodi ta’ reviżjoni

L-aħħar data tal-applikazzjoni (*1)

Data tat-terminazzjoni (*2)

“7.

Il-ftalat tad-diisobutil (DIBP)

Nru KE: 201-553-2

Nru tal-CAS: 84-69-5

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1B)

il-21 ta’ Awwissu 2013

il-21 ta’ Frar 2015

8.

Triossidu tad-diarseniku;

Nru tal-KE: 215-481-4

Nru tal-CAS: 1327-53-3

Karċinoġenu

(il-kategorija 1 A)

il-21 ta’ Novembru 2013

il-21 ta’ Mejju 2015

9.

Pentaossidu diarseniku

Nru tal-KE: 215-116-9

Nru tal-CAS: 1303-28-2

Karċinoġenu

(il-kategorija 1 A)

il-21 ta’ Novembru 2013

il-21 ta’ Mejju 2015

10.

Kromat taċ-ċomb

Nru tal-KE: 231-846-0

Nru tal-CAS: 7758-97-6

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1 A)

il-21 ta’ Novembru 2013

il-21 ta’ Mejju 2015

11.

Is-sulfokromat taċ-ċomb isfar

(C.I. Pigment Isfar 34)

Nru tal-KE: 215-693-7

Nru tal-CAS: 1344-37-2

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1 A)

il-21 ta’ Novembru 2013

il-21 ta’ Mejju 2015

—”

12.

Is-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar

(C. I. Pigment Aħmar 104)

Nru tal-KE: 235-759-9

Nru tal-CAS: 12656-85-8

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1 A)

il-21 ta’ Novembru 2013

il-21 ta’ Mejju 2015

 

 

13.

Il-fosfat tat-tris(2-kloroetil)

(TCEP)

Nru tal-KE: 204-118-5

Nru tal-CAS: 115-96-8

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1B)

il-21 ta’ Frar 2014

il-21 ta’ Awwissu 2015

 

 

14.

2,4-dinitrotoluwen (2,4-DNT)

Nru tal-KE: 204-450-0

Nru tal-CAS: 121-14-2

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

il-21 ta’ Frar 2014

il-21 ta’ Awwissu 2015

 

 


(*1)  Id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(*2)  Id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.


15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 126/2012

tal-14 ta’ Frar 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 fir-rigward ta’ evidenza dokumentata u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 rigward l-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ prodotti organiċi mill-Istati Uniti tal-Amerika

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2), 33(3) u l-Artikolu 38(c) u (d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jitlob lill-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll sabiex jipprovdu evidenza f’forma ta’ dokumenti lill-operaturi li huma soġġetti għall-kontrolli tagħhom.

(2)

Skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-operaturi li jesportaw prodotti li huma prodotti skont ir-regoli tal-produzzjoni stabbiliti f’dak ir-Regolament għandhom jissottomettu l-intrapriżi tagħhom għas-sistema ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Skont dik is-sistema ta’ kontroll u fid-dawl tar-regoli tal-produzzjoni stabbiliti bl-Artikolu 14(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u bl-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (2), l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll attwalment jivverifikaw ir-reġistri tal-bhejjem tal-operatur, inkluż rigward trattament veterinarju u l-użu tal-antibijotiċi. Fid-dawl ta’ din l-applikazzjoni konkreta tas-sistema ta’ kontroll u fl-interess tal-produtturi ta’ bhejjem organiċi fl-Unjoni, huwa xieraq li tiġi żgurata l-identifikazzjoni ta’ ċerti metodi ta’ produzzjoni li ma jużawx l-antibijotiċi meta din l-identifikazzjoni tkun mitluba mill-operatur. L-informazzjoni adegwata dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-metodu tal-produzzjoni hija meħtieġa wkoll sabiex tiffaċilita l-aċċess għas-suq lejn l-Istati Uniti tal-Amerika. Dawk il-karatteristiċi speċifiċi għandhom jiġu affermati permezz ta’ evidenza dokumentata kumplimentari pprovduta skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, flimkien mal-evidenza dokumentata msemmija fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

(4)

Ċerti prodotti agrikoli importati mill-Istati Uniti, bħalissa qed jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni skont ir-regoli tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 rigward l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (3). L-Istati Uniti bagħtu talba lill-Kummissjoni biex tinkludihom fil-lista pprovduta fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Huma ressqu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 7 u 8 ta’ dak ir-Regolament. L-analiżi ta’ dik l-informazzjoni u d-diskussjoni sussegwenti mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti wasslu għall-konklużjoni li, f’dak il-pajjiż, ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-prodotti agrikoli organiċi huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-Kummissjoni wettqet verifika sodisfaċenti fuq il-post dwar ir-regoli tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll attwalment applikati fl-Istati Uniti, kif ipprovdut fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Konsegwentement, l-Istati Uniti għandhom jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(5)

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fih lista ta’ korpi ta’ kontroll u awtoritajiet ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-għan ta’ ekwivalenza. Bħala konsegwenza tal-inklużjoni tal-Istati Uniti fl-Anness III għal dak ir-Regolament, il-korpi ta’ kontroll u l-awtoritajiet ta’ kontroll rilevanti tal-Istati Uniti għandhom jiġu mħassra mill-Anness IV sal-punt li jikkontrollaw il-produzzjoni fl-Istati Uniti.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 u r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju dwar il-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 63(1), jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

il-karatteristiċi speċifiċi tal-metodu tal-produzzjoni użat, meta l-operatur ikun biħsiebu jitlob evidenza dokumentata skont l-Artikolu 68(2).”

(2)

L-Artikolu 68 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 68

Evidenza dokumentata

1.   Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll għandhom jużaw il-mudell tal-evidenza dokumentata stabbilit fl-Anness XII għal dan ir-Regolament.

2.   Jekk operatur soġġett għall-kontrolli tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll kif imsemmi fil-paragrafu 1 jitlob hekk f’perjodu ta’ żmien li għandu jiġi indikat minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll, l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll għandhom jipprovdu evidenza dokumentata kumplimentari li tikkonferma karatteristiċi speċifiċi tal-metodu tal-produzzjoni użat permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness XIIa.

L-applikazzjonijiet għal evidenza dokumentata kumplementari għandhom ikollhom fil-kaxxa 2 tal-mudell stabbilit fl-Anness XIIa l-annotazzjoni rilevanti elenkati fl-Anness XIIb.”;

(3)

Fit-titolu tal-Anness XII, ir-referenza għal “Artikolu 68” hija sostitwita b’referenza għal “Artikolu 68(1)”;

(4)

L-Annessi XIIa u XIIb huma mdaħħla kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Annessi III u IV għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huma emendati skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(3)   ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.


ANNESS I

“ANNESS XIIa

Il-mudell tal-evidenza dokumentata kumplementari lill-operatur skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 imsemmi fl-Artikolu 68(2) ta’ dan ir-Regolament

Image 1

Test ta 'immaġni

“ANNESS XIIb

L-annotazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(2):

—   Bil-Bulgaru: Животински продукти, произведени без използване на антибиотици

—   Bl-Ispanjol: Productos animales producidos sin utilizar antibióticos

—   Biċ-Ċek: Živočišné produkty vyprodukované bez použití antibiotik

—   Bid-Daniż: Animalske produkter, der er produceret uden brug af antibiotika

—   Bil-Ġermaniż: Ohne Anwendung von Antibiotika erzeugte tierische Erzeugnisse

—   Bl-Estonjan: Loomsed tooted, mille tootmisel ei ole kasutatud antibiootikume

—   Bil-Grieg: Ζωικά προϊόντα που παράγονται χωρίς τη χρήση αντιβιοτικών

—   Bl-Ingliż: Animal products produced without the use of antibiotics

—   Bil-Franċiż: produits animaux obtenus sans recourir aux antibiotiques

—   Bit-Taljan: Prodotti animali ottenuti senza l'uso di antibiotici

—   Bil-Latvjan: Dzīvnieku izcelsmes produkti, kuru ražošanā nav izmantotas antibiotikas

—   Bil-Litwan: nenaudojant antibiotikų pagaminti gyvūniniai produktai

—   Bl-Ungeriż: Antibiotikumok alkalmazása nélkül előállított állati eredetű termékek

—   Bil-Malti: Il-prodotti tal-annimali prodotti mingħajr l-użu tal-antibijotiċi

—   Bl-Olandiż: Zonder het gebruik van antibiotica geproduceerde dierlijke producten

—   Bil-Pollakk: Produkty zwierzęce wytwarzane bez użycia antybiotyków

—   Bil-Portugiż: Produtos de origem animal produzidos sem utilização de antibióticos

—   Bir-Rumen: Produse de origine animală obținute a se recurge la antibiotice

—   Bis-Slovakk: Výrobky živočíšneho pôvodu vyrobené bez použitia antibiotík

—   Bis-Sloven: Živalski proizvodi, proizvedeni brez uporabe antibiotikov

—   Bil-Finlandiż: Eläintuotteet, joiden tuotannossa ei ole käytetty antibiootteja

—   Bl-Isvediż: Animaliska produkter som produceras utan antibiotika


ANNESS II

Emendi għall-Annessi III u IV għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008

(1)

Fl-Anness III, jiddaħħal it-test li ġej:

“L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA

1.   Kategoriji tal-prodotti:

(a)

prodotti agrikoli ħajjin jew mhux ipproċessati u materjal veġetattiv tal-propagazzjoni u żrieragħ għall-kultivazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti tal-akkwakultura, sakemm fil-każ tat-tuffieħ u l-lanġas, l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikazzjoni speċifika mill-korp ta’ kontroll jew mill-awtorità ta’ kontroll rilevanti li matul il-proċess tal-produzzjoni ma seħħ l-ebda trattament bl-antibjotiċi għall-kontroll tal-Erwinia amylovora (bħal tetraċiċlin u streptomiċin);

(b)

prodotti agrikoli pproċessati bħal ikel jew għalf, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti tal-akkwakultura pproċessati, sakemm fil-każ tat-tuffieħ u l-lanġas, l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikazzjoni speċifika mill-korp ta’ kontroll jew mill-awtorità ta’ kontroll rilevanti li matul il-proċess tal-produzzjoni ma seħħ l-ebda trattament bl-antibjotiċi għall-kontroll tal-Erwinia amylovora (bħal tetraċiċlin u streptomiċin);

2.   Oriġini: prodotti tal-kategoriji 1(a) u 1(b) u ingredjenti mkabbra b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li jkunu tkabbru fl-Istati Uniti jew li ġew importati lejn l-Istati Uniti skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti.

3.   Standards tal-produzzjoni: L-Att dwar il-Produzzjoni tal-Ikel Organiku tal-1990 (7 U.S.C. 6501 et seq.), Programm Organiku Nazzjonali (7 CFR 205).

4.   Awtoritajiet kompetenti: Id-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti (United States Department of Agriculture — USDA), is-Servizz tal-Kummerċjalizzazzjoni Agrikola (Agricultural Marketing Service — AMS), www.usda.gov.

5.   Il-korpi u l-awtoritajiet ta’ kontroll:

A Bee Organic, www.abeeorganic.com

Agricultural Services Certified Organic, www.ascorganic.com/

Baystate Organic Certifiers, www.baystateorganic.org

BCS — Oko Garantie GmbH, www.bcs-oeko.com/en_index.html

BioAgriCert, www.bioagricert.org/English/index.php

CCOF Certification Services, www.ccof.org

Colorado Department of Agriculture, www.colorado.gov

Control Union Certifications, www.skalint.com

Department of Plant Industry, www.clemson.edu/public/regulatory/plant_industry/organic_certification/

Ecocert S.A., www.ecocert.com

Georgia Crop Improvement Association, Inc., www.certifiedseed.org

Global Culture, www.globalculture.us

Global Organic Alliance, Inc., www.goa-online.org

Global Organic Certification Services, www.globalorganicservices.com

Idaho State Department of Agriculture, www.agri.idaho.gov/Categories/PlantsInsects/Organic/indexOrganicHome.php

Indiana Certified Organic LLC, www.indianacertifiedorganic.com

International Certification Services, Inc., www.ics-intl.com

Iowa Department of Agriculture and Land Stewardship, www.agriculture.state.ia.us

Kentucky Department of Agriculture, www.kyagr.com/marketing/plantmktg/organic/index.htm

LACON GmbH, www.lacon-institut.com

Louisiana Department of Agriculture and Forestry, www.ldaf.state.la.us/portal/DesktopModules/BrowseBy/portal/Offices/AgriculturalEnvironmentalSciences/PesticidesEnvironmentalPrograms/OrganicCertificationPrograms/tabid/435/Default.aspx

Marin County, www.co.marin.ca.us/depts/ag/main/moca.cfm

Maryland Department of Agriculture, www.mda.state.md.us/md_products/certified_md_organic_farms/index.php

Mayacert S.A., www.mayacert.com

Midwest Organic Services Association, Inc., www.mosaorganic.org

Minnesota Crop Improvement Association, www.mncia.org

MOFGA Certification Services, LLC, www.mofga.org/

Montana Department of Agriculture, www.agr.mt.gov.organic/Program.asp

Monterey County Certified Organic, www.ag.co.monterey.ca.us/pages/organics.

Natural Food Certifiers, www.nfccertification.com

Nature’s International Certification Services, www.naturesinternational.com/

Nevada State Department of Agriculture, http://www.agri.state.nv.us

New Hampshire Department of Agriculture, Division of Regulatory Services,http://agriculture.nh.gov/divisions/markets/organic_certification.htm

New Jersey Department of Agriculture, www.state.nj.us/agriculture/

New Mexico Department of Agriculture, Organic Program, http://nmdaweb.nmsu.edu/organics-program/Organic%20Program.html

NOFA—New York Certified Organic, LLC, http://www.nofany.org

Ohio Ecological Food and Farm Association, www.oeffa.org

OIA North America, LLC, www.oianorth.com

Oklahoma Department of Agriculture, www.oda.state.ok.us

OneCert, www.onecert.com

Oregon Department of Agriculture, www.oregon.gov/ODA/CID

Oregon Tilth Certified Organic, www.tilth.org

Organic Certifiers, Inc., http://www.organiccertifiers.com

Organic Crop Improvement Association, www.ocia.org

Organic National & International Certifiers (ON&IC), http://www.on-ic.com

Organizacion Internacional Agropecuraria, www.oia.com.ar

Pennsylvania Certified Organic, www.paorganic.org

Primuslabs.com, www.primuslabs.com

Pro-Cert Organic Systems, Ltd., www.pro-cert.org

Quality Assurance International, www.qai-inc.com

Quality Certification Services, www.QCSinfo.org

Rhode Island Department of Environmental Management, www.dem.ri.gov/programs/bnatres/agricult/orgcert.htm

Scientific Certification Systems, www.SCScertified.com

Stellar Certification Services, Inc., http://demeter-usa.org/

Texas Department of Agriculture, www.agr.state.tx.us

Utah Department of Agriculture, http://ag.utah.gov/divisions/plant/organic/index.html

Vermont Organic Farmers, LLC, http://www.nofavt.org

Washington State Department of Agriculture, http://agr.wa.gov/FoodAnimal?Organic/default.htm

Yolo County Department of Agriculture, www.yolocounty.org/Index.aspx?page=501

6.   Korpi u awtoritajiet li joħorġu ċ-ċertifikati: bħal fil-punt 5.

7.   Tul taż-żmien tal-inklużjoni: it-30 ta’ Ġunju 2015.”

(2)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

Għall-“California Certified Organic Farmers”, ir-ringiela li tikkonċerna pajjiż terz “l-Istati Uniti” u n-numru tal-kodiċi “US-BIO-105” fil-punt 3 titħassar;

(b)

Għall-“Organic Certifiers, Inc.”, ir-ringiela li tikkonċerna pajjiż terz “l-Istati Uniti” u n-numru tal-kodiċi “US-BIO-106” fil-punt 3 titħassar;

(c)

Għall-“International Certification Services, Inc.”, ir-ringiela li tikkonċerna pajjiż terz “l-Istati Uniti” u n-numru tal-kodiċi “US-BIO-111” fil-punt 3 titħassar;

(d)

Għall-“Quality Assurance International”, ir-ringiela li tikkonċerna pajjiż terz “l-Istati Uniti” u n-numru tal-kodiċi “US-BIO-113” fil-punt 3 titħassar;

(e)

L-annotazzjoni “Oregon Tilth Certified Organic” titħassar kompletament;

(f)

Għall-“Organic Crop Improvement Association”, ir-ringiela li tikkonċerna pajjiż terz “l-Istati Uniti” u n-numru tal-kodiċi “US-BIO-120” fil-punt 3 titħassar;

(g)

L-annotazzjoni “Washington State Department of Agriculture” titħassar kompletament.


15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 127/2012

tal-14 ta’ Frar 2012

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva metażaklor

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/116/KE (2) il-metażaklor ġiet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) għall-użu bħala erbiċida b’rata massima ta’ applikazzjoni ta’ 1,0 kg/ha biss kull tielet sena fl-istess għalqa. Mis-sostituzzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din is-sustanza titqies bħala approvata skont dak ir-Regolament u hija elenkata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (4).

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2010 wieħed min-notifikaturi li fuq talba tiegħu l-metażaklor ġiet inkluża fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, ressaq applikazzjoni għal emenda tad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu tal-metażaklor biex jippermettu applikazzjonijiet iżjed spissi fl-istess għalqa, iżda mingħajr ma jinqabeż l-ammont massimu totali ta’ 1,0 kg/ha fuq perjodu ta’ tliet snin. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata minn informazzjoni addizzjonali. L-applikazzjoni tressqet lir-Renju Unit, li kien inħatar bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 (5).

(3)

L-Istat Membru relatur ivvaluta l-informazzjoni addizzjonali mressqa mill-applikant u ħejja addendum għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Huwa ressaq dan l-addendum quddiem il-Kummissjoni fl-4 ta’ Jannar 2011, u din ikkomunikatu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-osservazzjonijiet tagħhom. L-addendum mal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-24 ta’ Jannar 2012 fil-format ta’ addendum mar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar il-metażaklor.

(4)

Mill-eżamijiet diversi li twettqu, jidher li l-emenda mitluba tad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu ma tikkawżax riskji barra dawk li huma diġà meqjusa fl-approvazzjoni tal-metażaklor u fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar din is-sustanza.

(5)

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela numru 217, metażaklor, tal-Parti A tal-Anness, il-Parti A hija sostitwita b’dan li ġej:

“PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida. L-applikazzjonijiet tas-sustanza għandhom ikunu limitati għal doża totali ta’ mhux aktar minn 1,0 kg ta’ metażaklor/ha f’perjodu ta’ tliet snin fl-istess għalqa.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009,p. 1.

(2)   ĠU L 337, 16.12.2008, p. 86.

(3)   ĠU L 230, 19.8.1991,p. 1.

(4)   ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(5)   ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.


15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 128/2012

tal-14 ta’ Frar 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

78,3

MA

54,6

TN

85,0

TR

99,1

ZZ

79,3

0707 00 05

EG

229,9

JO

134,1

TR

172,5

US

57,6

ZZ

148,5

0709 93 10

MA

84,5

TR

152,8

ZZ

118,7

0805 10 20

EG

48,8

IL

74,1

MA

51,9

TN

51,9

TR

67,7

ZZ

58,9

0805 20 10

IL

165,9

MA

113,4

ZZ

139,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

60,1

EG

95,0

IL

107,6

MA

108,9

TR

68,2

ZZ

88,0

0805 50 10

EG

54,8

TR

51,6

ZZ

53,2

0808 10 80

CA

124,7

CL

98,4

CN

111,0

MK

26,7

US

147,1

ZZ

101,6

0808 30 90

CL

178,7

CN

76,3

US

121,9

ZA

133,4

ZZ

127,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/16


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Frar 2012

li tawtorizza lil Spanja u Franza biex idaħħlu miżura ta’ deroga speċjali mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2012/85/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittri reġistrati mal-Kummissjoni rispettivament fil-5 ta’ Settembru 2011 u fit-13 ta’ Settembru 2011, Spanja u Franza talbu awtorizzazzjoni biex idaħħlu miżura speċjali li tidderoga mid-dispożiżżjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE b’rabta mal-kostruzzjoni ta’ interkonnessjoni ta’ taħt l-art tal-elettriku bejn in-netwerks rispettivi tagħhom tal-elettriku.

(2)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittri ddatati l-25 ta’ Ottubru 2011 dwar it-talbiet li saru minn Spanja u Franza. Permezz ta’ ittri ddatati s-27 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni innotifikat lil Spanja u Franza li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talbiet.

(3)

Fis-27 ta’ Ġunju 2008 ġie ffirmat ftehim bejn Spanja u Franza għall-kostruzzjoni ta’ interkonnessjoni ta’ taħt l-art tal-elettriku bejn Santa Llogaia fi Spanja u Baixas fi Franza.

(4)

Permezz tal-miżura speċjali, l-interkonnessjoni ta’ taħt l-art tal-elettriku se tiġi kkunsidrata li tinsab 50 % fi Spanja u 50 % fi Franza għar-raġunijiet tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi, tal-akkwisti intra-Komunitarji ta’ oġġetti u tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti intenzjonati għall-kostruzzjoni tagħha.

(5)

Fin-nuqqas ta’ din il-miżura, ikun neċessarju, skont il-prinċipju tat-territorjalità, li jiġi aċċertat għal kull provvista jekk il-post ta’ tassazzjoni huwiex fi Spanja jew fi Franza.

(6)

L-għan ta’ din il-miżura speċjali huwa għalhekk li jissimplifika l-proċedura għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-kostruzzjoni tal-interkonnessjoni ta’ taħt l-art tal-elettriku.

(7)

Id-deroga jista’ jkollha effett fuq l-ammont totali tad-dħul mit-taxxi tal-Istati Membri miġbur fl-istadju ta’ konsum finali fuq livell negliġibbli biss u ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE, Spanja u Franza huma awtorizzati li jikkunsidraw l-interkonnessjoni ta’ taħt l-art tal-elettriku bejn Santa Llogaia fi Spanja u Baixas fi Franza li tinsab 50 % fit-territorju ta’ Spanja u 50 % fit-territorju ta’ Franza għar-raġunijiet għall-provvista ta’ oġġetti u servizzi, akkwisti intra-Komunitarji u importazzjonijiet ta’ oġġetti intenzjonati għall-kostruzzjoni tagħha.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja u lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ANTORINI


(1)   ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Frar 2012

li taħtar membru supplenti Finlandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/86/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Finlandiż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara tmiem il-mandat tas-Sinjura Riitta MYLLER,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sinjura Sanna PARKKINEN, Liperin kunnanvaltuuston jäsen.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ANTORINI


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Frar 2012

li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/87/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Cristina Elena TENIENTE SÁNCHEZ sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sinjura María Isabel NIETO FERNÁNDEZ, Secretaria Técnica de Acción Exterior de la Junta de Extremadura.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ANTORINI


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.