ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.043.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 125/2013
tat-13 ta’ Frar 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(c) u (d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex titjieb is-superviżjoni ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u tal-awtoritajiet tal-kontroll u l-korpi tal-kontroll rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) ta’ dak ir-Regolament, huwa xieraq li tiżdied il-kooperazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi terzi rikonoxxuti. Għalhekk, l-iskambju ta’ esperjenza permezz tal-parteċipazzjoni ta’ osservaturi waqt eżaminazzjonijiet fuq il-post għandha tkun possibbli. |
(2) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ekwivalenza, jeħtieġ li jiġi ċċarat li prodotti agrikoli pproċessati u l-ingredjenti kollha ta’ tali prodotti, importati minn pajjiżi terzi li jkollhom l-awtoritajiet tal-kontroll jew il-korpi tal-kontroll rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, ġew sottomessi għal sistema ta’ kontroll rikonoxxuta għall-iskop ta’ ekwivalenza skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(3) |
L-esperjenza wriet li jistgħu jinqalgħu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-konsegwenzi tal-irregolaritajiet jew tal-ksur li jaffettwaw l-istat organiku ta’ prodott. Sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet u sabiex tiġi ċċarata r-rabta bejn ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (3), jeħtieġ li wieħed ifakkar d-dmirijiet tal-awtoritajiet tal-kontroll jew tal-korpi tal-kontroll tal-Istati Membri fir-rigward ta’ prodotti mhux konformi importati minn pajjiżi terzi rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew minn pajjiżi terzi li jkollhom l-awtoritajiet tal-kontroll jew il-korpi tal-kontroll rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat l-iskambju ta’ informazzjoni dwar irregolaritajiet bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz rikonoxxut jew awtorità tal-kontroll jew korp tal-kontroll rikonoxxut/a. |
(4) |
Sabiex jitjieb il-kontroll ta’ prodotti organiċi importati, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fi żmien 15-il jum mid-data tal-ħruġ ta’ tali awtorizzazzjoni. |
(5) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fih lista ta’ pajjiżi terzi li s-sistema tagħhom ta’ produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll għall-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida li rċeviet il-Kummissjoni minn pajjiżi terzi mill-aħħar emenda ta’ dak l-Anness, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista. |
(6) |
Ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza għall-Indja japplika għal prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati u għal prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, li tkabbru fl-Indja. Madankollu, l-awtorità kompetenti Indjana nnotifikat lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida ġodda relatati mal-prodotti proċessati li huma inkonsistenti mal-kundizzjonijiet skont liema l-Indja ġiet rikonoxxuta bħala pajjiż ekwivalenti. Fid-dawl ta’ dik l-informazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-Indja għandhom jiġu emendati sabiex titħassar ir-referenza għall-prodotti pproċessati għall-użu bħala ikel. |
(7) |
Ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza għall-Ġappun japplika għal prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati u għal prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, li tkabbru fil-Ġappun. Il-Ġappun ressqet talba quddiem il-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-ekwivalenza wkoll għall-prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel ippreparat b’ingredjenti importati minn pajjiżi rikonoxxuti mill-Ġappun bħala ekwivalenti. L-analiżi ta’ dik l-informazzjoni u d-diskussjoni mal-awtoritajiet Ġappuniżi wasslu għall-konklużjoni li, f’dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-prodotti pproċessati għall-użu bħala ikel ppreparati b’ingredjenti importati bħal dawn huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Konsegwentement, ir-rikonoxximent ta’ ekwivalenza għall-Ġappun għandu japplika wkoll għal prodotti pproċessati għall-użu bħala ikel ippreparat b’ingredjenti importati minn pajjiżi rikonoxxuti mill-Ġappun bħala ekwivalenti. |
(8) |
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fih lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-iskop ta’ ekwivalenza. Fid-dawl tal-informazzjoni ġdida li waslet għand il-Kummissjoni mill-korpi tal-kontroll u mill-awtoritajiet tal-kontroll elenkati f’dak l-Anness, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista. |
(9) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet għall-inklużjoni fil-lista stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, li rċeviet sal-31 ta’ Ottubru 2012. Għandhom jiġu inklużi f’dik il-lista dawk il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll li għalihom l-eżami li kien sar sussegwenti, tal-informazzjoni kollha riċevuta, wassal għall-konklużjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti u tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti, għandha tiġi stabbilita data aktar tard għall-applikazzjoni tal-emendi fl-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 8(3), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej: “Esperti minn pajjiżi terzi oħra rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistgħu jiġu mistiedna mill-Kummissjoni biex jattendu għall-eżaminazzjoni fuq il-post bħala osservaturi.” |
(2) |
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(4), jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu, inkluża l-informazzjoni dwar l-istandards tal-produzzjoni u l-arranġamenti ta’ kontroll ikkonċernati, fi żmien 15-il jum mid-data tal-ħruġ.” |
(5) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-punti (5) u (6) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ April 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
ANNESS I
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-punti 1 u 2 tat-test li jirreferu għall-Indja jinbidlu b’dan li ġej: “L-INDJA 1. Kategoriji tal-prodotti:
2. Oriġini: prodotti tal-kategorija A u F li tkabbru fl-Indja.” |
(2) |
Il-punt 2 tat-test li jirreferi għall-Ġappun jinbidel b’dan li ġej: “2. L-Oriġini: prodotti tal-kategorija A u F u l-ingredjenti mkabbrin organikament fil-prodotti tal-kategorija D li tkabbru fil-Ġappun jew li ġew impurtati fil-Ġappun:
|
(*1) L-alka mhix inkluża.
ANNESS II
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-test li jirrigwarda “Abcert AG” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Abcert AG ’
|
(2) |
Wara t-test li jirrigwarda “Abcert AG” jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ Afrisco Certified Organic, CC ’
|
(3) |
Wara t-test li jirrigwarda “Argencert SA”, jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ AsureQuality Limited ’
|
(4) |
It-test li jirrigwarda “Australian Certified Organic” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Australian Certified Organic ’
|
(5) |
It-test li jirrigwarda “Austria Bio Garantie GmbH” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Austria Bio Garantie GmbH ’
|
(6) |
Wara t-test li jirrigwarda “Austria Bio Garantie GmbH”, jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ Balkan Biocert Skopje ’
|
(7) |
It-test li jirrigwarda “BCS Öko-Garantie GmbH” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ BCS Öko-Garantie GmbH ’
|
(8) |
It-test li jirrigwarda “Bioagricert S.r.l.” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Bioagricert S.r.l. ’
|
(9) |
It-test li jirrigwarda “BioGro New Zealand Limited” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ BioGro New Zealand Limited ’
|
(10) |
Wara t-test li jirrigwarda “BioGro New Zealand Limited”, jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ Bio.inspecta AG ’
|
(11) |
It-test li jirrigwarda “Bio Latina Certificadora” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Bio Latina Certificadora ’
|
(12) |
It-test li jirrigwarda “CERES Certification of Environmental Standards GmbH” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ CERES Certification of Environmental Standards GmbH ’
|
(13) |
It-test li jirrigwarda “Ecocert SA” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Ecocert SA ’
|
(14) |
It-test li jirrigwarda “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS) ’
|
(15) |
It-test li jirrigwarda “IBD Certifications Ltd” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ IBD Certifications Ltd ’
|
(16) |
It-test li jirrigwarda “IMO Control Latinoamérica Ltda.” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ IMO Control Latinoamérica Ltda. ’
|
(17) |
Wara t-test li jirrigwarda “IMO Control Private Limited”, jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd. Ști ’
|
(18) |
It-test li jirrigwarda “Indocert” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Indocert ’
|
(19) |
It-test li jirrigwarda “Institute for Marketecology (IMO)” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Institute for Marketecology (IMO) ’
|
(20) |
It-test li jirrigwarda “Istituto Certificazione Etica e Ambientale” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Istituto Certificazione Etica e Ambientale ’
|
(21) |
It-test li jirrigwarda “Lacon GmbH” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ LACON GmbH ’
|
(22) |
It-test li jirrigwarda “Organic agriculture certification Thailand” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Organic agriculture certification Thailand ’
|
(23) |
It-test li jirrigwarda “Organización Internacional Agropecuaria” jinbidel b’dan li ġej “ ‘ Organización Internacional Agropecuaria ’
|
(24) |
Wara t-test li jirrigwarda “Quality Assurance International”, jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ SGS Austria Controll-Co. GmbH ’
|
(25) |
It-test li jirrigwarda “Suolo e Salute srl” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Suolo e Salute srl ’
|
(26) |
Wara t-test li jirrigwarda “Suolo e Salute srl”, jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ TÜV Nord Integra ’
|
(1) Din id-deżinjazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(2) Din id-deżinjazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(3) Din id-deżinjazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 126/2013
tat-13 ta’ Frar 2013
li jemenda l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 131 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 żamm ir-restrizzjonijiet li ġew stabbiliti qabel fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (2). Fl-annotazzjoni 6, l-ewwel paragrafu, tal-Anness XVII għal dak ir-Regolament, it-terminu “prodott”, użat fir-restrizzjoni oriġinali dwar l-asbestos fid-Direttiva 76/769/KEE, ġie sostitwit b”oġġett” li ma jkoprix it-taħlitiet. Sabiex l-annotazzjoni 6, l-ewwel paragrafu, tkun tkopri l-istess oġġetti bħal dik id-Direttiva, għandu jiżdied it-terminu “taħlitiet”. |
(2) |
Id-derogi fl-annotazzjonijiet 16 u 17 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fir-rigward tal-użu tal-karbonati taċ-ċomb u tas-sulfati taċ-ċomb fiż-żebgħa għar-restawr u l-manutenzjoni ta’ xogħlijiet tal-arti u bini storiku u l-partijiet ta’ ġewwa tiegħu, għandhom japplikaw mhux biss għall-użu iżda wkoll għat-tqegħid fis-suq sabiex dik iż-żebgħa ssir disponibbli wkoll għax-xogħlijiet ta’ restawr u manutenzjoni. |
(3) |
Ir-restrizzjoni fl-annotazzjonijiet 28, 29 u 30 tal-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tagħmel referenza għal limitu ta’ konċentrazzjoni speċifiku stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (3) u għal limitu ta’ konċentrazzjoni speċifikat fid-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (4) li huma applikati sabiex jiġi ddeterminat jekk sustanza jew taħlita hijiex koperta minn dik ir-restrizzjoni. Għandu jiġi ċċarat li limitu ta’ konċentrazzjoni speċifikat fid-Direttiva 1999/45/KE japplika biss fejn mhuwiex stabbilit limitu ta’ konċentrazzjoni speċifiku fit-tielet Parti tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2012 tad-19 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Anness I (5) żied paraffini klorinati ta’ katina qasira (minn issa ‘l quddiem l-“SCCPs”) fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (6). Għaldaqstant, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-SCCPs huma pprojbiti, suġġetti għal ċerti eżenzjonijiet speċifiċi. L-annotazzjoni 42 fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li tirrestrinġi żewġ użi tal-SCCPs li issa huma pprojbiti skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 saret superfluwa u għandha għalhekk titħassar. |
(5) |
Għandu jintuża metodu ta’ ttestjar armonizzat adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ kromju VI li jinħall fl-ilma fis-siment skont id-Direttiva 2003/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda għas-26 darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (nonilfenol, nonilfenol etossilat u siment) (7). Għall-fini taċ-ċarezza, l-annotazzjoni 47 tal-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha tinkludi referenza għal dak il-metodu ta’ ttestjar. |
(6) |
Is-sustanza metilendifenil diisoċjanat (MDI) fl-annotazzjoni 56 tal-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, identifikata bin-numru tal-KE 247-714-0 u n-numru tal-CAS 26447-40-5, tinkludi t-taħlit isomeriku kollu u l-isomeri speċifiċi kollha. Madankollu, ċerti isomeri speċifiċi għandhom numri tal-CAS jew tal-KE speċifiċi. Sabiex jiġi ċċarat li l-isomeri kollha huma koperti, għandhom jiġu miżjuda tliet numri tal-CAS u tal-KE speċifiċi. |
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2009 tat-22 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (8) ħassar in-noti E, H u S mid-Daħla għall-Appendiċijiet minn 1 sa 6 għall-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif ukoll mill-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5 u 6. Għal raġunijiet ta’ koerenza, in-noti E, H u S għandhom jitħassru wkoll mill-Appendiċi 4. |
(8) |
L-annotazzjoni dwar id-diisopentilftalat fl-Appendiċi 6 għall-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tindika numri tal-KE u tal-CAS żbaljati, li għandhom jiġu kkoreġuti. |
(9) |
Ġew adottati standards ġodda dwar il-metodi tal-ittestjar għall-ażokoloranti u ż-żebgħat ażo mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi aġġornat l-Appendiċi 10 għall-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 sabiex jitqiesu dawk l-istandards. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
(3) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(4) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.
(5) ĠU L 159, 20.6.2012, p. 1.
(6) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.
ANNESS
L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 qed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-annotazzjoni 6, it-tieni kolonna, l-ewwel paragrafu, l-ewwel subparagrafu qed ikun sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-annotazzjoni 16, it-tieni kolonna, it-tieni paragrafu qed jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Madankollu, l-Istati Membri, skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni 13 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), jistgħu jippermettu l-użu fit-territorju tagħhom tas-sustanza jew tat-taħlita għar-restawr u l-manutenzjoni ta’ xogħlijiet tal-arti u bini storiku u l-partijiet ta’ ġewwa tiegħu, kif ukoll it-tqegħid fis-suq għal tali użu. Fejn Stat Membru juża din id-deroga, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.” |
(3) |
Fl-annotazzjoni 17, it-tieni kolonna, it-tieni paragrafu qed jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Madankollu, l-Istati Membri, skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni 13 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), jistgħu jippermettu l-użu fit-territorju tagħhom tas-sustanza jew tat-taħlita għar-restawr u l-manutenzjoni ta’ xogħlijiet tal-arti u bini storiku u l-partijiet ta’ ġewwa tiegħu, kif ukoll it-tqegħid fis-suq għal tali użu. Fejn Stat Membru juża din id-deroga, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.” |
(4) |
Fl-annotazzjonijiet 28, 29 u 30, it-tieni kolonna, l-ewwel paragrafu, il-ħames inċiż tal-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(5) |
Fl-annotazzjoni 40, l-ewwel kolonna, il-kliem “għal dak ir-Regolament” huma sostitwiti minn “għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008”. |
(6) |
L-annotazzjoni 42 qed titħassar. |
(7) |
Fl-annotazzjoni 47, it-tieni kolonna, qed jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:
|
(8) |
Fl-annotazzjoni 56, l-ewwel kolonna qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
(9) |
Fl-Appendiċi 4, fil-kolonna bl-intestatura “Noti”, ir-referenzi għan-noti E, H u S qed jitħassru. |
(10) |
Fl-Appendiċi 6, ir-ringiela għall-annotazzjoni dwar l-aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, id-dipentilester, l-n-pentil-isopentilftalat mifruq u lineari, id-di-n-pentil ftalat, id-diisopentilftalat hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(11) |
L-Appendiċi 10 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 10 L-Annotazzjoni 43 – Ażokoloranti – Lista tal-metodi tal-ittestjar Lista tal-metodi tal-ittestjar
|
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 127/2013
tat-13 ta’ Frar 2013
li jemenda l-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) u t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi eliġibbli bbażata fuq il-lista tar-reċipjenti tal-għajnuna tal-Kumitat tal-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD/DAC), li għandha tiġi emendata mill-Kummissjoni skont reviżjonijiet regolari mill-OECD/DAC tal-listi tagħhom ta’ riċevituri tal-għajnuna. |
(2) |
Għall-għan ta’ definizzjoni ta’ persuni eliġibbli biex jieħdu sehem fl-għotja ta’ akkwisti pubbliċi jew kuntratti ta’ għotjiet, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 jistabbilixxi il-lista tar-riċevituri tal-għajnuna tal-OECD/DAC, li għandha tiġi ppubblikata u aġġornata skont l-istess reviżjonijiet. |
(3) |
Barra r-reviżjoni tal-lista tar-riċevituri tal-għajnuna tal-OECD/DAC, il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 u tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew b’ dan. Il-Kummissjoni għandha wkoll taġġorna u tippubblika l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 u tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew b’dan. |
(4) |
Huwa għalhekk xieraq li jitħassar l-Oman mil-lista ta’ pajjiżi eliġibbli skont l-Artikolu 1(1) kif stabbilit fl-Anness I, u jiġi aġġornat l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 skont dan. |
(5) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati b’dan kif xieraq, |
ADOTTAT IR-REGOLAMENT LI ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Anness I jinbidel bit-test li jidher fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
2. |
L-Anness II jinbidel bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
PAJJIŻI ELIĠIBBLI TAĦT L-ARTIKOLU 1(1)
L-Amerika Latina
1. |
L-Arġentina |
2. |
Il-Bolivja |
3. |
Il-Brażil |
4. |
Iċ-Ċilì |
5. |
Il-Kolombja |
6. |
Il-Kosta Rika |
7. |
Kuba |
8. |
L-Ekwador |
9. |
El Salvador |
10. |
Il-Gwatemala |
11. |
Il-Ħonduras |
12. |
Il-Messiku |
13. |
In-Nikaragwa |
14. |
Il-Panama |
15. |
Il-Paragwaj |
16. |
Il-Perù |
17. |
L-Urugwaj |
18. |
Il-Venezwela |
L-Asja
19. |
L-Afganistan |
20. |
Il-Bangladexx |
21. |
Il-Butan |
22. |
Il-Kambodja |
23. |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
24. |
L-Indja |
25. |
L-L-Indoneżja |
26. |
Ir-Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
27. |
Il-Laos |
28. |
Il-Malasja |
29. |
Il-Maldive |
30. |
Il-Mongolja |
31. |
Il-Mjanmar |
32. |
In-Nepal |
33. |
Il-Pakistan |
34. |
Il-Filippini |
35. |
Is-Sri Lanka |
36. |
It-Tajlandja |
37. |
Il-Vjetnam |
L-Asja Ċentrali
38. |
Il-Kazakistan |
39. |
Ir-Repubblika Kirgiża |
40. |
It-Taġikistan |
41. |
It-Turkmenistan |
42. |
L-Użbekistan |
Il-Lvant Nofsani
43. |
L-Iran |
44. |
L-Iraq |
45. |
Il-Jemen |
L-Afrika t’Isfel
46. |
L-Afrika t’Isfel |
ANNESS II
LISTA TAL-OECD/DAC TA’ REĊIPJENTI TAL-ODA
Rapportar effettiv tal-flussi tal-2011, l-2012 u l-2013
Il-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati |
Pajjiżi Oħrajn bi Dħul Baxx (DNG per capita < USD 1 005 fl-2010) |
Pajjiżi u Territorji bi Dħul Medju Baxx (DNG per capita < USD 1 006 – USD 3 975 fl-2010) |
Pajjiżi u Territorji bi Dħul Medju Għoli (DNG per capita < USD 3 976 – USD 12 275 fl-2007) |
L-Afganistan |
Il-Kenja |
L-Armenja |
L-Albanija |
L-Angola |
Ir-Repubblika Demokratika Popolari Tal-Korea |
Il-Belize |
L-Alġerija |
Il-Bangladexx |
Ir-Rep. Tal-Kirgistan |
Il-Bolivja |
(*1) Angwilla |
Il-Benin |
Is-Sudan t’Isfel |
Il-Kamerun |
Antigwa u Barbuda |
Il-Butan |
It-Taġikistan |
Il-Kap Verde |
L-Arġentina |
Burkina Faso |
Iż-Żimbabwe |
Ir-Rep. tal-Kongo |
L-Ażerbajġan |
Il-Burundi |
|
Il-Côte d’Ivoire |
Il-Bjelorussja |
Il-Kambodja |
|
L-Eġittu |
Il-Bosnja-Ħerzegovina |
Ir-Rep. tal-Afrika Ċentrali |
|
El Salvador |
Il-Botswana |
Iċ-Ċad |
|
Fiġi |
Il-Brażil |
Il-Komoros |
|
Il-Ġeorġja |
Iċ-Ċilì |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
|
Il-Gana |
Ir-Repubblika Popolari Taċ-Ċina |
Ġibuti |
|
Il-Gwatemala |
Il-Kolombja |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
Il-Gujana |
Il-Gżejjer Cook |
L-Eritrea |
|
Il-Ħonduras |
Il-Kosta Rika |
L-Etjopja |
|
L-Indja |
Kuba |
Il-Gambja |
|
L-Indoneżja |
Id-Dominika |
Il-Ginea |
|
L-Iraq |
Ir-Repubblika Dominikana |
Il-Ginea Bissaw |
|
Il-Kosovo (1) |
L-Ekwador |
Ħaiti |
|
Il-Gżejjer Marshall |
Dik Li Kienet Ir-Repubblika Jugoslava Tal-Maċedonja |
Kiribati |
|
Il-Mikronesja, Stati Fed. |
Gabon |
Il-Laos |
|
Il-Moldova |
Grenada |
Il-Lesoto |
|
Il-Mongolja |
L-Iran |
Il-Liberja |
|
Il-Marokk |
Il-Ġamajka |
Il-Madagaskar |
|
In-Nikaragwa |
Il-Ġordan |
Il-Malawi |
|
In-Niġerja |
Il-Kazakistan |
Mali |
|
Il-Pakistan |
Il-Libanu |
Il-Mawritanja |
|
Il-Papwa Ginea Ġdida |
Il-Libja |
Il-Możambik |
|
Il-Paragwaj |
Il-Malasja |
Il-Mjanmar |
|
Il-Filippini |
Il-Maldive |
In-Nepal |
|
Is-Sri Lanka |
Il-Mawrizju |
In-Niġer |
|
Is-Sważiland |
Il-Messiku |
Ir-Rwanda |
|
Is-Sirja |
Il-Montenegro |
Is-Samoa |
|
(*1) It-Tokelaw |
(*1) Montserrat |
São Tomé u Príncipe |
|
Tonga |
In-Namibja |
Is-Senegal |
|
It-Turkmenistan |
Nawru |
Sjerra Leone |
|
L-Ukraina |
Nju |
Il-Gżejjer Solomon |
|
L-Użbekistan |
Il-Palaw |
Is-Somalja |
|
Il-Vjetnam |
Il-Panama |
Is-Sudan |
|
Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża |
Il-Perù |
It-Tanzania |
|
|
Is-Serbja |
It-Timor Leste |
|
|
Is-Seychelles |
It-Togo |
|
|
L-Afrika t’Isfel |
Tuvalu |
|
|
(*1) Sant’Elena |
L-Uganda |
|
|
Saint Kitts u Nevis |
Il-Vanwatu |
|
|
Sta. Luċija |
Il-Jemen |
|
|
Saint Vincent u l-Grenadini |
Iż-Żambja |
|
|
Is-Surinam |
|
|
|
It-Tajlandja |
|
|
|
It-Tuneżija |
|
|
|
It-Turkija |
|
|
|
L-Urugwaj |
|
|
|
Il-Venezwela |
|
|
|
(*1) Wallis u Futuna |
(*1) Territorju.
(1) dan huwa mingħajr preġudizzju għall-istatus tal-Kosovo skont il-liġi internazzjonali.
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/33 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 128/2013
tat-13 ta’ Frar 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
90,4 |
MA |
51,5 |
|
TN |
63,2 |
|
TR |
106,5 |
|
ZZ |
77,9 |
|
0707 00 05 |
EG |
191,6 |
MA |
176,1 |
|
TR |
166,5 |
|
ZZ |
178,1 |
|
0709 91 00 |
EG |
91,5 |
ZZ |
91,5 |
|
0709 93 10 |
MA |
51,9 |
TR |
116,4 |
|
ZZ |
84,2 |
|
0805 10 20 |
EG |
48,7 |
MA |
54,7 |
|
TN |
46,9 |
|
TR |
64,0 |
|
ZZ |
53,6 |
|
0805 20 10 |
MA |
97,8 |
ZZ |
97,8 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
IL |
131,7 |
KR |
135,8 |
|
MA |
129,1 |
|
TR |
75,8 |
|
ZZ |
118,1 |
|
0805 50 10 |
EG |
83,9 |
MA |
60,5 |
|
TR |
67,4 |
|
ZZ |
70,6 |
|
0808 10 80 |
CN |
99,8 |
MK |
36,4 |
|
US |
206,8 |
|
ZZ |
114,3 |
|
0808 30 90 |
AR |
138,7 |
CL |
218,0 |
|
CN |
72,1 |
|
TR |
176,8 |
|
US |
140,7 |
|
ZA |
109,5 |
|
ZZ |
142,6 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Frar 2013
li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2013/79/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Eva QUANTE-BRANDT, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
— |
Is-Sinjura Ulrike HILLER, Staatsrätin, Mitglied des Senats der Freien Hansestadt Bremen. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Frar 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
M. NOONAN
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Frar 2013
li ttemm il-proċediment ta’ anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ tubi wweldjati, pajpipjiet u profili vojta minn ġewwa b’sezzjoni trasversali kwadrata jew rettangolari, tal-ħadid għajr il-ħadid fondut jew tal-azzar għajr l-azzar inossidabbli li joriġinaw f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u l-Ukraina
(2013/80/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
(1) |
Fis-16 ta’ Frar 2012 il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment dwar allegazzjoni ta’ dumping inġurjuż li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ tubi wweldjati, pajpipjiet u profili vojta minn ġewwa b’sezzjoni trasversali kwadrata jew rettangolari, tal-ħadid għajr il-ħadid fondut jew tal-azzar għajr l-azzar inossidabbli (“profili vojta minn ġewwa”) li joriġinaw f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u l-Ukraina (“il-pajjiżi kkonċernati”). |
(2) |
L-ilment ġie sottomess f’isem il-produtturi tal-Unjoni (“l-ilmentaturi”) li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ profili vojta minn ġewwa. L-ilment kien fih evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li rriżultat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li tqieset biżżejjed biex ikun ġustifikat il-bidu ta’ proċediment ta’ anti-dumping. |
(3) |
Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, b’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) nediet proċediment ta’ anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ profili vojta minn ġewwa li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati. |
(4) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati, lill-importaturi u lill-awtoritajiet ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u l-Ukraina. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Avviż ta’ tnedija. |
(5) |
Il-partijiet kollha interessati li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ. |
B. L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TMIEM TAL-PROĊEDURA
(6) |
L-ilmentaturi rtiraw formalment l-ilment tagħhom permezz ta’ ittra lill-Kummissjoni datata t-23 ta’ Novembru 2012. |
(7) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċedura tista’ tintemm meta jiġi irtirat l-ilment, sakemm it-tali tmiem ma jkunx kontra l-interess tal-Unjoni. |
(8) |
Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jintemm minħabba li l-investigazzjoni ma sabet l-ebda raġuni jew konsiderazzjoni li turi li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. |
(9) |
Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu l-ebda kummenti li jindikaw li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. |
(10) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ profili vojta minn ġewwa li joriġinaw f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fit-Turkija u fl-Ukraina għandu jintemm mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment ta’ anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ tubi wweldjati, pajpijiet u profili vojta minn ġewwa b’sezzjoni trasversali kwadrata jew rettangolari, tal-ħadid għajr il-ħadid fondut jew tal-azzar għajr l-azzar inossidabbli li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7306 61 92 u 7306 61 99 , li joriġinaw f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u l-Ukraina, huwa hawnhekk mitmum.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Frar 2013
li ttemm il-proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-fosforu abjad, imsejjaħ wkoll fosforu elementali jew fosforu isfar, li joriġina mir-Repubblika tal-Kazakistan
(2013/81/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. TNEDIJA
(1) |
Fis-17 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“notifika ta’ tnedija”), it-tnedija ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ fosforu abjad imsejjaħ ukoll fosforu elementali jew fosforu isfar li joriġina mir-Repubblika tal-Kazakistan (“il-Kazakistan” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). |
(2) |
Il-proċedura nbdiet b’riżultat ta’ lment imressaq fis-7 ta’ Novembru 2011 minn Thermphos International BV (“l-ilmentatur”), l-uniku produttur tal-fosforu abjad fl-Unjoni li jirrappreżenta l-produzzjoni totali tal-Unjoni. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ dannu materjali li rriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex tiġi ġġustifikata t-tnedija ta’ proċediment. |
2. IL-PARTIJIET IKKONĊERNATI MILL-PROĊEDIMENT
(3) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-ilmentatur, l-uniku produttur esportatur magħruf fil-pajjiż ikkonċernat, lill-produttur fil-pajjiż analogu, lill-importaturi, lill-kummerċjanti, lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-Kazakistan dwar it-tnedija tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ tnedija. |
(4) |
Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ. Fejn kien xieraq ġew ikkunsidrati u meqjusal-kummenti verbali u bil-miktub li ppreżentaw il-partijiet interessati. |
(5) |
Sabiex tippermetti lill-produttur esportatur fil-Kazakistan magħruf li huwa kkonċernat biex jissottometi talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew li jitlob trattament individwali (“TI”), il-Kummissjoni bagħtet formola ta’ talba lil dan il-produttur esportatur. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet formola ta’ talba lill-awtoritajiet tal-Kazakistan. L-uniku produttur esportatur magħruf fil-Kazakistan identifika ruħu u talab TES. |
(6) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-produtturi esportaturi magħrufa fil-pajjiż ikkonċernat u l-ilmentatur li pprovda lill-Kummissjoni bi tweġibiet. |
(7) |
Minħabba n-numru apparentement kbir ta’ importaturi mhux relatati li kienu potenzjalment ikkonċernati minn din l-investigazzjoni, kien previst teħid ta’ kampjuni fin-notifika ta’ tnedija skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hux se jkun neċessarju t-teħid ta’ kampjuni u, jekk iva, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati kienu mitluba jidentifikaw ruħhom mal-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-notifika ta’ tnedija. Seba’ kumpaniji biss pprovdew l-informazzjoni speċifikata fin-notifika ta’ tnedija. Huma indikaw li kienu l-importaturi/l-utenti tal-prodott ikkonċernat. Minħabba n-numru baxx ta’ importaturi li identifikaw ruħhom, kien ikkunsidrat li t-teħid tal-kampjuni ma kienx se jkun meħtieġ. Sussegwentement, il-Kummissjoni bagħtet lil dawn il-partijiet kemm kwestjonarju għall-importaturi kif ukoll kwestjonarju għall-utenti. Barra minn hekk, aktar minn 30 kumpanija identifikaw irwieħhom bħala l-utenti li lilhom il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju tal-utenti. B’riżultat ta’ dan, ħames kumpaniji mlew iż-żewġ kwestjonarji, kumpanija waħda mliet il-kwestjonarju tal-importaturi u seba’ kumpaniji mlew il-kwestjonarju tal-utenti. Għandu jiġi nnutat li utent wieħed sussegwentement iddeċieda li jirtira l-kooperazzjoni tiegħu. |
(8) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjoni proviżorja tad-dumping, id-dannu li rriżulta u l-interess tal-Unjoni u wettqet verifiki fuq il-post fil-każ tal-kumpaniji li ġejjin:
|
3. IL-PERJODU TA’ INVESTIGAZZJONI
(9) |
L-investigazzjoni dwar id-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-PI (“il-perjodu meqjus”). |
4. NUQQAS TA’ IMPOŻIZZJONI TA’ MIŻURI PROVIŻORJI
(10) |
Kien ikkunsidrat li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji ma kinitx tkun xierqa, partikolarment fid-dawl tal-ħtieġa li jkomplu jiġu analizzati ċerti aspetti tal-kawżalità u l-interess tal-Unjoni. |
(11) |
Il-partijiet interessati kollha rċevew dokument informattiv li kellu l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, u li abbażi tiegħu ġie deċiż li ma jiġux imposti l-miżuri proviżorji (“dokument informattiv”). Diversi partijiet interessati ppreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub fejn żvelaw l-opinjonijiet tagħhom dwar is-sejbiet spjegati fid-dokument informattiv. Il-partijiet li talbu li jinstemgħu, ingħataw din l-opportunità. |
5. ID-DRITTIJIET TAL-PARTIJIET U L-KUNFIDENZJALITÀ
(12) |
Billi l-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn produttur wieħed biss, id-dejta sensittiva kellha tiġi indiċjata jew mogħtija f’firxa għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Barra minn hekk, u għall-istess raġunijiet, billi hemm biss produttur esportatur wieħed u numru limitat ta’ importaturi fis-suq tal-Unjoni, iċ-ċifri kollha relatati mal-konsum, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u pajjiżi oħra kif ukoll il-prezzijiet tal-importazzjoni kellhom jiġu indiċjati. Bl-istess mod, sa fejn huma kkonċernati l-utenti, f’bosta każijiet, id-dejta reali ma setgħetx tiġi pprovduta minħabba l-għadd limitat tagħhom. |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
1. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT
(13) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-fosforu abjad, imsejjaħ ukoll fosforu elementali jew fosfru isfar, li joriġina mill-Kazakistan, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2804 70 00 (“il-fosforu abjad” jew “il-prodott ikkonċernat”). |
(14) |
Il-fosforu abjad huwa element kimiku dderivat minn blat tal-fosfati u għandu varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet. Il-fosforu abjad huwa użat bħala prodott ta’ bidu għall-applikazzjonijiet mhux aċidużi prinċipalment għall-prodotti farmaċewtiċi u għall-kimiki agrikoli, għall-manifattura tal-aċidu fosforiku u d-derivati tiegħu li jintużaw għall-ikel u deterġenti, u għall-manifattura ta’ ligi tal-fosforu li jistgħu jintużaw fil-metallurġija. L-investigazzjoni wriet li hemm biss tip wieħed tal-prodott ikkonċernat. |
2. IL-PRODOTT SIMILI
(15) |
L-investigazzjoni wriet li l-fosforu abjad prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-fosforu abjad prodott fil-pajjiż ikkonċernat u esportat lejn l-Unjoni, kellhom l-istess karatteristiċi u użi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi. Għalhekk, dawn il-prodotti huma proviżorjament ikkunsidrati bħala prodotti li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl tad-determinazzjoni fir-rigward tat-trattament tal-ekonomija tas-suq kif deskritt fil-qosor fil-premessi (14) sa (17) u l-fatt li d-dejta tal-produttur tas-suq analogu ma ntużatx, ma saret l-ebda determinazzjoni fir-rigward tal-prodott simili prodott u mibjugħ fis-suq analogu. |
C. ID-DUMPING
1. IT-TRATTAMENT TA’ EKONOMIJA TAS-SUQ (TES)
(16) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet dwar l-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Kazakistan, il-valur normali gћandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi (1) sa (6) tal-Artikolu msemmi għall-produttur esportatur li nstab li kien konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u biex tkun iffaċilitata r-referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti fil-forma mqassra ta’ hawn taħt:
|
(17) |
L-uniku produttur esportatur magħruf fil-Kazakistan (“il-produttur esportatur”) talab TES u ressaq formola ta’ talba. L-informazzjoni pprovduta kienet sussegwentement ivverifikata mill-Kummissjoni fil-bini tal-kumpanija inkwistjoni. |
(18) |
Meta tqieset l-evidenza vverifikata, ġie konkluż li l-kumpanija kienet tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u setgħet tingħata TES. |
(19) |
Il-Kummissjoni żvelat ir-riżultat tas-sejbiet tat-TES lill-produttur esportatur, l-awtoritajiet tal-Kazakistan u lill-ilmentatur u tathom l-opportunità li jipprovdu l-kummenti. |
(20) |
Il-kwerelant allega li kien hemm rabtiet bejn il-produttur esportatur u l-Istat tal-Kazakistan u li l-kumpanija naqset li tipprovdi evidenza tal-parteċipazzjoni azzjonarja aħħarija tagħha. L-investigazzjoni wriet, madankollu, li l-kumpanija kienet “Sħubija b’responsabbiltà limitata” skont il-liġi tal-Kazakistan u li l-azzjonisti diretti tagħha kienu żewġ kumpaniji privati. Ġie vverifikat li l-Istat ma kellux ishma fil-kumpanija, direttament jew indirettament. Għalhekk, l-investigazzjoni kkonfermat li s-sjieda tal-kumpanija kienet kompletament privata. Għaldaqstant l-allegazzjonijiet tal-ilmentatur f’dan ir-rigward ġew irrifjutati. |
(21) |
Kien argumentat ukoll li l-kumpanija kienet impriża konġunta ma’ kumpanija tal-Istat jew iffinanzjata mill-Istat u dan seta’ jipprovdi aċċess privileġġjat għal finanzjament mill-Istat. Għalkemm l-investigazzjoni kkonfermat l-eżistenza ta’ impriża konġunta, hija ma kellha l-ebda attività matul il-PI u kienet tkopri l-aċidu sulfuriku biss, li huwa settur tan-negozju distint minn dak tal-fosforu. Għaldaqstant l-allegazzjonijiet f’dan ir-rigward ġew irrifjutati. |
(22) |
Il-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Bordijiet Eżekuttivi u Superviżorji, li huma l-korpi prinċipali tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan il-kumpanija, ġew eżaminati. Fl-aħħar mill-aħħar, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda interferenza mill-Istat. |
(23) |
Il-kwerelant saħaq ukoll li l-kostijiet tal-produzzjoni tal-kumpanija kienu distorti u ma rriflettewx kundizzjonijiet normali tal-ekonomija tas-suq, speċjalment b’rabta mal-kostijiet tal-minjieri tal-blat tal-fosfati, li huwa materja prima mill-aktar importanti. L-investigazzjoni żvelat li l-kumpanija fittxet il-blat tal-fosfat minn minjieri affiljati fil-Kazakistan, li jibbenefikaw minn drittijiet esklussivi ta’ esplojtazzjoni. Dawn id-drittijiet ġew mixtrija, evalwati b’valur ġust u rrapurtati kif xieraq. Barra minn hekk, il-kumpanija ħallset taxxa fuq l-introjtu korporattiva, it-taxxa fuq l-estrazzjoni tal-minerali kif ukoll kostijiet oħra assoċjati fl-istess livell bħal kwalunkwe żviluppatur tal-minerali ieħor fil-Kazakistan. L-impenn finanzjarju marbut ma’ dawn l-obbligi kien parti mill-kostijiet operazzjonali totali tal-kumpanija. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li ma kienx hemm indħil sinifikanti mill-Istat u li l-kostijiet marbuta mal-blat tal-fosfat ma kienux distorti. Għaldaqstant l-allegazzjonijiet li għamel l-ilmentatur f’dan ir-rigward kienu rrifjutati. |
(24) |
L-elettriku, li jirrappreżenta proporzjon sinifikanti tal-kost totali tal-manifattura, huwa pprovdut minn fornituri mhux relatati. L-investigazzjoni wriet li l-prezz medju tal-elettriku kien aktar baxx mill-prezz medju għal utenti industrijali oħra fil-Kazakistan. Madankollu, il-kumpanija hija waħda mill-ikbar konsumaturi tal-enerġija fil-pajjiż u din il-prattika ma nstabitx li kienet kontra l-prinċipji tal-ekonomija tas-suq. L-ilmentatur allega li l-kumpanija bbenefikat minn prezz tat-trasport preferenzjali għall-elettriku meta użat iil-grilja ta’ trasport tal-Istat. Din l-allegazzjoni, madankollu. ma ġietx ikkonfermata matul l-investigazzjoni. Għalhekk ġie konkluż li ma kienx hemm indħil sinifikanti mill-Istat fir-rigward tal-kostijiet tal-elettriku u l-allegazzjonijiet li għamel l-ilmentatur f’dan ir-rigward ġew irrifjutati. |
(25) |
Materji primi ewlenin oħra huma l-kokk, il-faħam fin tal-fosfat, il-kwartżit, l-elettrodi, il-cake u s-silikat mhux maħdum, li kienu kollha miksuba mingħand fornituri mhux relatati fis-suq internazzjonali, l-aktar iċ-Ċina u r-Russja, jew inkella lokalment. L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda indħil mill-Istat fir-rigward tax-xiri jew tal-ipprezzar ta’ dawn il-materji. |
(26) |
L-ilmentatur allega wkoll li għalkemm il-qafas ġuridiku rilevanti kien jeżisti fil-Kazakistan, id-drittijiet soċjali u tax-xogħol għall-impjegati fil-Kazakistan huma fil-prattika mrażżna mill-Istat, li kellu impatt fuq il-pagi u l-kost lavorattiv tal-kumpanija. L-investigazzjoni kienet uriet li l-ħaddiema jitqabbdu jaħdmu u jingħataw is-sensja liberament mill-maniġment tal-kumpanija u huma soġġetti għall-paga minima legali. Instab li l-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Kazakistan ġiet rispettata u li l-kumpanija kellha kuntratti tax-xogħol individwali ma’ kull wieħed mill-impjegati. L-investigazzjoni għalhekk ma żvelat l-ebda interferenza mill-Istat u l-allegazzjonijiet li għamel l-ilmentatur f’dan ir-rigward ġew irrifjutati. |
(27) |
Finalment, l-ilmentatur argumenta li, minħabba li ma kienx hemm bejgħ domestiku ta’ fosforu abjad fil-Kazakistan, kien probabbli ħafna li jkun hemm restrizzjonijiet fuq il-bejgħ fis-suq domestiku. Madankollu, il-liċenzja kummerċjali tal-kumpanija ma wriet l-ebda restrizzjoni tal-bejgħ domestiku, la fis-suq domestiku u lanqas fis-suq tal-esportazzjoni. In-nuqqas ta’ bejgħ domestiku kien dovut għall-fatt li la kien hemm domanda u lanqas kapaċità ta’ proċessar fil-Kazakistan għall-fosforu abjad. Għaldaqstant l-allegazzjonijiet tal-ilmentatur f’dan ir-rigward ġew irrifjutati. |
(28) |
Il-kumpanija kellha sett wieħed ta’ rekords bażiċi tal-kontabilità awditjati annwalment minn ditti tal-awditjar indipendenti skont l-IFRS (L-Istandards ta’ Rappurtar Finanzjarju Internazzjonali) u applikati għall-għanijiet kollha. |
(29) |
Il-kontijiet finanzjarji tal-kumpanija żvelaw li tat self b’xejn, li madankollu tħallas lura bis-sħiħ matul il-PI. Self ħieles mill-interessi bejn kumpaniji relatati jew anki mhux relatati per se ma jmurx kontra l-istandards internazzjonali tal-kontabilità, iżda huwa permess taħt ċerti kundizzjonijiet bħar-rispett għar-rekwiżiti tar-rappurtar u l-iżvelar tiegħu fil-kontijiet finanzjarji. L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda irregolaritajiet f’dan ir-rigward u r-rekwiżiti kollha tal-kontabbiltà ġew issodisfati. |
(30) |
Instab li l-kumpanija kienet suġġetta għal-liġijiet rilevanti tal-falliment u tal-proprjetà, li l-applikazzjoni tagħhom hija mfassla biex jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà legali għall-operazzjoni tad-ditti. Ma kienx hemm indikazzjonijiet li dawn il-liġijiet ma jkunux applikabbli u implimentati għall-kumpanija. |
(31) |
L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda restrizzjoni fuq l-użu u l-konverżjoni ta’ munita barranija. It-tranżazzjonijiet tal-kambju tal-kumpanija twettqu skont ir-rati tas-suq u setgħet tiddisponi liberament mill-użu tal-fondi proprji tagħha. |
2. IL-VALUR NORMALI
(32) |
Bħala riżultat tas-sejbiet stipulati hawn fuq fil-premessa (14) rigward it-talba tal-kumpanija għal TES, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku. |
(33) |
Il-kumpanija ma bigħetx fosforu abjad fis-suq domestiku matul il-PI, u lanqas ma kien hemm bejjiegħa jew produtturi oħra tal-fosforu abjad fil-Kazakistan. Il-valur normali għalhekk ma setax jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, il-valur normali ġie kkalkolat skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, abbażi tal-kostijiet tal-manifattura tal-prodott kkonċernat billi kien miżjud ammont raġonevoli għall-kostijet tal-bejgħ, dawk ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u għall-profitt. |
(34) |
L-investigazzjoni żvelat li l-kost irrappurtata tal-manifattura ma kienx fih il-kostijiet ta’ deprezzament tad-drittijiet tat-tħaffir, li għalhekk kellhom jiġu miżjuda. F’dan ir-rigward l-ammont ta’ deprezzament annwali tad-drittijiet tat-tħaffir relatati mal-prodott ikkonċernat, evalwat abbażi ta’ “valur ġust” kien ikkunsidrat bħala xieraq. |
(35) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, il-produttur esportatur iddikjara li, skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, il-kostijiet kellhom jiġu stabbiliti abbażi tar-rekords miżmumin mill-parti li qed tiġi investigata. Billi l-kostijiet ta’ deprezzament tad-drittijiet tat-tħaffir kienu riflessi biss fil-kontijiet tal-kumpanija prinċipali tal-produttur esportatur, li ma tinsabx fil-Kazakistan, u billi din il-kumpanija tal-aħħar mhix koperta mill-investigazzjoni, id-determinazzjoni tal-kostijeit tal-produttur esportatur kellha tiġi bbażata fuq l-informazzjoni rreġistrata fil-kontijiet ta’ din il-kumpanija. |
(36) |
Huwa mfakkar li billi l-minjiera tal-blat tal-fosfat tinsab fil-Kazakistan u li l-produttur esportatur kien qed iħaffer il-blat tal-fosfat biex jipproduċi l-fosforu abjad, il-kostijiet irreġistrati fil-kontijiet tal-produttur esportatur kellhom tassew jinkludu l-kostijiet ta’ deprezzament tad-drittijiet tat-tħaffir. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, ir-rekords tal-produttur esportatur ma kinux jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, ingħata permess li l-kostijiet irrappurtati jiġu kkoreġuti kif xieraq. |
(37) |
Il-kontijiet tal-kumpanija prinċipali kienu kontijiet ikkonsolidati għall-grupp kollu, jiġifieri kienu jinkludu wkoll dejta dwar l-attivitajiet tal-produttur esportatur fil-Kazakistan. Id-drittijiet tat-tħaffir irreġistrati kienu marbutin mal-attivitajiet tat-tħaffir ġenerali, inkluża dik tal-produttur esportatur fir-rigward tal-produzzjoni tal-fosforu abjad. Abbażi ta’ dan kien meqjus iġġustifikat li l-kost irrappurtat tal-manifattur jiġi kkoreġut. |
(38) |
Il-produttur esportatur argumenta wkoll li l-kost ta’ deprezzament irreġistrat, kien jirrappreżenta l-kost totali ta’ deprezzement tad-drittijiet tat-tħaffir kollha tal-grupp tal-kumpanija b’rabta mal-produzzjoni ta’ diversi prodotti inkluż il-fosforu abjad. L-ammont tal-kostijiet ta’ deprezzament miżjudin mal-kostijeit tal-manifattura tal-fosforu abjad għandhom, madankollu, ikunu marbutin biss mal-kost ta’ deprezzament marbuta direttament mal-produzzjoni tal-fosforu abjad. Din it-talba ġiet aċċettata u l-kost tal-manifattura kienet ikkoreġut skont dan, bl-allokazzjoni tal-kostijiet totali ta’ deprezzament għall-attività relatata biss mal-produzzjoni tal-fosforu abjad. |
(39) |
Id-determinazzjoni tal-SG&A u l-profitt kienet ibbażata fuq l-ammonti reali mġarrba għall-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq domestiku tal-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti, skont l-Artikolu 2(6)(b) tar-Regolament bażiku billi l-ebda produttur ieħor tal-fosforu abjad ma kien preżenti fis-suq domestiku tal-Kazakistan. F’dan ir-rigward, fil-parti l-kbira tqiesu prodotti kimiċi bħall-fertilizzanti u derivati oħra mill-fosforu abjad. |
(40) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, il-produttur esportatur iddikjara li l-ammonti meqjusin għad-determinazzjoni ta’ profitti relatati ma’ “prodotti oħra” ma kinux xierqa. B’mod partikolari, intqal li l-proċess tal-produzzjoni ta’ wħud minn dawn il-prodotti u l-kundizzjonijiet kummerċjali waqt il-bejgħ tagħhom kienu sinifikattivament differenti minn dawk għall-fosforu abjad u għalhekk fil-bejgħ ta’ dawn il-prodotti ġew iġġenerati marġini ta’ profitt akbar. Ġie ddikjarat li fir-rigward tad-determinazzjoni tal-marġini ta’ profitt biex jiġi kkalkolat il-valur normali, l-ammonti għall-profitti għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku, jiġifieri permezz ta’ xi metodu raġonevoli ieħor. F’dan ir-rigward, kien argumentat li l-profitt tal-fosforu abjad irrealizzat fuq il-bejgħ tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jew lejn pajjiżi terzi oħrajn, għandu jitqies jew, alternattivament titqies medja ta’ dawn il-marġini ta’ profitt. Fl-aħħar nett, kien argumentat li jekk l-ebda waħda mill-proposti ta’ hawn fuq ma tkun aċċettabbli, jitqies il-marġini ta’ profitt medju tal-kumpanija prinċipali b’rabta mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti kollha tul il-PI. |
(41) |
L-informazzjoni dwar il-proċessi ta’ produzzjoni differenti għall-produzzjoni ta’ “prodotti oħra”, kif ukoll il-kundizzjonijiet kummerċjali differenti waqt il-bejgħ tagħhom, ingħatat fi stadju tard ħafna tal-investigazzjoni u ma kinitx akkumpanjata minn evidenza ta’ sostenn. Barra minn hekk, lanqas intwera jekk, u sa fejn, dawn l-allegati differenzi kellhomx impatt fuq il-prezzijiet tal-bejgħ u konsegwentement fuq il-marġini tal-profitt. Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur ma weriex li xi waħda mill-metodoloġiji ssuġġeriti hawn fuq, skont l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku, twassal tassew għal riżultati aktar preċiżi mill-metodoloġija bbażata fuq l-Artikolu 2(6)(b) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, ma ġiex spjegat kemm il-bejgħ tal-esportazzjoni jkollu kundizzjonijiet ta’ bejgħ kumparabbli mal-bejgħ fis-suq domestiku u għalhekk jikkostitwixxi prokura għall-bejgħ fis-suq domestiku. Għaldaqstant dawn it-talbiet kellhom jiġu rrifjutati. |
3. IL-PREZZ TAL-ESPORTAZZJONI
(42) |
Il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar direttament lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, u għalhekk il-prezz tal-esportazzjoni kien ibbażat fuq il-prezzijiet li tħallsu jew li huma pagabbli verament għall-prodott ikkonċernat fil-PI, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(43) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, il-produttur esportatur argumenta li l-prezz tal-esportazzjoni li ntuża ma kienx korrett. Huwa nnutat li d-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni vverifikata ppreżentata mill-produttur esportatur waqt l-investigazzjoni u li għalhekk ma kienx hemm bażi biex dawn iċ-ċifri jiġu kkoreġuti. Għaldaqstant din it-talba kellha tiġi rrifjutata. |
4. IL-PARAGUN
(44) |
Il-valur normali kkalkolat u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-works. |
(45) |
Bl-għan li jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali ex-works u l-prezz tal-esportazzjoni, ingħatat kunsiderazzjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustament għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti fir-rigward tal-merkanzija fil-pajjiż ikkonċernat u fl-Unjoni, kostijiet ta’ ġarr u oħrajn anċillari, u għal kostijiet tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, preċiżi u sostnuti b’evidenza vverifikata. |
5. IL-MARĠINI TAD-DUMPING
(46) |
Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping għall-produttur esportatur fil-Kazakistan ġie stabbilit abbażi ta’ paragun tal-valur normali medju peżat mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat. |
(47) |
Meta jitqies li l-livell ta’ kooperazzjoni kien massimu minħabba li l-uniku produttur esportatur li kkoopera kien jirrappreżenta 100 % tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat, id-dazju għall-pajjiż kollu kien stabbilit fl-istess livell bħal dak stabbilit għall-produttur esportatur li kkoopera. |
(48) |
Abbażi tal-metodoloġija li ssemmiet hawn fuq, il-marġini tad-dumping, espress bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
D. ID-DANNU
1. IL-PRODUZZJONI TAL-UNJONI U L-INDUSTRIJA TAL-UNJONI
(49) |
L-ilment ġie ppreżentat minn Thermphos International B.V. (“l-ilmentatur”), l-uniku produttur tal-fosforu abjad fl-Unjoni, li jirrappreżenta l-produzzjoni totali tal-Unjoni. |
(50) |
Għaldaqstant, l-ilmentatur jikkostitwixxi l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ‘il quddiem se ssir referenza għalih bħala l-“industrija tal-Unjoni”. |
(51) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, Thermphos International B.V kellha tiddikjara ruħha falluta u aktar tard il-Qorti tad-Distrett ta’ Breda ordnat il-likwidazzjoni tal-kumpanija fil-21 ta’ Novembru 2012. Konsegwentement, l-industrija tal-Unjoni waqqfet il-produzzjoni tagħha tal-fosforu abjad. F’dikjarazzjoni għall-istampa mogħtija mill-industrija tal-Unjoni, din tal-aħħar madankollu indikat li l-ħażniet li kien fadal ta’ fosforu abjad kienu biżżejjed biex is-sussidjarji tagħha, li jimmanifatturaw prodotti downstream, ikollhom provvista għal xi xhur. Sadanittant, l-industrija tal-Unjoni qed timplimenta deattivazzjoni b’superviżjoni tal-impjanti tal-produzzjoni tagħha tal-fosforu abjad. Fl-istess ħin qed isiru negozjati għal akkwiżizzjoni potenzjali, bl-għan li possibbilment terġa’ tinbeda l-produzzjoni tal-fosforu abjad f’qasir żmien. |
(52) |
Diversi partijiet interessati qalu li fid-dawl tal-iżvilupp ta’ hawn fuq, l-investigazzjoni għandha tintemm minnufih minħabba li l-industrija tal-Unjoni ma għadhiex teżisti. Bħala tweġiba għal dawn id-dikjarazzjonijiet, huwa nnutat li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tipproduċi l-fosforu abjad tul il-PI kollu u li, sakemm kienu għaddejjin l-proċeduri ta’ falliment u n-negozjati għal akkwiżizzjoni possibbli, ma kienx ċar jekk il-produzzjoni tal-fosforu abjad kinitx tabilħaqq se tieqaf fuq bażi permanenti jew jekk il-waqfien fil-produzzjoni kienx biss wieħed temporanju. Għaldaqstant, għadu kmieni wisq biex wieħed jikkonkludi li l-industrija tal-Unjoni ma għadhiex teżisti. Konsegwentement, it-talbiet biex jintemm il-proċediment għal dawk ir-raġunijiet kienu irrifjutati. |
2. ID-DETERMINAZZJONI TAS-SUQ RILEVANTI TAL-UNJONI
(53) |
L-industrija tal-Unjoni hija integrata vertikalment u parti sostanzjali mill-produzzjoni tagħha stess intużat b’mod ristrett. Tabilħaqq, instab li l-uniku produttur tal-Unjoni uża parti konsiderevoli tal-produzzjoni tal-fosforu abjad bħala materja prima għall-manifattura ta’ diversi prodotti downstream, użati prinċipalment f’setturi farmaċewtiċi, agrikoli, alimentari u kimiċi. Dan l-użu ristrett ta’ fosforu abjad ma daħalx fis-suq ħieles u ma daħalx f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. B’kuntrast ma’ dan, instab li l-produzzjoni maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles kienet f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
(54) |
Għalhekk, biex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni sofrietx dannu materjali, ġie meqjus xieraq li, fejn ikun possibbli, issir distinzjoni bejn il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lis-suq ħieles u dak għas-suq ristrett għall-analiżi ta’ ċerti indikaturi tad-dannu. |
(55) |
Fir-rigward tal-profittabbiltà u l-fluss ta’ flus l-analiżi ffukat fuq il-livell tas-suq ħieles billi l-prezzijiet fis-suq ristrett ma kinux jirriflettu l-prezzijiet tas-suq, li kellu impatt fuq dawk l-indikaturi. Fir-rigward tar-redditu fuq l-investiment, billi ma kienx possibbli li ssir distinzjoni bejn l-investimenti li saru fir-rigward tal-prodott mibjugħ fis-suq ħieles u dak mibjugħ fis-suq ristrett, ir-redditu fuq l-investiment kien evalwat fil-livell tas-suq kollu. Il-konsum, il-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-bejgħ u s-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni kienu analizzati u evalwati wkoll b’rabta mas-sitwazzjoni prevalenti fis-suq ħieles fejn saru tranżazzjonijiet b’kundizzjonijiet normali tas-suq, li jimplikaw għażla ħielsa tal-fornitur. L-evoluzzjoni ta’ dawn l-indikaturi fis-suq ristrett, madankollu, kienet ġiet ikkunsidrata wkoll u tqabblet mad-dejta għas-suq ħieles sabiex ikun stabbilit jekk kienx probabbli li s-sitwazzjoni tas-suq ristrett kinitx se ġġib bidla f’dak li nstab abbażi tal-analiżi tas-suq ħieles waħdu. |
(56) |
Madankollu, instab li dawn l-indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni għandhom jiġu eżaminati billi ssir referenza għall-attività totali (inkluż l-użu ristrett tal-industrija tal-Unjoni): il-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, it-tkabbir, l-investimenti, l-ħażniet, l-impjieg, il-produttività, il-pagi, il-fakultà li jiżdied il-kapital u l-kobor tal-marġini tad-dumping. Dan minħabba li dawk l-indikaturi jistgħu jiġu affettwati mill-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta’ dumping, irrispettivament minn jekk il-prodott ikunx trasferit dowstream fi ħdan il-kumpanija jew il-grupp tal-kumpaniji għal aktar ipproċessar jew jekk dan jinbiegħx fis-suq ħieles. Minn issa ‘l quddiem is-suq ristrett u s-suq ħieles flimkien se jissejħu “is-suq totali”. |
(57) |
Parti interessata ddikjarat li l-analiżi tal-indikaturi tad-dannu għandha tkun ibbażata fuq is-suq totali, billi analiżi bbażata biss fuq is-suq ħieles ma tippermettix li ssir valutazzjoni affidabbli tas-sitwazzjoni, fid-dawl tal-istatus partikolari tal-industrija tal-Unjoni, li prinċipalment qalbet għal użu ristrett u li għalhekk, allegatement, mhix titqies bħala fornitur ġenwin tal-fosforu abjad fis-suq ħieles. |
(58) |
Kif intqal hawn fuq fil-premessa (55), l-analiżi ffukat fuq is-suq ħieles biss għall-profittabbiltà u l-fluss tal-flus. Dan kien minħabba li l-prezzijiet fis-suq ristrett ma kinux jirriflettu l-prezzijiet tas-suq li kellhom impatt fuq dawk l-indikaturi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni primarjament iffukat fuq is-suq ħieles minħabba li l-bejgħ fis-suq ristrett ma kienx f’kompetizzjoni mal-prodotti mibjugħin fis-suq ħieles, inklużi l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping. Il-parti interessata ma spjegatx għaliex analiżi li tinkludi s-suq ristrett, minkejja kollox, tagħmel aktar sens. Għall-indikaturi l-oħra kollha, fejn hu xieraq, l-analiżi ffukat fuq l-attivitajiet fis-suq totali, minn naħa waħda, u b’mod separat fuq is-suq ħieles u risrett, min-naħa l-oħra. Għaldaqstant, l-attivitajiet tal-industrija tal-Unjoni fis-swieq kollha kienu meqjusa kif xieraq, fejn kien adattat, u din it-talba ġiet irrifjutata. |
(59) |
Barra minn hekk, l-istess parti interessata ddikjarat li waqt l-eżami tagħha tal-evoluzzjoni tal-indikaturi tad-dannu, il-Kummissjoni qabblet is-sitwazzjoni fil-punti finali tal-perjodu meqjus minflok ikkunsidrat it-tendenzi eżatti tul il-perjodu kollu kkunsidrat. Hija tabilħaqq il-prattika tal-Kummissjoni li tivvaluta l-indikaturi tad-dannu tul il-perjodu kkunsidrat u li tiddeskrivi, fejn ikun xieraq, iċ-ċaqliq possibbli fl-iżviluppi tal-indikaturi tad-dannu, jekk dan ikun applikabbli. Dan għandu jsir ukoll f’din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, din it-talba ġiet irrifjutata. |
3. IL-KONSUM TAL-UNJONI
(60) |
Il-konsum tal-Unjoni fis-suq totali ġie stabbilit biż-żieda tal-volum tal-importazzjonijiet totali tal-fosforu abjad mis-sorsi kollha bbażati fuq il-Eurostat u d-dejta vverifikata pprovduta mill-produttur esportatur, kif ukoll l-importaturi/l-utenti li kkooperaw mal-volum totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni maħsuba għal użu ristrett. Il-konsum fis-suq ħieles ġie stabbilit billi tnaqqset il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni li kienet maħsuba għal użu ristrett. |
(61) |
Xi partijiet interessati ddikjaraw li l-kodiċi tan-NM kopra wkoll l-importazzjonijiet tal-fosforu aħmar. L-investigazzjoni wriet, madankollu, li l-ebda importazzjoni ta’ fosforu aħmar ma saret mill-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu meqjus. Barra minn hekk, kien hemm evidenza limitata disponibbli fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-fosforu aħmar minn pajjiżi terzi oħra. Din l-evidenza limitata, issuġġeriet li l-importazzjonijiet tal-fosforu aħmar, jekk tabilħaqq kien hemm, kienu minimi. |
(62) |
Id-dokument informattiv li ġie żvelat lill-partijiet interessati kien jinkludi, bi żball, l-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-Kazakistan fl-użu ristrett li ġie mnaqqas kif xieraq fit-tabella 1 ta’ hawn taħt. Dan ma affettwax it-tendenzi fil-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles. |
(63) |
Abbażi ta’ dan, instab li l-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni
|
(64) |
(64) Tul il-perjodu kkunsidrat il-konsum fis-suq totali tal-Unjoni żdied bi 3 %, filwaqt li fis-suq ristrett żdied bi 17 % b’xi ċaqliq tul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-konsum fis-suq ħieles naqas bi 2 % bejn l-2008 u l-PI. |
4. L-IMPORTAZZJONIJIET MILL-PAJJIŻ IKKONĊERNAT
4.1. Il-volum u s-sehem mis-suq
(65) |
L-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, fil-volum u s-sehem tas-suq, kienet kif ġej: Tabella 2 L-importazzjonijiet mill-Kazakistan
|
(66) |
Matul il-perjodu meqjus, l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu bi 32 %. Dan wassal għal żieda fis-sehem tas-suq fis-suq ħieles ta’ 36 % matul l-istess perjodu. Is-sehem tas-suq tal-produttur esportatur li kkoopera fis-suq ħieles kien sinifikanti ħafna matul il-PI. |
(67) |
Diversi partijiet interessati ddikjaraw li l-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat naqsu b’mod kunsiderevoli wara l-PI u li dan l-iżvilupp għandu jitqies fl-analiżi tad-dannu. Din l-allegazzjoni kienet bla bażi, billi l-informazzjoni disponibbli wriet li l-importazzjonijiet wara l-PI baqgħu fl-istess medda bħalma kienu tul il-PI. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni relatata ma’ perjodu sussegwenti għall-perjodu tal-investigazzjoni normalment ma titqiesx fis-sejbiet. Għaldaqstant, din l-allegazzjoni ġiet irrifjutata. |
4.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezz
(68) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq ħieles żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Kazakistan
|
(69) |
Filwaqt li kien hemm żieda fil-prezz fil-PI meta mqabbel mal-2010, il-prezz totali medju tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat naqas b’19 % bejn l-2008 u l-PI. |
(70) |
Biex issir analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz, sar paragun tal-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles u l-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat. Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti tal-industrija tal-Unjoni ġew aġġustati fejn kien neċessarju għal livell ex works, jiġifieri minbarra l-kost tal-merkanzija fl-Unjoni u wara t-tnaqqis tal-iskontijiet u r-ribassi. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera, nett mill-iskontijiet, kienu aġġustati fejn meħtieġ għall-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni debitament aġġustat għall-kostijiet tal-approvazzjoni doganali u l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. |
(71) |
Il-paragun wera li tul il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-produttur esportatur kienu nbiegħu fl-Unjoni bi prezzijiet li waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni. Il-livell medju tat-twaqqigħ, meta espress bħala persentaġġ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kien bejn it-30 % u l-40 %, abbażi tad-dejta vverifikata mressqa mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dan il-livell ta’ twaqqigħ kien ikkombinat ma’ żvilupp negattiv fil-prezzijiet u depressjoni sostanzjali fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. |
5. IL-QAGĦDA EKONOMIKA TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI
5.1. Ġenerali
(72) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping fl-industrija tal-Unjoni inkluda evalwazzjoni tal-fatturi kollha ekonomiċi u l-indiċijiet relatati mal-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mill-2008 sa tmiem il-PI. |
(73) |
Bosta partijiet interessati ddikjaraw li s-sena 2008 ma kinitx xierqa bħala punt ta’ referenza, minħabba li kienet sena eċċezzjonalment tajba għall-industrija tal-Unjoni. Wara d-dokument informattiv, uħud mill-partijiet interessati qalu li l-2007 messha ntużat bħala l-punt tat-tluq tal-eżami tat-tendenzi tad-danni rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu. Ta’ min jinnota li l-2008 kienet sena bi profitt għas-settur kollu tal-fosfat u mhux biss għall-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-sena 2009 kienet ukoll eċċezzjonali minħabba l-kriżi ekonomika u fl-2007 il-produttur esportatur fil-Kazakistan u l-industrija tal-Unjoni kienu relatati, jiġifieri dawn is-snin ma kinux neċessarjament aktar xierqa bħala punt ta’ tluq għall-analiżi tad-danni. Fi kwalunkwe każ, iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tul il-perjodu kkunsidrat jitqiesu fil-partijiet rilevanti tal-analiżi tal-kawżalità, jekk dan ikun xieraq. Għalhekk dawn id-dikjarazzjonijiet ġew irrifjutati. |
5.1.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità
(74) |
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-evoluzzjoni tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni fis-suq totali: Tabella 4 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
(75) |
Kif muri fit-tabella hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’25 %. Filwaqt li bejn l-2008 u l-2009 il-produzzjoni naqset b’45 %, is-sitwazzjoni tjiebet wara l-2009 sal-PI; madankollu, tul il-PI il-produzzjoni ma laħqitx il-livelli tal-2008. Minħabba li l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli, it-tnaqqis fil-produzzjoni wassal għal tnaqqis sinifikanti ta’ 25 % fl-użu tal-kapaċità bejn l-2008 u l-PI. |
5.1.2. Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem tas-suq
(76) |
Iċ-ċifri ta’ hawn taħt jippreżentaw il-volum tal-bejgħ u s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni maqsumin bejn is-suq totali, dak ristrett u dak ħieles. Tabella 5 Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem tas-suq
|
(77) |
Il-bejgħ tas-suq totali naqas bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis kien aktar pronunzjat fis-suq ħieles, fejn kien hemm tnaqqis ta’ 64 % bejn l-2008 u l-PI. Is-suq ristrett kellu tendenza opposta u l-volum tal-bejgħ naqas bi 17 % fl-istess perjodu. It-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ ġie rifless fis-sehem tas-suq li kellu tnaqqis ta’ 20 % fis-suq totali u tnaqqis ta’ 63 % fis-suq ħieles, bejn l-2008 u l-PI. Billi s-suq ristrett jinkludi l-fosforu abjad mill-unika produttur tal-Unjoni, is-sehem tas-suq baqa’ l-istess u f’dawn iċ-ċirkostanzi mhuwiex indikatur relevanti. |
5.1.3. It-tkabbir
(78) |
Matul il-perjodu kkunsidrat irriżulta li l-konsum tal-Unjoni naqas bi ftit biss fis-suq ħieles bi 2 %, filwaqt li l-bejgħ u s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod sinifikanti tul l-istess perjodu, b’64 % u 63 % rispettivament. Is-suq ristrett esperjenza tendenza opposta u l-volum tal-bejgħ żdied bi 17 % fl-istess perjodu. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Kazakistan żdiedu bi 32 % matul il-perjodu kkunsidrat. Konsegwentement, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti matul l-istess perjodu. |
5.1.4. L-impjiegi, il-produttività u s-salarji
(79) |
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-evoluzzjoni tal-impjiegi, il-produttività u l-pagi tal-industrija tal-Unjoni fis-suq totali: Tabella 6 L-impjiegi, il-produttività u l-pagi
|
(80) |
L-impjieg naqas bi ftit bejn l-2008 u l-PI, filwaqt li l-pagi żdiedu bi ftit. Matul il-perjodu kkunsidrat l-produttività totali għal kull impjegat naqset b’19 %. Dan segwa t-tnaqqis fil-produzzjoni, kif spjegat fil-premessi (74) u (75) hawn fuq. |
5.1.5. Id-daqs tal-marġini reali tad-dumping
(81) |
Il-marġini tad-dumping kif speċifikat hawn fuq fil-premessa (48) kienu ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, minħabba l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, l-impatt tal-marġini reali tad-dumping ma jistgħux jitqiesu bħala negliġibbli. |
5.1.6. Il-ħażniet
(82) |
Iċ-ċifri ta’ hawn isfel jirrappreżentaw l-evoluzzjoni tal-ħażniet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq totali tul il-perjodu meqjus: Tabella 7 Il-ħażniet
|
(83) |
Il-ħażniet irrappreżentaw madwar 12 % tal-volum tal-produzzjoni fil-PI. Il-ħażniet naqsu bi 52 % tul il-perjodu meqjus. Madankollu, dan l-indikatur ma għandux jitqies bħala rilevanti f’dan is-settur, minħabba li huwa bbażat prinċipalment fuq l-ordnijiet u, skont dawn, il-produtturi normalment iżommu ħażniet limitati. It-tnaqqis fil-ħażniet fil-PI għandu jitqies fid-dawl tal-livell aktar baxx ta’ attività wara t-tnaqqis tal-industrija tal-Unjoni. |
5.1.7. Il-prezzijiet tal-bejgħ
(84) |
It-tabella ta’ hawn taħt tirrappreżenta l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni maqsuma bejn is-suq ristrett u dak ħieles. Tabella 8 Il-prezzijiet tal-bejgħ
|
(85) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ waqgħu fiż-żewġt iswieq, anki jekk it-tnaqqis kien iktar drastiku fis-suq ristrett (-22 %) milli fis-suq ħieles (-17 %). |
5.1.8. Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, il-kapaċità li jinkiseb il-kapital, l-investimenti u r-redditu fuq l-investiment
Tabella 9
Il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus
(Indiċi 2008 = 100) |
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
Il-profittabbiltà fis-suq ħieles |
100 |
85 |
73 |
75 |
||
Il-fluss tal-flus fis-suq ħieles |
100 |
56 |
54 |
52 |
||
|
(86) |
Il-profittabbiltà għall-prodott simili fis-suq ħieles kienet stabbilita permezz tal-espressjoni tal-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili mill-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni, bħala l-persentaġġ tal-fatturat minn tali bejgħ. |
(87) |
Il-profittabbiltà fis-suq ħieles naqset drastikament u nbidlet f’telf matul il-perjodu kkunsidrat. Il-profittabbiltà kienet qed tesperjenza tendenza ta’ tnaqqis bejn l-2008 u l-PI. Għalkemm żdiedet bi ftit tul il-PI meta mqabbel mal-2010, il-profittabbiltà baqgħet negattiva. |
(88) |
Anki l-fluss tal-flus qabad tendenza progressivament negattiva bejn l-2008 u l-PI, fejn naqas bi 48 % tul il-perjodu meqjus. |
(89) |
L-abbiltà li jinkiseb il-kapital ġiet analizzata b’rabta mas-suq totali u nstab li hemm deterjorament kostanti tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiġġenera l-flus konsegwentement, dgħajfien tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. |
(90) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, parti interessata ddikjarat li l-profittabbiltà u l-fluss tal-flus għandhom jiġu eżaminati fil-livell tas-suq totali u mhux fil-livell tas-suq ħieles, billi valutazzjoni tad-dannu fil-livell tas-suq ħieles ma tkunx kompluta, meta wieħed iqis is-sitwazzjoni speċifika tal-industrija tal-Unjoni, li ħafna mill-bejgħ tagħha jkun maħsub għal użu ristrett. |
(91) |
Kif intqal fil-premessi (55) u (58) ta’ hawn fuq, għandu jiġi nnutat li billi l-prezzijiet fis-suq ristrett huma sempliċement prezzijiet ta’ trasferiment, analiżi fil-livell tas-suq ristrett ma kinitx tkun waħda li tagħmel sens biex issir analiżi tad-dannu, għax ma tirriflettix il-prezzijiet tas-suq ħieles fejn kien hemm il-kompetizzjoni mal-importazzjonijiet mill-Kazakistan. Barra minn hekk, l-effett tal-attivitajiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ristrett tqies fil-partijiet rilevanti tal-analiżi tal-kawżalità, u b’mod aktar speċifiku fil-premessi minn (135) sa (136) hawn taħt. Għaldaqstant dan l-argument ġie rrifjutat. |
(92) |
Iċ-ċifri ta’ hawn isfel jirrappreżentaw l-evoluzzjoni tal-investimenti tal-industrija tal-Unjoni b’rabta mas-suq totali matul il-perjodu meqjus: Tabella 10 L-investimenti u r-redditu fuq l-investiment
|
(93) |
It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-industrija tal-Unjoni naqqset l-investimenti tagħha b’31 % fil-prodott simili. Dan kien marbut mat-tnaqqis tal-industrija. L-investimenti li saru kienu marbuta l-aktar mal-bżonn li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti regolatorji, kif ukoll titjib u manutenzjoni tat-teknoloġija u l-proċessi tal-produzzjoni sabiex titjieb l-effiċjenza. |
(94) |
Anki r-redditu fuq l-investimenti fil-fosforu abjad wera tendenza negattiva bejn l-2008 u l-PI. |
5.1.9. Il-konklużjoni dwar id-dannu
(95) |
L-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni wriet tendenza ċara ta’ tnaqqis għall-indikaturi kollha ewlenin tad-dannu. Fi sfond ta’ konsum relattivament stabbli fis-suq ħieles, il-produzzjoni inġenerali naqset b’25 % fil-perjodu meqjus. Tul l-istess perjodu, l-industrija tal-Unjoni tilfet 20 % tas-sehem totali tas-suq u 63 % tas-suq ħieles. L-użu tal-kapaċità naqas b’25 %. |
(96) |
Tul il-perjodu kkunsidrat, il-volum totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 %. Tendenza qawwija ‘l isfel fil-volumi tal-bejgħ tista’ tiġi osservata fis-suq ħieles li esperjenza tnaqqis ta’ 64 % tul il-perjodu meqjus. |
(97) |
It-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien akkumpanjat minn tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ ta’ 17 %. Is-sitwazzjoni kienet simili fis-suq ristrett fejn il-prezzijiet naqsu bi 22 % tul il-perjodu meqjus. It-telf fil-volum tal-bejgħ flimkien mat-tnaqqis fil-prezzijiet kellhom effett fuq il-livelli tal-profitt u wasslu għal telf. |
(98) |
Bosta partijiet interessati qalu li l-industrija tal-Unjoni kienet sejra tajjeb wara l-irkupru tagħha mill-kriżi ekonomika fl-2009. B’mod speċifiku, intqal li l-evoluzzjoni ta’ ċerti indikaturi tad-dannu, jiġifieri l-volum u l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ esportazzjoni u dak domestiku tal-Unjoni, il-prezz tal-prodotti u l-investimenti, iżda anki l-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità ma kinux se juru dannu materjali. Dawn l-allegazzjonijiet ma kinux ikkonfermati mir-riżultati tal-investigazzjoni preżenti, li wriet biċ-ċar tendenzi negattivi forsi mhux fl-indikaturi kollha iżda f’dawk ewlenin tad-dannu, anki wara l-2009. |
(99) |
Xi partijiet qalu li kien hemm tendenza ta’ tnaqqis kemm fil-volum u kemm fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat u li kienet saret stima għolja wisq tal-kapaċità tal-industrija tal-fosforu tal-Kazakistan. Bl-istess mod, dawn l-allegazzjonijiet ma kinux ikkonfermati mis-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti li wriet żieda kostanti fil-volum u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Kazakistan. Bl-istess mod, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produttur esportatur fil-Kazakistan ġiet iddeterminata fuq il-bażi tad-dejta vverifikata mressqa minn din il-kumpanija. |
(100) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-investigazzjoni kkonfermat li jekk l-importazzjonijiet soġġett għal dumping jibqgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni, huwa probabbli li t-telf tal-industrija tal-Unjoni jwassal għat-twaqqif permanenti ta’ kull produzzjoni mdaqqsa tal-fosforu abjad tal-Unjoni. Dan jidher li hu kkonfermat mill-iżviluppi wara l-PI, jiġifieri l-industrija tal-Unjoni ddikkjarat ruħha falluta u qiegħda fi proċess ta’ likwidazzjoni. |
(101) |
Minħabba ċ-ċirkostanzi ppreżentati hawn fuq, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
E. IL-KAWŻALITÀ
1. INTRODUZZJONI
(102) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kienx ikkawżat mill-importazzjonijiet soġġetti għal dumping mill-pajjiż ikkonċernat. Barra minn hekk, fatturi magħrufin minbarra l-importazzjonijiet soġġetti għal dumping, li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe dannu kkawżat minn dawk il-fatturi ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet soġġetti għal dumping. |
2. L-EFFETT TAL-IMPORTAZZJONIJIET LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL DUMPING
(103) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping mill-Kazakistan żdiedu b’mod drammatiku matul il-perjodu kkunsidrat, u dan żied is-sehem tagħhom tas-suq fis-suq ħieles b’36 %. Kien hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda tal-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping u t-telf tas-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li l-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping kontinwament waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping naqsu b’19 % tul il-perjodu kkunsidrat u wasslu għal żieda fit-twaqqigħ tal-prezzijiet. Fi sfond ta’ pressjoni fuq il-prezzijiet, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha. Konsegwentement, ma kinitx kapaċi tkopri ż-żieda fil-kostijiet kif jidher fit-tabella hawn taħt. Barra minn hekk, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqset b’mod drammatiku. Tabella 11 Il-kost tal-produzzjoni (l-Industrija tal-Unjoni)
|
(104) |
Bosta partijiet interessati qalu li l-importazzjonijiet mill-Kazakistan sempliċement segwew l-iżvilupp fil-konsum u għalhekk ma influwenzawx is-sitwazzjoni tas-suq tal-fosforu abjad. Madankollu, la ċ-ċifri tal-importazzjoni u lanqas dawk tal-konsum stabbiliti tul l-investigazzjoni ma kkonfermaw dawn id-dikjarazzjonijiet, li għall-kuntrarju wrew li, filwaqt li l-konsum fis-suq ħieles naqas ftit matul il-perjodu meqjus, l-importazzjonijiet mill-Kazakistan żdiedu, jiġifieri qabdu tendenza opposta tul l-istess perjodu. Din iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Kazakistan kienet innutata fl-istess żmien tad-deterjorament tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant dawn id-dikjarazzjonijiet ġew irrifjutati. |
(105) |
Abbażi ta’ li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hija li ż-żieda tal-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping mill-Kazakistan bi prezzijiet li b’mod kostanti waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni, kellhom rwol determinanti fid-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
3. L-EFFETT TA’ FATTURI OĦRA
3.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn
(106) |
It-tabella li ġejja turi l-iżviluppi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn. Tabella 12 L-importazzjonijiet u l-ishma tas-suq minn pajjiżi terzi oħrajn
|
(107) |
Is-suq tal-fosforu abjad hu kkonċentrat ħafna, minħabba li hemm biss ftit produtturi fid-dinja. L-informazzjoni miġbura tul l-investigazzjoni wriet li r-Repubblika Popolari taċ-Ċina hija l-produttur ewlieni tal-fosforu abjad. Fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat fl-2008, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina introduċiet rata ta’ dazju tal-esportazzjoni ta’ 100 % fuq il-fosforu abjad, barra r-rata applikabbli ta’ dazju tal-esportazzjoni li kien hemm dak iż-żmien ta’ 20 %. Konsegwentement, l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina naqsu drastikament u l-volumi tal-importazzjoni baqgħu baxxi tul il-perjodu kkunsidrat kollu, minkejja li r-rata tad-dazju naqset għal 20 % fil-PI. |
(108) |
L-importazzjonijiet mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (“il-Vjetnam”) irrappreżentaw volum ta’ importazzjonijiet żgħir tul il-perjodu kkunsidrat. |
(109) |
Ta’ min jinnota li l-prezzijiet medji ta’ importazzjoni ta’ unità mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam huma fl-istess firxa tal-prezz medju ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni. |
(110) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, parti interessata qalet li l-pressjoni tal-prezzijiet fuq is-suq tal-Unjoni kienet ikkawżata minn importazzjonijiet ta’ fosforu abjad mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Madankollu, id-dejta disponibbli ma tikkonfermax din l-allegazzjoni minħabba li l-volumi tal-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina naqsu bejn l-2008 u l-PI (b’livell massimu fl-2010) u li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kienu, bejn wieħed u ieħor, fl-istess livelli tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tul il-perjodu kollu kkunsidrat, jew anki ogħla. Wieħed jista’ josserva wkoll li s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina baqa’ relattivament stabbli bejn l-2008 u l-PI (b’livell massimu fl-2010), bil-maqlub tas-sehem tas-suq tal-Kazakistan li żdied b’mod kostanti, b’total ta’ 36 % bejn l-2008 u l-PI. Għaldaqstant, din l-allegazzjoni ġiet irrifjutata. |
3.2. L-iżvilupp tal-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(111) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, l-istess parti qalet li ż-żieda fil-prezz tal-produzzjoni ta’ kull unità tal-industrija tal-Unjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala kawża separata ta’ dannu. Kien argumentat li filwaqt li l-prezz tal-materja prima prinċipali naqas b’mod ġenerali, il-prezz ta’ kull unità żdied. L-investigazzjoni wriet li r-raġuni prinċipali għaż-żieda fil-prezz ta’ kull unità tal-industrija tal-Unjoni, kienet fil-fatt it-telf tal-ekonomiji ta’ skala minħabba l-bejgħ imnaqqas fis-suq ħieles b’riżultat tal-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping mill-Kazakistan u t-tnaqqis sussegwenti fil-volum tal-produzzjon’. Għaldaqstant, iż-żieda fil-kostijeit ta’ kull unità ma tistax titqies bħala kawża seperata ta’ dannu, iżda bħala konsegwenza tal-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping. Għaldaqstant, din l-allegazzjoni ġiet irrifjutata. |
3.3. Il-ftehim preferenzjali ma’ produttur esportatur
(112) |
Xi partijiet interessati sostnew li kwalunkwe dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mit-tmiem tar-relazzjoni bejn l-industrija tal-Unjoni u l-produttur esportatur li kkoopera u t-telf konsegwenti tal-ftehim preferenzjali ta’ provvista, li fisser li l-industrija tal-Unjoni kellha tiffaċċja l-kompetizzjoni ta’ importazzjonijiet diretti mill-produttur esportatur. Skont dawn il-partijiet, il-ftehim preferenzjali kkumpensa għan-nuqqas ta’ aċċess dirett mill-industrija tal-Unjoni għall-materja prima prinċipali, jiġifieri l-blat tal-fosfori. |
(113) |
Partijiet oħrajn argumentaw li minħabba li ntemm il-ftehim preferenzjali, investimenti passati allegati tal-industrija tal-Unjoni fil-kumpanija relatata ta’ qabel kkontribwixxew għad-dannu mġarrab, billi t-tmiem tal-ftehim preferenzjali ma ppermettiex lill-industrija tal-Unjoni li tibbenefika minn dawn l-investimenti. |
(114) |
Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li, bejn l-2003 u l-2007, l-industrija tal-Unjoni u l-produttur esportatur li kkoopera kienu proprjetà tal-istess detentur tal-ishma u wara dan baqa’ fis-seħħ ftehim preferenzjali ta’ bejgħ bejn iż-żewġ partijiet sal-2008. |
(115) |
Il-partijiet ikkonċernati ma provdewx evidenza ta’ sostenn li turi l-livell ta’ kwalunkwe investiment allegat tal-industrija tal-Unjoni fl-attivitajiet tal-produttur esportatur fil-Kazakistan. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda rabta diretta bejn l-ebda investimenti passati possibbli tal-industrija tal-Unjoni u d-dannu materjali mġarrab tul il-PI. Tabilħaqq, l-informazzjoni disponibbli ma wrietx sa fejn l-investimenti allegati setgħu kkontribwixxew għas-sitwazzjoni preżenti tal-industrija tal-Unjoni, jekk wara kollox ikontribwixxew għaliha. Għaldaqstant, din l-allegazzjoni ġiet irrifjutata bħala waħda bla bażi. |
(116) |
Fir-rigward tat-telfien tas-sjieda komuni, dan ma jistax jiġi kkunsidrat bħala fattur li qed jikkawża dannu. Tabilħaqq, it-telfien tas-sjieda komuni fisser biss li l-produttur esportatur fil-Kazakistan seta’ jesporta l-prodott ikkonċernat direttament lill-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, dan ma fissirx li esportazzjonijiet bħal dawn għandhom isiru bi prezzijiet ta’ dumping li jikkawżaw dannu. Huma dawn tal-aħħar li qed jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
3.4. L-aċċess gћall-materja prima prinċipali
(117) |
Diversi partijiet interessati sostnew li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien marbut ma’ nuqqas ta’ kompetittività f’termini ta’ kostijiet, peress li ma kellhiex aċċess dirett għall-blat tal-fosfat, materja prima prinċipali li tipproduċi l-fosforu abjad, filwaqt li l-produttur esportatur li kkoopera fil-Kazakistan jinsab qrib il-minjieri tal-blat tal-fosfat u jgawdi minn drittijiet esklussivi ta’ esplojtazzjoni. Tressaq l-argument li l-kostijiet tat-trasport tal-blat tal-fosfat u l-kostijiet għar-rimi tal-ħama (skart fil-produzzjoni tal-fosforu abjad) huma sinifikanti peress li m’hemmx disponibbiltà ta’ ħażna naturali għall-ħama. |
(118) |
Filwaqt li l-investigazzjoni wriet li l-kost tal-blat tal-fosfat huwa fil-fatt sinifikanti, dan l-element waħdu ma setgħax jiġġustifika s-sitwazzjoni ta’ dannu tal-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt, anki jekk id-differenza fil-kost tal-blat tal-fosfat bejn l-industrija tal-Unjoni u l-produttur esportatur li kkoopera titqies fil-valutazzjoni tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, id-dannu jibqa’ xorta sinifikanti. |
(119) |
L-investigazzjoni wriet li filwaqt li l-kostijiet tat-trasport għall-blat tal-fosfat huma sinifikanti għall-industrija tal-Unjoni, mhumiex daqstant li jwasslu biex il-produzzjoni tal-fosforu abjad fl-Unjoni ma tkunx kompetittiva. Anki jekk jitqiesu l-kostijiet tat-trasport tal-blat tal-fosfat fl-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-marġini tad-dannu xorta jibqa’ sostanzjali. |
(120) |
Fir-rigward tal-argument tan-nuqqas ta’ ħażna naturali tal-ħama, l-investigazzjoni tikkonferma li ma nsabitx evidenza li dan iġġenera żvantaġġ għall-industrija tal-Unjoni, peress li kienet kapaċi tirriċikla l-ħama billi terġa’ tintroduċiha fil-proċess tal-produzzjoni tal-fosforu abjad. |
(121) |
Fil-qosor, l-investigazzjoni wriet li anke kieku kellu jiġi kkunsidrat il-vantaġġ fil-kost tal-produttur esportatur li kkoopera, dan ma jispjegax is-sitwazzjoni ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni u li għalhekk id-differenza fil-kost fl-estrazzjoni tal-blat tal-fosfat seta’ kellha biss impatt parzjali fuq il-qagħda ta’ dannu tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sejba kienet sostnuta mill-fatt li b’mod sinifikanti ġew rreġistrati ċifri ta’ profittabbiltà aħjar għall-prodotti derivati mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni li jinkorporaw il-fosforu abjad. |
(122) |
Abbażi ta’ dan, ġie konkluż li l-aċċess għall-materja prima u l-impatt tiegħu fuq il-kostijiet, għalkemm ikkontribwixxew sa ċertu punt għas-sitwazzjoni ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni ma kinux tali li jwasslu biex tinkiser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping mill-Kazakistan u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
3.5. Il-kisbiet fil-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat
(123) |
Diversi partijiet interessati sostnew li, skont ir-rapport annwali tal-2010, l-industrija tal-Unjoni ħabbtet wiċċha ma’ problemi tekniċi kbar fl-2010 u fl-ewwel nofs tal-2011 u li dawn il-problemi kellhom effett negattiv fuq il-livelli ta’ produzzjoni tagħha li wassluha biex timporta l-prodott ikkonċernat mill-Kazakistan. Huma sostnew ukoll li kwalunkwe dannu mġarrab ukoll kien riżultat ta’ dawn l-importazzjonijiet u għaldaqstant id-dannu kkawżatu l-industrija tal-Unjoni stess. L-investigazzjoni wriet li l-problemi tekniċi li kellha l-industrija tal-Unjoni fl-2010 u fl-ewwel nofs tal-2011 ma affettwawx b’mod sinifikanti s-sitwazzjoni tagħha, peress li dawn la wasslu għal waqfa fil-produzzjoni, u lanqas għal sitwazzjoni fejn ma setgħetx tlaħħaq mat-talbiet ta’ forniment ta’ fosforu abjad tal-klijenti fis-suq ħieles, mill-produzzjoni tagħha stess. Barra minn hekk, instab li l-industrija tal-Unjoni importat mill-Kazakistan u li dawn l-importazzjonijiet kienu ta’ natura komplementari u eċċezzjonali, kif ukoll limitati f’termini ta’ volum meta mqabbla mal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma sabet l-ebda evidenza li l-industrija tal-Unjoni biegħet xi waħda mill-importazzjonijiet fis-suq ħieles. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li r-rapport tad-direttur tal-2010 kien marbut mal-kontijiet annwali kkonsolidati tal-industrija tal-Unjoni għall-attivitajiet kollha tal-kumpanija u għaldaqstant ma kienx marbut biss mal-produzzjoni tal-fosforu abjad. |
(124) |
Abbażi ta’ dan, instab li l-impatt tad-diffikultajiet iffaċċjati mill-industrija tal-Unjoni tul parti mill-perjodu kkunsidrat u l-importazzjonijiet limitati tal-prodott ikkonċernat, ma kellhomx impatt sinifikanti, jekk fil-fatt kellhom impatt, fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-fosforu abjad maħsub għas-suq ħieles u ma kinux tali li jiksru r-rabta kawżali. L-argumenti miġjuba mill-partijiet interessati f’dan ir-rigward ġew irrifjutati. |
3.6. Proċess ġdid ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(125) |
Xi partijiet interessati qalu li l-industrija tal-Unjoni investiet ammonti sinifikanti f’teknoloġiji ġodda ta’ produzzjoni u dawn ġabu diffikultajiet tekniċi u problemi ambjentali li kkawżaw id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
(126) |
L-investigazzjoni kkonfermat li l-industrija tal-Unjoni investiet fl-iżvilupp ta’ proċess ġdid ta’ produzzjoni fejn il-blat tal-fosfat jiġi sostitwit b’fosfat meħud minn flussi ta’ skart. Madankollu, kif diġà ssemma fil-premessa (92) fit-tabella 10 ta’ hawn fuq, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-investimenti marbutin mal-fosforu abjad naqsu tul il-perjodu meqjus. L-investimenti fit-teknoloġija l-ġdida għalhekk ma setax kellhom parti sinifikanti fid-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelatx evidenza li t-teknoloġiji l-ġodda rriżultaw f’diffikultajiet tekniċi u fi problemi ambjentali, kif ġie ddikjarat, u l-partijiet interessati kkonċernati ma sostnewx l-allegazzjonijiet tagħhom b’dejta fattwali. Għaldaqstant, l-argumenti tal-partijiet f’dan ir-rigward ġew irifjutati. |
3.7. Il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni
(127) |
Xi partijiet interessati qalu li l-bejgħ ta’ esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni waqa’ b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u li dan ikkawża d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
(128) |
L-investigazzjoni wriet li l-bejgħ ta’ esportazzjoni ammonta għal persentaġġ żgħir tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni u seta’ kellu biss impatt limitat ħafna fuq is-sitwazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni. |
(129) |
Abbażi ta’ dan, instab li l-impatt tal-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni ma kienx tali li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping u d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-argumenti tal-partijiet f’dan ir-rigward kellhom jiġu rrifjutati. |
3.8. L-impatt tal-kriżi finanzjarja u ekonomika
(130) |
Parti interessata qalet li kull dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni rriżulta mill-kriżi ekonomika u t-tnaqqis tad-domanda fl-Unjoni. |
(131) |
L-investigazzjoni preżenti, kif imsemmi f’ċerti premessi hawn fuq, uriet li t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni fuq is-suq ħieles kien biss ta’ 2 % tul il-perjodu meqjus. Għaldaqstant, l-impatt tal-kriżi ekonomika f’termini ta’ tnaqqis fil-konsum ma setax kien fattur importanti fit-tnaqqis drastiku fil-volum ta’ bejgħ, kif jidher fil-premessa (76) et seq. F’termini ta’ prezzijiet, is-suq esperjenza tnaqqis bejn l-2008 u l-2010, iżda tnaqqis fil-prezzijiet ta’ bejgħ li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni ssokta u saħansitra żdied wara l-2009 f’tentattiv biex tikkompeti mal-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping mill-Kazakistan. Għaldaqstant l-allegazzjoni ġiet irrifjutata. |
(132) |
Abbażi ta’ dan, instab li l-impatt globali tal-kriżi finanzjarja u ekonomika u t-tnaqqis fid-domanda ma kienx tali li jikser ir-rabta kawżali stabbilita bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping. |
3.9. L-għażla tal-fornituri tal-klijenti
(133) |
Ġie sostnut li d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-għażla tal-klijenti li jibdlu l-fornitur minħabba, inter alia, l-allegat nuqqas ta’ konformità fi kwistjonijiet ambjentali u ta’ sikurezza. Madankollu ma ngħatat l-ebda evidenza u l-investigazzjoni ma żvelatx ċirkostanzi fattwali li jikkonfermaw dawn l-allegazzjonijiet. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni wriet li huma l-prezzijiet li prinċipalment jaffettwaw is-suq u kunsiderazzjonijiet oħra ma għandhomx rwol deċiżiv. |
(134) |
Abbażi ta’ dan, dawn l-argumenti ġew irrifjutati. |
3.10. L-impatt tal-bejgħ fis-suq ristrett
(135) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, parti interessata qalet li billi l-industrija tal-Unjoni trasferixxiet il-fokus prinċipali tagħha fuq is-suq ristrett, ir-riżorsi u l-kontanti tagħha huma prinċipalment maħsubin għall-attivitajiet f’dan is-suq. Għaldaqstant, kien allegat li t-telf imġarrab fis-suq ħieles u d-dannu li rriżulta minnu, kienu konsegwenza ta’ din is-sitwazzjoni u mhux tal-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping. |
(136) |
L-investigazzjoni ma kkonfermatx l-allegazzjonijiet imsemmijin hawn fuq, billi pereżempju l-investimenti kienu qed jonqsu fiż-żewġt iswieq u ma nstabitx evidenza li kien hemm trasferiment ta’ flus kontanti jew ta’ riżorsi oħra mis-suq ħieles għas-suq ristrett tul il-perjodu meqjus. Għaldaqstant dan l-argument kellu jiġi rrifjutat. |
3.11. Il-konformità mal-istandards ambjentali
(137) |
Intqal li d-dannu materjali ġie ikkawżat mill-obbligi legali tal-industrija tal-Unjoni li tikkonforma mal-istandards ambjentali stretti tal-UE. Barra minn hekk, wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, xi partijiet qalu li l-impatt tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ambjentali għandu jiġi investigat ukoll, jiġifieri l-impatt ta’ multi allegatement sinifikanti li l-industrija tal-Unjoni kellha tħallas lill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi tul il-perjodu meqjus. |
(138) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni għamlet investimenti biex tikkonforma mal-istandards ambjentali u tnaqqas l-emissjonijiet ta’ diossina tul il-perjodu meqjus kollu Madankollu, kif jidher fit-tabella 10, l-investimenti globali kienu qed jonqsu tul il-perjodu meqjus. Barra minn hekk, instab li dawn l-investimenti esperjenzaw deprezzament fuq numru ta’ snin u għaldaqstant kellhom biss impatt żgħir fuq ir-riżultati finanzjarji annwali. Għandu jiġi nnutat li filwaqt li fl-2008 l-investimenti kienu sostanzjalment ogħla milli fil-PI, l-industrija tal-Unjoni għamlet profitt dik is-sena. L-istampa negattiva tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni għalhekk ma setgħetx tiġi attribwita lill-investimenti magħmula f’konformità mal-istandards ambjentali. |
(139) |
Fir-rigward tal-allegati multi għan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ambjentali, l-investigazzjoni żvelat lil għalkemm l-industrija tal-Unjoni tabilħaqq laqqtet multa f’każ speċifiku mill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-ammont ta’ din il-multa ma kienx sinifikanti kif kien allegat mill-partijiet ikkonċernati u l-pagament kellu jsir biss wara l-PI, li għaldastant, fi kwalunkwe każ ma setax kellu impatt fuq is-sitwazzjoni ta’ dannu tal-industrija tal-Unjoni tul il-PI. |
(140) |
Fid-dawl ta’ li ntqal ta’ hawn fuq, dan l-argument ġie rrifjutat. |
3.12. Id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni fl-2009
(141) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, intqal li d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat minn deċiżjoni ta’ ġestjoni fl-2009 li jitqassmu d-dividends lill-azzjonisti, li probabbilment wasslet għall-allegat rekwiżit mill-banek biex jitħallsu d-djun fuq żmien twil, li mbagħad ħalla impatt negattiv sinifikanti fuq s-setgħa finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. |
(142) |
Dawn l-allegazzjonijiet kienu bbażati fuq informazzjoni li kienet fil-kontijiet annwali kkonsolidati tal-2009 tal-kumpanija possedenti tal-industrija tal-Unjoni, li mhumiex relatati biss mal-attivitajiet marbutin mal-fosforu. Barra minn hekk, il-konklużjonijiet li waslu għalihom il-partijiet interessati kkonċernati kienu bbażati fuq assunzjonijiet li ma kinux neċessarjament jirriflettu l-valutazzjoni oġġettiva tas-sitwazzjoni fl-2009. L-investigazzjoni ma kinitx żvelat li d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni li ttieħdu fl-2009 ma kinux tas-soltu jew li ttieħdu bla kawtela, billi l-istess kontijiet juru pereżempju li l-qligħ miżmum tal-kumpanija kien għoli tul l-istess perjodu, minkejja s-sitwazzjoni ġenerali diffiċli fis-suq. Għaldaqstant, ma jistax jiġi konkluż li d-deċiżjonijiet meħuda f’dak iż-żmien kellhom impatt negattiv sinifikanti fuq is-saħħa finanzjarja tal-kumpanija, kif allegaw dawn il-partijiet, u anki impatt fuq is-sitwazzjoni ta’ dannu tal-industrija tal-Unjoni b’rabta mal-attivitajiet tagħha relatati mal-fosforu abjad tul il-PI. Abbażi ta’ dan, dawn l-argumenti ġew irrifjutati. |
3.13. Il-konklużjoni dwar il-kawżalità
(143) |
L-investigazzjoni żvelat li hemm rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping mill-Kazakistan. Ġew analizzati kawżi oħra possibbli ta’ dannu, bħal pereżempju l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, l-iżviluppi tal-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kisbiet fil-produzzjoni, il-proċess il-ġdid ta’ produzzjoni, il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni, l-impatt tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, l-għażla tal-fornituri mill-klijenti, l-impatt tal-bejgħ fis-suq ristrett, il-konformità u n-nuqqas tagħha mal-istandards ambjentali i d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni, u l-ebda waħda minnhom ma nstab li setgħet kisret ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping mill-Kazakistan u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li għalkemm ċerti fatturi oħrajn, jiġifieri l-aċċess għall-materja prima prinċipali, ikkontribwixxew sa ċertu punt għas-sitwazzjoni ta’ dannu tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet mill-Kazakistan xorta kellhom impatt materjali fuq id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Kif diġà ntqal fuq, dawn għalhekk ma setgħux jiksru r-rabta kawżali bejn dawn l-importazzjonijiet u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
(144) |
Diversi partijiet interessati qalu li l-fatt li l-industrija tal-Unjoni ddikjarat ruħha falluta, minkejja li ammont limitat ta’ bejgħ biss huwa f’kompetizzjoni mal-importazzjonijiet mill-Kazakistan, jikkonferma li dawk l-importazzjonijiet ma setgħux ikkawżaw id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-fatturi possibbli l-oħra kollha ġew analizzati u kif ġie deskritt hawn fuq fil-premessi (106) sa (142), l-ebda wieħed minn dawn il-fatturi ma seta’ jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għandu jiġi nnutat ukoll li l-industrija tal-Unjoni hija integrata vertikalment u li għaldaqstant anki l-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping għandha effett detrimentali fis-swieq tad-derivati tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rrifjutat. |
(145) |
Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat kif xieraq l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta’ dannu tal-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping, ġie għalhekk konkluż definittivament li kien hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping mill-Kazakistan u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni tul il-PI. |
F. L-INTERESS TAL-UNJONI
1. KUMMENT PRELIMINARI
(146) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar id-dumping li jikkawża dannu, kinux jeżistu raġunijiet validi sabiex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri ta’ anti-dumping f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezament tad-diversi interessi involuti f’dan il-proċediment, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni u tal-utenti tal-prodott ikkonċernat. Il-konsegwenzi f’każ li ma jitteħdux miżuri ġew ikkunsidrati wkoll abbażi tal-evidenza mressqa. |
2. L-INTERESS TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI
(147) |
L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali minħabba importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping mill-Kazakistan, li waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tagħha fis-suq tal-Unjoni. Il-maġġoranza tal-indikaturi tad-dannu wrew tendenza negattiva tul il-perjodu meqjus. L-industrija tal-Unjoni tilfet sehem sinifikanti tas-suq u l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħall-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investimenti u l-profittabbiltà ġew affettwati serjament. Wara l-PI, it-tendenza negattiva kompliet u din wasslet lill-industrija tal-Unjoni biex tiddikjara ruħha falluta. Qed isiru negozjati dwar akkwiżizzjoni potenzjali, bil-mira li tkompli l-produzzjoni fil-futur qarib. |
(148) |
Il-fosforu abjad huwa materja prima importanti mad-dinja kollha użat f’għadd ta’ applikazzjonijiet bħall-prodotti farmaċewtiċi u l-prodotti kimiċi agrikoli, il-manifattura tal-aċidu fosforiku u d-derivati tiegħu li jintużaw għall-ikel u d-deterġenti, u l-manifattura ta’ ligi tal-fosforu li jistgħu jintużaw fil-metallurġija. Minħabba li l-fosforu abjad huwa prodott minn għadd limitat ta’ produtturi f’pajjiżi terzi oħra u li huwa materja prima għal ħafna prodotti downstream li jsiru fl-Unjoni, tqies għalhekk li huwa fl-interess tal-Unjoni li jkun hemm kapaċità ta’ produzzjoni fl-Unjoni. |
(149) |
Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji tal-anti-dumping tirrimedja l-prattika kummerċjali inġusta li nstabet u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li ttejjeb il-vijabbiltà tagħha. Barra minn hekk, l-impożizzjoni tal-miżuri tippermetti li l-industrija tal-Unjoni ttejjeb l-ekonomiji ta’ skala billi tbigħ volumi akbar u tikseb mill-ġdid tal-anqas parti mis-sehem tas-suq mitluf tul il-perjodu meqjus, b’impatt pożittiv fuq il-prospetti tagħha. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li l-industrija tal-Unjoni ilha tipproduċi u tbigħ il-fosforu abjad sa mis-snin sebgħin, minkejja li kellha kompetizzjoni minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li kellhom ukoll vantaġġi naturali f’termini ta’ aċċess għall-materja prima. Diversi partijiet interessati qalu li l-industrija tal-Unjoni ma tistax titqies bħala fornitur importanti, minħabba s-sitwazzjoni preżenti tagħha (falliment) u minħabba li, fi kwalunkwe każ, l-industrija tal-Unjoni taġixxi bħala kompetitur mal-konsumatur tagħha ta’ fosforu abjad fis-suq tad-derivati. B’risposta għal dan l-argument, għandu jiġi nnutat li mhuwiex neċessarju li s-sitwazzjoni preżenti tal-industrija tal-Unjoni timplika waqfa permanenti fil-produzzjoni, billi n-negozjati dwar akkwiżizzjoni bil-mira li titkompla l-produzzjoni tal-fosforu abjad għadhom għaddejjin. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-industrija tal-Unjoni tiddependi fuq il-bejgħ fis-suq ħieles sabiex ittejjeb l-ekonomiji ta’ skala tagħha u tibqa’ vijabbli. Abbażi ta’ dawn ir-raġunijiet kollha, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni tista’ tkun fornitur importanti tal-fosforu abjad fis-suq ħieles tal-Unjoni. |
(150) |
Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ppruvat tiżviluppa sorsi alternattivi ta’ materja prima u għamlet xi investimenti f’teknoloġija ġdida, l-hekk imsejjaħ “approċċ riġenerattiv” biex tirriċikla l-fosforu abjad. Filwaqt li dan il-metodu għadu fl-istadji formattivi, jista’ jkun element wieħed importanti fl-iżgurar tal-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fit-tul. Jekk jirnexxi, dan jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tibbenefika minn sors ta’ materja prima sekondarja ġdida fi ħdan is-suq tal-Unjoni u li titnaqqas l-possibbiltà ta’ dipendenza żejda fuq l-importazzjonijiet tal-blat tal-fosfat. |
(151) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, diversi partijiet interessati staqsew dwar ir-rilevanza tal-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida fl-analiżi tal-interess tal-Unjoni. Dawn il-partijiet qajmu l-kwistjoni tal-għajbien tal-industrija tal-Unjoni jekk ma jiġux imposti l-miżuri ta’ anti-dumping u argumentaw li, għaldaqstant, x’aktarx ikomplu jsiru investimenti f’din it-teknoloġija. Huma qalu wkoll li l-inizjattiva ta’ riġenerazzjoni mhix unika u li diversi kumpaniji oħra fl-Unjoni qed jinvestu f’teknoloġiji alternattivi ta’ riċiklaġġ tal-fosfat, li huma allegatement aktar vijabbli. Fl-aħħar nett, kien allegat li t-teknoloġija ta’ riġenerazzjoni taqdi prinċipalment is-suq ristrett tal-Unjoni u għalhekk l-utenti ma jibbbenefikawx minnha. |
(152) |
Għandu jiġi nnutat li l-iżviluppi wara l-PI (falliment) milli jidher ma jsostnux l-allegazzjonijiet ta’ hawn fuq. Għandu jiġi nnutat ukoll li l-approċċ ta’ riġenerazzjoni, anki jekk mhuwiex uniku, jibqa’ element importanti biex titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet tal-materja prima prinċipali u indirettament tal-fosforu abjad minn pajjiżi terzi, fejn jibbenefikaw l-utenti kollha, jekk dan jirnexxi. Fl-aħħar nett m’hemmx evidenza fil-fajl, li minnha seta’ jiġi konkluż li l-approċċ ta’ riġenerazzjoni ikun wieħed ekonomikament fattibbli. |
(153) |
Min-naħa l-oħra, jekk il-miżuri ma jiġux imposti, il-prospetti ta’ vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles jippreżentaw sfida aktar diffiċli u dan probabbli jwassal biex il-produzzjoni titwaqqaf permanentament. Il-konsegwenza x’aktarx tkun li titwaqqaf il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles. Dan jimplika li l-Unjoni tkun kompletament dipendenti fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minn għadd limitat ta’ produtturi tal-fosforu abjad, li huwa l-bażi għal bosta applikazzjonijiet downstream prodotti fl-Unjoni. |
(154) |
L-effet tal-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping fuq is-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni tqies ukoll. L-investigazzjoni wriet li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji tirrimedja l-iżvantaġġ kompetittiv kkawżat mill-importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping fis-suq downstream. |
(155) |
Min-naħa l-oħra, li kieku ma ġew imposti l-ebda miżuri u l-industrija tal-Unjoni kellha twaqqaf il-produzzjoni permanentament, l-industrija tal-Unjoni mistennija tiffaċċja diffikultajiet fir-rigward tax-xiri ta’ ammont kbir ta’ fosforu abjad meħtieġ għall-prodotti downstream tagħha. Diversi partijiet interessati qalu li l-analiżi tal-interess għall-industrija tal-Unjoni għandha tkun marbuta biss mal-bejgħ fis-suq ħieles. Bi tweġiba għal din id-dikjarazzjoni, għandu jiġi nnutat li kif ġie deskritt fil-premessa (53), l-industrija tal-Unjoni hija vertikalment integrata u parti sostanzjali mill-produzzjoni tagħha tintuża tabilħaqq għall-użu ristrett tagħha. Madankollu, il-proporzjon tal-bejgħ għall-użu ħieles u ristrett mhuwiex parametru stabbli u l-iżviluppi reċenti wrew li l-użu ristrett ma jistax jeżisti waħdu mingħajr il-bejgħ ħieles ta’ fosforu abjad. |
(156) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott investigat li joriġina mill-Kazakistan, tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
3. L-INTERESS TAL-UTENTI
3.1. Ġenerali
(157) |
Wara n-notifika ta’ tnedija, ‘il fuq minn tletin parti identifikaw lilhom infushom u ddikjaraw l-interess tagħhom fil-proċediment. L-investigazzjoni żvelat li l-partijiet li identifikaw lilhom infushom kienu fil-biċċa l-kbira utenti; xi wħud minnhom jimportaw il-prodott ikkonċernat huma stess. |
(158) |
Ħdax-il kumpanija kklassifikaw lilhom infushom bħala utenti u mlew il-kwestjonarji. Dawn il-kumpaniji kienu responsabbli għall-maġġoranza kbira tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-PI u għal persentaġġ sinifikanti tal-konsum totali fl-Unjoni. Dawn l-utenti rrappreżentaw kważi l-firxa kompleta tal-prodotti downstream. Għaldaqstant, dawn jikkostitwixxu grupp rappreżentattiv li fuqu l-impatt tal-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jista’ jiġi eżaminat fir-rigward tan-negozju tagħhom tal-prodotti finali li jinkorporaw il-prodott ikkonċernat. |
(159) |
Il-kumpaniji li jifdal kienu utenti li direttament jużaw il-prodott ikkonċernat jew li jużaw il-prodotti downstream li fihom il-prodott ikkonċernat huwa komponent importanti. Billi l-utenti prinċipalment jipproduċu prodotti bażiċi jew intermedji bl-użu tal-prodott ikkonċernat li mbagħad ikompli jiġi trasformat fi prodotti lesti downstream minn utenti oħra, tqies xieraq li l-kumpaniji kollha li identifikaw ruħhom jingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-ideat tagħhom u jissottomettu l-informazzjoni, anki jekk dawn ma kinux utenti diretti. |
3.2. L-impatt fuq l-utenti
3.2.1. Ġenerali
(160) |
Essenzjalment, l-utenti tal-prodott ikkonċernat jistgħu jinqasmu f’żewġ taqsimiet: derivati tal-aċidi (notevolment il-produzzjoni tal-aċidu fosforiku) u derivati mhux tal-aċidi (bħall-fosforu pentasulfid, il-fosforu triklorid, il-fosforu aħmar, sustanzi li jtaffu t-tixrid tan-nar). Barra minn hekk tqiesu wkoll l-utenti tal-prodotti downstream. |
3.2.2. It-taqsima tad-derivati tal-aċidi
(161) |
It-taqsima tad-derivatvi tal-aċidi tittratta prinċipalment il-produzzjoni tal-aċidu fosforiku termali u d-derivati tiegħu fl-additivi tal-ikel. Is-sehem tal-prodott ikkonċernat fil-prodotti lesti ta’ din it-taqsima huwa għoli fir-rigward tal-fatturat totali. Barra minn hekk, l-ispiża tal-prodott ikkonċernat b’rabta mal-ispiża tal-prodotti lesti instab li hija sinifikanti. Dan minħabba l-fatt li l-proċess tal-produzzjoni ta’ dawn l-utenti jeħtieġ kontribut addizzjonali limitat, minbarra l-materja prima prinċipali, jiġifieri l-fosforu abjad. |
(162) |
Meta jitqies li ntqal hawn fuq, jista’ jkun mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri jkollha impatt sostanzjali fuq l-utenti f’din it-taqsima. Għalkemm l-investigazzjoni wriet li l-utenti f’din it-taqsima kellhom profitti kbar tul l-IP, il-profittabbiltà tagħhom varjat konsiderevolment bejn l-2008 u l-PI, u laħqet livell ħafna aktar baxxi fis-snin qabel il-PI. Barra minn hekk, intqal li kwalunkwe dazju ma jistax jiġi mgħoddi lill-konsumaturi tagħhom. Fid-dawl ta’ li ntqal hawn fuq, huwa mistenni li dazju tal-anti-dumping tabilħaqq ikollu effett sinifikanti fuq il-profittabbiltà tal-utenti fit-taqsima tad-derivati tal-aċidu, li tista’ saħansitra tinbidel f’telf u fl-aħħar mill-aħħar tiġi mhedda l-eżistenza tagħhom. |
(163) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, utent qal li l-prodott manifatturat mill-industrija tal-Unjoni huwa aktar pur mill-prodott li ġeneralment jintuża fit-taqsima tad-derivati tal-aċidu. Il-prodott ikkonċernat importat mill-Kazakistan kien inqas pur u aktar adattat biex jintuża fit-taqsima tad-derivati tal-aċidu. Għaldaqstant, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx ikkunsidrata bħala fornitur alternattiv f’din it-taqsima. |
(164) |
Dan l-argument tressaq biss fi stadju tard ħafna tal-proċediment. Il-parti kkonċernata ma sostniex l-allegazzjonijiet ta’ hawn fuq b’evidenza. Barra minn hekk, ma kkuntestawx li kif ġie konkluż fil-premessi ta’ hawn fuq (13) sa (17), il-fosforu abjad prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-fosforu abjad prodott fil-pajjiż ikkonċernat u esportat lejn l-Unjoni, kellhom l-istess karatteristiċi u użi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi. Għaldaqstant, dan l-argument ġie irrifjutat. |
3.2.3. It-taqsima ta’ derivati mhux tal-aċidu
(165) |
It-taqsima tad-derivati mhux tal-aċidi tittratta firxa usa’ ta’ prodotti li jvarjaw fl-applikazzjoni tagħhom bħalma huma sustanzi li jtaffu t-tixrid tan-nar, it-trattament tal-ilma, addittivi ta’ lubrikazzjoni tal-karozzi, il-prodotti farmaċewtiċi u l-prodotti kimiċi agrikoli. Il-Kost tal-prodott ikkonċernat b’rabta mal-kost totali tal-prodott lest tvarja konsiderevolment bejn dawk l-utenti li jiddependu fuq il-prodott downstream manifatturat. |
(166) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, ċerti utenti provdew tqassim aktar iddettaljat tal-kostijiet tagħhom u, b’mod partikolari, tal-kost tal-prodott ikkonċernat fil-kostijiet globali tagħhom. Iċ-ċifri mogħtija fil-kwestjonarju kienu rrappurtati fuq bażi aggregata u wrew li l-fosforu abjad jirrappreżenta minn inqas minn 5 % sa madwar 30 % tal-kost tal-prodotti lesti. Madankollu, l-informazzjoni mogħtija wara l-iżvelar indikat li għal ċerti tipi ta’ prodotti speċifiċi dawn il-kostijiet jistgħu jkunu konsiderevolment ogħla. |
(167) |
L-utenti f’din it-taqsima kellhom varjetà akbar ta’ fornituri u ma kinux jiksbu l-fosforu abjad esklussivament mill-Kazakistan. |
(168) |
L-utenti f’din it-taqsima pproduċew wkoll firxa usa’ ta’ prodotti u l-importanza tal-prodotti lesti li jinkorporaw il-fosforu abjad fin-negozju totali, għaldaqstant, varjat bejn anqas minn 5 % u ‘l fuq minn 75 %. Il-profittabbiltà tal-prodott lest li jinkorpora l-fosforu abjad varjat u laħqet sa aktar minn 10 %. Ġeneralment jiġi osservat li għall-kumpaniji fejn il-livelli tal-profitt kienu aktar baxxi l-importanza tal-prodotti li jinkorporaw il-fosforu abjad b’rabta mal-fatturat totali min-negozju globali kienet baxxa wkoll. Għaldaqstant, f’tali każijiet l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri kien mistenni li jkun limitat, iżda mhux negliġibbli, jekk wieħed jassumi li l-utenti f’din it-taqsima ma jkunux jistgħu jgħaddu kwalunkwe żieda fil-prezz lill-klijenti tagħhom downstream u li l-Kazakistan se jkun l-uniku fornitur tagħhom. |
3.2.4. L-utenti downstream
(169) |
L-impatt tad-dazju fuq l-utenti downstream se jkompli jittaffa billi dan għandu biss impatt marġinali fuq il-kost tal-produzzjoni. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-utenti downstream li kkooperaw kellhom marġini ta’ qligħ li jlaħħqu sa aktar minn 15 %. Barra minn hekk, peress li l-utenti diretti sostnew li mhux se jkunu jistgħu jgħaddu kwalunkwe żieda fil-prezzijiet lill-klijenti downstream tagħhom, mhuwiex ċert jekk wara kollox hux se jkun hemm impatt. |
(170) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, utent downstream qal li, b’kuntrast mal-konklużjonijiet fil-premessa (169) ta’ hawn fuq, l-impożizzjoni tad-dazji tal-anti-dumping taffettwahom billi l-fornituri tagħhom jgħaddulhom iż-żieda fil-kost. Madankollu, din il-kumpanija ma pprovdietx dejta li setgħet tikkonferma din l-allegazzjoni u, għaldaqstant, dan l-argument ġie rrifjutat. |
(171) |
Abbażi ta’ dan, ġie konkluż li d-dazji tal-anti-dumping ikollhom biss impatt limitat ħafna, jekk fuq kollox ikun hemm impatt, fuq il-profittabbiltà tal-utenti downstream. |
3.2.5. Il-kompetizzjoni fis-suq tad-derivati
(172) |
Għadd ta’ utenti qalu li kieku jiġu imposti l-miżuri, huma jitilfu l-kompetittività fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ derivati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Madankollu, ma ngħatat l-ebda evidenza f’dan ir-rigward. |
(173) |
F’dan ir-rigward, huwa nnutat li d-dazju tal-anti-dumping jimmira li jerġa’ joħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-fosforu abjad fl-Unjoni. Ma kienx hemm evidenza ta’ sostenn li l-importazzjonijiet tad-derivati tal-fosforu abjad mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kienu żdiedu konsiderevolment tul is-snin li għaddew jew li jiżdiedu fil-futur qarib. Barra minn hekk, ma kienx hemm evidenza fil-fajl li turi l-kundizzjonijiet li tali importazzjonijiet jsiru fihom jew b’liema livelli ta’ prezzijiet. Abbażi ta’ dan, dan l-argument ġie rrifjutat. |
3.2.6. L-impjiegi
(174) |
Ċerti partijiet interessati qalu li l-għadd ta’ ħaddiema impjegati fl-industrija tal-utenti bħala totali huwa ħafna akbar minn dak tal-industrija tal-Unjoni u li, għaldaqstant, l-impożizzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping tmur kontra l-interess ġenerali tal-Unjoni. |
(175) |
Huwa nnutat li l-analiżi tal-interess tal-Unjoni mhix limitata għal paragun sempliċi tal-għadd ta’ ħaddiema tal-industrija tal-Unjoni, minn naħa waħda u l-industrija tal-utenti, min-naħa l-oħra. Għaldaqstant, il-fatt biss li l-utenti għandhom għadd ogħla ta’ impjegati mhuwiex biżżejjed biex jiġi konkluż li l-miżuri jkunu kontra l-interess ġenerali tal-industrija tal-Unjoni. Aktar milli hekk, l-impatt tal-impożizzjoni jew in-nuqqas ta’ impożizzjoni tal-miżuri fuq l-attivitajiet kummerċjali u l-profittabbiltà tal-utenti kkonċernati, minn naħa waħda, u l-industrija tal-Unjoni min-naħa l-oħra, huwa investigat. Għaldaqstant, dan l-argument ġie irrifjutat. |
3.2.7. Konklużjoni
(176) |
L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li l-impożizzjoni tal-miżuri se taffettwa lill-utenti fiż-żewġ taqsimiet, madankollu b’impatt anqas fit-taqsima tad-derivati mhux tal-aċidu. Partikolarment, il-fosforu abjad jikkostitwixxi parti kbira tal-kost tal-produzzjoni tat-taqsima tad-derivati tal-aċidu u, għaldaqstant, kull dazju jkollu effett sinifikanti fuq il-kostijiet u l-profittabbiltà tagħhom. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-eżistenza tal-utenti f’din it-taqsima tkun ipperikolata jekk jiġu imposti l-miżuri. |
4. L-INIZJATTIVA TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IL-MATERJA PRIMA
(177) |
Ċerti partijiet interessati sostnew li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun f’kontradizzjoni ma’ “l-inizjattiva tal-materja prima” (3) tal-Unjoni Ewropea stabbilita biex tippromwovi fost l-oħrajn il-provvista sostenibbli tal-materja prima kif ukoll l-effiċjenza tar-riżorsi. Madankollu, l-inizjattiva tal-materja prima mhix xkiel għall-impożizzjoni tal-miżuri tal-anti-dumping, li għandha l-għan li terġa’ tintroduċi kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u b’hekk tindirizza l-kompetizzjoni inġusta kkawżata mill-prattiki tad-dumping. |
(178) |
Fi kwalunkwe każ, jidher li f’suq li huwa karatterizzat minn ftit produtturi madwar id-dinja, iż-żamma tal-eżistenza tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ materja prima importanti tkun kompletament konformi mal-għan li tiġi żgurata provvista sostenibbli ta’ materja prima lejn is-suq tal-Unjoni. |
5. IL-KWISTJONIJIET DWAR IL-KOMPETIZZJONI
(179) |
Ċerti partijiet interessati sostnew li l-impożizzjoni tal-miżuri twassal għal abbuż ta’ pożizzjoni dominanti mill-industrija tal-Unjoni billi s-suq tal-Unjoni jingħalaq għall-provvista minn sorsi oħra. Dan l-argument kien appoġġjat mill-allegazzjoni li fil-passat, l-industrija tal-Unjoni użat l-introduzzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet miċ-Ċina biex tgħolli l-prezzijiet tagħha fis-suq tal-Unjoni. Madankollu ma ngħatat l-ebda evidenza ta’ abbuż tal-pożizzjoni dominanti. |
(180) |
Mill-premessa ta’ hawn fuq, ta’ min ifakkar li s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas konsiderevolment matul il-perjodu kkunsidrat. Għall-kuntrarju, is-sehem tas-suq tal-produttur esportatur fis-suq ħieles żdied sostanzjalment u bħalissa huwa definittivament l-akbar fornitur fis-suq tal-Unjoni. |
(181) |
Barra minn hekk, il-livelli tat-twaqqigħ tal-prezzijiet ikkalkulati f’din l-investigazzjoni (71) kienu ogħla mil-livell ta’ dumping misjub, (il-premessa (48) ta’ hawn fuq) u dan wera li anki bl-impożizzjoni tal-miżuri tal-anti-dumping, bl-applikazzjoni tar-regola tal-inqas dazju, il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Kazakistan x’aktarx li jibqgħu anqas mill-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Huwa għalhekk improbabbli li l-importazzjonijiet ikollhom jitwaqqfu bħala konsegwenza tal-miżuri. |
(182) |
Ta’ min ifakkar ukoll li l-fosforu abjad mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam ġie impurtat fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kollu, minkejja r-restrizzjonijiet tal-esportazzjoni fis-seħħ fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u x’aktarx se jkompli. |
(183) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, diversi partijiet interessati qalu li l-impożizzjoni tad-dazju żżid il-kost tal-utenti, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni fis-suq tad-derivati (użu ristrett) ma tkunx affettwata bl-istess mod mid-dazju. Dan joħloq vantaġġ kompetittiv għall-industrija tal-Unjoni fis-suq tad-derivati u x’aktarx, iwassal għal pożizzjoni dominanti tal-industrija tal-Unjoni fis-suq downstream. Madankollu, kif diġà ġie deskritt hawn fuq fil-premessa (181), il-livelli tat-twaqqigħ tal-prezzijiet ikkalkulati f’din l-investigazzjoni kienu ogħla mil-livell ta’ dumping misjub, u dan indika li anki bl-impożizzjoni tal-miżuri tal-anti-dumping, bl-applikazzjoni tar-regola tal-inqas dazju, il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Kazakistan x’aktarx li jibqgħu aktar baxxi mill-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles u ristrett. Konsegwentement, l-argument li l-impożizzjoni tal-miżuri twassal għal abbuż tal-pożizzjoni dominanti mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tad-derivati, għandu jiġi rrifjutat. |
(184) |
Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, jista’ għalhekk jiġi konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping ma jkollhiex effett ta’ distorsjoni fuq is-suq tal-Unjoni. |
6. IL-BILANĊ KUMMERĊJALI BEJN IL-KAZAKISTAN U L-UNJONI
(185) |
Il-produttur esportatur li kkoopera sostna li huwa importatur ewlieni ta’ tagħmir u makkinarju għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Unjoni. F’dan ir-rigward, tressaq l-argument li jekk jiġu imposti l-miżuri tal-anti-dumping, dawn jaffettwaw il-bilanċ kummerċjali bejn l-Unjoni u l-Kazakistan peress li l-produttur esportatur li kkoopera jieqaf jimporta dan it-tagħmir mill-Unjoni. |
(186) |
L-għan tal-impożizzjoni tal-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ huwa li jirrimedja l-prattiki kummerċjali inġusti u ma għandu l-ebda rabta max-xiri ta’ makkinarju u tagħmir għall-manifattura tal-prodott ikkonċernat. Dan l-argument għalhekk għandu jitqies irrilevanti fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni dwar l-anti-dumping. |
7. L-ISKEMA ĠENERALIZZATA TA’ PREFERENZI
(187) |
Wara l-iżvelar tad-dokument informattiv, diversi partijiet interessati qalu li l-impatt fuq l-utenti se jkompli jiżdied billi l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, barra minn dazju possibbli tal-anti-dumping, se jkunu suġġetti wkoll għad-dazju doganali normali mill-1 ta’ Jannar 2014. |
(188) |
Huwa nnutat li tabilħaqq skont l-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi (GSP) il-ġdida tal-Unjoni Ewropea, li mistennija tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014, il-Kazakistan mhux se jibqa’ mniżżel bħala pajjiż benefiċjarju. Għaldaqstant, mill-1 ta’ Jannar 2014 u sakemm tibqa’ teżisti din is-sitwazzjoni, l-importazzjonijiet tal-Kazakistan tal-fosforu abjad se jkunu suġġetti għal rata ta’ dazju normali ta’ 5,5 %. |
(189) |
Madankollu, l-iżviluppi futuri ma jistgħux jitqiesu fl-analiżi, billi l-impatt preċiż tagħhom fuq il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-importazzjoni u l-effett ta’ tali żviluppi fuq is-suq tal-Unjoni ma jistax jiġi evalwat à priori. Għaldaqstant, ma jistgħux isiru konklużjonijiet definittivi abbażi ta’ dan. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rrifjutat. |
8. IL-KONKLUŻJONI DWAR L-INTERESS TAL-UNJONI
(190) |
Jekk il-miżuri ma jiġux imposti, hemm probabbiltà kbira li l-produzzjoni tal-fosforu abjad fl-Unjoni u l-produzzjoni tad-derivati mill-industrija tal-Unjoni ma jerġgħux jinbdew. Min-naħa l-oħra, kif intqal ukoll minn ċerti partijiet interessati, l-impożizzjoni tal-miżuri jista’ jkun li ma tipprovdix biżżejjed għajnuna lill-industrija tal-Unjoni, billi l-importazzjonijiet mill-Kazakistan, anki meta jiġu soġġetti għad-dazji, jibqgħu aktar kompetittivi fir-rigward ta’ prezzijiet mill-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk ma tiggarantixxix li l-Unjoni tkun tista’ tirrimedja s-sitwazzjoni fraġli tagħha. |
(191) |
B’kuntrast ma’ dan, instab li l-utenti fit-taqsima tad-derivati tal-aċidu jkunu milqutin severament mill-miżuri, u f’ċerti każijiet anki l-vijabbiltà tagħhom tista’ tkun ipperikolata, billi ma jkunux jistgħu jassorbu ż-żieda fil-kostijiet u jkomplu jkunu kompetettivi fis-suq downstream. Dan jista’ jwassal biex il-produtturi downstream f’din it-taqsima jitwaqqfu. |
(192) |
Barra minn hekk, filwaqt li l-investigazzjoni żvelat li l-impatt tal-miżuri fit-taqsima tad-derivati mhux tal-aċidu kien mistenni li, b’mod ġenerali, ma jkunx daqshekk kbir meta mqabbel mat-taqsima tad-derivati tal-aċidu, ċerti utenti speċifiċi f’din it-taqsima jistgħu jkunu affettwati b’mod aktar sinifikanti skont il-prodott downstream speċifiku mmanifatturat minnhom. B’mod ġenerali, l-impatt tad-dazju f’din it-taqsima ma jistax jitqies bħala wieħed negliġibbli. |
(193) |
Għandu jiġi nnutat li l-utenti li kkooperaw provdew l-informazzjoni neċessarja f’dan il-proċediment, irrappreżentaw kważi l-importazzjonijiet kollha mill-pajjiż ikkonċernat u proporzjon għoli ħafna ta’ konsum ta’ fosforu abjad fis-suq ħieles. Huma kienu totalment kontra l-impożizzjoni ta’ dazju tal-anti-dumping, minħabba l-impatt fuq il-kostijiet tagħhom li huma wrew li jista’ jew ma jistax jiġi rifless kompletament fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom u li għalhekk iwassal għal tendenza negattiva tas-sistwazzjoni ekonomika u finanzjarja tagħhom, bi twaqqif possibbli tal-produzzjoni tagħhom. |
(194) |
Dan iseħħ prinċipalment minħabba li l-fosforu abjad huwa riżors li, għal kważi l-utenti kollha li identifikaw ruħhom, huwa meqjus bħala materja prima tassew importanti fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom, u jirrappreżenta parti kunsiderevoli mill-kost tal-produzzjoni totali tagħhom, kif intqal hawn fuq fil-premessi (161) u (166). Kull dazju tal-anti-dumping għalhekk ikollu impatt dirett u importanti fuq il-kostijiet tagħhom, filwaqt li ż-żidiet fil-kostijiet ma jistgħux jingħaddew mal-industriji downstream. |
(195) |
Kif issemma fil-premessa (190) hawn fuq, il-benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni minn impożizzjoni ta’ dazju tal-anti-dumping, jibqa’ wieħed dubjuż. Dan minħabba s-sitwazzjoni tranżitorja li qiegħda fiha bħalissal-industrija tal-Unjoni u minħabba l-inċertezza tal-iżvilupp futur tagħha, kif ukoll il-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Kazakistan jistgħu probabbilment jibqgħu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, anki jekk jiġu imposti l-miżuri tal-anti-dumping. F’dawn iċ-ċirkostanzi, kien ikkunsidrat li l-effett negattiv probabbli ta’ kwalunkwe dazju tal-anti-dumping fuq l-industriji downstream, ikun ħafna akbar mill-effetti pożittivi mistennija tad-dazju fuq l-industrija tal-Unjoni. |
(196) |
Abbażi ta’ li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li l-impatt negattiv tal-miżuri fuq l-utenti huwa aktar sinifikanti mill-benefiċċju totali għall-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, f’dan il-każ, huwa kkunsidrat li minkejja l-konklużjoni dwar id-dumping ta’ dannu, jista’ jiġi konkluż b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tadotta l-miżuri tal-anti-dumping. |
G. PROPOSTA GĦAL TMIEM IL-PROĊEDIMENT
(197) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqin hawn fuq fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, skont l-Artikolu 9 u l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-proċediment għandu jintemm mingħajr l-impożizzjoni tal-miżuri. |
(198) |
Il-partijiet kollha kkonċernati ġew infurmati bis-sejbiet finali u l-intenzjoni li l-proċediment jintemm u ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw. Il-kummenti tagħhom tqiesu iżda ma biddlux il-konklużjonijiet milħuqa hawn fuq, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment tal-anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-fosfru abjad, imsejjaħ wkoll fosfru elementali jew fosfru isfar, li joriġina mir-Repubblika tal-Kazakistan, hawnhekk qiegħed jintemm.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi it-Brussell, it-13 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 19.
(3) COM(2008) 699 finali.
Rettifika
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/59 |
Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 758/2011 tal-1 ta’ Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1291/2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 199 tat-2 ta’ Awwissu 2011 )
Fil-paġna 43, fil-punt (3) tal-Anness, dwar l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1291/2009:
minflok:
|
“L-UNGERIJA |
|
764 |
Alföld |
1 016 |
767 |
Dunántúl |
675 |
768 |
Észak-Magyarország |
209 |
Total għall-Ungerija |
1 900 ” |
aqra:
|
“L-UNGERIJA |
|
767 |
Alföld |
1 016 |
768 |
Dunántúl |
675 |
764 |
Észak-Magyarország |
209 |
Total għall-Ungerija |
1 900 ” |