|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2014/256/UE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata (notifikata bid-dokument C(2014) 2774) ( 1 ) |
|
|
|
III Atti oħrajn |
|
|
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
8.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/1 |
DEĊIŻJONI Nru 466/2014/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta' April 2014
li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209 u 212 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1)
Billi:
|
(1) |
Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu ta' finanzjament tal-investiment fl-Unjoni Ewropea, li tibqa' l-kompitu u l-għan prinċipali tiegħu, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra mill-Unjoni b'appoġġ għall-politika esterna tal-Unjoni. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-Unjoni disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkomplementati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi terzi fil-mira. Fit-twettiq ta' dawn l-operazzjonijiet ta' finanzjament, il-BEI jikkontribwixxi indirettament għall-prinċipji ġenerali u l-għanijiet ta' politika tal-Unjoni, li jinkludu t-tnaqqis tal-faqar permezz ta' tkabbir inklużiv u ekonomija sostenibbli, żvilupp ambjentali u soċjali, u l-prosperità tal-Unjoni f'ċirkostanzi ekonomiċi globali li qegħdin jinbidlu. |
|
(2) |
L-Artikolu 209(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew (TFUE), flimkien mal-Artikolu 208 tiegħu, jipprevedi li l-BEI għandu jikkontribwixxi, skont it-termini stipulati fl-Istatut tiegħu, għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġu promossi l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp. |
|
(3) |
Bil-ħsieb ta' appoġġ għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, u sabiex il-BEI ikun jista' jiffinanzja investimenti barra mill-Unjoni mingħajr ma jaffettwa l-affidabbiltà kreditizja tal-BEI, il-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet tiegħu bbenefikaw minn garanzija baġitarja tal-UE (“garanzija tal-UE”) amministrata mill-Kummissjoni. Dan ikompli jappoġġa l-affidabbiltà kreditizja tal-BEI għas-swieq finanzjarji, li hi ta' importanza kbira. |
|
(4) |
L-aktar garanzija reċenti tal-BEI għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI ffirmata matul il-perijodu mill-1 ta' Frar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għall-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, għandha tiġi stabbilita garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI barra mill-Unjoni b'appoġġ għall-politika tal-Unjoni. |
|
(5) |
Il-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (“Fond ta' Garanzija”), stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (3), jipprevedi riżerva ta' likwidità għall-baġit tal-Unjoni għat-telf imġarrab mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI u mill-assistenza makrofinanzjarja u s-self tal-Euratom barra mill-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Għandha tiġi stabbilita lista ta' pajjiżi potenzjalment eliġibbli għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE. Huwa wkoll xieraq li tiġi stabbilita lista ta' pajjiżi potenzjalment eliġibbli għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE. |
|
(7) |
Il-Butan għandu jiżdied mal-lista ta' pajjiżi li huma effettivament eliġibbli għall-finanzjament tal-BEI u l-Mjanmar/Burma għandu jiżdied maż-żewġ listi wara l-iżviluppi reċenti li ppermettew li l-Unjoni tiftaħ kapitlu ġdid fir-relazzjonijiet tagħha mal-Butan u l-Mjanmar/Burma sabiex jingħata appoġġ għar-riformi politiċi u ekonomiċi li għaddejjin bħalissa fiż-żewġ pajjiżi. |
|
(8) |
Sabiex jiġu riflessi żviluppi ta' politika sinifikanti, il-lista tal-pajjiżi attwalment eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE għandha tiġi riveduta kif ikun meħtieġ u l-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-emendi għall-Anness III. L-emendi tal-Kummissjoni fl-Anness III għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni kumplessiva inklużi l-aspetti ekonomiċi, soċjali, ambjentali u politiċi, b'mod partikolari dawk relatati mad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell espert. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti kollha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(9) |
Sabiex tiġi koperta l-evoluzzjoni potenzjali tal-ħtiġijiet ta' proviżjonament reali tal-Fond ta' Garanzija skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009, il-limitu massimu tal-garanzija tal-UE għandu jinqasam f'limitu fiss ta' ammont massimu ta' EUR 27 000 000 000 u ammont addizzjonali opzjonali ta' EUR 3 000 000 000. Il-provvediment tal-Fond ta' Garanzija fil-baġit ġenerali tal-Unjoni (intestatura baġitarja 01 03 06) isir ex post abbażi taċ-ċifri tal-eżitu għal self estern garantit pendenti fl-aħħar tas-sena n-2. Fid-dawl tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, ir-“rimborżi” li ġejjin minn kapital ta' riskju u self ta' investiment Mediterranji taħt operazzjonijiet konklużi qabel l-2007 bl-użu tal-fondi baġitarji tal-Unjoni ġew akkumulati f'kont fiduċjarju stabbilit għall-Faċilità Ewro-Mediterranja ta' Investiment u Sħubija (FEMIP). Parti minn dawn ir-rimborżi għandhom jintużaw għall-Fond ta' Garanzija, bħala miżura eċċezzjonali biex jiġi żgurat li l-limiti tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI taħt din id-Deċiżjoni jinżammu fil-livell adatt għall-perijodu 2014-2020. Il-fondi li jibqgħu għandhom jingħataw lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
|
(10) |
Kwistjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati għall-attivazzjoni b'mod sħiħ jew parzjali tal-ammont addizzjonali opzjonali għandhom jinkludu: il-progress fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni mill-BEI, b'mod partikolari r-riżultati tal-operazzjonijiet tal-BEI bbażati fuq l-informazzjoni, fost l-oħrajn mill-qafas għall-Kejl tar-Riżultati (REM, Results Measurement framework), inkluż l-impatt ta' żvilupp; il-ħtiġijiet ta' proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija b'kont meħud tal-ammonti pendenti tal-passat u l-futur dwar l-attivitajiet kollha koperti mill-Fond ta' Garanzija; is-sitwazzjoni makroekonomika, finanzjarja u politika tar-reġjuni u l-pajjiżi eliġibbli fil-mument tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu. |
|
(11) |
L-ammonti koperti mill-garanzija tal-UE f'kull reġjun għandhom ikomplu jirrappreżentaw limiti għall-finanzjament mill-BEI skont il-garanzija tal-UE u mhux il-miri li meħtieġ li jilħaq il-BEI. Il-limiti għandhom jiġu evalwati bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari fid-dawl tal-bidliet possibbli għal-lista ta' reġjuni u pajjiżi effettivament eliġibbli għall-finanzjament tal-BEI. |
|
(12) |
L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji tal-pajjiż benefiċjarju stess. F'dan l-isfond, sabiex tiżdied il-koerenza u l-attenzjoni tal-attività ta' finanzjament estern tal-BEI fuq l-appoġġ tal-politika tal-Unjoni, u biex il-benefiċjarji jiksbu l-akbar benefiċċju possibbli, id-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tistabbilixxi għanijiet ġenerali għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fir-reġjuni u l-pajjiżi eliġibbli kollha, jiġifieri l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari b'appoġġ għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs), l-infrastruttura soċjali u ekonomika u l-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, biex b'hekk tibni fuq il-vantaġġi komparattivi tal-BEI f'oqsma fejn għandu rekord tajjeb ferm. Dawn l-għanijiet għandhom jinżammu f'din id-Deċiżjoni biex ikomplu jippromwovu tkabbir sostenibbli u ħolqien tal-impjiegi. |
|
(13) |
It-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, inklużi l-SMEs mill-Unjoni li jinvestu fir-reġjuni koperti b'din id-Deċiżjoni, jista' jkollu rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. Sabiex il-BEI jilħaq lill-SMEs b'mod effettiv, il-finanzjament tal-operazzjonijiet għandu jkun orjentat lejn ir-riżultati. Fejn possibbli, il-BEI għandu jinvesti fir-riċerka u l-innovazzjoni mill-SMEs bħala mezz ta' appoġġ għall-iżvilupp lokali. Il-BEI għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali fil-pajjiżi eliġibbli, li għandhom ikunu integrati fl-ekonomija lokali, b'mod partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji tingħata lill-klijenti tagħhom u li jiġi pprovdut valur miżjud meta mqabbel ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Il-BEI għandu wkoll, sa fejn ikun possibbli, iżid id-diversifikazzjoni tas-sħab finanzjarji tiegħu fil-pajjiżi fejn jopera. Fl-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta, il-BEI għandu jivvaluta jekk l-operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw lill-SMEs permezz ta' intermedjarju finanzjarju jikkonformawx mal-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali, mar-REM u mal-istandards tal-BEI. Il-BEI għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta' rappurtar biex jiżgura li l-fondi ddedikati lill-SMEs jintużaw għall-benefiċċju tagħhom. Il-BEI għandu jipprovdi rapport ikkonsolidat dwar il-finanzjament tal-SMEs skont id-Deċiżjoni bħala parti mill-kontribut tiegħu għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu. |
|
(14) |
Il-kopertura tal-garanzija tal-UE, li hija limitata għal riskji ta' natura sovrana u politika, mhijiex biżżejjed fiha nnifisha biex tiżgura attività sinifikanti tal-BEI b'appoġġ għall-mikrofinanzjament. Għalhekk din l-attività, fejn xieraq, għandha titwettaq b'rabta mar-riżorsi baġitarji disponibbli taħt strumenti oħrajn u permezz ta' istituzzjonijiet intermedjarji inkluż fil-livell lokali bħala mezz ta' promozzjoni tat-tkabbir u biex isir kontribut indirettament għat-tnaqqis tal-faqar f'pajjiżi iktar fqar. |
|
(15) |
Il-BEI għandu jkompli jiffinanzja proġetti ta' investiment fl-oqsma tal-infrastruttura soċjali, ambjentali, u ekonomika, inkluż it-trasport u l-enerġija, u għandu jikkunsidra li tiżdied l-attività tiegħu b'appoġġ għall-infrastruttura tas-saħħa u l-edukazzjoni fejn ikun hemm valur miżjud ċar f'dan. |
|
(16) |
Biex tissaħħaħ id-dimensjoni tat-tibdil fil-klima tal-garanzija tal-UE, għandha tiġi introdotta mira għall-volum kumplessiv tal-operazzjonijiet u sistema li tippermetti li jiġu evalwati ex ante l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra ta' proġetti appoġġati bil-garanzija tal-UE. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI b'appoġġ għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima għandhom jirrappreżentaw tal-inqas 25 % mill-operazzjonijiet ta' finanzjament totali tal-BEI biex ikomplu jippromwovu l-miri klimatiċi tal-Unjoni fuq skala globali. Il-BEI għandu jipprovdi l-ħila esperta teknika tiegħu f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni b'appoġġ għall-kontropartijiet pubbliċi u privati li jibbenefikaw mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI sabiex jindirizzaw l-isfida tal-tibdil fil-klima u jużaw bl-aħjar mod possibbli l-finanzjament disponibbli. Il-finanzjament konċessjonali għandu jkun disponibbli għal proġetti ta' mitigazzjoni u adattament. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom, meta jkun possibbli u xieraq, jiġu komplementati minn fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni permezz tat-taħlit effiċjenti u adatt ta' għotjiet u ta' self għall-finanzjament marbut mat-tibdil fil-klima fil-kuntest tal-assistenza esterna tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, ir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandu jinkludi rapport dettaljat dwar l-istrumenti finanzjarji użati għall-finanzjament ta' dawn il-proġetti, li jidentifika l-ammonti tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI u l-ammonti korrispondenti tal-għotjiet. |
|
(17) |
Fl-oqsma koperti mill-għanijiet ġenerali, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi, b'mod partikolari l-integrazzjoni ekonomika bejn il-Pajjiżi fil-fażi ta' qabel l-adeżjoni, il-Pajjiżi tal-Viċinat u l-Unjoni, għandha tkun għan bażiku għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI. F'dak il-kuntest, il-BEI għandu jkun kapaċi jappoġġa l-pajjiżi sħab f'oqsma koperti mill-għanijiet ġenerali permezz ta' investimenti diretti barranin minn kumpanniji fl-Unjoni li jippromwovu l-integrazzjoni ekonomika fl-Unjoni u li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija u l-għarfien, dment li tingħata kunsiderazzjoni adatta matul id-diliġenza dovuta tal-proġetti ta' investiment sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji li l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI jwasslu għal riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi fl-Unjoni. Il-BEI għandu wkoll jiġi mħeġġeġ jappoġġa l-investiment dirett barrani fil-pajjiżi sħab minn kumpanniji tal-Unjoni għar-riskju tiegħu stess, b'kont meħud tal-kapaċità tal-BEI li jindirizza r-riskji. |
|
(18) |
Il-BEI għandu regolarment jagħmel evalwazzjonijiet ex post jew ta' nofs it-terminu tal-attivitajiet appoġġati skont din id-Deċiżjoni bil-għan li jivvaluta r-rilevanza, il-prestazzjoni u l-effetti ta' żvilupp tagħhom u biex jidentifika l-aspetti li jistgħu jtejbu l-attivitajiet futuri. Tali evalwazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għall-għoti ta' rendikont u l-analiżi tas-sostenibbiltà. |
|
(19) |
Il-miżuri prattiċi biex issir rabta bejn l-għanijiet ġenerali tal-garanzija tal-UE u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali. Tali linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni inkluż il-prinċipju ta' differenzjar fil-Politika Ewropea tal-Viċinat. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu riveduti wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u aġġornati ulterjorment wara r-reviżjoni ta' nofs it-terminu sabiex isir adattament għall-iżviluppi fil-politika u l-prijoritajiet esterni tal-Unjoni. L-aġġornament tal-linji gwida tekniċi operattivi reġjonali għandhom fost konsiderazzjonijiet oħrajn jieħdu kont tal-iżviluppi rilevanti fil-pajjiżi eliġibbli. |
|
(20) |
F'konformità mal-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-TFUE, l-applikazzjonijiet li jsiru direttament lill-BEI għal operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li għandhom isiru skont din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għal opinjoni dwar il-konformità mal-leġiżlazzjoni u l-politika rilevanti tal-Unjoni. Fil-każ tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jaqgħu taħt din id-Deċiżjoni, fejn il-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva dwar kwalunkwe operazzjoni ta' dan it-tip, dik l-operazzjoni m'għandhiex tkun koperta mill-garanzija tal-UE. |
|
(21) |
Filwaqt li l-aspett b'saħħtu tal-BEI jibqa' l-mudell distintiv tiegħu ta' bank ta' investiment ta' sjieda pubblika li għandu l-mandat li jipprovdi self fit-tul sabiex jintlaħqu l-miri politiċi stabbiliti mill-azzjonisti tiegħu, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-TUE, li jiġu kkonsolidati u appoġġati d-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-impenji u tal-ftehimiet internazzjonali, inkluż il-ftehimiet ambjentali li l-Unjoni hija parti minnhom. B'mod partikolari, il-BEI għandu jikkontribwixxi għal kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma' pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 212 TFUE. Barra minn hekk, l-azzjonijiet tal-BEI għandhom jikkonformaw mal-liġi internazzjonali, inkluż ir-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. L-azzjonijiet tal-BEI għandhom ukoll jikkonformaw mal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f'Materji Ambjentali (Konvenzjoni ta' Aarhus) fl-istadji rilevanti taċ-ċiklu tal-proġett. B'rabta mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom irawmu l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tagħhom, partikolarment f'dawk il-pajjiżi l-aktar żvantaġġati fosthom, l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tagħhom fl-ekonomija dinjija kif ukoll il-konformità mal-għanijiet approvati mill-Unjoni fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn. Filwaqt li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jippromwovi l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp f'konformità mal-Artikolu 209(3) tat-TFUE, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex indirettament jappoġġa l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tal-2015 tan-Nazzjonijiet Uniti, u wara l-2015 li jintlaħaq kwalunkwe għan ta' żvilupp ġdid li jista' jimmodifika jew jissostitwixxi l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv. |
|
(22) |
L-attività tal-BEI skont din id-Deċiżjoni għandha tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, tal-Aġenda għall-Bidla u tal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna deskritti fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005, l-Aġenda ta' Accra għall-Azzjoni tal-2008 u l-Ftehim ta' Sħubija ta' Busan tal-2011. Barra minn hekk, din għandha tkun koerenti wkoll mal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012 u ftehimiet ambjentali internazzjonali inklużi impenji dwar il-bijodiversità. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta' għadd ta' miżuri konkreti, b'mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-BEI li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali, u tal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u r-riskji marbutin mal-kunflitti, u billi tiġi promossal-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. F'dan il-kuntest, il-BEI għandu jimplimenta u jkompli jiżviluppa r-REM tiegħu li jipprovdi sett dettaljat ta' indikaturi ta' prestazzjoni li jkejlu l-impatt ekonomiku, ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu matul iċ-ċiklu kollu tal-proġett tal-BEI. L-implimentazzjoni tar-REM għandha tiġi evalwata bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' din id-Deċiżjoni. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' proġett ta' investiment, il-BEI għandu, meta jkun xieraq u f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni u l-aħjar prattiki internazzjonali, kif ukoll id-Dritt tal-Unjoni u d-Dritt nazzjonali tal-pajjiż benefiċjarju, jirrikjedi li l-promotur tal-proġett ta' investiment iwettaq konsultazzjonijiet lokali u jiżvela r-riżultati tagħhom lill-pubbliku sabiex jittieħed kont tal-impatt tal-proġetti fuq il-partijiet interessati rilevanti. Il-BEI għandu jibqa' f'komunikazzjoni mal-promoturi tal-proġetti u mal-benefiċjarji tal-proġetti matul il-proċess kollu ta' programmazzjoni. Il-kuntratti ta' finanzjament ffirmati matul il-perijodu kopert b'din id-Deċiżjoni għal operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jinvolvu kontropartijiet pubbliċi għandhom jinkludu b'mod espliċitu l-possibilità li jissospendu l-ħlasijiet f'każ ta' revoka tal-eliġibbiltà skont din id-Deċiżjoni tal-pajjiż li fih isir il-proġett ta' investiment. |
|
(23) |
Fil-livelli kollha, mill-ippjanar strateġiku 'l fuq (upstream) sal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment 'l isfel (downstream), għandu jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI jikkonformaw mal-politika esterna tal-Unjoni u mal-għanijiet ġenerali stipulati f'din id-Deċiżjoni u jappoġġawhom. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjoni esterna tal-UE, għandu jkompli jissaħħaħ id-djalogu dwar il-politika u l-istrateġija bejn il-Kummissjoni u l-BEI, inkluż is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), filwaqt li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinżammu debitament informati. L-uffiċċji tal-BEI barra mill-Unjoni għandhom, meta jkun possibbli, ikunu jinsabu fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex titrawwem tali kooperazzjoni waqt li jinqasmu l-ispejjeż operattivi. Il-Memorandum ta' Qbil bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment fir-rigward ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni fir-reġjuni koperti mill-Mandat Estern, li ġie rivedut fl-2013 biex jittejbu l-kooperazzjoni u l-iskambju reċiproku bikri tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni, is-SEAE u l-BEI fil-livell operattiv, għandu jibqa' jiġi applikat. Il-kooperazzjoni fil-qafas tal-Memorandum ta' Qbil għandha b'mod partikolari tinkludi reviżjoni regolari tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' differenzjar fil-pajjiżi tal-Viċinat. L-iskambju bikri u sistematiku tal-opinjonijiet bejn il-Kummisjoni u l-BEI, inkluż is-SEAE, skont kif ikun jixraq, għandu importanza partikolari fil-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti tal-programmazzjoni rilevanti sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-attivitajiet tagħhom. Il-kooperazzjoni fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-kwistjonijiet ta' prevenzjoni tal-kunflitti għandhom ukoll jissaħħu. Il-BEI għandu jiġi inkoraġġut jikkoopera mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni matul iċ-ċiklu tal-proġett tal-BEI. |
|
(24) |
Ir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni għandhom ikunu appoġġati b'bosta strumenti, b'mod partikolari mir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-koerenza tal-appoġġ globali tal-Unjoni fir-reġjuni kkonċernati, għandhom jinħatfu l-opportunitajiet biex il-finanzjament tal-BEI jiġi kkombinat mar-riżorsi baġitarji tal-Unjoni meta u fejn ikun xieraq, fl-għamla ta' strumenti finanzjarji previsti fit-Titlu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-assistenza teknika għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġett, permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni II stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), l-Istrument Ewropew tal-Viċinat stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), l-Istrument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), l-Istrument għall-promozzjoni tad-Demokrazija u tad-Drittijiet tal-Bniedem madwar id-dinja stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), l-Istrument li jikkontribwixxi għall-istabbilità u l-paċi stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), u l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 237/2014 (12). B'segwitu għad-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE, il-Kummissjoni stabbilixxiet Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna bil-ħsieb li ttejjeb kemm jista' jkun il-funzjonament tal-mekkaniżmi għat-taħlit tal-għotjiet u s-self barra mill-Unjoni b'mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u s-self tal-BEI rispettivament, u biex isir skambju tal-aħjar prattiki dwar il-governanza u dwar il-kriterji ta' evalwazzjoni fil-livell tal-proġett. Il-parteċipazzjoni tal-BEI u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn fil-mekkaniżmi ta' taħlit għandha tkun kompletament konformi mal-għanijiet esterni, l-effikaċja tal-għajnuna u t-trasparenza tal-Unjoni. |
|
(25) |
Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jkompli jagħmel ħiltu biex itejjeb il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fil-Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna. Din il-kooperazzjoni tinkludi, fejn xieraq, il-kooperazzjoni dwar il-kondizzjonalità tas-settur u d-dipendenza reċiproka fuq proċeduri, l-użu ta' kofinanzjament u l-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna. Tali koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom ifittxu li jimminimizzaw il-possibbiltà ta' spejjeż doppji u duplikazzjoni bla bżonn. Il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' reċiproċità. L-aċċess reċiproku mill-BEI għal strumenti finanzjarji stabbiliti minn istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u internazzjonali oħra għandu jiġi promoss, kif xieraq. Il-Memorandum ta' Qbil tripartitiku bejn il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fir-rigward tal-kooperazzjoni barra mill-Unjoni, li jippermetti li l-Grupp tal-BEI u l-BERŻ jaġixxu b'mod komplementari billi jistrieħu fuq il-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom, ġie aġġornat fl-2012 biex ikopri l-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-BERŻ għar-reġjun tal-Mediterran u għandu jibqa' jiġi applikat. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll meta l-finanzjment tal-BEI jiġi implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u internazzjonali oħrajn. |
|
(26) |
Il-BEI għandu jiġi inkoraġġut ikompli jiffinanzja operazzjonijiet barra mill-Unjoni anki fuq riskju tiegħu stess, inkluż b'appoġġ tal-interessi ekonomiċi tal-Unjoni, f'pajjiżi u favur il-proġetti ta' investiment li għandhom biżżejjed affidabbiltà kreditizja skont il-valutazzjoni tal-BEI u b'kunsiderazzjoni tal-kapaċità tiegħu stess ta' assorbiment tar-riskju, sabiex l-użu tal-garanzija tal-UE jista' jkun iffukat fuq pajjiżi u proġetti ta' investiment fejn il-garanzija tal-UE tipprovdi valur miżjud abbażi tal-valutazzjoni tal-BEI stess, inkluż f'termini ta' żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli. |
|
(27) |
Il-BEI għandu jespandi l-firxa ta' strumenti finanzjarji innovattivi li joffri, inkluż permezz ta' aktar attenzjoni fuq l-iżvilupp ta' strumenti ta' garanzija. Barra minn hekk, il-BEI għandu jfittex attivament li jipparteċipa fi strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskju u fil-finanzjament tas-suq kapitali tad-dejn ta' proġetti b'ħolqien stabbli u prevedibbli tal-fluss ta' flus. B'mod partikolari, huwa għandu jikkunsidra l-appoġġ għal strumenti tas-suq kapitali tad-dejn li jinħarġu jew jingħataw għall-benefiċċju ta' proġett ta' investiment imwettaq fil-pajjiżi eliġibbli. Barra minn hekk, il-BEI għandu jżid il-forniment tiegħu ta' self fil-muniti lokali u joħroġ bonds fis-swieq lokali, dment li l-pajjiżi benefiċjarji jistabbilixxu r-riformi strutturali meħtieġa, b'mod partikolari fis-settur finanzjarju, kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-BEI. Fid-diversifikazzjoni u l-espansjoni tal-istrumenti tas-swieq tal-kapital, għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li tali strumenti ma jwasslux għal prattiki finanzjarji riskjużi u dejn u għalhekk jistgħu jheddu l-istabbiltà finanzjarja. |
|
(28) |
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jivvaluta l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI u l-konformità tagħhom ma' din id-Deċiżjoni, il-valur miżjud tagħhom u l-kontribut għall-politiki esterni tal-Unjoni, il-kwalità tagħhom, l-impatt tagħhom fuq l-iżvilupp li jirriżultaw mir-REM tal-BEI u l-benefiċċji finanzjarji trasferiti lill-benefiċjarji. Ir-rapport għandu wkoll jinkludi informazzjoni dwar talbiet għall-garanzija tal-UE, dwar it-tibdil fil-klima u l-finanzjament tal-bijodiversità skont din id-Deċiżjoni, dwar is-segwitu għall-funzjonament tal-Memorandum ta' Qbil bejn il-BEI u l-Ombudsman Ewropew, u deskrizzjoni tal-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn Ewropej u internazzjonali, inkluż il-kofinanzjament. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat sabiex il-partijiet interessati rilevanti, inkluż is-soċjetà ċivili, ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom. |
|
(29) |
L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI b'appoġġ għall-politika esterna tal-Unjoni għandhom jkomplu jsiru f'konformità mal-prinċipji ta' prattika bankarja fis-sod. Dawn għandhom ikomplu jiġu amministrati f'konformità mar-regoli u l-proċeduri proprji tal-BEI, li għandhom jirriflettu dawk il-prinċipji, inklużi l-miżuri ta' kontroll xierqa u l-konformità mad-dikjarazzjoni tal-BEI dwar l-istandards soċjali u ambjentali, kif ukoll mar-regoli u l-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF). Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI għandu jimplimenta b'mod adegwat il-politika tiegħu fir-rigward ta' ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef jew nonkooperattivi identifikati bħala tali mill-Unjoni, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi jew it-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja sabiex jikkontribwixxu għall-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus. Għal raġunijiet ta' trasparenza, il-BEI għandu jfassal, sa fejn possibbli u f'kooperazzjoni mal-intermedjarji finanzjarji lokali, lista tal-mutwatarji finali. |
|
(30) |
Il-BEI għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li, meta jiġu ffinanzjati operazzjonijiet soġġetti għall-garanzija tal-UE, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u kwalunkwe attività illegali oħra u li l-OLAF ikollu l-jedd li jwettaq verifiki fuq il-post u ispezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-benefiċjarji. Il-BEI, f'konformità mal-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' mġiba pprojbita f'attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment (“il-politika tal-BEI kontra l-frodi”), li ġiet adottata fl-2008 u riveduta fl-2013, għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni u l-Istati Membri sabiex isaħħaħ il-miżuri ta' finanzjament fis-seħħ kontra l-ħasil tal-flus u kontra t-terroriżmu u jgħin biex jitjieb l-infurzar tagħhom. F'konformità mal-Politika tiegħu dwar id-Denunzjar ta' Irregolaritajiet (Whistleblowing), il-BEI għandu jagħti attenzjoni partikolari wkoll għall-informazzjoni mogħtija minn informaturi b'rabta ma' każijiet potenzjali ta' frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra, biex ikun jista' jingħata segwitu isiru kummenti ta' reazzjoni u tingħata protezzjoni xierqa kontra t-tpattija. |
|
(31) |
Il-korpi governattivi tal-BEI għandhom ikunu inkoraġġuti jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jadattaw l-attività tal-BEI biex jikkontribwixxu għall-politika esterna tal-Unjoni b'mod effettiv, u biex jissodisfaw b'mod adegwat ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Garanzija tal-UE
1. L-Unjoni għandha tagħti lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) garanzija baġitarja għall-operazzjonijiet ta' finanzjament li jsiru 'l barra mill-Unjoni (“garanzija tal-UE”). Il-garanzija tal-UE għandha tingħata bħala garanzija globali fir-rigward ta' ħlasijiet li ma jaslux għand il-BEI, minkejja li huma dovuti lilu, b'rabta ma' self, garanziji fuq self u strumenti tas-suq kapitali tad-dejn mogħtija jew maħruġa għall-benefiċċju tal-proġetti ta' investiment tal-BEI li huma eliġibbli f'konformità mal-paragrafu 2.
2. Għandhom ikunu eliġibbli għall-garanzija tal-UE s-self, il-garanziji ta' self u l-istrumenti tas-suq kapitali tad-dejn tal-BEI li jingħataw jew jinħarġu għall-benefiċċju ta' proġetti ta' investiment li jsiru f'pajjiżi eliġibbli f'konformità mar-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess inkluża d-dikjarazzjoni tal-BEI dwar il-prinċipji u l-istandards ambjentali u soċjali, u b'appoġġ għall-għanijiet rilevanti tal-politika esterna tal-Unjoni, fejn il-finanzjament mill-BEI jkun ingħata f'konformità mal-ftehim iffirmat li la jkun skada u lanqas ikun ġie kkanċellat (l-“operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI”).
3. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI b'appoġġ għall-politika esterna tal-Unjoni għandhom ikomplu jsiru f'konformità mal-prinċipji ta' prattika bankarja fis-sod.
4. Il-garanzija tal-UE għandha tkun ristretta għal 65 % tal-ammont aggregat imħallas u ggarantit taħt l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, wara li jitnaqqsu l-ammonti rimborżati, filwaqt li jiżdiedu l-ammonti relatati kollha.
5. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI ffirmati matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.
6. Jekk, mal-iskadenza tal-perijodu li jissemma fil-paragrafu 5, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux adottaw deċiżjoni li tagħti garanzija tal-UE ġdida lill-BEI kontra t-telf imġarrab mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni, dak il-perijodu għandu jiġġedded darba awtomatikament b'sitt xhur.
Artikolu 2
Limiti massimi fuq l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI koperti mill-garanzija tal-UE
1. Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI koperti mill-garanzija tal-UE, matul il-perijodu 2014-2020 ma għandux jaqbeż EUR 30 000 000 000. L-ammonti inizjalment allokati għal operazzjonijiet ta' finanzjament iżda kkanċellati aktar tard ma jgħoddux mal-limitu.
Dan il-limitu massimu għandu jinqasam fi:
|
(a) |
limitu massimu fiss ta' ammont massimu ta' EUR 27 000 000 000; |
|
(b) |
ammont addizzjonali opzjonali ta' EUR 3 000 000 000. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja dwar l-attivazzjoni kollha jew parzjali tal-ammont imsemmi fil-punt (b) u d-distribuzzjoni reġjonali tiegħu wara r-reviżjoni ta' nofs it-terminu kif stabbilita fl-Artikolu 19.
2. Il-limitu massimu fiss imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jinqasam f'limiti massimi u sottolimiti massimi reġjonali kif stipulat fl-Anness I. Fil-limiti massimi reġjonali, il-BEI għandu jiżgura progressivament li jkun hemm distribuzzjoni bbilanċjata tal-pajjiżi fi ħdan ir-reġjuni koperti mill-garanzija tal-UE.
Artikolu 3
Għanijiet u prinċipji ġenerali
1. Il-garanzija tal-UE għandha tingħata biss għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li għandhom valur miżjud abbażi tal-valutazzjoni tal-BEI stess, u jappoġġaw kwalunkwe għan ġenerali minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari l-appoġġ għall-SMEs; |
|
(b) |
l-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u ekonomika, inklużi t-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ambjentali u t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni; |
|
(c) |
il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima. |
2. Filwaqt li jiġi ppreservat l-karattru distint tal-BEI bħala bank ta' investiment, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru skont din id-Deċiżjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-interess ġenerali tal-UE b'mod partikolari l-prinċipji li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-TUE u għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni tagħmel parti minnhom. Il-korpi governattivi tal-BEI huma inkoraġġuti jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jadattaw l-attività tal-BEI biex isir kontribut għall-politika esterna tal-Unjoni b'mod effettiv, u biex jiġu sodisfatti b'mod adegwat ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.
3. L-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi, inkluż b'mod partikolari l-integrazzjoni ekonomika bejn il-Pajjiżi fil-fażi ta' qabel l-adeżjoni, il-Pajjiżi tal-Viċinat u l-Unjoni, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fi ħdan l-oqsma koperti mill-għanijiet ġenerali previsti fil-paragrafu 1. Il-BEI għandu jwettaq operazzjonijiet finanzjarji fil-pajjiżi benefiċjarji fl-oqsma koperti mill-għanijiet ġenerali b'appoġġ għall-investimenti diretti barranin li jippromwovu l-integrazzjoni ekonomika fl-Unjoni.
4. Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif iddefiniti fil-lista ta' riċevituri tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jikkontribwixxu indirettament, f'konformità mal-Artikoli 208 u 209 tat-TFUE, għall-għanijiet tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, bħat-tnaqqis tal-faqar permezz tat-tkabbir inklużiv u l-iżvilupp ekonomiku, ambjentali u soċjali sostenibbli.
5. Biex jiġi żgurat li l-investimenti tas-settur privat ikollhom l-ikbar impatt fuq l-iżvilupp, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex isaħħaħ is-settur privat lokali fil-pajjiżi benefiċjarji permezz ta' appoġġ għall-investiment lokali kif previst fil-punt (a) tal-paragrafu 1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI b'appoġġ għall-għanijiet ġenerali previsti fil-paragrafu 1 għandhom ifittxu li jinkludu wkoll l-appoġġ għall-proġetti ta' investiment mill-SMEs mill-Unjoni. Sabiex l-użu tal-fondi jiġi mmonitorjat b'mod effettiv għall-benefiċċju tal-SMEs ikkonċernati, il-BEI għandu jistabbilixxi rekwiżiti kuntrattwali adegwati mal-intermedjarji finanzjarji, inklużi standards għar-rappurtar li għandhom jiġu pprovduti mill-benefiċjarji.
Il-BEI għandu jikkoopera mal-intermedjarji finanzjarji li jistgħu jappoġġaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs fil-pajjiżi li fihom jopera u li ma jipparteċipawx fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI implimentati f'pajjiż eliġibbli permezz ta' mezzi li jinsabu f'ġurisdizzjoni barranija li ma tikkooperax imsemmija fl-Artikolu 13.
6. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-għanijiet ġenerali previsti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fil-biċċa l-kbira fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ambjentali, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-saħħa u l-edukazzjoni. Dan jinkludi l-produzzjoni u l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, it-trasformazzjoni tas-sistemi tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, sigurtà tal-enerġija u infrastruttura tal-enerġija sostenibbli, inkluż għall-produzzjoni tal-gass u t-trasport tal-gass lejn is-suq tal-enerġija tal-Unjoni, kif ukoll l-elettrifikazzjoni ta' żoni rurali, l-infrastruttura ambjentali, bħall-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband.
7. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-għanijiet ġenerali previsti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima li jikkontribwixxu għall-għan globali tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi tiżdied ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli. Il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-proġetti ta' azzjoni fil-qasam tat-tibdil fil-klima huma definiti fl-istrateġija tal-BEI dwar it-tibdil fil-klima li għandha tiġi aġġornata qabel tmiem l-2015. Għal dan il-għan, għandha tiġi inkluża analiżi tal-marka tal-karbonju fil-proċedura tal-valutazzjoni ambjentali biex jiġi determinat jekk il-proposti tal-proġetti jisfruttawx kemm jista' jkun it-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija. Matul il-perijodu kopert b'din id-Deċiżjoni, il-volum ta' dawn l-operazzjonijiet għandu jirrappreżenta mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament totali tal-BEI.
8. F'konformità mal-għanijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, qabel tmiem l-2015, il-BEI, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jaġġorna l-istrateġija tiegħu dwar it-tibdil fil-klima fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI. Dan l-aġġornament għandu, fost l-oħrajn, jintegra azzjonijiet konkreti biex jiġi żgurat li l-proġetti ta' investiment skont din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-għanijiet tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima u jiżdiedu l-isforzi li jappoġġaw is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija.
9. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali biex isiru dawn l-operazzjonijiet.
Artikolu 4
Pajjiżi koperti
1. Il-lista ta' pajjiżi potenzjalment eliġibbli għal finanzjament tal-BEI kopert mill-garanzija tal-UE tinsab fl-Anness II. Il-lista ta' pajjiżi eliġibbli għal finanzjament tal-BEI taħt il-garanzija tal-UE tinsab fl-Anness III u m'għandhiex tinkludi pajjiżi oħrajn barra minn dawk elenkati fl-Anness II. Għal pajjiżi li mhumiex elenkati fl-Anness II, l-eliġibbiltà għal finanzjament tal-BEI kopert mill-garanzija tal-UE għandha tiġi deċiża skont il-każ f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 18 rigward l-emendi għall-Anness III. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jissejsu fuq valutazzjoni kumplessiva, li tinkludi aspetti ekonomiċi, soċjali, ambjentali u politiċi, b'mod partikolari dawk relatati mad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti.
3. L-atti ddelegati li jemendaw l-Anness III m'għandhomx jaffettwaw il-kopertura tal-garanzija tal-UE tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI ffirmati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dawk l-atti ddelegati, soġġett għall-paragrafu 4.
4. Il-ħlasijiet għal operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jibbenefikaw minn Garanzija Komprensiva kif imsemmija fl-Artikolu 8(1) m'għandhomx isiru f'pajjiżi li mhumiex elenkati fl-Anness III.
5. Il-garanzija tal-UE ma għandhiex tkopri l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI f'pajjiż speċifiku li miegħu jkun ġie ffirmat il-ftehim dwar tali operazzjonijiet wara l-adeżjoni ta' dak il-pajjiż mal-Unjoni.
Artikolu 5
Kontribut tal-operazzjonijiet tal-BEI għall-politika tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha taġġorna, flimkien mal-BEI, il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali eżistenti tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom ikunu konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni li jinsab fl-Anness IV. B'mod partikolari, il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiżguraw li l-finanzjament tal-BEI skont din id-Deċiżjoni jikkomplementa l-politika, il-programmi u l-istrumenti korrispondenti tal-assistenza tal-Unjoni fir-reġjuni differenti.
Fl-aġġornament ta' dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jikkunsidraw ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom ikunu konsistenti mal-prijoritajiet li jinsabu fil-programmi nazzjonali jew reġjonali, fejn disponibbli, li tfasslu mill-pajjiżi benefiċjarji, b'kont debitu meħud ta' kwalunkwe konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili lokali fil-proċess tat-tfassil ta' dawk il-programmi.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali aġġornati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, hekk kif dawn jiġu stabbiliti.
Fil-qafas stabbilit mil-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali, il-BEI għandu jiddefinixxi l-istrateġiji korrispondenti ta' finanzjament u jiżgura li dawn jiġu implimentati.
L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom ikunu konsistenti mal-linji gwida operattivi tekniċi u l-istrateġiji tal-pajjiż benefiċjarju.
Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu riveduti wara r-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 19.
2. Fil- qafas tal-proċedura prevista fl-Artikolu 19 tal-Protokoll Nru 5, il-Kummissjoni tagħti opinjoni dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI. Fil-każ tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jaqgħu taħt din id-Deċiżjoni, fejn il-Kummissjoni tagħti opinjoni li mhijiex favorevoli, dik l-operazzjoni m'għandhiex tkun koperta mill-garanzija tal-UE.
Artikolu 6
Kooperazzjoni mal-Kummissjoni u s-SEAE
1. Il-konsistenza tal-azzjonijiet esterni tal-BEI mal-għanijiet tal-politika esterna tal-Unjoni għandha tkompli tissaħħaħ, bil-ħsieb li jiġu mmassimizzati s-sinerġiji bejn l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI u r-riżorsi baġitarji tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz tal-aġġornament tal-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali msemmija fl-Artikolu 5, li għalihom għandu jiġi kkonsultat is-SEAE dwar kwistjonijiet ta' politika, kif adatt, kif ukoll permezz ta' djalogu regolari u sistematiku u l-iskambju bikri ta' informazzjoni dwar:
|
(a) |
dokumenti strateġiċi mħejjija mill-Kummissjoni jew is-SEAE, kif xieraq, bħal dokumenti ta' strateġija tal-pajjiż jew reġjonali, programmi indikattivi, pjani ta' azzjoni u dokumenti ta' qabel l-adeżjoni; |
|
(b) |
id-dokumenti tal-ippjanar strateġiku, ir-riservi tal-proġetti ta' investiment tal-BEI u r-rapportar annwali tal-BEI lill-Kummissjoni; |
|
(c) |
aspetti ta' politika u operattivi oħra. |
2. Din il-kooperazzjoni għandha titwettaq reġjun b'reġjun, inkluż fil-livell tad-delegazzjoni tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni tar-rwol tal-BEI kif ukoll il-politika tal-Unjoni f'kull reġjun.
Artikolu 7
Koperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u internazzjonali oħrajn
1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom isiru, fejn xieraq, f'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali u tal-Istati Membri Ewropej (“istituzzjonijiet finanzjarjari Ewropej” ) u ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, inklużi banek għall-iżvilupp reġjonali (“istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali”) sabiex jiġu mmassimizzati s-sinerġiji, il-kooperazzjoni u l-effiċjenza, sabiex jiġu żviluppati b'mod konġunt strumenti finanzjarji innovattivi, sabiex tiġi żgurata l-kondiviżjoni prudenti u raġonevoli tar-riskji u l-kondizzjonalità koerenti tal-proġetti ta' investiment u tas-settur, u sabiex tiġi mminimizzata l-possibbiltà ta' spejjeż doppji u duplikazzjoni bla bżonn.
2. Il-koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ffaċilitata permezz ta' koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u internazzjonali rilevanti li joperaw fir-reġjuni differenti, ili jsiru fejn xieraq fil-kuntest ta' memoranda ta' qbil jew oqfsa ta' kooperazzjoni reġjonali oħra tal-Unjoni.
Artikolu 8
Kopertura u t-termini tal-garanzija tal-UE
1. Għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jikkonsistu fi strumenti tas-suq kapitali tad-dejn, li isiru ma' Stat, jew li huma ggarantiti minn Stat, u għal operazzjonijiet oħra ta' finanzjament tal-BEI li isiru ma' awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew ma' intrapriżi jew istituzzjonijiet pubbliċi li jappartjenu jew huma ikkontrollati minn Stat, fejn tali operazzjonijiet oħra ta' finanzjament tal-BEI għandhom valutazzjoni adegwata tal-BEI tar-riskju tal-kreditu meta jittieħed kont tas-sitwazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-pajjiż ikkonċernat, il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-ħlasijiet kollha dovuti lill-BEI, li ma jkunux waslu għandu (“Garanzija Komprensiva”).
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Palestina hija rrappreżentata mill-Awtorità Palestinjana u l-Kosovo (13) huwa rappreżentat mill-awtoritajiet tal-Kosovo.
3. Għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-ħlasijiet kollha dovuti lill-BEI li ma jkunux waslu għandu, meta dan ma jkunx irċevihom minħabba li jseħħ wieħed mir-riskji politiċi li ġejjin (“Garanzija kontra r-Riskju Politiku”):
|
(a) |
nuqqas ta' trasferiment tal-munita; |
|
(b) |
esproprjazzjoni; |
|
(c) |
gwerra jew irvell ċivili; |
|
(d) |
ġustizzja miċħuda wara ksur ta' kuntratt. |
4. Għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jikkonsistu fi strumenti tas-suq kapitali tad-dejn, għandha tapplika biss il-Garanzija kontra r-Riskju Politiku.
5. Il-ftehimiet ta' finanzjament mal-promoturi individwali relatati mal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet ambjentali u soċjali adatti f'konformità mar-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess.
6. Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jistabbilixxu fil-ftehim ta' garanzija msemmi fl-Artikolu 14 politika ċara u trasparenti dwar l-allokazzjoni li tippermetti li l-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu, l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati skont din id-Deċiżjoni sabiex jiġi żgurat l-aktar użu effettiv tal-garanzija tal-UE. Il-politika dwar l-allokazzjoni għandha tiġi bbażata fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kif ivvalutati mill-BEI, il-limiti massimi kif iddefiniti fl-Anness I, in-natura tal-kontroparti, jekk tkunx sovrana, Stat jew entità sottosovrana li taqgħa taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew entità privata, il-kapaċità ta' assorbiment ta' riskju tal-BEI u kriterji rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-garanzija tal-UE. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati rigward il-politika dwar l-allokazzjoni skont l-Artikolu 14.
7. Meta tintalab il-garanzija tal-UE, l-Unjoni għandha tkun surrogata għal kwalunkwe dritt rilevanti tal-BEI fir-rigward ta' kwalunkwe obbligu b'rabta mal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, f'konformità mal-ftehim ta' garanzija msemmi fl-Artikolu 14.
Artikolu 9
Valutazzjoni tal-BEI u monitoraġġ ta' proġetti ta' investiment
1. Il-BEI għandu jwettaq id-diliġenza dovuta u, fejn ikun il-każ, jesiġi li l-promoturi tal-proġett jagħmlu konsultazzjoni pubblika lokali f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni, mal-partijiet interessati nazzjonali u lokali rilevanti, kif ukoll mas-soċjetà ċivili, fl-istadju tal-ippjanar tal-proġett u l-istadju ta' implimentazzjoni dwar l-aspetti soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem, ambjentali, ekonomiċi u relatati mal-iżvilupp ta' proġetti ta' investiment koperti mill-garanzija tal-UE u li jipprovdu informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-kontribut biex jintlaħqu l-politika esterna u l-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni.
Fejn ikun il-każ, din il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni dwar kif il-kapaċitajiet tal-benefiċjarji tal-finanzjament tal-BEI jistgħu jiġu msaħħa tul iċ-ċiklu kollu tal-proġett permezz ta' assistenza teknika. Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti ta' investiment u tal-aspetti marbutin mad-drittijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni ta' kunflitti, sabiex jiżguraw li l-proġetti ta' investiment appoġġati skont din id-Deċiżjoni huma ambjentalment u soċjalment sostenibbli.
2. Minbarra l-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jwettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament. B'mod partikolari, huwa għandu jirrikjedi li l-promoturi tal-proġett iwettqu monitoraġġ bir-reqqa tul l-implimentazzjoni tal-proġett sat-tlestija tiegħu, fost l-oħrajn, fir-rigward tal-impatt ekonomiku, fuq l-iżvilupp, soċjali, ambjentali u marbut mad-drittijiet tal-bniedem tal-proġett ta' investiment. Il-BEI għandu jivverifika fuq bażi regolari l-informazzjoni pprovduta mill-promoturi tal-proġettu jekk il-promotur tal-proġett jaqbel, għandu jagħmilha disponibbli għall-pubbliku. Fejn ikun possibbli, ir-rapporti dwar it-tlestija tal-proġett marbutin mal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jiġu ppubblikati bl-eċċezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali.
3. Il-monitoraġġ tal-BEI għandu jistinka wkoll biex ikopri l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet intermedjarji u l-prestazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ għall-SMEs.
4. Il-BEI għandu jistabbilixxi sistema komprensiva biex jiġu vvalutati ex-ante emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra relattivi u assoluti marbutin ma' operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fejn dawk l-emissjonijiet jilħqu limiti sinifikanti, kif definiti fil-metodoloġija rilevanti inkluża fl-istrateġija tal-BEI dwar it-tibdil fil-klima u fejn id-data tkun disponibbli.
5. Ir-riżultati tal-monitoraġġ għandhom, fejn ikun possibbli, jiġu żvelati, soġġett għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità u l-qbil tal-partijiet rilevanti.
Artikolu 10
Dħul assenjat estern għall-Fond ta' Garanzija
Il-ħlasijiet lura u d-dħul li jammontaw għal EUR 110 000 000, li joriġinaw minn operazzjonijiet konklużi qabel l-2007, inklużi ħlasijiet lura ta' kapital, garanziji mobilizzati, u ħlasijiet lura tal-kapital prinċipali tas-self, dividends, qligħ kapitali, tariffi tal-garanzija u imgħax fuq is-self u fuq ammonti f'kontijiet fiduċjarji, imħallsin lura fil-kont fiduċjarju stabbilit għall-Faċilità Ewro-Mediterranja ta' Investiment u Sħubija u li jistgħu jiġu attribwiti għall-appoġġ mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u għandhom jintużaw għall-Fond ta' Garanzija.
L-ammonti li jaqbżu EUR 110 000 000 li jkunu tħallsu lura fil-kont fiduċjarju stabbilit għall-Faċilità Ewro-Mediterranja ta' Investiment u Sħubija għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni wara li jitnaqqsu l-ispejjeż u t-tariffi marbutin mal-amministrazzjoni.
Artikolu 11
Rappurtar annwali u kontabbiltà
1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru skont din id-Deċiżjoni. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u jkun jinkludi:
|
(a) |
valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fil-livell ta' proġett, settur, pajjiż u fil-livell reġjonali u l-konformità tagħhom ma' din id-Deċiżjoni; |
|
(b) |
valutazzjoni tal-valur miżjud, l-outputs, l-eżiti u l-impatt fuq l-iżvilupp li jiġu stmati għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fuq bażi aggregata, abbażi tar-rapport annwali tal-qafas tal-BEI għall-Ġestjoni tar-Riżultati. Għal dan il-għan, il-BEI għandu juża indikaturi tal-prestazzjoni b'rabta mal-aspetti tal-iżvilupp, ambjentali u soċjali, inklużi aspetti relatati mad-drittijiet tal-bniedem, tal-proġetti ffinanzjati, b'kont meħud tal-indikaturi rilevanti taħt id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005 dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna. L-indikaturi għall-aspetti ambjentali tal-proġetti għandhom jinkludu kriterji għal teknoloġija nadifa, orjentati, fil-prinċipju, lejn l-effiċjenza fl-enerġija u t-teknoloġiji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet; |
|
(c) |
valutazzjoni tal-kontribut tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI biex jiġu sodisfatti l-politika esterna u l-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni, b'kont meħud tal-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali msemmija fl-Artikolu 5; |
|
(d) |
valutazzjoni tal-benefiċċju finanzjarju ttrasferit lill-benefiċjarji tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fuq bażi aggregata; |
|
(e) |
valutazzjoni tal-kwalità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, b'mod partikolari, il-punt sa fejn il-BEI kkunsidra s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali fid-diliġenza dovuta u l-monitoraġġ ta' proġetti ta' investiment iffinanzjati; |
|
(f) |
informazzjoni dettaljata dwar talbiet għall-garanzija tal-UE; |
|
(g) |
informazzjoni dwar il-volumi ta' finanzjament għat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità skont din id-Deċiżjoni, l-impatt fuq l-emissjonijiet assoluti u relattivi tal-gassijiet b'effett ta' serra msemmija fl-Artikolu 9(4) fuq bażi aggregata kif ukoll in-numru ta' proġetti vvalutati kontra r-riskju tal-klima; |
|
(h) |
deskrizzjoni ta' kooperazzjoni mal-Kummissjoni u istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u internazzjonali oħrajn, inkluż il-kofinanzjament. Ir-rapport għandu jinkludi b'mod partikolari lista dettaljata tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni u r-riżorsi ta' istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u internazzjonali oħrajn użati flimkien mal-finanzjament tal-BEI, li b'hekk jagħti ħarsa ġenerali dwar l-investiment totali appoġġat mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru taħt din id-Deċiżjoni. Ir-rapport għandu jsemmi wkoll il-konklużjoni ta' memoranda ta' qbil ġodda bejn il-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jew internazzjonali oħrajn li għandhom effett fuq l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI taħt din id-Deċiżjoni; |
|
(i) |
informazzjoni dwar is-segwitu tal-funzjonament tal-Memorandum ta' Qbil bejn il-BEI u l-Ombudsman Ewropew sa fejn dak il-Memorandum jikkonċerna l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI koperti b'din id-Deċiżjoni. |
2. Għall-finijiet tar-rappurtar tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru skont din id-Deċiżjoni inklużi l-elementi kollha meħtieġa li jippermettu li l-Kummissjoni tirrapporta f'konformità mal-paragrafu 1. Il-BEI jista' wkoll jipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tingħata stampa komprensiva tal-attività esterna tal-BEI.
3. Il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'data statistika, finanzjarja u kontabbilistika dwar kull waħda mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jiġu sodisfatti d-dmirijiet ta' rappurtar tal-Kummissjoni jew it-talbiet mill-Qorti tal-Awdituri u ċertifikat ta' awditur dwar l-ammonti pendenti tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI. Il-BEI għandu jipprovdi wkoll lill-Kummissjoni kwalunkwe dokument meħtieġ ieħor f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
4. Għall-finijiet tal-kontabbiltà u r-rappurtar tal-Kummissjoni tar-riskji koperti mill-garanzija tal-UE, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'valutazzjoni tar-riskju tal-BEI u b'informazzjoni dwar klassifikazzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI.
5. Il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, tal-inqas darba f'sena, bi programm pluriennali indikattiv tal-volum ippjanat ta' firem tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, sabiex tkun żgurata l-kompatibbiltà tat-tbassir tal-finanzjament tal-BEI mal-livelli massimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u għall-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra dan it-tbassir meta tkun qed tħejji l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni.
6. Il-BEI għandu fuq bażi regolari jipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni r-rapporti indipendenti ta' evalwazzjoni kollha tiegħu li jivvalutaw ir-riżultati prattiċi miksuba mill-attivitajiet speċifiċi tal-BEI skont din id-Deċiżjoni u mandati esterni oħrajn.
7. Il-BEI għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 6 a spejjeż tiegħu. Il-BEI għandu wkoll iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 6, f'termini ġenerali u b'esklużjoni ta' kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali.
Artikolu 12
Trasparenza u żvelar ta' informazzjoni lill-pubbliku
1. F'konformità mal-politika tal-BEI dwar it-trasparenza u l-prinċipji tal-Unjoni dwar l-aċċess għal dokumenti u informazzjoni, u progressivament skont l-Istandards Internazzjonali dwar it-Trasparenza fl-Għajnuna Internazzjonali, il-BEI għandu iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit elettroniku tiegħu l-informazzjoni marbuta ma':
|
(a) |
l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kollha li jsiru skont din id-Deċiżjoni, wara l-istadju tal-approvazzjoni tal-proġett, b'mod partikolari, li tindika jekk proġett ta' investiment huwiex kopert mill-garanzija tal-UE u kif jikkontribwixxi għall-miri tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li tittieħed nota b'mod partikolari l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tiegħu; |
|
(b) |
dment li ma japplikawx ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità, kwalunkwe memorandum ta' qbil bejn il-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jew internazzjonali oħrajn li għandhom effett fuq l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI skont din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
fejn possibbli u adatt, ftehimiet qafas eżistenti bejn il-BEI u pajjiż riċevitur. Meta jiffirma ftehimiet ġodda jew jemenda dawk eżistenti, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jippermetti li dawn jiġu żvelati; |
|
(d) |
il-politika tal-BEI rigward l-allokazzjoni. |
2. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit elettroniku tagħha informazzjoni speċifika relatata mal-każijiet kollha ta' rkupru skont il-ftehim ta' garanzija msemmi fl-Artikolu 14, u l-ftehim li jistipula d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri ddettaljati marbutin mal-irkupru tat-talbiet imsemmi fl-Artikolu 15(2) dment li ma japplikawx ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità.
Artikolu 13
Ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx
Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI ma għandu jittollera l-ebda attività li titwettaq għal finijiet illegali, inkluż il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni, u l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B'mod partikolari l-BEI ma għandu jipparteċipa fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament implimentata f'pajjiż eliġibbli b'mezz li jinsab f'ġurisdizzjoni li ma tikkooperax identifikata bħala tali mill-Unjoni, min-Nazzjonijiet Uniti, mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi jew mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.
Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI għandu japplika l-prinċipji u l-istandards stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż ir-rekwiżit li jittieħdu miżuri raġonevoli biex jiġu identifikati s-sidien li jibbenefikaw, fejn applikabbli.
Artikolu 14
Ftehim ta' garanzija
Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jiffirmaw ftehim ta' garanzija li jistipula d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati marbutin mal-garanzija tal-UE kif stabbilita fl-Artikolu 8, u għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif meħtieġ.
Artikolu 15
Irkupru tal-ħlasijiet magħmula mill-Kummissjoni
1. Fejn il-Kummissjoni tagħmel kwalunkwe ħlas skont il-garanzija tal-UE, il-BEI, f'isem u fl-interess tal-Kummissjoni, għandu jsegwi l-irkupru tat-talbiet għall-ammonti mħallsa.
2. Mhux aktar tard mid-data tal-iffirmar tal-ftehim ta' garanzija msemmi fl-Artikolu 14, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jiffirmaw ftehim separat li jistipula d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li huma marbutin mal-irkupru tat-talbiet.
Artikolu 16
Awditjar mill-Qorti tal-Awdituri
Il-garanzija tal-UE u l-ħlasijiet u l-irkupri taħt l-ambitu tagħha li jkunu jistgħu jiġu attribwiti għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għandhom ikunu awditjati mill-Qorti tal-Awdituri.
Artikolu 17
Miżuri kontra l-frodi
1. Il-BEI għandu jinnotifika lill-OLAF minnufih u jagħtih l-informazzjoni meħtieġa meta, fi kwalunkwe stadju tat-tħejjija, l-implimentazzjoni jew l-għeluq tal-proġetti soġġetti għall-garanzija tal-UE, ikollu raġunijiet biex jissuspetta li jeżisti każ potenzjali ta' frodi, korruzzjoni, ħasil ta' flus jew xi attività illegali oħra li tista' taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
2. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u ispezzjonijiet fuq il-post, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (15) u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (16) sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni, ħasil ta' flus jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' kwalunkwe operazzjoni ta' finanzjament. L-OLAF tista' tittrasmetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati l-informazzjoni li tinkiseb matul l-investigazzjonijiet.
Fejn ikun hemm prova ta' tali attivitajiet illegali, il-BEI għandu jassisti fl-isforzi ta' rkupru fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu u fl-ambitu tar-responsabbiltajiet tiegħu.
3. Il-ftehimiet ta' finanzjament iffirmati b'rabta ma' proġetti li jirċievu appoġġ skont din id-Deċiżjoni għandhom jinkludu klawżoli li jippermettu s-sospensjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI u, fejn meħtieġ, miżuri ta' rkupru adatti f'każijiet ta' frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra. Id-deċiżjoni dwar jekk il-finanzjament tal-BEI għandux jiġi sospiż jew ikkanċellat għandha tittieħed mill-BEI wara li jiġu kkunsidrati kif dovut iċ-ċirkostanzi u r-riskji kollha.
4. Il-BEI għandu jkompli jibbaża fuq il-punt ta' kuntatt uniku tiegħu għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra l-frodi għall-persunal tal-BEI u l-partijiet interessati kollha.
5. Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI għandu jimplimenta l-mekkaniżmu ta' esklużjoni tiegħu għall-esklużjoni ta' kontropartijiet involuti fi frodi u korruzzjoni li jinkludi l-kriterji għall-esklużjoni tal-Bażi tad-data Ċentrali għall-Esklużjoni tal-Unjoni dwar l-Esklużjoni li jiżguraw li jiġu osservati d-drittijiet tal-partijiet kollha.
Artikolu 18
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat mill-11 ta' Mejju 2014.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 4 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 19
Reviżjoni ta' nofs it-terminu
Sal-31 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-BEI, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' nofs it-terminu li jevalwa l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fl-ewwel snin, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta biex din tiġi emendata. Ir-rapport ta' nofs it-terminu għandu jkun ibbażat fuq evalwazzjoni esterna indipendenti u l-kontribuzzjoni mill-BEI.
Dan ir-rapport għandu jinkludi b'mod partikolari:
|
(a) |
valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-politika dwar l-allokazzjoni; |
|
(b) |
valutazzjoni tar-rappurtar tal-BEI u fejn adatt rakkomandazzjonijiet dwar kif jista' jitjieb; |
|
(c) |
valutazzjoni tar-REM, inklużi l-indikaturi ta' prestazzjoni u l-kriterji, u l-kontribut tagħhom għall-kisba tal-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni; |
|
(d) |
rendikont dettaljat tal-kriterji kkunsidrati għar-rakkomandazzjoni dwar l-attivazzjoni potenzjali sħiħa jew parzjali tal-ammont addizzjonali opzjonali. |
Artikolu 20
Rappurtar finali
Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport finali dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' April 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti 'l barra mill-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE (ĠU L 280, 27.10.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95).
(5) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(6) Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).
(7) Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi l-Istrument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).
(8) Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).
(9) Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għal kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 77).
(10) Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 85).
(11) Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 1).
(12) Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 237/2014 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 109).
(13) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244(1999) u l-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo.
(14) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
ANNESS I
LIMITI MASSIMI REĠJONALI
|
A. |
Pajjiżi fil-fażi ta' qabel l-adeżjoni: EUR 8 739 322 000; |
|
B. |
Pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 14 437 225 000, imqassma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin:
|
|
C. |
L-Asja u l-Amerika Latina: EUR 3 407 295 000, imqassma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin:
|
|
D. |
L-Afrika t'Isfel: EUR 416 158 000. |
Fi ħdan il-limitu massimu ġenerali fiss, il-korpi governattivi tal-BEI jistgħu jiddeċiedu, wara li jkunu kkonsultaw lill-Kummissjoni, li jallokaw mill-ġdid ammont ta' mhux aktar minn 20 % tal-limiti massimi sottoreġjonali fi ħdan ir-reġjuni u ta' mhux aktar minn 10 % tal-limiti massimi reġjonali bejn ir-reġjuni.
ANNESS II
REĠJUNI U PAJJIŻI POTENZJALMENT ELIĠIBBLI
A. Pajjiżi fil-fażi ta' qabel l-adeżjoni
|
1. |
Kandidati L-Islanda, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja, it-Turkija |
|
2. |
Kandidati potenzjali L-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kosovo |
B. Pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija
|
1. |
Pajjiżi Mediterranji L-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina, is-Sirja, it-Tuneżija |
|
2. |
L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u r-Russja L-Ewropa tal-Lvant: il-Bjelorussja, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukraina Il-Kawkasu tan-Nofsinhar: l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Ġeorġja Ir-Russja |
C. L-Asja u l-Amerika Latina
|
1. |
L-Amerika Latina L-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kolombja, il-Kosta Rika, Kuba, l-Ekwador, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj, il-Venezwela |
|
2. |
L-Asja L-Afganistan, il-Bangladexx, il-Butan, il-Brunej, il-Kambodja, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u r-Reġjuni Amministrattivi Speċjali tal-Makaw), l-Indja, l-Indoneżja, l-Iraq, il-Laos, il-Malasja, il-Maldive, il-Mongolja, il-Mjanmar/Burma, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, il-Korea t'Isfel, is-Sri Lanka, it-Tajwan, it-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Jemen |
|
3. |
L-Asja Ċentrali Il-Kazakistan, il-Kirgiżistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Uzbekistan |
D. L-Afrika t'Isfel
L-Afrika t'Isfel
ANNESS III
REĠJUNI U PAJJIŻI ELIĠIBBLI
A. Pajjiżi fil-fażi ta' qabel l-adeżjoni
|
1. |
Kandidati L-Islanda, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja, it-Turkija |
|
2. |
Kandidati potenzjali L-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kosovo |
B. Pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija
|
1. |
Pajjiżi Mediterranji L-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina, it-Tuneżija |
|
2. |
L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u r-Russja L-Ewropa tal-Lvant: ir-Repubblika tail-Moldova, l-Ukraina Il-Kawkasu tan-Nofsinhar: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja Ir-Russja |
C. L-Asja u l-Amerika Latina
|
1. |
L-Amerika Latina L-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj, il-Veneżwela |
|
2. |
L-Asja Il-Bangladexx, il-Brunej, il-Butan, il-Kambodja, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u r-Reġjuni Amministrattivi Speċjali tal-Makaw), l-Indja, l-Indoneżja, l-Iraq, il-Laos, il-Malasja, il-Maldive, il-Mongolja, il-Mjanmar/Burma, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, il-Korea t'Isfel, is-Sri Lanka, it-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Jemen |
|
3. |
L-Asja Ċentrali Il-Kazakistan, il-Kirgiżistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Uzbekistan |
D. L-Afrika t'Isfel
L-Afrika t'Isfel
ANNESS IV
QAFAS TAL-POLITIKA REĠJONALI
L-attività tal-BEI fil-pajjiżi sħab li jipparteċipaw fil-proċess ta' qabel l-adeżjoni sseħħ fil-qafas stabbilit fis-Sħubiji ta' Adeżjoni u Ewropej li jistabbilixxu l-prijoritajiet għal pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali, bil-ħsieb li jsir progress fit-tqarrib lejn l-Unjoni, u li jipprovdu qafas għall-għajnuna mill-Unjoni. Il-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni huwa l-qafas politiku tal-Unjoni għall-Balkani tal-Punent. Dan huwa msejjes fuq sħubija progressiva, li fiha l-Unjoni toffri konċessjonijiet kummerċjali, għajnuna ekonomika u finanzjarja u relazzjonijiet kuntrattwali permezz tal-Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. L-għajnuna finanzjarja ta' qabel l-adeżjoni tgħin lill-kanditati u l-kanditati potenzjali jitħejjew għall-obbligi u l-isfidi tal-isħubija fl-Unjoni. Din l-għajnuna tappoġġa l-proċess ta' riformi, inklużi t-tħejjijiet għall-eventwalità li dawn il-pajjiżi jsiru membri. Hija tiffoka fuq it-tiswir istituzzjonali, il-konformità mal-acquis tal-Unjoni, it-tħejjija għall-politika u l-istrumenti tal-Unjoni u l-promozzjoni ta' miżuri biex tintlaħaq il-konverġenza ekonomika.
L-attività tal-BEI fil-pajjiżi tal-Viċinat isseħħ fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat il-ġdida deskritt fil-Komunikazzjoni Konġunta intitolata “Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni”, adottata mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni fil-25 ta' Mejju 2011, u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fl-20 ta' Ġunju 2011, li b'mod partikolari jappellaw għal aktar appoġġ għas-sħab impenjati fil-bini ta' soċjetajiet demokratiċi u fit-twettiq ta' riformi, f'konformità mal-prinċipji “aktar għal aktar” u “responsabbiltà reċiproka”, u tipprovdi l-qafas ta' politika strateġika għar-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-ġirien. Fil-qafas ta' din il-kooperazzjoni, il-finanzjament tal-BEI skont din id-Deċiżjoni ser ikun immirat ukoll lejn politika li tippromwovi tkabbir inklużiv u ħolqien ta' impjiegi li jikkontribwixxu għall-istabbiltà soċjali f'konformità ma' approċċ ibbażat fuq l-inċentivi li jappoġġa l-għanijiet tal-politika esterna tal-Unjoni, inkluż fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' migrazzjoni.
Biex tikseb dawn l-għanijiet, l-Unjoni u sħabha jimplimentaw pjani ta' azzjoni bilaterali maqbula b'mod konġunt li jiddefinixxu sett ta' prijoritajiet li jinkludi kwistjonijiet politiċi u ta' sigurtà, kwistjonijiet kummerċjali u ekonomiċi, tħassib ambjentali u soċjali u l-integrazzjoni tan-netwerks tat-trasport u tal-enerġija.
L-Unjoni għall-Mediterran, is-Sħubija tal-Lvant, is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed, l-Istrateġija tal-Unjoni għar-Reġjun tad-Danubju u l-Istrateġija tal-Unjoni għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, huma inizjattivi multilaterali u reġjonali bil-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-grupp rispettiv ta' pajjiżi sħab tal-Viċinat li jiffaċċjaw sfidi komuni u/jew jaqsmu ambjent ġeografiku komuni. L-Unjoni għall-Mediterran għandha l-għan li tniedi mill-ġdid il-proċess ta' integrazzjoni Ewro-Mediterranja billi tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali reċiproku fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran u tappoġġa żvilupp soċjoekonomiku aħjar, is-solidarjetà, l-integrazzjoni reġjonali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tiswir tal-għarfien, b'enfasi fuq il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni finanzjarja għall-appoġġ ta' proġetti reġjonali u transnazzjonali. L-Unjoni għall-Mediterran tappoġġa, b'mod partikolari, il-ħolqien ta' toroq ewlenija marittimi u tal-art, it-tneħħija tat-tniġġis fil-Mediterran, il-pjan għall-enerġija solari fil-Mediterran, l-Inizjattiva għall-Iżvilupp tan-Negozju fil-Mediterran, l-inizjattivi tal-protezzjoni ċivili u l-università Ewro-Mediterranja.
L-Isħubija tal-Lvant għandha l-għan li toħloq il-kondizzjonijiet meħtieġa biex titħaffef l-assoċjazzjoni politika u titkompla l-integrazzjoni ekonomika bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab tal-Lvant. Is-Sħubija tal-Lvant ser tipprovdi impetu addizzjonali għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u reġjonali tal-pajjiżi sħab. Hi ser tiffaċilita governanza tajba, inkluż fis-settur finanzjarju, tippromwovi l-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni soċjali u tgħin biex jitnaqqsu d-differenzi soċjoekonomiċi tal-pajjiżi sħab.
L-Istrateġija tal-Unjoni għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku tappoġġa ambjent sostenibbli u żvilupp ekonomiku u soċjali ottimali fir-reġjun tal-Baħar Baltiku. L-Istrateġija tal-Unjoni għar-Reġjun tad-Danubju tappoġġa, b'mod partikolari, l-iżvilupp tat-trasport, il-konnessjonijiet u s-sigurtà marbutin mal-enerġija, l-ambjent sostenibbli u l-iżvilupp soċjoekonomiku fir-reġjun tad-Danubju. L-Isħubija tal-Lvant għandha l-għan li toħloq il-kondizzjonijiet meħtieġa biex titħaffef l-assoċjazzjoni politika u titkompla l-integrazzjoni ekonomika bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab tal-Lvant. Ir-Russja u l-Unjoni għandhom sħubija strateġika fuq firxa wiesgħa, distinta mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u espressa permezz tal-Ispazji u l-Pjani Direzzjonali Komuni. Dawn huma kkomplementati fil-livell multilaterali mid-Dimensjoni tat-Tramuntana li tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, ir-Russja, in-Norveġja u l-Islanda (il-Bjelorussja. il-Kanada u l-Istati Uniti huma osservaturi fid-Dimensjoni tat-Tramuntana).
L-attività tal-BEI fl-Amerika Latina sseħħ fil-qafas tas-Sħubija Strateġika tal-Unjoni, l-Amerika Latina u l-Karibew. Kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tat-30 ta' Settembru 2009 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Atturi Globali fi Sħubija”, il-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni lejn l-Amerika Latina huma l-promozzjoni tal-integrazzjoni reġjonali u l-qerda tal-faqar u l-inugwaljanza soċjali sabiex jiġu promossi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli. Dawn l-għanijiet ta' politika ser jitrawmu b'kont meħud tal-livell differenti tal-iżvilupp tal-pajjiżi Latini Amerikani. Id-djalogu bilaterali u l-kooperazzjoni ser jiġu segwiti f'oqsma ta' interess komuni għaż-żewġ reġjuni, inklużi l-ambjent, it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri u l-enerġija, ix-xjenza, ir-riċerka, l-edukazzjoni għolja, it-teknoloġija u l-innovazzjoni.
Fl-Asja, l- Unjoni qed tapprofondixxi s-sħubiji strateġiċi tagħha maċ-Ċina u l-Indja u qed isir progress fin-negozjati biex jissawru ftehimiet ġodda ta' sħubija u kummerċ ħieles mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja. Fl-istess waqt, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tibqa' fil-quċċata tal-aġenda tal-Unjoni mal-Asja, l-istrateġija tal-Unjoni għall-iżvilupp għar-reġjun Asjatiku għandha l-għan li teqred il-faqar billi tappoġġa tkabbir ekonomiku sostenibbli fuq sisien wesgħin, tippromwovi ambjent u kondizzjonijiet li jwasslu għal kummerċ u integrazzjoni fir-reġjun, issaħħaħ il-governanza, iżżid l-istabbiltà politika u soċjali, u tappoġġa l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju għall-2015. Qiegħda tiġi stabbilita b'mod konġunt politika li tindirizza sfidi komuni, bħat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, is-sigurtà u l-istabbiltà, il-governanza u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-prevenzjoni ta' diżastri naturali u umanitarji u r-rispons għalihom.
L-istrateġija tal-Unjoni għal sħubija ġdida mal-Asja Ċentrali adottata mill-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007 saħħet id-djalogu reġjonali u bilaterali u l-kooperazzjoni tal-Unjoni mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali fir-rigward ta' kwistjonijiet ewlenin li qiegħed jiffaċċja r-reġjun, bħat-tnaqqis tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u l-istabbiltà. L-implimentazzjoni tal-istrateġija wasslet għal avvanzi importanti fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-demokrazija, l-edukazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku, il-kummerċ u l-investiment, l-enerġija u t-trasport u l-politika ambjentali.
L-attività tal-BEI fl-Afrika t'Isfel isseħħ fil-qafas tad-Dokument ta' Strateġija Konġunt tal-Unjoni għall-Pajjiż għall-Afrika t'Isfel. L-oqsma ewlenin identifikati f'dak id-Dokument ta' Strateġija huma l-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet biex jitwasslu s-servizzi u għal koeżjoni soċjali. L-attivitajiet tal-BEI fl-Afrika t'Isfel seħħew f'komplementarjetà għolja mal-programm ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni, jiġifieri permezz tal-attenzjoni li l-BEI ta lill-appoġġ għas-settur privat u l-investimenti fl-espansjoni tal-infrastruttura u s-servizzi soċjali (id-djar, l-enerġija elettrika, il-purifikazzjoni tal-ilma għax-xorb u l-infrastruttura muniċipali). Ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tad-Dokument ta' Strateġija tal-UE għall-Pajjiż għall-Afrika t'Isfel li saret fl-2009-2010 pproponiet t-tisħiħ tal-azzjonijiet fil-qasam tat-tibdil fil-klima permezz ta' attivitajiet li jappoġġaw il-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi. Għall-perijodu 2014-2020, l-attività tal-BEI hija mistennija tappoġġa b'mod komplementari il-politika, il-programmi u l-istrumenti ta' kooperazzjoni esterna tal-Unjoni billi tkompli tiffoka fuq il-prijoritajiet ewlenin bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel sabiex jiġi promoss tkabbir ekonomiku ekwu u sostenibbli, isir kontribut għall-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, u biex jingħata appoġġ lill-provvista sostenibbli u l-aċċess ekwu għall-infrastruttura u s-servizzi bażiċi.
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
8.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/21 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 467/2014
tas-7 ta’ Mejju 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 KG) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
41,8 |
|
MK |
101,4 |
|
|
TN |
43,5 |
|
|
TR |
74,0 |
|
|
ZZ |
65,2 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
51,1 |
|
TR |
124,7 |
|
|
ZZ |
87,9 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
106,4 |
|
ZZ |
106,4 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
49,6 |
|
IL |
58,8 |
|
|
MA |
47,3 |
|
|
TN |
68,6 |
|
|
TR |
54,5 |
|
|
ZZ |
55,8 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
87,3 |
|
ZZ |
87,3 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
95,8 |
|
BR |
84,2 |
|
|
CL |
101,2 |
|
|
CN |
126,1 |
|
|
MK |
26,2 |
|
|
NZ |
159,4 |
|
|
US |
160,8 |
|
|
ZA |
99,3 |
|
|
ZZ |
106,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
8.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta' Mejju 2014
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata
(notifikata bid-dokument C(2014) 2774)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/256/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi tal-prodotti. |
|
(3) |
Billi l-prodotti li għandhom l-aqwa prestazzjoni ambjentali għandhom jiġu prodotti b'inqas rilaxxi ta' sustanzi tossiċi jew ewtrofiċi fl-ilma, il-ħsara ambjentali imnaqqsa jew ir-riskji relatati mal-użu tal-enerġija (tisħin globali, aċidifikazzjoni, eżawriment tal-ożonu, eżawriment ta' riżorsi mhux rinnovabbli), ħsara jew riskji ambjentali mnaqqsa marbutin mal-użu ta' kimiki perikolużi, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta' prodotti “karta ttrasformata”. |
|
(4) |
Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal tliet snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu tal-innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
(1) Il-grupp ta' prodotti ta' “prodott tal-karta ttrasformata” ma għandux jinkludi dawn li ġejjin:
|
(a) |
envelops, u boroż tal-ġarr tal-karta li jikkonsistu f'mill-inqas 90 % bil-piż ta' karti, ta' paperboard jew ta' sottostrati bbażati fuq il-karta |
|
(b) |
prodott tal-karta tal-uffiċju li jikkonsisti f'mill-inqas 70 % bil-piż ta' karta, paperboard jew sottostrati bbażati fuq il-karta, ħlief għal suspension files u fowlders bis-sottokategoriji tal-qafla tal-metall. |
Fil-każ imsemmi fil-punt (b), il-komponent tal-plastik ma jistax jaqbeż 10 % ħlief għal ring binders, pitazzi, kotba tan-noti, djarji u fajls b'lever arch fejn il-piż tal-plastik ma jistax jaqbeż 13 %. Barra minn hekk, il-piż tal-metall ma jistax jaqbeż 30 g għal kull prodott ħlief għal suspension files, fowlders bil-qaflia tal-metall u ring binders fejn dan jista' jitla' sa 50 g u ħlief għal fajls b'lever arch fejn jista' jitla' sa 120 g.
(2) Il-grupp ta' prodotti ta' “prodott tal-karta ttrasformata” ma għandux jinkludi dawn li ġejjin:
|
(a) |
Prodotti tal-karta stampata kif inklużi fl-Ekotikketta tal-UE, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE (2) |
|
(b) |
Prodotti tal-imballaġġ (bl-eċċezzjoni ta' boroż tal-ġarr tal-karta). |
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“Sottostrat ta' board” tfisser paperboard, kartun, jew board, li mhuwiex stampat u mhux ittrasformat, b'piż ta' bażi ogħla minn 400 g/m2; |
|
(2) |
“Oġġetti ta' konsum” tfisser prodotti kimiċi użati waqt il-proċessi tal-istampar, il-kisi u t-tlestija, kapaċi li jiġu kkonsmati, meqruda, dissipati, moħlija jew użati. |
|
(3) |
“Prodott tal-karta ttrasformata” huwa karta, paperboard jew sottostrati bbażati fuq il-karta, kemm stampata kif ukoll mhux stampata, ġeneralment użata biex tipproteġi, tittratta jew taħżen oġġetti u/jew noti, li għaliha l-proċess tal-ittrasformar huwa parti essenzjali mill-proċess tal-produzzjoni, li fih tliet kategoriji prinċipali ta' prodotti: envelops, boroż tal-ġarr tal-karta u prodotti tal-karta tal-uffiċju; |
|
(4) |
“Prodotti tal-karta tal-uffiċju” tinkludi fowlders, binders, kotba tan-noti, pads, notepads, pitazzi, kotba tan-noti bi spiral, kalendarji bl-għata, djarji u folji separati; |
|
(5) |
“Proċess tal-ittrasformar” tfisser proċess fejn materjal jiġi proċessat f'prodott tal-karta ttrasformata. Dan il-proċess jista' jinkludi proċess tal-istampar (proċessi ta' qabel l-istampar, l-istampar u wara l-istampar); |
|
(6) |
“Solventi organiċi aloġenati” tfisser solvent organiku li jkollu fih minn tal-anqas atoma waħda ta' bromin, klorin, fluworin jew jodju għal kull molekula; |
|
(7) |
“Komponenti mhux tal-karta” tfisser il-partijiet kollha ta' prodott tal-karta ttrasformata li ma jikkonsistux f'karta, papaerboard, jew sottostrati bbażati fuq il-karta; |
|
(8) |
“Imballaġġ” tfisser il-prodotti kollha magħmula minn kwalunkwe materjal tkun xi tkun in-natura tiegħu, sabiex jintużaw għaż-żamma, il-protezzjoni, l-ittrattar, it-twassil u l-preżentazzjoni ta' oġġetti, minn materja prima sa oġġetti pproċessati, mill-produttur sal-utent jew il-konsumatur; |
|
(9) |
“Boroż tal-ġarr tal-karti” huma prodotti bbażati fuq il-karta li jintużaw għat-trattar/it-trasport ta' oġġetti; |
|
(10) |
“Riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm jekk għall-istess skop oriġinali jew għal skopijiet oħra, ħlief għall-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f'materjali li jridu jintużaw bħala fjuwils jew għall-operazzjonijiet ta' radam mill-ġdid; |
|
(11) |
“Fibri riċiklati” tfisser fibri ddevjati mill-fluss ta' skart waqt proċess ta' manifattura jew iġġenerati mill-utenti finali tal-prodott, li ma jkunux jistgħu jintużaw aktar għall-iskop maħsub tagħhom. Huwa eskluż l-użu mill-ġdid ta' materjali ġġenerati fi proċess u li jistgħu jerġgħu jiġu miġbura fl-istess proċess li jkun iġġenerahom (magħmulin fil-mitħna — prodotti minnhom stess jew mixtrija). |
|
(12) |
“Fowlders” tfisser kejsis li jintwew jew għata għal karti sfużi, bħal Suspension Fajls, Indiċi u Diviżorji, Portafoll tad-dokumenti, Fowlders bi 3 Flaps, u Fowlders maqtugħin kwadri; |
|
(13) |
“Binders” huma prodotti bbażati fuq il-karta li jikkonsistu minn għata, li normalment isiru minn board, bir-rings biex jinżammu flimkien karti sfużi, bħalma huma Ring Binders u fajls b'Lever Arch. |
|
(14) |
“Komposti Organiċi Volatili” (VOC) tfisser kull kompost organiku kif ukoll il-frazzjoni tal-krijożot, li jkollu 293,15 K pressjoni ta' fwar ta' 0,01 kPa jew aktar, jew li għandu volatilità korrispondenti fil-kondizzjonijiet partikolari tal-użu; |
|
(15) |
“Aġenti tal-ħasil” tfisser kimiċi użati għall-ħasil ta' forom ta' stampar u ta' preses tal-istampar biex jitneħħew il-linek tal-istampar, it-trab tal-karta u prodotti simili, sustanzi ta' tindif għall-makkinarju tat-tlestija u għall-makkinarju tal-istampar, removers għal-linek tal-istampar użati fil-ħasil tal-linek tal-istampar niexfa; |
|
(16) |
“Skart tal-karti” tfisser karta li tiġi ġġenerata matul il-produzzjoni ta' prodott lest tal-karta ttrasformata u li ma tiffurmax parti minnu. |
Artikolu 3
Sabiex jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett ta' karta ttrasformata għandu jaqa' fil-grupp tal-prodotti “prodott tal-karta ttrasformata” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 4
Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti “Prodott tal-karta ttrasformata”, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi għal tliet snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Għal skopijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-“Prodott tal-karta ttrasformata” għandu jkun “046”.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE tas-16 ta' Awwissu 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta stampata (ĠU L 223, 21.8.2012, p. 55).
ANNESS
QAFAS
L-għanijiet tal-kriterji
Il-kriterji tal-Ekotikketta jirriflettu l-prodotti bl-aħjar prestazzjoni ambjentali fis-suq tal-prodotti tal-karta ttrasformata. Filwaqt li l-użu ta' prodotti kimiċi u r-rilaxx ta' sustanzi li jniġġsu huwa parti mill-proċess ta' produzzjoni, prodott li jkollu l-Ekotikketta tal-UE jiggarantixxi lill-konsumatur li l-użu ta' dawn is-sustanzi ġie limitat sal-limitu teknikament possibbli mingħajr preġudizzju għall-adegwatezza għall-użu tal-prodott finali. L-użu ta' sustanzi perikolużi huwa eskluż kull meta jkun possibbli. Id-derogi jingħataw biss meta ma jkun hemm l-ebda alternattiva vijabbli li tkun teżisti fis-suq u, tali sustanzi perikolużi huma permessi biss f'konċentrazzjonijiet minimi.
KRITERJI
Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata:
|
1. |
Sottostrat |
|
2. |
Fibri: ġestjoni sostenibbli tal-foresti |
|
3. |
Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati |
|
4. |
Riċiklabbiltà |
|
5. |
Emissjonijiet |
|
6. |
Skart |
|
7. |
Enerġija |
|
8. |
Taħriġ |
|
9. |
Adegwatezza għall-użu |
|
10. |
Informazzjoni fuq il-prodott |
|
11. |
Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE. |
Dawn il-kriterji japplikaw għall-proċessi kollha ta' dan it-tip, li jsiru fuq il-post jew fil-postijiet jew faċilitajiet apposta fejn jiġi ttrasformat il-prodott tal-karta tal-ittrasformar. Jekk ikun hemm proċessi ta' ttrasformar, stampar, kisi u tlestija li jintużaw esklussivament għall-prodotti bl-ekotikketta, il-kriterji 2, 4, 5, 6 u 7 għandhom japplikaw biss għal dawk il-proċessi.
Il-kriterji ekoloġiċi ma jkoprux it-trasport tal-materja prima, l-oġġetti ta' konsum u l-prodotti finali.
Il-kriterju 1 japplika biss għal sottostrati użati fil-prodott finali tal-karta ttrasformata.
Il-kriterji 4, 9, 10 u 11 japplikaw għall-prodott finali tal-karta ttrasformata.
Il-kriterju 3 japplika kemm għall-komponenti mhux tal-karta tal-prodott tal-karta ttrasformata, kif ukoll għall-proċessi ta' ttrasformar. stampar, kisi u tlestija tal-komponenti tal-karta.
Il-kriterji 5, 6, 7 u 8 japplikaw għall-proċessi ta' ttrasformar, stampar, laminar u tlestija tal-komponenti tal-karta biss.
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta' valutazzjoni u ta' verifika huma indikati f'kull kriterju.
Kull stampar jew ittrasformar fuq il-prodott tal-karta ttrasformata għandu jilħaq il-kriterji. Partijiet mill-prodott li jiġu stampati jew ittrasformati minn subkuntrattur għandhom għalhekk jissodisfaw ir-rekwiżiti relatati wkoll. L-applikazzjoni għandha tinkludi lista tal-istamperiji u s-subkuntratturi kollha involuti fil-produzzjoni tal-karta ttrasformata, bil-postijiet ġeografiċi tagħhom.
L-applikant għandu jipprovdi lista tal-prodotti kimiċi użati fl-istamperija għall-produzzjoni tal-prodotti tal-karta ttrasformata. Dan ir-rekwiżit japplika għall-oġġetti tal-konsum kollha użati matul il-proċessi tal-ittrasformar, stampar, kisi u tlestija. Il-lista pprovduta mill-applikant għandha tinkludi l-ammont, il-funzjoni u l-fornitur ta' kull prodott kimiku użat, flimkien mal-Iskeda tad-Dejta tas-Sikurezza, imfassla f'konformità mal-gwida fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Fejn l-applikant ikun meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti ta' testijiet, jew evidenza oħra li turi konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mingħand l-applikant u/jew il-fornitur(i) u/jew il-fornitur(i) tagħhom, kif ikun xieraq.
Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar differenti minn dawk indikati għal kull kriterju, jekk tiġi aċċettata l-ekwivalenza tagħhom mill-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni.
Il-Korpi Kompetenti għandhom jirrikonoxxu it-testijiet akkreditati preferenzjalment skont l-ISO 17025 u l-verifiki mwettqa minn korpi li huma akkreditati skont l-istandard EN 45011 jew skont standard internazzjonali ekwivalenti.
Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.
Kriterju 1 — Sottostrat
Parti A — Sottostrat tal-karta
Is-sottostrat użat għandu jkun f'konformità mal-kriterji 1, 2, 4 u 5 tal-Ekotikketta tal-UE kif stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE (2) għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika jew fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/448/UE (3) għall-karta tal-gazzetti u għandu juri l-konformità mal-kriterju 2 — Fibri: ġestjoni sostenibbli tal-forest tal-Ekotikketta tal-UE kif stabbilita f'din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-prodotti tal-karta ttrasformata.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti tal-karta ttrasformata kkonċernati, inklużi l-ismijiet kummerċjali, l-ammonti u l-piż/m2 tal-karta użata. Il-lista għandha tinkludi wkoll l-ismijiet tal-fornituri tal-karti użati. Il-konformità mal-kriterji 1, 2, 4 u 5 tal-Ekotikketta tal-UE kif stabbilita permezz tad-Ekotikketta tal-UE kif stabbilita fid-Deċiżjoni 2011/333/UE jew fid-Deċiżjoni 2012/448/UE għandha tkun ippruvata għal kull sottostrat billi tiġi pprovduta kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE validu għall-karta użata. Il-konformità mal-kriterju 2 dwar il-fibri tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresta għandha tkun ippruvata għal kull sottostrat billi jiġi pprovdut PEFC, FSC jew ċertifikat ekwivalenti validu għal kull sottostrat użat, jew permezz ta' awtodikjarazzjoni fil-każ li l-applikant diġà jkollu ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE validu għas-sottostrat użat.
Parti B — Sottostrat ta' Board
|
(a) |
COD, Kubrit, NOx, Fosforu Għal kull wieħed minn dawn il-parametri, l-emissjonijiet fl-arja u/jew fl-ilma mill-polpa, il-karti ta' laminazzjoni u l-produzzjoni tal-board għandhom ikunu espressi f'termini ta' punti (PCOD, PS, PNOx, PP) kif dettaljat hawn taħt. L-ebda wieħed mill-punti individwali PCOD, PS, PNOx, PP ma għandu jaqbeż 1,5. L-għadd totali tal-punti (Ptotal = PCOD + PS + PNOx + PP) ma għandux jaqbeż 4,0. Il-kalkolu ta' P COD għandu jsir kif ġej (il-kalkoli ta' PS, PNOx, PP għandhom isiru bl-istess mod eżatt). Għal kull polpa “i”, jew kull karta ta' laminazzjoni, “i” użata, l-emissjonijiet COD relatati mkejla (CODpulp, i jew CODkarta, i expressa f'kg/tunnellati mnixxfa bl-arja — ADT), għandhom ikunu ppeżati skont il-proporzjon ta' kull polpa jew karta ta' laminazzjoni użata (polpa “i”, jew karta “i”, fir-rigward ta' tunnellata popla jew karta mnixxfa bl-arja), u magħdudin flimkien. L-emissjoni ppeżata ta' COD għall-polpi jew tal-karti tal-laminazzjoni mbagħad tiżdied mal-emissjoni mkejla ta' COD mill-produzzjoni tal-board biex tagħti emissjoni totali ta' COD, CODtotal. Il-valur ta' referenza ppeżat ta' COD għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-karta tal-laminazzjoni għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod, bħas-somma tal-valuri ta' referenza ppeżati għal kull polpa jew karta tal-laminazzjoni użata u jiżdied mal-valur ta' referenza għall-produzzjoni tal-board biex jagħti valur ta' referenza totali COD, CODref, total. Il-valuri ta' referenza għal kull tip ta' polpa jew ta' karta tal-laminazzjoni użata u għall-produzzjoni tal-board huma mogħtija fit-Tabella 1. Fl-aħħar nett, l-emissjoni totali ta' COD għandha tiġi diviża bil-valur ta' referenza totali ta' COD kif ġej:
Tabella 1 Valuri ta' referenza għall-emissjonijiet minn tipi differenti ta' polpa u mill-produzzjoni tal-board
F'każ ta' koġenerazzjoni ta' sħana u elettriku mill-istess impjant, l-emissjonijiet ta' S u NOx li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku jistgħu jitnaqqsu mill-ammont totali. L-ekwazzjoni li ġejja tista' tintuża biex jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku: 2 × (MWh(elettriku))/[2 × MWh(elettriku) + MWh(sħana)] L-elettriku f'dan il-kalkolu huwa l-elettriku prodott fl-impjant ta' koġenerazzjoni. Is-sħana f'dan il-kalkolu hija s-sħana netta mwassla mill-impjant tal-enerġija għall-produzzjoni tal-polpa/tal-karta tal-karta/tal-board. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati li juru konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni relatata ta' appoġġ li għandha tinkludi rapporti ta' testijiet li jużaw il-metodi ta' ttestjar li ġejjin: COD: ISO 6060; NOx: ISO 11564; S(oxid.): EPA nru.8; S(red.): EPA nru 16 A; S kontenut fiż-żejt: ISO 8754; S kontenut fil-faħam: ISO 351; P: EN ISO 6878, APAT IRSA CNR 4110 jew Dr Lange LCK 349. Id-dokumentazzjoni ta' appoġġ għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl u l-kalkolu tal-punti għal COD, S u NOx. Għandha tinkludi l-emissjonijiet kollha ta' S u NOx li jseħħu matul il-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board, inkluż il-fwar iġġenerat barra l-post tal-produzzjoni, ħlief dawk l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-elettriku. Il-kejl għandu jinkludi l-bojlers ta' rkupru, il-kalkari tal-ġir, il-bojlers tal-fwar u l-fran għall-qerda ta' gassijiet jintnu ħafna. L-emissjonijiet diffużi għandhom jiġu kkunsidrati. Il-valuri rrappurtati ta' emissjonijiet ta' S fl-arja għandhom jinkludu kemm l-emissjonijiet ossidizzati kif ukoll l-emissjonijiet imnaqqsa ta' S (sulfid tad-dimetil, merkaptan tal-metil, sulfid tal-idroġenu u bħalhom). L-emissjonijiet ta' S relatati mal-ġenerazzjoni tal-enerġija tas-sħana miż-żejt, il-faħam u fjuwils esterni oħra b'kontenut magħruf ta' S jistgħu jiġu kkalkulati minflok imkejla, u għandhom jiġu kkunsidrati. Il-kejl tal-emissjonijiet fl-ilma għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta' trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta' impjant ta' produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta' ħidma stabbli tal-impjant. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva. Fil-każ tal-imtieħen integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-emissjonijiet għall-polpa, għall-karta tal-laminazzjoni u għall-board, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board, il-valuri tal-emissjonijiet għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-board għandha tinkludi l-produzzjoni tal-polpa, il-karta ta' laminazzjoni u l-board. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
AOX Il-valur tal-medja ppeżata tal-AOX rilaxxat mill-produzzjonijiet tal-polpi użati fis-sottostrati ma għandux jaqbeż 0,170 kg/ADT tal-board. L-emissjonijiet AOX minn kull polpa individwali użata fil-board m'għandhomx ikunu iktar minn 0,250 kg/ADT ta' polpa. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapporti ta' testijiet billi juża l-metodu ta' ttestjar li ġej: AOX ISO 9562 akkumpanjat minn kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta' appoġġ. Id-dokumentazzjoni ta' appoġġ għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl. AOX għandu jitkejjel biss fi proċess fejn jintużaw komposti tal-kloru għall-ibbliċjar tal-polpa. AOX ma għandux għalfejn jitkejjel fl-effluwent mill-produzzjoni mhux integrata ta' board jew fl-effluwenti mill-produzzjoni ta' polpa mingħajr ibbliċjar jew fejn l-ibbliċjar jitwettaq b'sustanzi mingħajr kloru. Il-kejl għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u kampjuni li ma jkunux qagħdu wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta' trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta' impjant ta' produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta' ħidma stabbli tal-impjant. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva. |
|
(c) |
CO2 L-emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju minn sorsi mhux rinnovabbli ma għandhomx jaqbżu 1 000 kg għal kull tunnellata ta' board prodott, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra l-post). Għall-imtieħen mhux integrati (fejn il-polpi kollha li jintużaw huma polpi kummerċjali), l-emissjonijiet ma għandhomx jaqbżu 1 100 kg għal kull tunnellata. L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-polpa u tal-board. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ relatata. L-applikant għandu jipprovdi dejta dwar l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju fl-arja. Dan għandu jinkludi s-sorsi kollha ta' fjuwils mhux rinnovabbli matul il-produzzjoni tal-polpa u tal-board, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra l-post). Il-fatturi tal-emissjonijiet li ġejjin għandom jintużaw fil-kalkolu tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-fjuwils: Tabella 2
Il-perjodu għall-kalkoli jew il-bilanċi tal-massa għandhom ikunu bbażati fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta' impjant ta' produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta' ħidma stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva. Għall-elettriku tal-grid, il-valur ikkwotat fit-tabella ta' hawn fuq (il-medja Ewropea) għandu jintuża sakemm l-applikant ma jippreżentax dokumentazzjoni li tistabbilixxi valur medju għall-fornituri tiegħu tal-elettriku (fornitur kontraenti jew medja nazzjonali), f'liema każ l-applikant jista' juża dan il-valur minflok il-valur imsemmi fit-tabella. L-ammont ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli (4) mixtrija u użata għall-proċessi tal-produzzjoni, mhux se jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta' CO2: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li enerġija ta' dan it-tip fil-fatt tkun qed tintuża fil-mitħna jew tkun qed tinxtara minn barra. |
|
(a) |
Elettriku Il-konsum tal-elettriku relatat mal-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board għandu jkun espress f'termini ta' punti (PE) kif dettaljat hawn taħt. L-għadd ta' punti, PE, għandu jkun anqas minn jew ugwali għal 1,5. Il-kalkolu ta' PE għandu jsir kif ġej. Kalkolu għal polpa jew għall-produzzjoni tal-karta tal-laminazzjoni: Għal kull i ta' polpa, karta tal-laminazzjoni li tintuża, il-konsum tal-elettriku relatat (Epulp or laminated paper, i espressa f'kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta' punti (PE) kif ġej:
Fil-każ tal-imtieħen integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri tal-elettriku separati għall-polpa, għall-karta tal-laminazzjoni u għall-board, fejn tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board, il-valuri tal-elettriku għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-mitħna tal-board għandha tinkludi l-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board. |
|
(b) |
Fjuwil (sħana) Il-konsum ta' fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board għandu jiġi espress f'termini ta' punti (PF) kif dettaljat hawn taħt. L-għadd ta' punti, PF, għandu jkun anqas minn jew ugwali għal 1,5. Il-kalkolu ta' PF għandu jsir kif ġej. Kalkolu għal polpa jew għall-produzzjoni tal-karta tal-laminazzjoni: Għal kull i ta' polpa, karta tal-laminazzjoni li tintuża, il-konsum tal-elettriku relatat (Fpulp or laminated paper, i espressa f'kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Nota: Fpolpa jew karta tal-laminazzjoni, i (u l-kontribuzzjoni tiegħu għal PF, pulp or laminating paper) ma għandux għalfejn jiġi kkalkulat għall-polpa mekkanika ħlief jekk tkun polpa mekkanika tas-suq imnixxfa bl-arja li fiha tal-anqas 90 % ta' materja niexfa. L-ammont ta' fjuwil li jintuża biex jipproduċi s-sħana mibjugħa għandu jiżdied mat-terminu “fjuwil mibjugħ” fl-ekwazzjoni ta' hawn fuq. Kalkolu għall-produzzjoni tal-board: Bl-istess mod, il-konsum ta' fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-board (Fboard, espressa f'kWh/ADT), għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-board għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta' punti (PF) kif ġej:
Tabella 3 Valuri ta' referenza għall-elettriku u għall-fjuwil
Valutazzjoni u verifika (kemm għal (a) kif ukoll għal (b)): l-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati li juru konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ kollha relatata. Id-dettalji rrappurtati għalhekk għandhom jinkludu l-konsum totali ta' elettriku u ta' fjuwil. L-applikant għandu jikkalkula l-inputs kollha ta' enerġija, maqsuma fi sħana/fjuwils u l-elettriku użati matul il-produzzjoni tal-polpa u tal-board, inkluża l-enerġija użata fit-tneħħija tal-linka tal-karti tal-iskart għall-produzzjoni tal-board riċiklat. L-enerġija użata fit-trasport tal-materja prima, kif ukoll fil-konverżjoni u l-imballaġġ, mhijiex inkluża fil-kalkoli tal-konsum ta' enerġija. L-enerġija kollha tas-sħana tinkludi l-fjuwils kollha mixtrija. Tinkludi wkoll l-enerġija tas-sħana rkuprata bl-inċinerazzjoni ta' likuri u skart minn proċessi fil-post (eż. skart tal-injam, serratura tal-injam, likuri, skart tal-karta, karti mqattgħa), kif ukoll is-sħana rkuprata mill-ġenerazzjoni interna tal-elettriku — madankollu, l-applikant jeħtieġ jgħodd biss 80 % tal-enerġija tas-sħana minn dawn is-sorsi meta jikkalkula l-enerġija tas-sħana totali. L-enerġija elettrika tfisser l-elettriku nett impurtat li jkun ġej mill-grid u l-ġenerazzjoni interna ta' elettriku mkejla bħala enerġija elettrika. L-elettriku użat għat-trattament tal-iskart tal-ilma mhemmx għalfejn jiġi inkluż. Fejn il-fwar jiġi ġġenerat bl-użu tal-elettriku bħala s-sors tas-sħana, għandu jiġi kkalkulat il-valur tas-sħana tal-fwar, imbagħad jiġi diviż b'0,8 u jiżdied mal-konsum totali ta' fjuwil. Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-fjuwil (sħana) għall-polpa, għall-karta tal-laminazzjoni u għall-board, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board, il-valuri tal-fjuwil (sħana) għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-board għandha tinkludi l-produzzjoni tal-polpa, tal-karta tal-laminazzjoni u tal-board. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lista tal-prodotti kimiċi użati fil-produzzjoni tal-polpa u l-board, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa (bħall-SDSs). Din il-lista għandha tinkludi l-kwantità, il-funzjoni u l-fornituri tas-sustanzi kollha użati fil-proċess tal-produzzjoni.
|
(a) |
Sustanzi u taħlitiet perikolużi Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) il-board ma għandux ikun fih sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u lanqas sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bil-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu speċifikati hawn taħt. Lista ta' dikjarazzjonijiet ta' periklu u espressjonijiet ta' riskju:
L-użu ta' sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b'mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta' hawn fuq. Limiti ta' konċentrazzjoni għal sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet ta' periklu jew il-frażijiet ta' riskju elenkati hawn fuq, li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew fil-kategoriji ta' periklu, u għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta' konċentrazzjoni ġeneriċi jew speċifiċi determinati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Fejn ikunu stabbiliti limiti speċifiċi ta' konċentrazzjoni, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ġeneriċi. Il-limiti ta' konċentrazzjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57(d), (e) jew (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhomx jaqbżu 0,10 % ta' piż skont il-piż. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma' dan il-kriterju billi jipprovdi dejta dwar l-ammont (kg/ADT ta' board prodott) ta' sustanzi użati fil-proċess u li s-sustanzi msemmija f'dan il-kriterju ma jinżammux fil-prodott finali f'livell ogħla mil-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għas-sustanzi u t-taħlitiet għandha tiġi speċifikata fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(b) |
Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fir-rigward tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib kbir u inklużi fil-lista pprovduta għall-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, preżenti f'taħlitiet, f'oġġett jew fi kwalunkwe parti omoġenja ta' oġġett kumpless f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 %. Il-limiti ta' konċentrazzjoni speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom japplikaw fil-każ li l-konċentrazzjoni tkun aktar baxxa minn 0,10 %. Valutazzjoni u verifika: il-lista ta' sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib kbir ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista' tinstab fuq is-sit elettroniku: http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp Għandha ssir referenza għal-lista fid-data tal-applikazzjoni. L-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma' dan il-kriterju billi jipprovdi dejta dwar l-ammont (kg/ADT ta' board prodott) ta' sustanzi użati fil-proċess u li s-sustanzi msemmija f'dan il-kriterju ma jinżammux fil-prodott finali f'livell ogħla mil-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għandha tiġi speċifikata fl-iskeda tad-dejta tas-sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(c) |
Kloru Ma għandux jintuża gass tal-kloru bħala aġent tal-ibbliċjar. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-gass tal-kloru relatat mal-produzzjoni u l-użu tad-dijossidu tal-kloru. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-produttur(i) tal-polpa li ma ntużax gass tal-kloru bħala aġent tal-ibbliċjar. Nota: filwaqt li dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-ibbliċjar ta' fibri rriċiklati, huwa aċċettat li l-fibri fiċ-ċiklu tal-ħajja preċedenti tagħhom setgħu ġew ibbliċjati bil-gass tal-kloru. |
|
(d) |
APEOs Ma għandhomx jiżdiedu etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma' sustanzi kimiċi tat-tindif, sustanzi kimiċi li jneħħu l-linka, inibituri tar-ragħwa, dispersanti jew kisjiet. Id-derivattivi tal-alkilfenol huma ddefiniti bħala sustanzi li wara d-degradazzjoni jipproduċu l-fenoli tal-alkil. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni(jiet) mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tiegħu li ma żdidux etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma' dawk il-prodotti. |
|
(e) |
Monomeri residwi Il-kwantità totali ta' monomeri residwi (eskluż l-akrilammid) li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati xi waħda mill-frażijiet ta' riskju li ġejjin (jew taħlitiet tagħhom) u li jkunu preżenti f'kisjiet, f'aġenti li jgħinu r-ritenzjoni, f'aġenti li jirrinforzaw, sustanzi li l-ilma ma jinfidhomx jew f'sustanzi kimiċi użati fit-trattament intern u estern tal-ilma, ma għandhiex taqbeż 100 ppm (ikkalkulata fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom):
L-akrilammida ma għandhiex tkun preżenti f'kisjiet, f'aġenti li jgħinu r-ritenzjoni, f'aġenti li jirrinforzaw, f'sustanzi li l-ilma ma jinfidhomx jew f'sustanzi kimiċi użati fit-trattament intern u estern tal-ilma f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 700 ppm (ikkalkulati fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom). Il-korp kompetenti jista' jeżenta lill-applikant minn dawn ir-rekwiżiti fir-rigward tas-sustanzi kimiċi użati fit-trattament estern tal-ilma. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mingħand il-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tagħhom, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa (bħall-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza). |
|
(f) |
Aġenti tensjoattivi fit-tneħħija tal-linka L-aġenti tensjoattivi kollha użati fit-tneħħija tal-linka għandhom finalment ikunu bijodegradabbli. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mingħand il-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tagħhom flimkien mal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza jew ir-rapporti tat-testijiet rilevanti għal kull aġent tensjoattiv, li jindikaw il-metodu ta' ttestjar, il-livell limitu u l-konklużjoni mogħtija, billi jintuża wieħed mill-metodi ta' ttestjar u l-livelli ta' limiti li ġejjin: OECD 302 A-C (jew standards ISO ekwivalenti), b'perċentwali ta' degradazzjoni (inkluż l-assorbiment) fi żmien 28 ġurnata ta' mill-anqas 70 % għal 302 A u B, u ta' mill-anqas 60 % għal 302 C. |
|
(g) |
Bijoċidi Il-komponenti attivi f'bijoċidi jew f'aġenti bijostatiċi użati kontra organiżmi li jiffurmaw il-lgħab f'sistemi ta' ċirkolazzjoni tal-ilma li jkun fihom il-fibri, ma għandhomx ikunu potenzjalment bijoakkumulattivi. Il-bijoakkumulazzjoni tal-bijoċidi hija kkaratterizzata minn log Pow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) < 3,0 jew fattur ta' bijokonċentrazzjoni stabbilit b'mod sperimentali (BCF) ta' ≤ 100. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mingħand il-fornituri kimiċi tagħhom flimkien mal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali jew ir-rapport tat-test rilevanti, li għandhom jindikaw il-metodu ta' ttestjar, il-limitu u l-konklużjoni mogħtija, billi jintużaw il-metodi ta' ttestjar li ġejjin: OECD 107, 117 jew 305 A-E. |
|
(h) |
Ażokoloranti Ma għandhomx jintużaw ażokoloranti li jistgħu jinferqu f'xi wieħed mill-ammini aromatiċi li ġejjin, skont l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006:
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mingħand il-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tagħhom. |
|
(i) |
Materjali koloranti jew pigmenti bbażati fuq kumplessi tal-metall Ma għandhomx jintużaw koloranti jew pigmenti bbażati fuq iċ-ċomb, ir-ram, il-kromju, in-nikil jew l-aluminju. Jistgħu, madankollu, jintużaw koloranti jew pigmenti tal-ftaloċjanina tar-ram. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mingħand il-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tagħhom. |
|
(j) |
Impuritajiet joniċi f'materjali koloranti Il-livelli ta' impuritajiet joniċi fil-materjali koloranti li jintużaw ma għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin: Ag 100 ppm; As 50 ppm; Ba 100 ppm; Cd 20 ppm; Co 500 ppm; Cr 100 ppm; Cu 250 ppm; Fe 2 500 ppm; Hg 4 ppm; Mn 1 000 ppm; Ni 200 ppm; Pb 100 ppm; Se 20 ppm; Sb 50 ppm; Sn 250 ppm; Zn 1 500 ppm. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità. |
Is-siti kollha fejn tiġi prodotta l-polpa u l-board għandu jkollhom sistema għall-immaniġġjar tal-iskart (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tas-siti ta' produzzjoni tal-polpa u tal-board inkwistjoni) u l-prodotti residwi li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-prodott ekotikkettat. Is-sistema għandha tiġi ddokumentata jew spjegata fl-applikazzjoni u tinkludi informazzjoni tal-anqas dwar il-punti li ġejjin:
|
— |
il-proċeduri għas-separazzjoni u l-użu ta' materjali riċiklabbli mill-fluss tal-iskart, |
|
— |
il-proċeduri għall-irkupru ta' materjali għal użi oħra, bħall-inċinerazzjoni sabiex tiġġenera fwar jew sħana għall-proċess, jew użu agrikolu, |
|
— |
il-proċeduri għall-immaniġġjar ta' skart perikoluż (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tas-siti ta' produzzjoni tal-polpa u tal-board inkwistjoni). |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri adottati għall-immaniġġjar tal-iskart ta' kull wieħed mis-siti konċernati u dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju.
Kriteru 2 — Fibri: ġestjoni sostenibbli tal-foresti
Il-materja prima tal-fibra fil-board tista' tkun riċiklata jew verġni.
Il-fibri verġni għandhom ikunu koperti minn ġestjoni sostenibbli valida tal-foresti u katina ta' ċertifikati ta' kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.
Madankollu, fejn l-iskemi ta' ċertifikazzjoni jippermettu t-taħlit ta' materjal iċċertifikat u materjali mhux iċċertifikati fi prodott jew linja ta' prodotti, il-proporzjon tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma għandux jaqbeż 30 % tal-materja prima totali tal-fibra. Tali materjal mhux iċċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jinkiseb b'mod legali u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.
Il-korpi ta' ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina ta' kustodja għandhom ikunu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta' ċertifikazzjoni.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li tindika t-tipi, il-kwantitajiet u l-oriġini tal-fibri użati fil-produzzjoni tal-polpa u tal-board.
Fejn jintużaw fibri verġni, il-prodott għandu jkun kopert minn ċertifikati validi ta' ġestjoni tal-foresti u tal-katina ta' kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni indipendenti ta' parti terza, bħall-PEFC, l-FSC jew ekwivalenti. Jekk il-prodott jew il-linja ta' prodotti tinkludi materjal mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-materjal mhux iċċertifikat ikun inqas minn 30 % u jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jinkiseb legalment u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.
Fejn jintużaw fibri rriċiklati, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tindika l-ammont medju ta' gradi ta' karta rkuprata użata għall-prodott skont l-istandard EN 643 jew standard ekwivalenti. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li ma ntuża l-ebda skart ta' karti mill-mitħna (tiegħu stess jew mixtrija) għall-kalkolu tal-perċentwal.
Kriterji applikabbli għall-proċessi ta' ttrasformar
Kriterju 3 — Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati
|
(a) |
Sustanzi u taħlitiet perikolużi L-oġġetti ta' konsum li jistgħu jispiċċaw fil-prodott finali tal-karta ttrasformata, u li fihom sustanzi u/jew taħlitiet li jilħqu l-kriterji għall-klassifikazzjoni mad-dikjarazzjonijiet ta' periklu jew frażijiet ta' riskju speċifikati iktar 'l isfel skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (11) jew sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jintużaw għall-operazzjonijiet ta' stampar, ta' kisi jew ta' tlestija tal-prodott finali tal-karta ttrasformata. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għat-toluwen li jintuża fil-proċessi ta' stampar bir-rotogravur, fejn stallazzjoni magħluqa jew f'kapsula jew sistema ta' rkupru, jew kwalunkwe sistema ekwivalenti, tkun lesta biex tikkontrolla u tissorvelja l-emissjonijiet maħruba, u fejn l-effiċjenza tal-irkupru tkun tal-anqas 92 %. Il-verniċ UV u l-linek UV ikklassifikati bħala H412/R52-53 huma wkoll eżenti minn dan ir-rekwiżit. Il-komponenti mhux tal-karta li huma parti mill-prodott tal-karta finali ttrasformata ma għandux ikun fihom is-sustanzi msemmija iktar 'il fuq. Lista ta' dikjarazzjonijiet ta' periklu u ta' frażijiet ta' riskju
Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b'mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta' hawn fuq. Il-limiti ta' konċentrazzjoni għal sustanzi li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet ta' periklu jew il-frażijiet ta' riskju elenkati hawn fuq, jew li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jaqbżu l-limiti ġeneriċi jew speċifiċi ta' konċentrazzjoni ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Fejn ikunu stabbiliti limiti speċifiċi ta' konċentrazzjoni, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ġeneriċi. Il-limiti ta' konċentrazzjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(d), (e) jew (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhomx jaqbżu 0,10 % piż skont il-piż. Valutazzjoni u verifika: għas-sustanzi li mhumiex diġà kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-applikant għandu jagħti prova tal-konformità tiegħu ma' dawn il-kriterji, billi jipprovdi: (i) dikjarazzjoni li l-komponenti mhux tal-karta li huma parti mill-prodott finali ma fihomx is-sustanzi rreferuti f'dawn il-kriterji f'konċentrazzjoni ikbar mil-limiti awtorizzati; (ii) dikjarazzjoni li l-ebda mill-oġġetti mhux tal-konsum użati fl-istampar, kisi u l-operazzjonijiet ta' tlestija tal-prodott tal-karta ttrasformata finali ma fihom is-sustanzi rreferuti f'dawn il-kriterji f'konċentrazzjoni ikbar mil-limiti awtorizzati; (iii) lista tal-oġġetti tal-konsum kollha użati għall-istampar, it-tlestija u l-kisi tal-prodotti tal-karta ttrasformata. Din il-lista għandha tinkludi l-kwantità, il-funzjoni u l-fornituri tal-oġġetti ta' konsum kollha użati fil-proċess tal-produzzjoni. L-applikant għandu juri l-konformità ma' dan il-kriterju billi jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tagħhom dwar il-fatt li kull sustanza mdaħħla mhijiex ikklassifikata fi kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta' periklu marbutin mad-dikjarazzjonijiet ta' periklu msemmija fil-lista ta' hawn fuq, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, safejn dan jista' jiġi ddeterminat, bħala minimu, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b'informazzjoni miġbura fil-qosor dwar il-karatteristiki relevanti assoċjati mad-dikjarazzjonijiet ta' periklu msemmija fil-lista ta' hawn fuq, bil-livell ta' dettall speċifikat fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Rekwiżiti għall-Kompilazzjoni tal-Iskedi ta' Dejta ta' Sikurezza). Informazzjoni dwar il-karatteristiki intrinsiċi tas-sustanzi tista' tiġi ġġenerata permezz ta' mezzi oħra minbarra t-testijiet, pereżempju permezz tal-użu ta' metodi alternattivi bħal metodi in vitro, b'mudelli kwantitattivi ta' struttura-attività jew bl-użu ta' raggruppament jew read-across skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-qsim tad-dejta rilevanti huwa ferm imħeġġeġ. It-tagħrif ipprovdut għandu jkun marbut mal-forom jew mal-istati fiżiċi tas-sustanza jew tat-taħlita kif tintuża fil-prodott finali. Għas-sustanzi elenkati fl-Annessi IV u V tar-REACH eżentati mill-obbligi ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament REACH (KE) Nru 1907/2006, dikjarazzjoni b'dan l-għan tkun biżżejjed biex tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati hawn fuq. L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa dwar l-effiċjenza tal-irkupru tal-istallazzjoni magħluqa jew f'kapsula jew tas-sistema ta' rkupru, jew kwalunkwe sistema ekwivalenti, li tkun ġiet implimentata għall-użu tat-toluwenfi proċessi ta' stampar bir-rotogravur. |
|
(b) |
Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fir-rigward tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib kbir u inklużi fil-lista pprovduta fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, preżenti f'taħlitiet f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,1 %. Il-limiti ta' konċentrazzjoni speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom japplikaw meta l-konċentrazzjoni tkun aktar baxxa minn 0,10 %. Valutazzjoni u verifika: il-lista ta' sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib kbir ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista' tinstab fuq is-sit elettroniku: http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp Għandha ssir referenza għal-lista fid-data tal-applikazzjoni. L-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma' dan il-kriterju billi jipprovdi dejta dwar l-ammont ta' sustanzi użati għall-istampar tal-prodotti ta' karta ttrasformata, kif ukoll stqarrija li s-sustanzi msemmija f'dan il-kriterju ma jinżammux fil-prodott finali f'livell ogħla mil-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għandha tiġi speċifikata fil-Folja dwar id-Dejta tas-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(c) |
Bijoċidi Bijoċidi, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn taħlita inkluża fil-formulazzjoni, li jintużaw biex jippreservaw il-prodott u li huma kklassifikati H410/R50-53 jew H411/R51-53 skont id-Direttiva 67/548/KEE, id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, huma permessi iżda biss jekk il-potenzjali ta' bijoakkumulazzjoni tagħhom huma kkaratterizzati minn log Pow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) < 3,0 jew fattur ta' bijokonċentrazzjoni (BCF) iddeterminat b'mod sperimentali ≤ 100. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-Folja dwar id-Dejta tas-Sikurezza tal-materjali għall-bijoċidi kollha użati tul l-istadji varji tal-produzzjoni, flimkien mad-dokumentazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-bijoċidi fil-prodott finali. |
|
(d) |
Aġenti tal-ħasil L-aġenti tal-ħasil li jintużaw għat-tindif waqt il-proċessi u/jew subproċessi ta' stampar, li jkun fihom idrokarbonju aromatiku, għandhom jitħallew jintużaw biss jekk ikunu konformi mal-punt 3(b), u jekk tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
Dan il-kriterju ma għandux japplika għat-toluwen li jintuża bħala aġent tal-ħasil fl-istampar bir-rotogravur. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-Folja dwar id-Dejta tas-Sikurezza għal kull aġent tal-ħasil użat fi stamperija matul is-sena li għaliha jirreferi l-konsum annwali. Il-fornituri tal-aġent tal-ħasil għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet tal-kontenut ta' idrokarbonju fl-aġenti tal-ħasil. |
|
(e) |
Alkilfenoletossilati — Solventi aloġenati — Ftalati Is-sustanzi jew preparazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx jiżdiedu ma' linek, koloranti, toners, adeżivi jew aġenti tal-ħasil jew kimiċi oħra għat-tindif użati għall-istampar tal-prodott ta' karta ttrasformata:
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju. |
|
(f) |
Linek tal-istampar, toners, verniċ, pellikoli tal-aluminju, u laminati Il-metalli tqal li ġejjin jew il-komposti tagħhom m'għandhomx jintużaw f'linek tal-istampar, toners, verniċ, pellikoli tal-aluminju jew laminati (la bħala sustanza u lanqas bħala parti minn kwalunkwe preparazzjoni użata): il-kadmju, ir-ram (għajr ir-ram-ftalosjanin), iċ-ċomb, in-nikil, il-kromu VI, il-merkurju, l-arseniku, il-barju solubbli, is-selenju, l-antimonju. Il-kobalt jista' jintuża sa 0,10 % (w/w). L-ingredjenti jista' jkun fihom traċċi ta' dawn il-metalli sa 0,010 % (w/w) li jiġu mill-impuritajiet fil-materja prima. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, kif ukoll dikjarazzjonijiet mill-fornituri tal-ingredjenti. |
|
(g) |
Komponenti tal-metall Il-metalli m'għandhomx ikunu miksijin bil-kadmju, il-kromju, in-nikil, iċ-ċomb, il-merkurju, iż-żingu, il-landa u l-komposti tagħhom. It-trattament tal-uċuħ tal-metall bin-nikil jew biż-żingu jista' jiġi aċċettat għal partijiet żgħar (bħal imsiemer irbattuti, vajlori, u mekkaniżmi “flat bar”) fejn dan hu meħtieġ minħabba strapazz kbir fiżiku jilbsu. Kemm għall-kisi tan-nikil kif ukoll għall-iggalvanizzar taż-żingu għandha tuża teknoloġija tat-trattament tal-ilma tal-iskart, skambju joniku, teknoloġija tal-membrana jew teknoloġija ugwali sabiex il-prodotti kimiċi jiġu rriċiklati kemm jista' jkun. L-emissjonijiet mit-trattament tal-wiċċ għandhom jiġu riċiklati u meqruda. Is-sistema għandha tkun magħluqa mingħajr sistemi ta' drenaġġ, bl-eċċezzjoni taż-żingu fejn l-emissjoni tista' tkun għal massimu ta' 0,50 mg/l. Il-prodotti kimiċi użati fit-trattament tal-wiċċ irid ikun f'konformità mal-kriterji 3 (c) Bijoċidi u 3 (e) alkilfenoletossilati — Solventi aloġenati — Ftalati. Dan ir-rekwiżit japplika għal kull komponent separat tat-tip tal-metall ta' aktar minn 10 % bil-piż tal-prodotti finali fis-subkategorija ta' “suspension file”, fowlders bil-qafla tal-metall, ring binder u fajls b'lever arch. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju. |
Kriterju 4 — Riċiklabbiltà
Il-prodott tal-karta ttrasformata għandu jkun riċiklabbli. Għall-komponenti mhux tal-karta tal-prodott ta' karta ttrasformata għandu jkun possibbli li jitneħħew faċilment, b'mod li jiżgura li tali komponenti ma jfixklux il-proċess ta' riċiklaġġ.
|
(a) |
L-aġenti tar-reżistenza għall-ilma għandhom jintużaw biss jekk tista' tiġi pprovata r-riċiklabbiltà tal-prodott lest. |
|
(b) |
L-adeżivi mhux solubbli jistgħu jintużaw biss jekk tista' tiġi pprovata l-kapaċità li jitneħħew. |
|
(c) |
Il-verniċi għall-kisi u l-laminazzjoni, inklużi l-politelen u/jew il-politelen/polipropilen, jistgħu jintużaw biss għall-binders u għall-fowlders, pitazzi, djarji u notebooks. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi r-riżultati tat-testijiet tar-riċiklabbiltà għall-aġenti tar-reżistenza għall-ilma, kif ukoll tal-kapaċità li jitneħħew l-adeżivi. Il-metodi ta' ttestjar ta' referenza huma l-metodu PTS-RH 021/97 (għall-aġenti tar-reżistenza għall-ilma), il-Metodu INGEDE 12 (għat-tneħħija tal-adeżivi mhux solubbli), jew metodi ta' ttestjar ekwivalenti. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li l-prodotti tal-karta ttrasformata miksija u laminati huma konformi mal-punt 3(c). Fejn parti minn prodott tal-karta ttrasformata tkun tista' titneħħa faċilment (ngħidu aħna, l-iżbarra tal-metall ġo suspension file jew għata tal-plastik jew għata li tista' terġa tintuża ta' pitazz), it-test tar-riċiklabbiltà jista' jsir mingħajr dan il-komponent. Il-kapaċità li jitneħħew faċilment il-komponenti mhux tal-karta għandha tkun provata b'dikjarazzjoni mill-impriża tal-ġbir tal-karta, mill-impriża tar-riċiklaġġ jew minn organizzazzjoni ekwivalenti. Jistgħu jintużaw ukoll metodi ta' ttestjar li juru riżultati ekwivalenti, imwettqa minn parti terza kompetenti u indipendenti.
Kriterju 5 — Emissjonijiet
|
(a) |
Emissjonijiet fl-ilma L-ilma għat-tlaħliħ li jkun fih il-fidda mill-ipproċessar tal-pellikoli, kif ukoll mill-produzzjoni tal-pjanċi, u l-fotokimiċi, ma għandhomx jiġu rrilaxxati f'impjant tat-trattament tad-drenaġġ. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni tal-ġestjoni fuq il-post tal-ilma tat-tlaħliħ li jkun fih fotokimiċi u l-fidda. Fejn l-ipproċessar tal-pellikoli u/jew il-produzzjoni tal-pjanċi jintbagħtu f'idejn ħaddieħor, is-sottokuntrattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni tal-ġestjoni, fuq il-post tas-sottokuntrattur, tal-ilma tat-tlaħliħ li jkun fih fotokimiċi u l-fidda. Fl-Istampar bir-rotogravura, l-ammont ta' Cr u Cu rrilaxxat f'impjant tat-trattament tad-drenaġġ ma għandux jaqbeż il-45 mg kull m2 u l-400 mg kull m2 rispettivament tas-superfiċje taċ-ċilindru tal-istampar imħaddem. Valutazzjoni u verifika: ir-rilaxx ta' Cr u ta' Cu fid-drenaġġ għandu jiġi vverifikat fl-impjanti tal-istampar bir-rotogravura, wara t-trattament u qabel ir-rilaxx stess. Kull xahar għandu jinġabar kampjun rappreżentattiv tar-rilaxxi ta' Cr u ta' Cu. Tal-anqas test analitiku wieħed għandu jsir kull sena minn laboratorju akkreditat, sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut ta' Cr u ta' Cu f'sottokampjun rappreżentativ ta' dawn il-kampjuni. Il-konformità ma' dawn il-kriterji għandha tiġi vverifikata billi jiġi diviż il-kontenut ta' Cr u ta' Cu, kif iddeterminat minn dak it-test analitiku annwali, bis-superfiċje taċ-ċilindru mħaddem waqt l-istampar. Is-superifiċje taċ-ċilindru mħaddem waqt l-istampar tiġi kkalkulata billi tiġi mmultiplikata s-superfiċje taċ-ċilindru (= 2πrL, fejn r hija r-radju u L hija t-tul taċ-ċilindru) bl-għadd ta' produzzjonijiet stampati matul sena (l-għadd ta' kompiti differenti ta' stampar). Il-metodi ta' ttestjar ta' referenza għal CR huma: EN ISO 11885 (Kwalità tal-ilma. Determinazzjoni ta' elementi magħżula bl-ispettrometrija b'emissjoni ottika permezz ta' plażma abbinata b'mod induttiv (ICP-OES)), u EN 1233 (Kwalità tal ilma. Determinazzjoni tal-kromju. Metodi bl-ispettrometrija tal-assorbiment atomiku, u għal CU: EN ISO 11885 (Kwalità tal-ilma. Determinazzjoni ta' elementi magħżula bl-ispettrometrija b'emissjoni ottika permezz ta' plażma abbinata b'mod induttiv (ICP-OES)). |
|
(b) |
Emissjonijiet fl-arja Komposti Organiċi Volatili (VOCs) Għandu jintlaħaq il-kriterju li ġej: (PVOC — RVOC)/Ppaper < 5 [kg/tunnellati] Fejn:
Meta stamperija/post ta' trasformar jużaw teknoloġiji differenti tal-istampar, dan il-kriterju għandu jintlaħaq għal kull waħda minnhom b'mod separat. It-terminu PVOC għandu jiġi kkalkulat mill-informazzjoni SDS marbuta mal-kontenut ta' VOCs, jew minn dikjarazzjoni simili pprovduta mill-fornitur tal-prodotti kimiċi. It-terminu RVOC għandu jiġi kkalkulat mid-dikjarazzjoni dwar il-kontenut ta' VOCs inklużi fil-prodotti kimiċi mibjugħa, jew mir-reġistru tal-għadd intern (jew kwalunkwe dokument ieħor ekwivalenti), li jirrapporta l-ammont annwali tal-VOCs irkuprati jew użati mill-ġdid fuq il-post. Kundizzjonijiet speċifiċi għall-istampar “heat-set” (issettjar bis-sħana):
Għall-punti (i) u (ii), jistgħu jintużaw perċentwali proporzjonalment iktar baxxi minn 90 % u 85 % f'dan il-kalkolu, jekk jintwera li iktar minn 10 % jew 15 %, rispettivament, mill-kilogrammi totali annwali tal-VOCs inklużi fis-soluzzjonijiet għall-umidifikazzjoni jew fl-aġenti tal-ħasil użati għall-produzzjoni annwali tal-prodotti ttrasformati ġew imtaffija fis-sistema ta' trattament għall-gassijiet ta' kombustjoni mill-proċess tat-tnixxif. Valutazzjoni u verifika: għandha tiġi pprovduta, mill-fornitur tal-kimiki, dikjarazzjoni tal-kontenut ta' VOCs fl-alkoħol, l-aġenti tal-ħasil, il-linek, is-soluzzjonijiet għall-umidifikazzjoni, jew prodotti kimiċi oħra korrispondenti. L-applikant għandu jipprovdi evidenza tal-kalkolu skont il-kriterji stipulati hawn fuq. Il-perjodu għall-kalkoli għandu jissejjes fuq il-produzzjoni ta' matul 12-il xahar. Fil-każ ta' impjant ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom jissejsu fuq mill-inqas tliet xhur ta' funzjonament rappreżentattiv tal-impjant. |
Kriterju 6 — Skart
|
(a) |
Immaniġġjar tal-iskart Il-faċilità fejn isiru l-prodotti tal-karta ttrasformata għandu jkollha implimentata sistema għall-ġestjoni tal-iskart, inklużi l-prodotti reżidwi ġejjin mill-produzzjoni ta' prodotti tal-karta ttrasformata, kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti lokali u nazzjonali. Is-sistema għandha tiġi ddokumentata jew spjegata, u għandha tinkludi informazzjoni tal-anqas dwar il-punti li ġejjin:
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni tal-proċeduri adottati għall-ġestjoni tal-iskart. Fejn xieraq, kull sena L-applikant għandu jipprovdi d-dikarazzjoni korrispondenti lill-awtorità lokali. Fejn il-ġestjoni tal-iskart tintbagħat f'idejn ħaddieħor, is-sottokuntrattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju wkoll. |
|
(b) |
Karta għall-iskart L-ammont “X” ta' karta għall-iskart ma għandux jaqbeż:
fejn, X = il-kilogrammi annwali ta' karta għall-iskart prodotta waqt l-ittrasformar (inklużi l-proċessi ta' tlestija) tal-prodott tal-karta ttrasformata bl-Ekotikketta, diviżi bit-tunnellati annwali tal-karta mixtrija u użati għall-produzzjoni tal-prodott tal-karta ttrasformata bl-ekotikketta. Fejn l-istamperija twettaq proċessi ta' tlestija f'isem stamperija oħra, l-ammont tal-karta għall-iskart prodotta f'dawk il-proċessi ma għandux jiġi inkluż fil-kalkolu ta' “X”. Fejn il-proċessi ta' tlestija jintbagħtu f'idejn impriża oħra sottokuntrattata, l-ammont tal-karta għall-iskart li jirriżulta mix-xogħol sottokuntrattat għandu jiġi kkalkulat u ddikjarat fil-kalkolu ta' “X”. Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ammont tal-karta għall-iskart, flimkien ma' dikjarazzjoni mill-kuntrattur li jiġbor il-karta għall-iskart mill-istamperija. Għandhom jiġu pprovduti t-termini u l-kalkoli tas-sottokuntrattar fir-rigward tal-ammont tal-karta għall-iskart involut fil-proċessi ta' tlestija. Il-perjodu għall-kalkoli għandu jissejjes fuq il-produzzjoni ta' matul 12-il xahar. Fil-każ ta' impjant ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom jissejsu fuq mill-inqas tliet xhur ta' funzjonament rappreżentattiv tal-impjant. |
Kriterju 7 — Użu tal-enerġija
L-istamperija/post ta' ttrasformar għandha tistabbilixxi reġistru tat-tagħmir kollu li jikkonsma l-enerġija (inklużi l-makkinerija, id-dawl, il-kundizzjonament tal-arja, u t-tkessiħ), kif ukoll programm li jikkonsisti f'miżuri għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi r-reġistru tat-tagħmir li jikkonsma l-enerġija flimkien mal-programm ta' titjib.
Kriterju 8 — Taħriġ
Kull membru tal-persunal li jieħu sehem fl-operat ta' kuljum għandu jingħata l-għarfien meħtieġ sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti tal-Ekotikketta tal-UE jintlaħqu u jittejbu kontinwament.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dettalji tal-programm ta' taħriġ, il-kontenut tiegħu, u indikazzjoni dwar liema mill-persunal irċieva t-taħriġ, liema taħriġ u meta. L-applikant għandu jipprovdi wkoll kampjun tal-materjal tat-taħriġ lill-awtorità kompetenti.
Kriterju 9 — Adegwatezza għall-użu
Il-prodott għandu jkun adattat għall-iskop tiegħu.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti li turi l-konformità ma' dan il-kriterju. L-istandards nazzjonali jew kummerċjali, fejn rilevanti, jistgħu jintużaw mill-applikant biex juri l-adegwatezza għall-użu tal-prodotti tal-karta ttrasformata. Għall-boroż tal-ġarr tal-karti, il-metodu ta' referenza ta' ttestjar huwa EN 13590:2003.
Kriterju 10 — Informazzjoni fuq il-boroż tal-ġarr tal-karta
L-informazzjoni li ġejja għandha tidher fuq il-boroż tal-ġarr tal-karta:
“Jekk jogħġbok uża mill-ġdid din il-borża”
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ tal-prodott li jkollu l-informazzjoni meħtieġa.
Kriterju 11 — Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
It-tikketta fakultattiva b'kaxxa għall-kitba għandha tinkludi t-test li ġej:
|
— |
Dan il-prodott huwa riċiklabbli; |
|
— |
Ġew limitati l-emissjonijiet ta' kimiki fl-ajra u fl-ilma mill-produzzjoni tal-karta u mill-proċessi tal-istampar u tal-ittrasformar. |
Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' messaġġi jikkonfondu lill-konsumaturi bejn borża bl-Ekotikketta tal-UE u l-kontenuti tagħha mingħajr l-Ekotikketta tal-UE, boroż tal-ġarr tal-karta għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jinfetħu u jimtlew jew fil-punt tax-xiri jew wara sabiex il-konsumaturi jifhmu li l-Ekotikketta tal-UE hija valida biss għall-borża tal-ġarr tal-karta, u mhux għall-oġġetti miżjuda. Il-logo tal-Ekotikketta tal-UE murija fuq il-borża għandha jkollha l-kliem li ġej “borża tal-ġarr tal-karta bl-Ekotikketta tal-UE”.
Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali jistgħu jinstabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq is-sit elettroniku:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/pdf/logo%20guidelines.pdf
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-prodott tal-karta ttrasformata li juri t-tikketta, flimkien ma' dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkuppjar u għall-karta grafika (ĠU L 149, 8.6.2011, p. 12).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/448/UE tat-12 ta' Lulju 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tal-gazzetti (ĠU L 202, 28.7.2012, p. 26).
(*1) L-eżenzjoni minn dan il-livell, sa livell ta' 0,1 għandha tingħata meta jkun jista' jintwera li l-livell ogħla ta' P huwa dovut għal P li jseħħ b'mod naturali fil-polpa tal-injam.
(4) Kif iddefiniti fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).
(6) Kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(7) Kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE.
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(9) Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(10) Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE.
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).
(12) Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(13) Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE.
(14) Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1).
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
|
8.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/49 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 73/13/COL
tal-20 ta' Frar 2013
li temenda għad-disgħa u tmenin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks bil-broadband
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,
WARA li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), b'mod partikolari l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,
WARA li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità tas-Sorveljanza u l-Qorti tal-Ġustizzja (2), u b' mod partikolari l-Artikoli 5(2)(b) u 24 tiegħu,
FILWAQT LI TFAKKAR ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat adottati fid-19 ta' Jannar 1994 mill-Awtorità, (3)
BILLI:
Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,
Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet ittrattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti hekk jipprovdu espressament jew jekk l-Awtorità tqis li hemm bżonn isir hekk,
Fid-19 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni ġdida dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband. (4)
Din il-Komunikazzjoni hija rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea wkoll,
L-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE għandha tiġi żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,
Skont il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” fl-aħħar tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-Awtorità se tadotta atti ekwivalenti għal dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea,
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati tal-EFTA ġew ikkonsultati,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati billi jiġi introdott kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks bil-broadband. Il-kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2013.
Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
Oda Helen SLETNES
Il-President
Sabine MONAUNI-TÖMÖRDY
Membru tal-Kulleġġ
(1) Il-“Ftehim taż-ŻEE”.
(2) Il-“Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”.
(3) Linji gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta' Jannar 1994, ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala ĠU) L 231, 3.9.1994, p. 1 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994, p. 1. Minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat hija ppubblikata fis-sit elettroniku tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/ NB: Hyperlink aġġornata.
(4) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni; Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1).
ANNESS
APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT B'RABTA MAT-TNEDIJA RAPIDA TAN-NETWERKS BIL-BROADBAND (1)
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Il-konnettività mal-broadband hija ta' importanza strateġika għat-tkabbir u l-innovazzjoni Ewropej fis-setturi kollha tal-ekonomija u għall-koeżjoni soċjali u territorjali. L-Istrateġija Ewropa 2020 tal-Unjoni Ewropea (“UE2020”) tisħaq fuq l-importanza tat-tnedija tal-broadband. Waħda mill-inizjattivi ewlenin tagħha, l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “l-ADE”) (2) ittenni l-għan tal-UE2020 li l-broadband bażiku jkun disponibbli għall-Ewropej kollha sal-2013 u tfittex li tiżgura li, sal-2020, (i) l-Ewropej kollha jkollhom aċċess għal Internet b'veloċitajiet ħafna ogħla ta' aktar minn 30 Mbps u li (ii) 50 % jew aktar tad-djar Ewropej jabbonaw għal konnessjonijiet tal-Internet ta' 'l fuq minn 100 Mbps. B'konformità mal-UE2020 u l-ADE, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “l-Awtorità”) tappoġġja wkoll id-disponibbiltà wiesgħa tas-servizzi broadband għaċ-ċittadini Ewropej kollha, u l-aċċess għal Internet b'veloċitajiet ogħla. |
|
(2) |
Is-settur tal-komunikazzjoni elettronika għadda minn proċess ta' liberalizzazzjoni bir-reqqa u issa huwa suġġett għal regolamentazzjoni settorjali. Il-qafas regolatorju taż-ŻEE għall-komunikazzjonijiet elettroniċi jipprovdi wkoll regoli ta' armonizzazzjoni relatati mal-aċċess għall-broadband. (3) Fir-rigward ta' netwerks tradizzjonali tal-broadband, s'issa s-swieq bl-ingrossa huma suġġetti għal regolazzjoni ex ante fil-maġġoranza tal-Istati taż-ŻEE. It-tnedjia ulterjuri ta' netwerks tal-broadband u b'mod partikolari netwerks ta' Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala NGA) (4) tissokta titlob l-intervent tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala ARNijiet) minħabba r-rwol tagħhom fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. |
|
(3) |
Huwa aktar u aktar importanti li l-fondi pubbliċi jintużaw bil-għaqal f'dan is-settur u li l-Awtorità tiżgura li l-għajnuna mill-Istat tkun kumplimentari u ma tiħux post l-investimenti tal-atturi fis-suq. Kwalunkwe intervent mill-Istat għandu jillimita kemm jista' jkun ir-riskju li jaqla' 'l barra l-investimenti privati, li jbiddel l-inċentivi tal-investiment kummerċjali u li finalment iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni li tmur kontra l-interess komuni taż-ŻEE. |
|
(4) |
Dawn il-linji gwida jiġbru fil-qosor il-prinċipji tal-politika tal-Awtorità fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Ftehim taż-ŻEE għal miżuri li jappoġġjaw it-tnedija ta' netwerks tal-broadband b'mod ġenerali (it-Taqsima 2). Jispjegaw l-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji fil-valutazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna għall-introduzzjoni rapida tal-broadband bażiku u n-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGA) b'veloċità għolja ħafna (fit-Taqsima 3). L-Awtorità se tapplika l-linji gwida fil-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għall-broadband. Dan se jżid iċ-ċertezza legali u t-trasparenza tal-mod kif tieħu d-deċiżjonijiet. |
2. IL-PRINĊIPJI EWLENIN TAL-POLITIKA TAL-AWTORITÀ DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦALL-BROADBAND
|
(5) |
Skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, “kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi Statali f'kull għamla tkun xi tkun li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti tkun, sa fejn taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, inkompatibbli mal-funzjonament ta' dan il-Ftehim”. Minn dan jirriżulta li biex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
2.1. L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE: Il-preżenza ta' għajnuna
|
(6) |
L-użu ta' riżorsi tal-Istat: It-trasferiment ta' riżorsi tal-Istat jista' jieħu ħafna forom bħalma huma għotjiet diretti, rifużjonijiet tat-taxxa, (5) self b'imgħax favorevoli jew tipi oħra ta' kundizzjonijiet ta' finanzjament preferenzjali. Ikunu involuti wkoll riżorsi tal-Istat jekk l-Istat jipprovdi xi benefiċċju in natura, pereżempju billi jinvesti fil-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-broadband (jew parti minnha). Ir-riżorsi mill-Istat jistgħu jintużaw (6) fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. |
|
(7) |
Impriża: Is-soltu, il-miżuri tal-Istat li jappoġġjaw l-investimenti fil-broadband jindirizzaw l-eżerċizzju ta' attività ekonomika, bħall-kostruzzjoni, l-operat u l-għoti ta' aċċess għall-infrastruttura tal-broadband jew jippermettu l-provvista tal-konnettività għall-utenti finali. Anki l-Istat innifsu jista' jwettaq attività ekonomika meta jopera u jisfrutta l-infrastruttura tal-broadband, jew partijiet minnha, pereżempju permezz ta' kumpanija interna jew bħala parti mill-amministrazzjoni tal-Istat. Il-bini ta' infrastruttura ta' netwerk tal-broadband bil-ħsieb li fil-futur tiġi sfruttata kummerċjalment mill-Istat jew minn operaturi terzi, jikkostitwixxi wkoll attività ekonomika. (7) L-introduzzjoni ta' netwerk tal-broadband għal skopijiet mhux kummerċjali jista' ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat, (8) għaliex il-bini tan-netwerk ma jiffavorixxi l-ebda impriża. (9) Madankollu, jekk netwerk bħal dan jiġi sussegwentement miftuħ sabiex l-investituri jew l-operaturi tal-broadband jużawh, x'aktarx tkun involuta l-għajnuna mill-Istat. (10) |
|
(8) |
Vantaġġ: Is-soltu l-għajnuna tingħata direttament lill-investituri tan-netwerk, li bil-biċċa l-kbira tal-każi jintgħażlu permezz ta' proċess ta' sejħa kompetittiva għall-offerti. Meta l-kontribuzzjoni tal-Istat ma tkunx ipprovduta skont it-termini normali tas-suq u għaldaqstant tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat skont il-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq (ara l-paragrafu (11) hawn taħt), l-użu ta' proċess ta' għażla kompetittiva jiżgura li kwalunkwe għajnuna tkun limitata għall-ammont minimu neċessarju għall-proġett partikolari. Madankollu, dan ma jeliminax l-għajnuna, għax l-awtorità pubblika tibqa' tipprovdi sussidju lill-offerent li jintgħażel (pereżempju fis-sens ta' “diskrepanza tal-likwidità” jew kontribut mhux finanzjarju) u l-iskop ta' proċedura bħal din ikun preċiżament l-għażla tal-benefiċjarju tal-għajnuna. L-appoġġ finanzjarju riċevut jippermetti lill-offerent magħżul li jmexxi din l-attività kummerċjali b'kundizzjonijiet li kieku ma kinux ikunu disponibbli fis-suq. Minbarra l-benefiċjarju dirett tal-għajnuna, l-operaturi terzi li jiksbu aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura ssussidjata jistgħu jkunu benefiċjarji indiretti. (11) |
|
(9) |
Selettività: Il-miżuri tal-Istat li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' netwerks tal-broadband huma selettivi fin-natura tagħhom minħabba li dawn jimmiraw għal investituri tal-broadband u operaturi terzi li huma attivi biss f'ċerti sezzjonijiet tas-suq globali tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. B'kuntrast, fir-rigward tal-utenti kummerċjali finali tan-netwerk sussidjat, (12) il-miżura tista' ma tkunx selettiva sakemm l-aċċess għal infrastruttura sussidjata jkun miftuħ għas-setturi kollha tal-ekonomija. Is-selettività tkun teżisti jekk l-implimentazzjoni tal-broadband tkun indirizzata speċifikament għal utenti kummerċjali ddedikati, pereżempju jekk l-appoġġ mill-Istat ikun immirat lejn l-implimentazzjoni ta' netwerk tal-broadband favur kumpaniji predeterminati li ma jkunux magħżula skont il-kriterji ġenerali applikabbli għall-qasam kollu li għalih l-awtorità awtorizzanti tkun responsabbli. (13) |
|
(10) |
Distorsjoni tal-kompetizzjoni: Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“QĠUE”), appoġġ finanzjarju jew appoġġ in natura jwassal għal distorsjoni fil-kompetizzjoni minħabba li jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra. (14) Jista' jkun li operaturi eżistenti, minħabba l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil kompetitur, jnaqqsu l-kapaċità jew inkella operaturi potenzjali jistgħu jiddeċiedu li ma jidħlux f'suq ġdid jew f'żona ġeografika ġdida. Id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni aktarx li jiżdiedu jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna jkollu pożizzjoni qawwija fis-suq. Meta l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun diġà dominanti f'suq, il-miżura tal-għajnuna tista' ssaħħaħ din id-dominanza billi tkompli ddgħajjef ir-restrizzjoni kompetittiva li l-kompetituri jistgħu jeżerċitaw. |
|
(11) |
Effett fuq il-kummerċ: Finalment, sa fejn l-intervent tal-Istat ikun jista' jaffettwa lill-fornituri tas-servizzi minn Stati oħra taż-ŻEE (anke billi jiskoraġġixxi t-twaqqif tagħhom fl-Istat taż-ŻEE inkwistjoni), dan ikollu effett ukoll fuq il-kummerċ ladarba s-swieq għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (is-swieq tal-broadband bl-ingrossa u fil-livell tal-konsumatur) huma miftuħin għall-kompetizzjoni bejn l-operaturi u l-fornituri tas-servizz. (15) |
2.2. L-assenza ta' għajnuna: l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq
|
(12) |
L-Artikolu 125 tal-Ftehim taż-ŻEE jistipula li “[d]an il-Ftehim b'ebda mod ma għandu jippreġudika r-regoli tal-Partijiet Kontraenti li jirregolaw is-sistema ta' kif wieħed ikun sid ta' proprjetà” . Skont il-ġurisprudenza tal-QĠUE, f'rabta mal-Artikolu 345 korrispondenti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala “TFUE”), mill-prinċipju tat-trattament ugwali jirriżulta li l-kapital imqiegħed mill-Istat, direttament jew indirettament, għad-dispożizzjoni ta' impriża f'ċirkostanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq ma jistax jitqies bħala għajnuna mill-Istat. Meta investiment f'ishma jew l-injezzjonijiet ta' kapital minn investitur pubbliku ma joffrux biżżejjed prospetti ta' profittabbiltà, lanqas fuq medda twila ta' żmien, tali intervent irid jitqies bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, u l-kompatibbiltà tiegħu mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE trid tiġi evalwata biss fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni. (16) |
|
(13) |
Fid-deċiżjoni tagħha ta' Amsterdam, il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn' il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”) eżaminat l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq fil-qasam tal-broadband. (17) Kif enfasizzat f'din id-deċiżjoni, il-konformità ta' investiment pubbliku mat-termini tas-suq trid tintwera bl-akbar reqqa u b'mod komprensiv, jew permezz ta' parteċipazzjoni sinifikanti ta' investituri privati jew inkella permezz tal-eżistenza ta' pjan għaqli tan-negozju li juri redditu adegwat fuq l-investiment. Meta jieħdu sehem investituri privati fil-proġett, hija kundizzjoni sine qua non li jkollhom jassumu r-riskju kummerċjali marbut mal-investiment bl-istess termini u kundizzjonijiet tal-investitur pubbliku. Dan japplika wkoll għal forom oħra ta' appoġġ mill-Istat bħala self b'imgħax favorevoli jew garanziji. (18) |
2.3. Għajnuna mill-Istat għat-tnedija tal-broadband bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali — Altmark u l-kompatibbiltà skont l-Artikolu 59 (2) tal-Ftehim taż-ŻEE.
|
(14) |
F'ċerti każijiet, l-Istati tal-EFTA jistgħu jikkunsidraw li l-forniment ta' netwerk tal-broadband għandu jitqies bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala “SIEĠ”) skont it-tifsira tal-Artikolu 59 (2) tal-Ftehim taż-ŻEE (19) u tal-ġurisprudenza ta' Altmark (20) u jipprovdu finanzjament pubbliku fuq din il-bażi. F'każijiet bħal dawn, il-miżuri tal-Istati tal-EFTA jridu jiġu vvalutati skont il-Linji gwida tal-Awtorità dwar il-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, (21) u l-Qafas tal-Awtorità għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi, (22) kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-Applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati mill-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, (23) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta' April 2012 dwar l-Applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. (24) Dawn id-dokumenti (li r-referenza għalihom kollha f'daqqa hija l-pakkett “SIEĠ”) japplikaw ukoll għall-għajnuna mill-Istat fl-implimentazzjoni tal-broadband. Dan li ġej se juri biss l-applikazzjoni ta' xi wħud mill-prinċipji ċċarati f'dawn id-dokumenti għall-finanzjament tal-broadband, fid-dawl ta' ċerti speċifiċitajiet settorjali. |
Id-definizzjoni tas-SIEĠ
|
(15) |
Rigward id-definizzjoni tas-SIEĠ, l-Awtorità diġà ċċarat, f'termini ġenerali, li l-Istati tal-EFTA ma jistgħux jgħaqqdu obbligi speċifiċi tas-servizz pubbliku ma' servizzi li diġà huma pprovduti jew li jistgħu jiġu pprovduti b'mod sodisfaċenti u taħt kundizzjonijiet, bħalma huma l-prezz, il-karatteristiċi oġġettivi tal-kwalità, il-kontinwità u l-aċċess għas-servizz, li huma konsistenti mal-interess pubbliku, kif definit mill-Istat, minn impriżi li joperaw f'kundizzjonijiet normali tas-suq. (25) |
|
(16) |
Fl-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju għas-settur tal-broadband, l-Awtorità tikkunsidra li f'inħawi fejn investituri privati diġà investew f'infrastruttura ta' netwerk tal-broadband (jew qed ikomplu jespandu n-netwerk) u diġà qed ifornu servizzi kompetittivi tal-broadband b'kopertura adegwata tal-broadband, il-ħolqien ta' infrastruttura parallela tal-broadband li tkun kompetittiva u ffinanzjata b'fondi pubbliċi ma jistax jiġi kkunsidrat bħala SIEĠ skont it-tifsira tal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE. (26) Madankollu, meta jkun jista' jiġi ppruvat li l-investituri privati jistgħu ma jkunux f'qagħda li jipprovdu, fil-ġejjieni qrib (27), kopertura adegwata tal-broadband liċ-ċittadini jew lill-konsumaturi kollha, u b'hekk iħallu biċċa mdaqqsa mill-popolazzjoni mhux imqabbda, jista' jingħata kumpens għal servizz pubbliku lil impriża fdata bl-operat ta' SIEĠ, dejjem jekk il-kundizzjonijiet tal-komunikazzjoni dwar SIEĠ jiġu sodisfatti. F'dan ir-rigward, in-netwerks li jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal SIEĠ għandhom ikunu dejjem ta' tip paragunabbli, jiġifieri netwerks tal-broadband bażiku jew inkella netwerks tat-tip NGA. |
|
(17) |
Barra minn hekk, it-tnedija u l-operat ta' infrastruttura tal-broadband jistgħu jikkwalifikaw bħala SIEĠ biss jekk it-tali infrastruttura tipprovdi lill-utenti kollha f'żona partikolari b'konnettività universali, kemm għall-konsumaturi residenzjali kif ukoll kummerċjali. L-appoġġ għall-konnessjoni ta' negozji biss ma tkunx biżżejjed. (28) |
|
(18) |
In-natura obbligatorja tal-missjoni ta' SIEĠ timplika wkoll li l-fornitur tan-netwerk li jkun se jitnieda ma jkunx jista' jirrifjuta l-aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura fuq bażi diskrezzjonarja u/jew diskriminatorja (għax, pereżempju, jista' ma jkunx jagħmel sens kummerċjali li jipprovdi s-servizzi ta' aċċess f'żona partikolari). |
|
(19) |
Minħabba l-livell ta' kompetizzjoni li ntlaħaq minn mindu s-settur tal-komunikazzjoni elettronika ġie liberalizzat fiż-ŻEE, u b'mod partikolari minħabba l-kompetizzjoni li teżisti llum fis-suq tal-broadband fil-livell tal-konsumatur, għandu jkun disponibbli għall-operaturi kollha interessati netwerk iffinanzjat pubblikament imwaqqaf fil-kuntest ta' SIEĠ. Hekk, l-għarfien ta' missjoni ta' SIEĠ għall-implimentazzjoni tal-broadband għandu jkun imsejjes fuq il-fornitura ta' infrastruttura passiva, (29) newtrali (30) u miftuħa. Tali netwerk għandu jipprovdi lil dawk li jfittxu l-aċċess bil-forom kollha possibbli ta' aċċess għan-netwerk u jippermetti kompetizzjoni effettiva fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, b'mod li jiżgura l-fornitura ta' servizzi kompetittivi u bi prezz konvenjenti lill-utenti finali. (31) |
|
(20) |
Għalhekk, il-missjoni ta' SIEĠ għandha tkopri biss l-implimentazzjoni ta' netwerk tal-broadband li jipprovdi konnettività universali u jforni bl-ingrossa s-servizzi relatati mal-aċċess, mingħajr ma jinkludi s-servizzi tal-komunikazzjoni bl-imnut. (32) Meta l-fornitur tal-missjoni ta' SIEĠ ikun ukoll operatur tal-broadband integrat vertikalment, għandhom jitpoġġew fis-seħħ salvagwardji adegwati sabiex jiġi evitat kull kunflitt ta' interess, diskriminazzjoni u kwalunkwe vantaġġ moħbi indirett ieħor. (33) |
|
(21) |
Peress li s-suq għall-komunikazzjonijiet elettroniċi huwa liberalizzat għal kollox, missjoni ta' SIEĠ għat-tnedija tal-broadband ma tistax tkun ibbażata fuq l-għoti ta' jedd esklużiv jew speċjali lill-fornitur tas-SIEĠ skont it-tifsira tal-Artikolu 59 (2) tal-Ftehim taż-ŻEE. |
Kalkolu tal-irkupru u restituzzjoni
|
(22) |
Għall-kalkolu tal-kumpens tas-SIEĠ, japplikaw b'mod sħiħ il-prinċipji tal-pakkett tas-SIEĠ. Madankollu, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-broadband, huwa utli li tiżdied kjarifika għal SIEĠ intenzjonat li jkopri żoni ġirien jew distretti mhux konnessi (hekk imsejħa “żoni bojod”) fi ħdan żona usa' fejn xi operaturi diġà jkunu nedew l-infrastruttura tan-netwerk tagħhom stess jew jistgħu jippjanaw li jagħmlu dan fil-futur qarib. F'każijiet fejn iż-żona li għaliha jkun fdat is-SIEĠ ma tkunx limitata biss għaż-“żoni bojod”, minħabba d-daqs jew il-post tagħhom, il-fornitur tas-SIEĠ jista' jkollu bżonn iniedi infrastruttura ta' netwerk anke fiż-żoni li jrendu qligħ li jkunu diġà koperti minn operaturi kummerċjali. F'sitwazzjoni bħal din, kwalunkwe kumpens mogħti għandu jkopri biss l-ispejjeż għall-introduzzjoni ta' infrastruttura fiż-“żoni bojod” fejn mhemmx qligħ, filwaqt li jitqies id-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli. (34) |
|
(23) |
F'ħafna ċirkustanzi, jista' jkun xieraq li l-ammont ikkumpensat jiġi stabbilit fuq bażi ex ante, sabiex ikopri d-diskrepanza mistennija tal-likwidità fuq perjodu partikolari, minflok ma jistabbilixxi l-kumpens sempliċiment fuq il-bażi tal-ispejjeż u d-dħul hekk kif iseħħu. Fil-mudell preċedenti, tipikament hemm aktar inċentivi għall-kumpanija biex trażżan l-ispejjeż u tiżviluppa n-negozju maż-żmien. (35) Meta missjoni ta' SIEĠ għat-tnedija ta' netwerk tal-broadband ma tkunx ibbażata fuq it-tnedija ta' infrastruttura pubblika, għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi adegwati ta' reviżjoni u ta' rkupru sabiex jiġi evitat li l-fornitur tas-SIEĠ jikseb vantaġġ mhux mistħoqq billi jżomm is-sjieda tan-netwerk li jkun ġie ffinanzjat b'fondi pubbliċi meta tiskadi l-konċessjoni tas-SIEĠ. |
2.4. Miżuri amministrattivi u regolatorji li jappoġġjaw l-introduzzjoni tal-broadband u li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat
|
(24) |
L-Istati tal-EFTA jistgħu jagħżlu diversi tipi ta' miżuri sabiex iħaffu t-tnedija tal-broadband, u b'mod partikolari netwerks NGA, minbarra li jipprovdu finanzjament dirett lill-kumpaniji. Dawn il-miżuri mhux bilfors iridu jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(25) |
Minħabba li ġeneralment is-sehem kbir mill-ispiża tat-tnedija tan-netwerks NGA qiegħed fix-xogħol tal-inġinerija ċivili, (36) l-Istati tal-EFTA jistgħu jiddeċiedu sabiex b'konformità mal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, (37) pereżempju, jiffaċilitaw il-proċess tal-akkwist ta' jeddijiet ta' mogħdija, jitolbu li l-operaturi tan-netwerks jikkoordinaw ix-xogħlijiet tagħhom ta' inġinerija ċivili u/jew jaqsmu bejniethom parti mill-infrastruttura tagħhom. Bl-istess mod, l-Istati tal-EFTA jistgħu jitolbu wkoll li għal kwalunkwe xogħol strutturali (inklużi netwerks ġodda tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport jew tad-drenaġġ) u/jew bini ġdid, għandu jkun hemm konnessjoni adattata għal NGA. Partijiet terzi jistgħu wkoll ipoġġu l-infrastruttura tagħhom ta' netwerk passiv bi spejjeż tagħhom meta jitwettqu xogħlijiet ġenerali ta' inġinerija ċivili fi kwalunkwe każ. Din l-opportunità għandha tiġi offruta b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju lill-operaturi kollha interessati u fil-prinċipju għandha tkun miftuħa għall-utenti potenzjali kollha u mhux biss għall-operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (jiġifieri s-servizzi essenzjali tal-elettriku, il-gass, l-ilma, eċċ.). (38) Inventarju ċentralizzat tal-infrastruttura eżistenti (sussidjata jew mod ieħor), li possibilment tinkludi wkoll ix-xogħlijiet ippjanati, tista' tgħin fl-introduzzjoni tal-broadband kummerċjali. (39) L-infrastruttura eżistenti ma tikkonċernax biss l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, bħall-infrastruttura bil-wajers, bla wajers jew satellitari, iżda wkoll l-infrastrutturi alternattivi (drenaġġ, toqob tal-ispezzjonar, eċċ.) ta' industriji oħra (bħalma huma s-servizzi pubbliċi). (40) |
2.5. L-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE
|
(26) |
Meta intervent mill-Istat għall-appoġġ tal-implimenazzjoni tal-broadband jkun jissodisfa l-kundizzjonijiet definiti fit-Taqsima 2.1, il-kompatibbiltà tiegħu ġeneralment tiġi vvalutata mill-Awtorità skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE. (41) Sal-lum il-ġurnata, awtoritajiet reġjonali u lokali adottaw mudelli differenti ta' intervent. Lista mhux eżawrjenti ta' dawn il-mudelli tinsab fl-Appendiċi. Apparti minn dawk deskritti fl-appendiċi, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu wkoll jiżviluppaw mudelli oħra ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-broadband. (42) Għat-tipi kollha tal-forom ta' interventi, il-kriterji kollha ta' kompatibilità stipulati f'dawn il-Linji Gwida jridu jiġu applikati. (43) |
|
(27) |
Proġetti tal-broadband li jirċievu għajnuna mill-Istat jistgħu jsiru f'żoni assistiti fis-sens tal-Artikolu 61(3) (a) u (c) tat-TFUE, u l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali (RAG — Regional Aid Guidelines). (44) F'dan il-każ, l-għajnuna għall-broadband tista' tikkwalifika bħala għajnuna għal investiment inizjali skont ir-regoli għall-għajnuna reġjonali. Meta miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' regoli bħal dawn, u fejn tkun maħsuba li tagħti għajnuna ad hoc lil ditta waħda, jew għajnuna limitata għal qasam wieħed ta' attività, l-Istat tal-EFTA huwa responsabbli li juri li l-kundizzjonijiet tar-regoli dwar l-għajnuna reġjonali jkunu ġew issodisfati. Dan jinkludi b'mod partikolari li l-proġett inkwistjoni jikkontribwixxi għal strateġija koerenti għall-iżvilupp reġjonali u li, meta jitqiesu n-natura u d-daqs tal-proġett, ma jkunx se jwassal għal distorsjonijiet inaċċettabbli tal-kompetizzjoni. |
2.5.1. Ħarsa ġenerali lejn il-prinċipji komuni tal-kompatibbiltà
|
(28) |
Fil-valutazzjoni skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità tiżgura li l-impatt pożittiv tal-miżura ta' għajnuna biex jintlaħaq għan ta' interess komuni jegħleb l-effetti negattivi potenzjali tagħha, bħalma huma d-distorsjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni. Dan l-eżerċizzju jitwettaq f'żewġ partijiet. |
|
(29) |
L-ewwel nett, kull miżura ta' għajnuna trid tkun konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa ta' hawn taħt. In-nuqqas ta' konformità ma' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin iwassal biex l-għajnuna tiġi ddikjarata inkompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE.
|
|
(30) |
It-tieni nett, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa, l-Awtorità tiżen l-effetti pożittivi tal-miżura ta' għajnuna fl-ilħuq ta' għan ta' interess komuni kontra l-effetti negattivi potenzjali. |
|
(31) |
L-istadji individwali tal-valutazzjoni tal-Awtorità fil-qasam tal-broadband huma stabbiliti f'aktar dettall f'dan li ġej: |
(1)
|
(32) |
Fir-rigward tal-għan ta' interess komuni, l-Awtorità se tevalwa sa liema punt l-intervent ippjanat jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ta' interess komuni spjegati hawn fuq. |
(2)
|
(33) |
Ikun hemm “nuqqas fis-suq” jekk is-swieq, imħollija jfendu għal rashom, mingħajr ebda intervent, jonqsu milli jagħtu riżultat effiċjenti għas-soċjetà. Dan jista' jseħħ, pereżempju, meta ċerti investimenti ma jkunux qed isiru anki jekk il-benefiċċju ekonomiku għas-soċjetà jaqbeż l-ispejjeż. (45) F'każijiet bħal dawn, l-għoti ta' għajnuna mill-Istat jista' jipproduċi effetti pożittivi u l-effiċjenza ġenerali tista' titjieb billi jiġu aġġustati l-inċentivi ekonomiċi għall-kumpaniji. Fis-settur tal-broadband, waħda mill-forom ta' nuqqas tas-suq hija relatata mal-esternalitajiet pożittivi. Esternalitajiet bħal dawn jinqalgħu meta l-operaturi fis-suq ma jinternalizzawx il-benefiċċju sħiħ tal-azzjonijiet tagħhom. Pereżempju, id-disponibbiltà tan-netwerks tal-broadband twitti t-triq għall-forniment ta' aktar servizzi u għall-innovazzjoni, li probabbli t-tnejn li huma jibbenefikaw minnhom aktar nies milli sempliċiment l-investituri immedjati u l-abbonati tan-netwerk. Għalhekk ir-riżultat tas-suq ma jiġġenerax biżżejjed investiment privat fin-netwerks tal-broadband. |
|
(34) |
Minħabba l-ekonomija tad-densità, ġeneralment it-tnedija tan-netwerks tal-broadband tkun aktar profittabbli meta t-talba potenzjali tkun akbar u kkonċentrata, jiġifieri f'żoni fejn ikun hemm densità għolja ta' popolazzjoni. Minħabba l-ispejjeż fissi tal-investiment għolja, l-ispejjeż għal kull unità jiżdiedu b'mod sinifikanti hekk kif id-densità tal-popolazzjoni tonqos. (46) Għaldaqstant, meta jiġu implimentati fuq termini kummerċjali, in-netwerks tal-broadband għandhom tendenza li jkopru bi qligħ parti biss tal-popolazzjoni. Madankollu, l-aċċess mifrux u bi prezzijiet konvenjenti għall-broadband jiġġenera esternalitajiet pożittivi minħabba l-ħila tiegħu li jħaffef it-tkabbir u l-innovazzjoni fis-setturi kollha tal-ekonomija. Fejn is-suq ma jipprovdix biżżejjed kopertura tal-broadband jew il-kundizzjonijiet tal-aċċess ma jkunux adegwati, l-għajnuna mill-Istat tista' għalhekk tgħin biex jiġi rrimedjat dan in-nuqqas tas-suq. |
|
(35) |
It-tieni għan possibbli ta' interess komuni huwa relatat mal-ekwità. Il-gvernijiet jistgħu jagħżlu li jintervjenu biex jikkoreġu inugwaljanzi soċjali u reġjonali ġġenerati minn riżultat tas-suq. F'ċerti każi, l-għajnuna mill-Istat għall-broadband tista' tintuża wkoll biex jintlaħqu għanijiet relatati mal-ekwità, jiġifieri bħala mod kif jittejjeb l-aċċess għal mezz essenzjali ta' komunikazzjoni u parteċipazzjoni fis-soċjetà, kif ukoll ta' libertà tal-espressjoni għall-membri kollha tas-soċjetà, u b'hekk titjieb il-koeżjoni soċjali u territorjali. |
(3)
|
(36) |
L-intervent pubbliku b'appoġġ għan-netwerks tal-broadband jista' sseħħ fil-livell statali, reġjonali jew muniċipali. (47) Għalhekk, il-koordinazzjoni tad-diversi interventi hija essenzjali biex jiġi evitat xogħol doppju u inkoerenza. Biex tiġi żgurata l-konsistenza u l-koordinazzjoni tal-interventi lokali, hemm bżonn li jiġi żgurat livell għoli ta' trasparenza tal-inizjattivi lokali. |
|
(37) |
Kull fejn ikun possibbli, u b'tali mod li jiġu rrispettati l-kompetenzi u l-ispeċifiċitajiet, l-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jfasslu skemi nazzjonali li jiddefinixxu l-prinċipji ewlenin li fuqhom huma msawrin l-inizjattivi pubbliċi u li jindikaw l-iktar karatteristiċi rilevanti tan-netwerks ippjanati. (48) Skemi fil-qafas nazzjonali għall-iżvilupp tal-broadband jiżguraw il-koerenza fl-użu tal-fondi pubbliċi, inaqqsu l-piż amministrattiv ta' awtoritajiet awtorizzanti iżgħar u jħaffu l-implimentazzjoni tal-miżuri individwali ta' għajnuna. Barra minn hekk, l-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jagħtu gwida ċara fil-livell ċentrali għat-tnedija ta' proġetti tal-broadband iffinanzjati permezz ta' għajnuna mill-Istat. |
|
(38) |
Ir-rwol tal-ARNijiet fit-tfassil ta' miżura ta' għajnuna mill-Istat favur il-kompetizzjoni b'appoġġ għall-broadband huwa partikolarment importanti. L-ARNijiet kisbu għarfien tekniku u espert minħabba r-rwol kruċjali assenjat lilhom b'regolament settorjali. (49) Dawn jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-iskemi ta' għajnuna mill-Istat, u għandhom jiġu kkonsultati meta jkunu qed jiġu identifikati iż-żoni fil-mira. L-ARNijiet għandhom jiġu kkonsultati wkoll fir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezzijiet u l-kundizzjonijiet tal-aċċess bl-ingrossa u fis-soluzzjoni ta' tilwim bejn dawk li jfittxu l-aċċess u l-operatur tal-infrastruttura ssussidjata. L-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jipprovdu lill-ARNijiet ir-riżorsi li jeħtieġu biex jagħtu dan l-appoġġ. Fejn meħtieġ, l-Istati tal-EFTA għandhom jipprovdu bażi legali xierqa għal tali involviment tal-ARNijiet fil-proġetti tal-broadband li jirċievu għajnuna mill-Istat. B'konformità mal-aħjar prattika, l-ARNijiet għandhom jippubblikaw linji gwida għall-awtoritajiet lokali li jinkludu rakkomandazzjonijiet dwar l-analiżi tas-suq, prodotti ta' aċċess bl-ingrossa u prinċipji tal-ipprezzar li jieħdu inkonsiderazzjoni l-Qafas Regolatorju għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u r-Rakkomandazzjonijiet relattivi ppubblikati mill-Awtorità. (50) |
|
(39) |
Minbarra l-involviment tal-ARNijiet, l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Kompetizzjoni jistgħu jipprovdu wkoll pariri siewja rigward skemi ta' oqfsa kbar biex jgħinu fl-istabbiliment ta' kundizzjonijiet newtrali fil-kompetizzjoni għal operaturi li jitfgħu l-offerti u sabiex jiġi evitat li parti sproporzjonatament għolja mill-fondi tal-Istat tkun allokata għal operatur wieħed, u b'hekk tissaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu (possibbilment diġà dominanti) fis-suq. (51) Minbarra r-rwol tal-ARNijiet, wħud mill-Istati taż-ŻEE waqqfu ċentri ta' kompetenza nazzjonali sabiex jgħinu awtoritajiet lokali żgħar biex ifasslu miżuri ta' għajnuna statali adegwati u biex tiġi żgurata konsistenza fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif speċifikat f'dawn il-linji gwida. (52) |
|
(40) |
Sabiex il-miżura titfassal kif xieraq, it-test tal-ibbilanċjar jitlob ukoll li l-għajnuna mill-Istat tkun strument ta' politika adattata sabiex tiġi indirizzata l-problema. F'dan ir-rigward, filwaqt li f'bosta każi r-regolament ex ante ffaċilita l-implimentazzjoni tal-broadband f'żoni urbani u f'żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni, dan jaf ma jkunx strument suffiċjenti biex ikun jista' jiġi fornut servizz tal-broadband, speċjalment f'żoni li mhumiex moqdijin tajjeb fejn il-qligħ inerenti tal-investiment ikun baxx. (53) Bl-istess mod, għalkemm jistgħu jikkontribwixxu b'mod pożittiv għall-penetrazzjoni tal-broadband, (54) miżuri min-naħa tad-domanda favur il-broadband (bħal vawċers għall-utenti finali) mhux dejjem jistgħu jsolvu n-nuqqas tal-fornitura tal-broadband. (55) Għaldaqstant, f'ċerti sitwazzjonijiet, jista' ma jkun hemm l-ebda triq oħra ħlief dik li jingħata finanzjament pubbliku sabiex jingħeleb in-nuqqas ta' konnettività mal-broadband. L-awtoritajiet awtorizzanti għandhom iqisu wkoll (ri)allokazzjonijiet tal-ispettru li jwasslu għall-introduzzjoni possibbli tan-netwerk fiż-żoni fil-mira li jistgħu jiksbu l-għanijiet tal-awtoritajiet awtorizzanti mingħajr id-dispożizzjoni ta' għotjiet diretti. |
(4)
|
(41) |
Rigward l-effett ta' inċentiv tal-miżura, wieħed irid jeżamina jekk l-investiment ikkonċernat f'netwerk tal-broadband kienx isir fl-istess perjodu mingħajr ebda għajnuna mill-Istat. Meta operatur ikun soġġett għal ċerti obbligi biex ikopri ż-żona fil-mira, (56) jista' ma jkunx eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat, peress li probabbli din tal-aħħar ma jkollhiex effett ta' inċentiv. |
(5)
|
(42) |
Fil-valutazzjoni tal-karattru proporzjonali tal-miżuri nnotifikati, l-Awtorità se tenfasizza għadd ta' kundizzjonijiet neċessarji biex tiġi mminimizzata l-għajnuna mill-Istat involuta u d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, kif spjegat f'aktar dettall fit-Taqsimiet li ġejjin. |
(6)
|
(43) |
Madankollu, il-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju kaġun tal-għajnuna jista' jkollha wkoll effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Is-sinifikat tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni jista' jiġi vvalutat f'termini tal-effetti fuq il-kompetituri. Jekk il-kompetituri jaraw il-profittabbiltà tal-investiment preċedenti tagħhom tonqos minħabba l-għajnuna, jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu l-investiment futur tagħhom stess jew saħansitra jirtiraw mis-suq għalkollox. (57) Barra minn hekk, fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna li jrid jintgħażel wara proċess ta' għażla kompetittiva aktarx se jkun impriża li diġà hija dominanti f'suq jew li tista' ssir dominanti minħabba l-investiment iffinanzjat mill-Istat, il-miżura ta' għajnuna tista' ddgħajjef il-limitu kompetittiv li l-kompetituri jistgħu jeżerċitaw. Barra minn hekk, jekk miżura ta' għajnuna mill-Istat jew il-kundizzjonijiet marbutin magħha (inkluż il-metodu ta' ffinanzjar meta jkun jifforma parti integrali minnha) ikunu jinvolvu ksur mhux separabbli tal-liġi taż-ŻEE, l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE. (58) |
(7)
|
(44) |
L-għajnuna għandha tingħata b'mod trasparenti; b'mod partikolari, għandu jiġi żgurat li l-Istati tal-EFTA, l-operaturi ekonomiċi, il-pubbliku interessat u l-Awtorità jkollhom aċċess faċli għall-atti rilevanti kollha u għall-informazzjoni pertinenti dwar l-għajnuna li tingħata taħthom. Id-dettalji tal-ħtiġijiet għat-trasparenza huma speċifikati fil-paragrafu (74). |
(8)
|
(45) |
Skema ta' għajnuna mill-Istat għall-broadband li tkun imfassla bir-reqqa għandha tiżgura li l-bilanċ globali tal-effetti tal-miżura jkun pożittiv. |
|
(46) |
F'dan ir-rigward, l-effett tal-miżura tal-għajnuna mill-Istat jista' jiġi deskritt bħala bidla tal-attività meta mqabbel ma' x'kien jiġri mingħajr l-għajnuna. L-effetti pożittivi tal-għajnuna huma marbutin direttament mal-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna. Din il-bidla għandha tippermetti li jintlaħaq l-għan mixtieq ta' interess komuni. Fis-settur tal-broadband, l-għajnuna twassal għall-introduzzjoni ta' infrastruttura ġdida li ma kinitx tkun teżisti f'ċirkustanzi differenti, u b'hekk twassal għal kapaċità u veloċità addizzjonali fis-suq kif ukoll għal prezzijiet orħos u għażla aħjar għall-konsumaturi, għa; kwalità ogħla u għall-innovazzjoni. Dan iwassal ukoll għal aktar aċċess għall-konsumaturi għal riżorsi onlajn u, flimkien ma' żieda fil-protezzjoni tal-konsumatur f'dan il-qasam, aktarx li jqanqal żieda fid-domanda. |
|
(47) |
Netwerk issussidjat għandu jkun kapaċi jiżgura “bidla fl-istadju” f'termini ta' disponibbiltà tal-broadband. “Bidla fl-istadju” tista' tintwera jekk, bħala riżultat tal-intervent pubbliku, (i) l-offerent magħżul jagħmel investimenti ġodda sinifikanti fin-netwerk tal-broadband (59) u (ii) l-infrastruttura ssussidjata ġġib magħha kapaċitajiet ġodda sinifikanti għas-suq f'termini ta' disponibbiltà u kapaċità, (60) veloċitajiet u kompetizzjoni fis-servizz tal-broadband. (61) Il-bidla fl-istadju hija mqabbla ma' netwerks eżistenti kif ukoll ma' netwerks li għandhom implimentazzjoni konkreta ppjanata. |
|
(48) |
Barra minn hekk, sabiex jiżgura li l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni jitnaqqsu, iridu jiġu ssodisfati għadd ta' kundizzjonijiet fit-tfassil tal-miżura ta' għajnuna, kif speċifikat hawn taħt fit-Taqsima 3.4. |
|
(49) |
Sabiex tkompli tiżgura li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu limitati, l-Awtorità tista' titlob li ċerti skemi jkunu soġġetti għal limitu ta' żmien (normalment ta' erba' snin jew inqas) u għal evalwazzjoni sabiex tivverifika (i) jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet li wasslu għad-deċiżjoni tal-kompatibbiltà jkunux seħħu; (ii) l-effettività tal-miżura ta' għajnuna fid-dawl tal-għanijiet definiti minn qabel tagħha; (iii) l-impatt tagħha fuq is-swieq u l-kompetizzjoni u li l-ebda effett ta' distorsjoni ma jinħoloq tul iż-żmien tal-iskema ta' għajnuna li jmur kontra l-interessi taż-ŻEE. (62) Minħabba l-objettivi tagħha u sabiex ma jintefax piż sproporzjonat fuq l-Istati tal-EFTA u fuq proġetti ta' għajnuna iżgħar, dan japplika biss għal skemi ta' għajnuna nazzjonali u skemi ta' għajnuna b'baġits kbar ta' għajnuna, li jkun fihom karatteristiċi ġodda, jew inkella meta tibdil sinifikanti fis-suq, teknoloġiku jew regolatorju jkun previst. L-evalwazzjoni titwettaq minn espert, indipendenti mill-awtorità li tawtorizza l-għajnuna mill-Istat, fuq il-bażi ta' metodoloġija (63) komuni, u ssir pubblika. L-evalwazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità fi żmien xieraq biex tippermetti l-valutazzjoni tal-estensjoni possibbli tal-miżura ta' għajnuna u fi kwalunkwe każ meta tiskadi l-iskema. L-ambitu u l-modalitajiet preċiżi tal-evalwazzjoni għandhom jiġu definiti fid-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-miżura ta' għajnuna. Kwalunkwe miżura sussegwenti ta' għajnuna b'għan simili għandha tieħu inkonsiderazzjoni r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni. |
|
(50) |
Jekk it-test tal-ibbilanċjar juri li l-effetti negattivi jisbqu lil dawk pożittivi, l-Awtorità tista' tipprojbixxi l-għajnuna, jew titlob azzjoni ta' rimedju, fil-mod kif inhi mfassla l-għajnuna jew fil-ħsara li tagħmel lill-kompetizzjoni. |
3. IL-VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦALL-BROADBAND
3.1. Tipi ta' netwerks tal-broadband
|
(51) |
Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, dawn il-Linji Gwida jagħmlu distinzjoni bejn netwerks bażiċi u NGA. |
|
(52) |
Diversi pjattaformi differenti tat-teknoloġija jistgħu jitqiesu bħala netwerks bażiċi tal-broadband fosthom il-linji diġitali asimmetriċi tal-abbonat (sa netwerks tal-ADSL2+), il-kejbil non-enhanced (pereżempju, id-DOCSIS 2.0), in-netwerks tal-mowbajl tat-tielet ġenerazzjoni (UMTS) u s-sistemi satellitari. |
|
(53) |
Fl-istadju attwali tal-iżvilupp tas-suq u dak teknoloġiku, (64) in-netwerks tat-tip NGA huma netwerks ta' aċċess li jiddependu totalment jew parzjalment minn elementi ottiċi (65) u li huma kapaċi jwasslu s-servizzi ta' aċċess għall-broadband b'karatteristiċi mtejba meta mqabblin man-netwerks tal-broadband bażiku eżistenti. (66) |
|
(54) |
In-netwerks tat-tip NGA huma mifhuma li għallinqas ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin: (i) iwasslu b'mod affidabbli servizzi b'veloċità għolja ħafna għal kull abbonat permezz ta' backhaul ottiku (jew teknoloġija ekwivalenti) qrib biżżejjed għall-post tal-utenti sabiex biex ikun iggarantit it-twassil attwali tal-veloċità għolja ħafna; (ii) jappoġġjaw firxa ta' servizzi diġitali avvanzati fosthom servizzi konverġenti għalkollox IP, u (iii) jkollhom veloċitajiet tat-tlugħ sostanzjalment ogħla (meta mqabblin man-netwerks tal-broadband bażiku). Fl-istadju attwali tal-iżvilupp tas-suq u dak teknoloġiku, in-netwerks tat-tip NGA huma: (i) netwerks għal aċċess ibbażati fuq il-fibra ottika (FTTx), (67) (ii) netwerks bil-kejbil avvanzati u ameljorati (68) u (iii) ċerti netwerks għal aċċess bla wajers avvanzati kapaċi jwasslu veloċitajiet għolja affidabbli għal kull abbonat. (69) |
|
(55) |
Huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li, fuq medda twila ta' żmien, in-netwerks tat-tip NGA huma mistennija jieħdu post in-netwerks eżistenti tal-broadband bażiku u mhux biss jaġġornawhom. Minħabba li n-netwerks tat-tip NGA jirikjedu struttura differenti ta' netwerk li toffri servizzi tal-broadband ta' kwalità li tkun aħjar b'mod sinifikanti minn dawk tal-lum, kif ukoll il-forniment ta' servizzi multipli li ma jistgħux jiġu sostnuti min-netwerks ta' bħalissa tal-broadband, jista' jkun li fil-ġejjieni se jiżviluppaw differenzi ċari bejn żoni li se jkunu koperti min-netwerks tat-tip NGA u oħrajn li mhumiex se jkunu koperti. (70) |
|
(56) |
L-Istati tal-EFTA jistgħu jiddeċiedu b'mod liberu liema forma se jieħu l-intervent tagħhom, dejjem jekk dan ikun konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. F'ċerti każijiet, l-Istati tal-EFTA jistgħu jiddeċiedu li jiffinanzjaw l-hekk imsejħa netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGN), jiġifieri netwerks backhaul li ma jilħqux lill-utent finali. In-netwerks backhaul huma input neċessarju għall-operaturi tal-telekomunikazzjoni fil-livell tal-konsumatur sabiex jipprovdu servizzi ta' aċċess lill-utenti finali. Dawn it-tipi ta' netwerks huma kapaċi jsostnu kemm netwerks bażiċi kif ukoll dawk tat-tip NGA (71), u hija l-għażla (ta' investiment) tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni dwar x'tip ta' infrastruttura “tal-aħħar mil” jixtiequ jużaw biex jaqbdu man-netwerk backhaul. (72) L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddeċiedu wkoll li jwettqu xogħlijiet ta' inġinerija ċivili biss (bħat-tħaffir fuq art pubblika, il-bini ta' kanali) sabiex jippermettu u jaċċelleraw l-implimentazzjoni mill-operaturi li jieħdu ħsieb tal-elementi tan-netwerks tagħhom. Barra minn hekk, meta jkun xieraq, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu wkoll jiddeċiedu li jieħdu inkonsiderazzjoni soluzzjonijiet satellitari. |
3.2. Id-distinzjoni bejn żoni bojod, griżi u suwed għal netwerks tal-broadband bażiku
|
(57) |
Sabiex ikunu evalwati n-nuqqas tas-suq u l-għanijiet ta' ekwità, tista' ssir distinzjoni bejn it-tipi ta' żoni li jistgħu jkunu fil-mira. Din id-distinzjoni hija spjegata fit-taqsimiet li ġejjin. Fl-identifikazzjoni ta' żoni fil-mira, kull meta l-intervent pubbliku huwa limitat għall-parti tal-backhaul tan-netwerk, il-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat se tqis is-sitwazzjoni kemm fuq is-swieq tal-backhaul kif ukoll fuq is-swieq ta' aċċess. (73) |
|
(58) |
L-istandards differenti li jiġġustifikaw l-interventi pubbliċi f'dawn iż-żoni ġeografiċi se jiġu deskritti hawn taħt. |
|
(59) |
Għall-fini tal-identifikazzjoni taż-żoni ġeografiċi bħala bojod, griżi jew suwed kif deskritti hawn taħt, jeħtieġ li l-awtorità li tawtorizza l-għajnuna tiddetermina jekk jeżistux infrastrutturi tal-broadband fiż-żona fil-mira. Sabiex jiżguraw aktar li l-intervent pubbliku ma jtellifx l-investimenti privati, l-awtoritajiet li jawtorizzaw l-għajnuna għandhom jivverifikaw ukoll jekk l-investituri privati għandhomx pjanijiet konkreti li jintroduċu l-infrastruttura tagħhom fil-futur qarib. It-terminu “futur qarib” irid jinftiehem li qed jirreferi għal perjodu ta' tliet snin. (74) Jekk l-awtorità awtorizzanti tieħu żmien itwal għall-introduzzjoni tal-infrastruttura ssussidjata, għandu jintuża wkoll l-istess tul ta' żmien biex tiġi vvalutata l-eżistenza ta' pjanijiet ta' investiment kummerċjali. |
|
(60) |
Sabiex tivverifika li ma hemm ebda investituri privati li qed jippjanaw li jintroduċu l-infrastruttura proprja tagħhom fil-futur qarib, l-awtorità li tawtorizza l-għajnuna għandha tippubblika sommarju tal-miżura ta' għajnuna ppjanata u tistieden il-partijiet interessati biex jikkummentaw. |
|
(61) |
Jeżisti r-riskju li s-sempliċi “espressjoni ta' interess” minn investitur privat tista' ddewwem l-għoti tas-servizzi tal-broadband għaż-żona fil-mira jekk sussegwentement tali investiment ma jseħħx, filwaqt li fl-istess ħin l-intervent pubbliku jkun ġie mwaqqaf. L-awtorità li tawtorizza l-għajnuna, għalhekk, tista' titlob ċerti impenji mill-investitur privat qabel ma tiddifferixxi l-intervent pubbliku. Dawn l-impenji għandhom jiżguraw li jsir progress sinifikanti f'termini ta' kopertura matul il-perjodu ta' tliet snin jew fil-perjodu itwal previst għall-investiment appoġġjat. L-awtorità tista' titlob ukoll sabiex l-operatur rispettiv li jidħol f'kuntratt korrispondenti jiddeskrivi l-impenji tat-tnedija. Dan il-kuntratt għandu jipprevedi għadd ta' “stadji importanti” li jkollhom jintlaħqu matul il-perjodu ta' tliet snin (75) u li jsir rapport dwar il-progress li jkun sar. Jekk stadju importanti ma jintlaħaqx, l-awtorità awtorizzanti tista' mbagħad tkompli bil-pjanijiet tagħha għal intervent pubbliku. Din ir-regola tapplika kemm għan-netwerks bażiċi kif ukoll għal dawk tat-tip NGA. |
3.2.1. “Inħawi bojod”: il-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali u tal-għan għall-iżvilupp ekonomiku
|
(62) |
“Żoni bojod” huma dawk iż-żoni li fihom ma hemm l-ebda infrastruttura tal-broadband u huwa improbabbli li se tiġi żviluppata fil-futur qarib. L-Awtorità tirrikonoxxi li, meta jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-provvista ta' servizzi tal-broadband f'żoni fejn il-broadband attwalment mhuwiex disponibbli, l-Istati tal-EFTA jkunu qed jaħdmu biex jilħqu għanijiet ġenwini ta' koeżjoni u ta' żvilupp ekonomiku u, għalhekk, l-intervent tagħhom aktarx ikun konformi mal-interess komuni, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.4 hawn taħt jiġu ssodisfati. (76) |
3.2.2. “Inħawi griżi”: il-ħtieġa ta' evalwazzjoni aktar iddettaljata
|
(63) |
“Żoni griżi” huma dawk iż-żoni li fihom huwa preżenti operatur wieħed ta' netwerk u mhux probabbli li jiġi żviluppat netwerk ieħor (77) fil-futur qarib. Is-sempliċi eżistenza ta' operatur wieħed (78) ta' netwerk mhux bilfors timplika li ma jeżisti ebda nuqqas tas-suq jew problema ta' koeżjoni. Jekk dak l-operatur ikollu s-saħħa fis-suq (monopolju) għandu mnejn jipprovdi liċ-ċittadini b'kombinazzjoni subottimali ta' kwalità u prezzijiet tas-servizz. Ċerti kategoriji ta' utenti jistgħu ma jkunux moqdija b'mod adegwat jew, fin-nuqqas ta' tariffi regolati tal-aċċess bl-ingrossa, il-prezzijiet fil-livell tal-konsum jistgħu jkunu ogħla mill-prezzijiet għall-istess servizzi offruti f'żoni jew reġjuni tal-pajjiż li jkunu aktar kompetittivi iżda paragunabbli fil-kumplament. Jekk, barra minn hekk, ikun hemm biss prospetti limitati li jidħlu fis-suq operaturi alternattivi, il-finanzjament ta' infrastruttura alternattiva jista' jkun miżura xierqa. (79) |
|
(64) |
Mill-banda l-oħra, f'żoni fejn diġà hemm operatur wieħed ta' netwerk tal-broadband, is-sussidji għall-bini ta' netwerk alternattiv jistgħu jikkawżaw distorsjoni fid-dinamika tas-suq. Għalhekk, l-appoġġ mill-Istat għat-tnedija ta' netwerks tal-broadband f'żoni “griżi” huwa ġġustifikat biss meta jkun jista' jintwera b'mod ċar li hemm nuqqas persistenti tas-suq. Ikun neċessarju li ssir analiżi aktar dettaljata u valutazzjoni bir-reqqa dwar il-kompatibbiltà. |
|
(65) |
Iż-żoni griżi jistgħu jkunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat, dejjem jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà f'Taqsima 3.4, jekk jiġi ppruvat li (i) ebda servizz affordabbli jew adegwat ma jkun qed jiġi offrut biex jissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u tal-utenti kummerċjali (80) u li (ii) ma jkunx hemm miżuri oħra disponibbli li joħolqu inqas distorsjoni fis-suq (inkluża r-regolamentazzjoni ex ante) biex jintlaħqu l-istess għanijiet. |
|
(66) |
Sabiex (i) u (ii) jiġu stabbiliti, l-Awtorità trid tevalwa b'mod partikolari jekk:
|
|
(67) |
Iż-żoni griżi li jissodisfaw il-kriterji tal-eleġibbiltà fil-paragrafi ta' hawn fuq biss se jgħaddu mit-test ta' kompatibbiltà deskritt fit-taqsima 3.4. |
3.2.3. “Inħawi suwed”: l-ebda ħtieġa għal intervent mill-Istat
|
(68) |
Meta f'żona ġeografika partikolari jkun hemm jew se jkun hemm fil-futur qarib tal-inqas żewġ netwerks tal-broadband bażiku u s-servizzi tal-broadband ikunu fornuti f'kundizzjonijiet kompetittivi (kompetizzjoni msejsa fuq l-infrastruttura (82)), wieħed jista' jassumi li ma jkun hemm ebda nuqqas tas-suq. Għalhekk ma tantx ikun hemm lok għal intervent mill-Istat biex jinġiebu aktar benefiċċji. Għall-kuntrarju, is-sostenn mill-Istat għall-finanzjament tal-bini ta' netwerk addizzjonali tal-broadband b'kapaċitajiet paragunabbli jista', fil-prinċipju, iwassal għal distorsjoni inaċċettabbli tal-kompetizzjoni, u għall-qlugħ 'il barra tal-investituri privati. Għalhekk, jekk ma jkunx hemm nuqqas tas-suq muri biċ-ċar, l-Awtorità tħares b'mod negattiv lejn miżuri li jiffinanzjaw l-introduzzjoni ta' infrastruttura addizzjonali tal-broadband f'“żona sewda”. (83) |
3.3. Id-distinzjoni bejn żoni bojod, griżi u suwed għal netwerks tat-tip NGA
|
(69) |
Id-distinzjoni li saret hawn fuq fit-Taqsima 3.2 bejn żoni “bojod”, “griżi” u “suwed” hija rilevanti wkoll għall-valutazzjoni dwar jekk l-għajnuna mill-Istat għan-netwerks tat-tip NGA hijiex kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c). |
|
(70) |
Bħalissa, bis-saħħa ta' titjib fit-tagħmir attiv, ċerti netwerks avvanzati tal-broadband bażiku jistgħu jifilħu wkoll xi servizzi tal-broadband li fil-futur x'aktarx jiġu offruti fuq netwerks tat-tip NGA (bħas-servizzi triple play). Madankollu, jistgħu jitfaċċaw proġetti jew servizzi ġodda li mhumiex sostitwibbli mill-perspettiva tad-domanda jew tal-provvista li jkunu jeħtieġu kapaċità, affidabbiltà u veloċitajiet sostanzjalment ikbar ta' tlugħ u tniżżil lil hinn mill-ogħla limiti fiżiċi tal-infrastruttura tal-broadband bażiku. |
3.3.1. “Żoni bojod fir-rigward tal-NGA”
|
(71) |
Għal din ir-raġuni, għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għal netwerks tat-tip NGA, żona fejn fil-preżent ma jeżistux netwerks tat-tip NGA u fejn x'aktarx li ma jinbnewx minn investituri privati fi żmien tliet snin, skont il-paragrafi (59) sa (61) għandha titqies bħala żona “bajda fir-rigward tal-NGA”. Tali żona hija eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat għan-NGA sakemm il-kundizzjonijiet tal-kompatibilità indikati fit-Taqsimiet 3.4 u 3.5 ikunu ssodisfati. |
3.3.2. “Żoni griżi fir-rigward tal-NGA”
|
(72) |
Żona għandha titqies żona “griża fir-rigward tal-NGA” fejn ikun hemm netwerk wieħed biss (84) tat-tip NGA jew ikun se jitnieda fit-tliet snin li jkun jmiss u ma jkun hemm ebda pjanijiet minn xi operatur biex iniedi netwerk tat-tip NGA fit-tliet snin li jkun imiss. Fil-valutazzjoni ta' jekk investituri oħra tan-netwerks jistgħux iqiegħdu netwerks addizzjonali tat-tip NGA fi nħawi partikulari, wieħed għandu jqis kwalunkwe miżuri regolatorji jew leġiżlattivi eżistenti li jistgħu jkunu baxxew il-barrikati għall-implimentazzjoni ta' netwerks tali (aċċess għat-tubi, il-qsim tal-infrastruttura eċċ.). L-Awtorità jkollha twettaq analiżi aktar iddettaljata sabiex tivverifika jekk ikunx meħtieġ intervent mill-Istat minħabba li intervent mill-Istat f'żoni bħal dawn iġib miegħu riskju għoli li jaqla' 'l barra l-investituri eżistenti u jgħawweġ il-kompetizzjoni. F'dan ir-rigward, l-Awtorità twettaq il-valutazzjoni tagħha fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà stabbiliti f'dawn il-Linji Gwida. |
3.3.3. “Żoni suwed fir-rigward tal-NGA”
|
(73) |
Jekk ikunu jeżistu tal-linqas żewġ netwerks tat-tip NGA ta' operaturi differenti f'żona partikolari, jew ikunu se jitnedew fit-tliet snin li jkun imiss, din iż-żona għandha titqies bħala żona “sewda fir-rigward tal-NGA”. L-Awtorità se tikkonsidra li l-appoġġ mill-Istat għal netwerk ekwivalenti addizzjonali tat-tip NGA ffinanzjat pubblikament f'żoni bħal dawn aktarx li jwassal għal distorsjoni serja tal-kompetizzju u huwa inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c). |
3.4. It-tfassil tal-miżura u l-ħtieġa li jitrażżnu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(74) |
Kull miżura tal-Istat li tappoġġja t-tnedija tal-broadband għandha tissodisfa l-prinċipji kollha tal-kompatibbiltà deskritti hawn fuq fit-Taqsima 2.5, fosthom l-għan tal-interess komuni, l-eżistenza tan-nuqqas tas-suq, l-adegwatezza u l-effett ta' inċentiv tal-miżura. Fir-rigward tal-limitar tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, minbarra t-turija ta' kif tinkiseb “bidla fl-istadju” fil-każijiet kollha (fiż-żoni bojod, griżi u suwed) (85), il-kundizzjonijiet neċessarji li ġejjin iridu jiġu ssodisfati biex tintwera l-proporzjonalità tal-miżura. Jekk xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tiġix issodisfata, probabbilment ikun meħtieġ li ssir valutazzjoni fil-fond (86) li tista' twassal għall-konklużjoni li l-għajnuna hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.
|
3.5. Appoġġ għat-tnedija rapida ta' netwerks tat-tip NGA
|
(75) |
Bħal fil-każ tal-politika segwita fir-rigward tat-tnedija tal-broadband bażiku, l-għajnuna mill-Istat favur it-tnedija tan-netwerks tat-tip NGA tista' tikkostitwixxi strument xieraq u ġustifikat, dejjem jekk jiġu ssodisfati l-għadd ta' kundizzjonijiet fundamentali. Filwaqt li l-operaturi kummerċjali jieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-investiment tagħhom fin-netwerks tat-tip NGA fuq il-bażi tal-qligħ mistenni, l-għażla tal-awtorità pubblika trid tqis ukoll l-interess pubbliku fil-finanzjament ta' pjattaforma miftuħa u newtrali li fuqha operaturi multipli jkunu jistgħu jikkompetu għall-forniment ta' servizzi lill-utenti finali. |
|
(76) |
Kwalunkwe miżura li tappoġġja l-implimentazzjoni tal-NGA trid tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-kompatibilità indikati fit-Taqsima 2.5u 3.4. Barra minn hekk, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin, filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom ikun se jseħħ l-investiment pubbliku f'netwerks tat-tip NGA.
|
|
(77) |
Il-proġetti tal-għajnuna mill-Istat li għandhom l-għan li jiffinanzjaw in-netwerks backhaul (123) jew li huma limitati għal xogħlijiet ċivili li huma miftuħa għal aċċess għall-operaturi u t-teknoloġiji kollha juru karatteristiċi partikolarment favur il-kompetizzjoni. Din il-karatteristika se tittieħed inkonsiderazzjoni fil-valutazzjoni ta' proġetti bħal dawn. |
3.6. Għajnuna għal netwerks tal-broadband ultraveloċi
|
(78) |
Fid-dawl tal-għanijiet imsemmija fl-Introduzzjoni, b'mod partikolari l-kisba ta' penetrazzjoni ta' 50 % għall-konnessjonijiet tal-Internet 'il fuq minn 100 Mbps, u meta jitqies li b'mod speċjali fiż-żoni urbani jista' jkun hemm ħtiġijiet ogħla ta' prestazzjoni meta mqabblin ma' dak li l-investituri kummerċjali huma lesti li joffru fil-futur qarib, b'deroga mill-paragrafu (73), jista' jkun permess intervent pubbliku b'mod eċċezzjonali għal netwerks tat-tip NGA li jkunu kapaċi jipprovdu veloċitajiet ultraveloċi li jaqbżu sew il-100 Mbps. |
|
(79) |
F'żoni “suwed NGA” intervent bħal dan jista' jkun permess biss jekk il-kundizzjoni ta' “bidla fil-pass” meħtieġa mill-paragrafu (47) hija ppruvata fuq il-bażi tal-kriterji kumulattivi li ġejjin:
|
|
(80) |
Fis-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu preċedenti, kwalunkwe netwerk sussidjat irid jirrispetta l-kundizzjonijiet ta' kompatibilità tal-paragrafi (74) u (76). Barra minn hekk, l-awtorità li tagħti l-għajnuna trid turi wkoll li:
|
|
(81) |
Huwa biss jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet addizzjonali li l-finanzjament pubbliku ta' dawn in-netwerks ikun jista' jiġi kkunsidrat bħala kompatibbli skont it-test tal-ibbilanċjar. Fi kliem ieħor, tali finanzjament irid iwassal għal avvanz teknoloġiku sinifikanti, sostenibbli, favur il-kompetizzjoni u mhux temporanju mingħajr ma joħloq diżinċentivi sproporzjonati għall-investimenti privati. |
Dispożizzjonijiet finali
|
(82) |
Dawn il-Linji Gwida se jiġu applikati mill-ewwel jum wara li jiġu adottati. L-Awtorità se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-miżuri nnotifikati kollha ta' għajnuna li dwarhom tkun mitluba tieħu deċiżjoni wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida, anke fejn il-proġetti jkunu ġew innotifikati qabel dik id-data. |
|
(83) |
B'konformità mar-regoli applikabbli tal-Awtorità dwar il-valutazzjoni ta' għajnuna statali li mhix skont il-liġi, (130) l-Awtorità se tapplika għall-għajnuna li ma tkunx skont il-liġi r-regoli li kienu fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna. Għaldaqstant se tapplika dawn il-Linji Gwida fil-każ ta' għajnuna mhux skont il-liġi li tingħata wara l-pubblikazzjoni tagħhom. |
|
(84) |
L-Awtorità b'dan tipproponi lill-Istati tal-EFTA, fuq il-bażi tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, li jieħdu miżuri xierqa u jemendaw, fejn meħtieġ, l-iskemi eżistenti tagħhom ta' għajnuna sabiex iġibuhom konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dawn il-Linji Gwida fi żmien tnax-il xahar wara l-adozzjoni tagħhom. |
|
(85) |
L-Istati tal-EFTA huma mistiedna jagħtu l-approvazzjoni espliċita u inkondizzjonata tagħhom għal dawn il-miżuri xierqa proposti fi żmien xahrejn mid-data ta' meta jirċievu l-miżuri. Fl-assenza ta' tweġiba, l-Awtorità se tassumi li l-Istat tal-EFTA inkwistjoni ma jaqbilx mal-miżuri proposti. |
|
(86) |
L-Awtorità se tirrevedi l-Linji Gwida attwali b'konformità ma' reviżjonijiet futuri tal-Komunikazzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni — Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband. |
(1) Dan il-Kapitolu jikkorrispondi għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1).
(2) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2010) 245 finali, Aġenda Diġitali għall-Ewropa, kif rikonoxxuta fir-riżoluzzjoni tas-37 Laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-ŻEE tas-26 ta' Ottubru 2011.
(3) Ara l-Artikolu 12 (4) tal-Att imsemmi fil-punt 5 cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33)) (ĠU L 116, 22.4.2004, p. 60 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 22.4.2004, p. 14), kif emendat bid-Direttiva 2009/140/KE (Direttiva għal Regolamenti Aħjar) (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37) (għadha mhix inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE) u bl-Att imsemmi fil-punt 5 cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (Regolament (KE) Nru 544/2009, (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 12) ĠU L 334, 17,12.2009, p. 4 u s-Suppliment ŻEE Nru 68, 17,12.2009, p. 4.
(4) Ara l-Att imsemmi fil-punt 26 l tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2010 dwar l-aċċess irregolat għan-Netwerks ta' Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 35) ĠU L 341, 13.12.2012, p. 28 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 70, 13.12.2012, p. 32.
(5) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 398/05 — L-Ungerija, Benefiċċju għall-Broadband mit-Taxxa tal-Iżvilupp.
(6) Ir-riżorsi ta' impriża pubblika jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE għaliex l-awtoritajiet pubbliċi jikkontrollaw dawn ir-riżorsi. Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni, [2002] Ġabra I-4397. Skont din is-sentenza, għadu jrid jiġi evalwat jekk il-finanzjament permezz ta' impriża pubblika huwiex attribwibbli għall-Istat.
(7) Il-Kawża T-443/08 u T-455/08 Freistaat Sachsen u Oħrajn vs Il-Kummissjoni [2011] Ġabra II-1311, paragrafi (93) sa (95).
(8) Ara, pereżempju, d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ NN 24/07 — Ir-Repubblika Ċeka, Prague Municipal Wireless Network (In-Netwerk Muniċipali Mingħajr Fili ta' Praga).
(9) B'mod simili, jekk jinbena netwerk jew jinkisbu servizzi tal-broadband biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-amministrazzjoni pubblika nnifisha, taħt ċerti ċirkustanzi, intervent bħal dan jista' ma jagħtix vantaġġ lill-impriżi ekonomiċi. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 46/07 — Renju Unit, Welsh Public Sector Network Scheme (Skema ta' Netwerk tas-Settur Pubbliku ta' Wales).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.31687(N 436/10) — L-Italja, Broadband in Friuli Venezia Giulia (Project Ermes) (Il-Broadband fil-Friuli Venezia Giulia (Il-Proġett Ermes)) u fil-Każ N 407/09 — Spanja, Xarxa Oberta.
(11) Probabbli l-benefiċċju tas-sussidju huwa għall-inqas parzjalment mgħoddi lill-operaturi terzi anke jekk iħallsu remunerazzjoni għall-aċċess bl-ingrossa. Fil-fatt, il-prezzijiet bl-ingrossa spiss ikunu regolati. Ir-regolazzjoni tal-prezzijiet twassal għal prezz irħas minn dak li l-bejjiegħ bl-ingrossa jkun jista' jikseb fis-suq (li jista' jkun prezz ta' monopolju jekk ma jkunx hemm kompetizzjoni ma' netwerks oħra). Fejn il-prezzijiet mhumiex regolati, il-bejjiegħ bl-ingrossa fi kwalunkwe każ ikun obbligat jagħti valur komparattiv lill-prezzijiet tiegħu mal-prezzijiet medji applikati f'oqsma oħra aktar kompetittivi (ara l-paragrafu (74) h) hawn taħt) li probabbli jwassal ukoll għal prezz aktar baxx minn dak li l-bejjiegħ bl-ingrossa jkun jista' jikseb fis-suq.
(12) Is-sussidji lill-utenti residenzjali ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Eżempju ta' dan hu l-għajnuna lil distretti kummerċjali.
(13) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 626/09 — L-Italja, NGA for industrial districts of Lucca (NGA għad-distretti industrijali ta' Lucca).
(14) Il-Kawża C-310/99 Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-02289, il-paragrafu 65.
(15) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 237/08 — Il-Ġermanja, Broadband support in Niedersachsen (Sostenn għall-Broadband f'Niedersachsen).
(16) Il-Kawża C-303/88, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni [1991] Ġabra I-1433, fil-paragrafi 20-22.
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2007 fil-Każ C 53/06 — Il-Pajjiżi l-Baxxi, Citynet Amsterdam — Investiment mill-belt ta' Amsterdam f'netwerk fibre-to-the-home (FttH) netwerk (ĠU L 247, 16.9.2008, p. 27).
(18) Il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar il-Garanziji mill-Istat (ĠU L 274, 26.10.2000, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 26.10.2000, p. 45), emendati minn ĠU L 105, 21.4.2011, p. 32, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 21.4.2011, p. 1.
(19) Skont il-ġurisprudenza, l-impriżi fdati bl-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jridu jkunu ngħataw dak il-kompitu permezz ta' att ta' awtorità pubblika. F'dan ir-rigward, servizz ta' interess ekonomiku ġenerali jista' jiġi fdat f'idejn operatur permezz tal-għoti ta' konċessjoni ta' servizz pubbliku; ara l-Kawżi Magħqudin T-204/97 u T-270/97 EPAC — Empresa para a Agroalimentação e Cereais, SA vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-2267, punt 126 u l-Kawża T-17/02 Fred Olsen, SA vs Il-Kummissjoni [2005] Ġabra p. II-2031, punti 186, 188-189.
(20) Il-Kawża C-280-00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH [2003] Ġabra I-7747) Minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala “ s-Sentenza Altmark ”.
(21) See http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-VI---Compensation-granted-for-the-provision-of-services-of-general-economic-interest.pdf (għadhom mhumiex ippubblikati).
(22) Ara http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-VI---Framework-for-state-aid-in-the-form-of-public-service-compensation.pdf (għadhom mhumiex ippubblikati).
(23) L-Att imsemmi fil-punt 1h tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, Deċiżjoni Nru 66/2012 (ĠU L 207, 2.8.2012, p. 46 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 43, 2.8.2012, p. 56), (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3-10).
(24) L-Att imsemmi fil-punt 1ha tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 225/2012 tas-7 ta' Diċembru 2012, għadha mhijiex ippubblikata.
(25) Ara l-punt 48 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar il-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, u l-punt 13 tal-Qafas għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku.
(26) Ara l-punt 49 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar il-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali.
(27) It-terminu fil-“futur qarib” għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal perjodu ta' tliet snin f'konformità mal-paragrafu (59)ta' dawn il-Linji Gwida.
(28) B'konformità mal-prinċipju msemmi fil-punt 50 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar il-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 284/05 — L-Irlanda, Programm Reġjonali tal-Broadband: Metropolitan Area Networks (“MANs”), fażijiet II u III u N 890/06 — Franza, Aide du Sicoval pour un réseau de très haut débit.
(29) Bażikament, l-infrastruttura ta' netwerk passiv hija l-infrastruttura fiżika tan-netwerks. Għal definizzjoni, ara l-glossarju.
(30) Netwerk għandu jkun teknoloġikament newtrali u b'hekk jippermetti lil dawk li jfittxu l-aċċess li jużaw kwalunkwe tekonoloġija minn dawk disponibbli biex jipprovdu servizzi lill-utenti finali.
(31) Skont il-paragrafu (74)(g) ta' dawn il-Linji Gwida.
(32) Din ir-restrizzjoni hija ġustifikata mill-fatt li, ladarba jkun tnieda netwerk tal-broadband li jipprovdi konnettività universali, il-forzi tas-suq normalment ikunu biżżejjed biex jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni lill-utenti kollha bi prezz kompetittiv.
(33) Tali salvagwardji għandhom jinkludu, b'mod partikulari, obbligu ta' separazzjoni tal-kontijiet, u jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta' entità strutturalment u legalment separata mill-operatur integrat vertikalment. Tali entità għandha tkun unikament responsabbli li tikkonforma mal-missjoni ta' SIEĠ assenjata lilha u li twettaqha.
(34) Huwa f'idejn l-Istati tal-EFTA li, minħabba l-partikolaritajiet ta' kull każ, joħorġu bl-iktar metodoloġija xierqa biex jiżguraw li l-kumpens mogħti jkopri biss l-ispejjeż biex il-missjoni ta' SIEĠ titwettaq fiż-“żoni bojod” b'konformità mal-prinċipji tal-pakkett tas-SIEĠ, waqt li jitqies id-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli. Ngħidu aħna, il-kumpens mogħti jista' jkun ibbażat fuq paragun bejn id-dħul li jirriżulta mill-isfruttament kummerċjali f'żoni profittabbli li diġà huma koperti minn operaturi kummerċjali u d-dħul li jirriżulta mill-isfruttament kummerċjali fiż-“żoni bojod”. Kwalunkwe profitt li jmur lil hinn minn qligħ raġonevoli, jiġifieri profitt ogħla mir-redditu medju tal-industrija fuq il-kapital għat-tnedija ta' infrastruttura partikolari tal-broadband, jista' jiġi assenjat għall-finanzjament tas-SIEĠ fl-inħawi fejn m'hemmx qligħ waqt li l-profitti li jibqa' jistgħu jagħmlu parti mill-kumpens finanzjarju mogħti. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 331/08, Franza — THD Hauts de Seine.
(35) Madankollu, meta l-ispejjeż u l-iżvilupp tar-redditu fil-futur ikunu mdawra b'livell għoli ta' inċertezza u jkun hemm nuqqas kbir ta' simetrija fl-informazzjoni, l-awtorità pubblika tista' wkoll tagħżel li tadotta mudelli ta' kumpens li ma jkunux ex ante sa barra, iżda aktarx taħlita ta' ex ante u ex post (pereżempju, tieħu lura sabiex tippermetti qsim ibbilanċjat ta' qligħ mhux mistenni).
(36) Ngħidu aħna, tħaffir, tqegħid ta' kejbils, mogħdija tal-wajers internament. Fil-każ tat-tnedija ta' fibra ottika għan-netwerks tad-djar, dawn l-ispejjeż jistgħu jinvolvu sa 70 %-80 % tal-ispejjeż totali tal-investiment.
(37) Għal referenza, ara n-nota 3 ta' qiegħ il-paġna.
(38) Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 383/09 — Il-Ġermanja — Emenda ta' N 150/23008 Broadband in the rural areas of Saxony (Il-broadband fiż-żoni rurali tas-Sassonja. Dan il-każ kien jirrigwarda sitwazzjoni fejn ix-xogħlijiet ġenerali tal-inġinerija ċivili, bħall-manutenzjoni tat-toroq, ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Il-miżuri li ttieħdu mill-awtoritajiet Ġermaniżi kkostitwixxew “xogħlijiet ġenerali tal-inġinerija ċivili” li xorta kienu jsiru mill-Istat għal skopijiet ta' manutenzjoni fi kwalunkwe każ. Il-possibbiltà li, waqt li jkun għaddej dak ix-xogħol, jitqiegħdu tubi u infrastruttura tal-broadband — u dan bi spejjeż għall-operaturi — kienet imħabbra pubblikament u mhux limitata għas-settur tal-broadband jew immirata għalih. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li l-finanzjament pubbliku ta' xogħlijiet bħal dawn jaqa' taħt il-kunċett tal-għajnuna tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk ikunu limitati għas-settur tal-broadband jew immirati għalih b'mod ċar.
(39) Ara, pereżempju, l-“Infrastrukturatlas” tal-ARNijiet Ġermaniżi, fejn l-operaturi jaqsmu bejniethom b'mod volontarju l-informazzjoni dwar l-infrastrutturi disponibbli u li potenzjalment jistgħu jerġgħu jintużaw.
(40) Ta' min ifakkar li l-qafas Regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi jagħti l-possibbiltà lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jitolbu lill-impriżi jipprovdu l-infomazzjoni meħtieġa sabiex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jistabbilixxu, flimkien mal-ARNijiet, inventarju dettaljat tan-natura, id-disponibbiltà u l-post ġeografiku tal-elementi u l-faċilitajiet tan-netwerk, u jagħmluh disponibbli għall-partijiet interessati. Ara l-Artikolu 12 (4) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas) kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009.
(41) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 231/11/COL dwar l-iskjerament rapidu ta' netwerk ta' Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss fiż-żoni rurali tal-muniċipalità ta' Tromsø (ĠU C 10, 2.1.2012, p. 5 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 2, 12.1.2012, p. 3). Lista tad-deċiżjonijiet kollha tal-Kummissjoni meħuda skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat dwar il-broadband hija disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/sectors/telecommunications/broadband_decisions.pdf.
(42) Pereżempju, self (kuntrarju għal għotjiet) jista' jkun għodda utli biex jingħeleb in-nuqqas ta' kreditu għal investimenti infrastrutturali fit-tul.
(43) Dan bla ħsara għall-applikazzjoni possibbli tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna Reġjonali kif imsemmija fil-paragrafu (27).
(44) Ara l-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali applikabbli ratione temporis (pereż. il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (ĠU L 54, 28.2.2008, p. 1, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 11, 28.2.2008, p. 1).
(45) Madankollu, il-fatt li kumpanija speċifika tista' ma tkunx kapaċi tidħol għal proġett mingħajr għajnuna ma jfissirx bilfors li jkun hemm falliment tas-suq. Pereżempju, id-deċiżjoni ta' kumpanija li ma tinvestix fi proġett bi profittabbiltà baxxa jew f'reġjun b'domanda tas-suq limitata u/jew kompetittività baxxa tal-ispejjeż tista' ma tkunx indikazzjoni ta' nuqqas tas-suq, iżda pjuttost ta' suq li jaħdem tajjeb.
(46) Anki s-sistemi satellitari għandhom spejjeż għal kull unità iżda bi stadji ikbar, u għaldaqstant għandhom it-tendenza li jkunu aktar indipendenti mid-densità tal-popolazzjoni.
(47) Għall-finanzjament muniċipali u reġjonali ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet SA 33420 (2011/N) — Il-Ġermanja, Breitband Lohr am Main, N 699/09 — Spanja, Desarrollo del programa de infraestructuras de telecomunicaciones en la Región de Murcia.
(48) L-Istati Membri tal-UE ta' spiss innotifikaw programmi qafas li jiddeskrivu f'liema kundizzjonijiet jista' jingħata l-finanzjament muniċipali jew reġjonali għat-tnedija tal-broadband. Ara, per eżempju, N 62/10 — Il-Finlandja, High speed broadband construction aid in sparsely populated areas of Finland (Għajnuna għall-bini ta' broadband b'veloċità għolja f'żoni b'popolazzjoni baxxa fil-Finlandja), N 53/10 — Il-Ġermanja, Federal framework programme on duct support (Programm qafas federali dwar is-sostenn fuq kanali), jew N 30/10 — L-Isvezja, State aid to Broadband within the framework of the rural development program (Għajnuna mill-Istat għall-Broadband fil-qafas tal-programm tal-iżvilupp rurali).
(49) Għal referenza, ara n-nota 3 ta' qiegħ il-paġna.
(50) Ara, pereżempju, ir-Rakkomandazzjoni tal-Awtorità tal-5 ta' Novembru 2008 dwar swieq ta' prodotti u servizzi rilevanti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante b'konformità mal-Att imsemmi fil-punt 5 cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi), (ĠU C 156, 9.7.2009, p. 18 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 36, 9.7.2009, p. 1). Dan għandu jżid it-trasparenza, itaffi l-piż amministrattiv tal-awtoritajiet lokali, u jista' jfisser li l-ARNijiet ma jkollhomx għaliex janalizzaw kull każ ta' għajnuna mill-Istat b'mod individwali.
(51) Ara, pereżempju, Avis n o 12-A-02 du 17.1.2012 relatif à une demande d'avis de la commission de l'économie, du développement durable et de l'aménagement du territoire du Sénat concernant le cadre d'intervention des collectivités territoriales en matière de déploiement des réseaux à très haut débit (L-opinjoni tal-Awtorità Franċiża għall-Kompetizzjoni fir-rigward tat-tnedija ta' netwerks tal-broadband b'veloċità għolja ħafna).
(52) Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet N 237/08 Broadband support in Niedersachsen, Germany (Appoġġ għall-broadband f'Niedersachsen, il-Ġermanja) jew SA.33671 Broadband Delivery UK, United Kingdom (It-twassil tal-Broadband fir-Renju Unit, ir-Renju Unit).
(53) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 473/07 — L-Italja, Broadband connection for Alto Adige (Konnessjoni mal-broadband għall-Alto Adige), id-Deċiżjoni N 570/07 — Il-Ġermanja, Broadband in rural areas of Baden-Württemberg (Il-broadband fiż-żoni rurali ta' Baden-Württemberg).
(54) B'mod partikolari għall-promozzjoni tal-użu ta' soluzzjonijiet tal-broadband diġà disponibbli, kemm jekk ikunu netwerks fissi disponibbli tal-art jew bla fili, u kemm jekk ikunu soluzzjonijiet ta' satellita disponibbli b'mod ġenerali.
(55) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, N 222/06 — L-Italja, Aid to bridge the digital divide in Sardinia (Għajnuna biex tingħeleb il-firda diġitali f'Sardenja).
(56) Dan jista' japplika, pereżempju, għal operaturi tal-mowbajls LTE (ta' evoluzzjoni fit-tul) jew LTE avvanzata b'miri ta' kopertura taħt il-kundizzjonijiet tal-liċenzja tagħhom fiż-żona fil-mira. Bl-istess mod, jekk operatur inkarigat b'obbligu ta' servizz universali (OSU) jirċievi kumpens għas-servizz pubbliku, ma tkun tista' tingħata ebda għajnuna addizzjonali mill-Istat biex tiffinanzja l-istess netwerk.
(57) Dan it-tip ta' effett jista' jissejjaħ “crowding out”.
(58) Ara, pereżempju, il-Każ C-156/98 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-6857, il-paragrafu 78 u l-Każ C-333/07 Régie Networks [2008] Ġabra I-10807, il-paragrafi 94-116.
(59) Pereżempju, investimenti marġinali relatati sempliċiment mat-titjib tal-komponenti attivi tan-netwerk m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat. Bl-istess mod, għalkemm ċerti teknoloġiji li jtejbu r-ram (bħall-vetturar) jistgħu jżidu l-kapaċitajiet tan-netwerks eżistenti, dawn ma jeħtiġux investimenti sinifikanti f'infrastruttura ġdida u għalhekk ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat.
(60) Pereżempju, titjib minn netwerk bażiku għal wieħed broadband tat-tip NGA. Ċertu titjib fin-netwerk tat-tip NGA (bħall-estensjoni tal-konnettività tal-fibra ottika eqreb lejn l-utent finali) ukoll kapaċi jġib miegħu bidla fil-pass. F'żoni fejn diġà hemm netwerks tal-broadband, l-applikazzjoni tal-bidla fil-pass għandha tiżgura li l-użu ta' għajnuna mill-Istat ma jwassalx għal duplikazzjoni tal-infrastruttura eżistenti. Bl-istess mod, huwa improbabbli li titjib żgħir u gradwali tal-infrastrutturi eżistenti, pereżempju minn 12 Mbps għal 24 Mbps, jdaħħal kapaċitajiet addizzjonali ta' servizzi (u probabbilment ikun jiffavorixxi b'mod sproporzjonat lill-operatur eżistenti).
(61) In-netwerk issussidjat għandu jkun favur il-kompetizzjoni, jiġifieri jippermetti aċċess effettiv fil-livelli differenti tal-infrastruttura kif indikat fil-paragrafu (74) u, fil-każ ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-NGA, anke fil-paragrafu (76).
(62) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.33671 Broadband Delivery UK, United Kingdom (It-twassil tal-Broadband fir-Renju Unit, ir-Renju Unit).
(63) Metodoloġija komuni bħal din tista' tiġi pprovduta mill-Awtorità.
(64) Minħabba l-iżvilupp tekonoloġiku rapidu, fil-futur tekonoloġiji oħra jistgħu wkoll ikunu kapaċi jwasslu servizzi tat-tip NGA.
(65) Teknoloġiji koassjali, bla fili u mobbli jużaw, sa ċertu punt, infrastruttura ta' għajnuna għall-fibra ottika, u b'hekk jagħmluhom konċettwalment simili għal netwerk bil-wajers li tuża r-ram biex twassal is-servizz għall-aħħar parti li ma tkunx koperta mill-fibra ottika.
(66) L-aħħar konnessjoni mal-utent finali tista' tiġi żgurata kemm b'teknoloġiji bil-wajers kif ukoll bla fili. Minħabba l-evoluzzjoni rapida tat-teknoloġiji avvanzati bla wajers bħal-LTE Avvanzata u l-intensifikar tat-tnedija tas-suq tal-LTE jew tal-Wi-Fi, l-aċċess fiss bla wajers tal-ġenerazzjoni li jmiss (pereżempju ibbażat fuq teknoloġija possibbilment imfassla tal-broadband mobbli) jista' jkun alternattiva vijabbli għal ċerti NGAs bil-wajers (pereżempju FTTCab) jekk jiġu ssodifati ċerti kundizzjonijiet. Peress li l-mezz bla wajers huwa “kondiviż” (il-veloċità għal kull utent tiddependi fuq in-numru ta' utenti mqabbda fiż-żona koperta) u huwa minnu nnifsu suġġett għall-kundizzjonijiet ambjentali fluttwanti, sabiex jiġu pprovduti b'mod affidabbli l-veloċitajiet minimi tat-tniżżil għal kull abbonat li wieħed jista' jistenna minn NGA, jista' jkun li jkun jeħtieġ li jiġu varati netwerks bla wajers tal-ġenerazzjoni li jmiss b'ċertu livell ta' densità u/jew b'konfigurazzjonijiet avvanzati (bħal antenni diretti u/jew multipli). L-aċċess bla fili tal-ġenerazzjoni li jmiss ibbażat fuq teknoloġija mfassla tal-broadband mobbli jrid jiżgura wkoll il-livell meħtieġ ta' kwalità ta' servizz għall-utenti f'post fiss filwaqt li jservi kwalunkwe abbonat nomadiku ieħor fiż-żona ta' interess.
(67) It-terminu FTTx jirreferi għal FFTC, FTTN, FTTP, FTTH u FTTB.
(68) Li għall-inqas jużaw l-istandard “DOCSIS 3.0” għall-modems tal-kejbil.
(69) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.33671 Broadband Delivery UK, United Kingdom (It-twassil tal-Broadband fir-Renju Unit, ir-Renju Unit).
(70) Jekk illum il-ġurnata d-differenza bejn post li fih hemm disponibbli biss l-Internet bin-narrowband (bil-linja tat-telefown) u post fejn jeżisti il-broadband hija li tal-ewwel hija żona “bajda”, hekk ukoll żona mingħajr infrastruttura tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-broadband, iżda li xorta jista' jkollha installata infrastruttura waħda bażika tal-broadband, għandha titqies bħala żona “bajda” fir-rigward tal-NGA.
(71) Meta mqabbla ma' netwerks oħrajn li ma jilħqux lill-klijent aħħari (bħall-FTTC), karatteristika importanti tal-infrastruttura backhaul NGN hi li hija miftuħa għal interkonnessjoni ma' netwerks oħrajn.
(72) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 407/09 — Spanja — Optical fibre Catalonia (Xarxa Oberta).
(73) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet N 407/09 — Spanja — Optical fibre Catalonia (Xarxa Oberta) u SA. 33438 — Il-Polonja, Broadband network for Eastern Poland (In-netwerk tal-broadband fil-Lvant tal-Polonja).
(74) Il-perjodu ta' tliet snin jibda mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ppjanata ta' għajnuna.
(75) F'dan ir-rigward, operatur għandu jkun kapaċi juri li fil-perjodu ta' tliet snin ikun se jkopri parti sostanzjali mit-territorju u, b'hekk, mill-popolazzjoni kkonċernata. Pereżempju, l-awtorità li tagħti l-għajnuna tista' titlob lil kwalunkwe operatur li jiddikjara interess fil-bini ta' infrastruttura għalih innifsu fiż-żona fil-mira jagħti pjan ta' direzzjoni tan-negozju kredibbli, dokumenti ta' prova bħal ftehimiet dwar self mill-bank u kalendarju dettaljat bil-pjan ta' implimentazzjoni fi żmien xahrejn. Barra minn hekk, l-investiment għandu jkun inbeda fi żmien tnax-il xahar u jrid inħareġ il-permess għall-biċċa l-kbira tas-servitujiet tal-passaġġ meħtieġa għall-proġett. Stadji importanti oħra li jindikaw il-progress tal-miżura jistgħu jiġu miftiehma għal kull perjodu ta' 6 xhur.
(76) Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet N 607/09 — L-Irlanda, Rural Broadband Reach (L-ilħuq tal-broadband f'żoni rurali), jew N 172/09 — Is-Slovenja, Broadband development in Slovenia (L-iżvilupp tal-broadband fis-Slovenja).
(77) L-istess kumpanija tista' topera netwerks separati fissi u tal-mowbajls fl-istess żona, iżda dan ma jibdilx il-“kulur” ta' din iż-żona.
(78) Is-sitwazzjoni kompetittiva hija vvalutata skont in-numru eżistenti ta' operaturi tal-infrastrutturi. Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 330/2010 — Franza, Programme national Très Haut Débit, ġie ċċarat li l-eżistenza ta' diversi fornituri fil-livell tal-konsumatur fuq netwerk wieħed (inkluża d-Diżaggregazzjoni taċ-Ċirkwiti Lokali (LLU)) ma jibdlux l-inħawi f'żona sewda, iżda t-territorju jibqa' żona griża għax ikun hemm biss infrastruttura waħda. Fl-istess ħin, l-eżistenza ta' operaturi li jikkompetu (fil-livell tal-bejgħ fil-livell tal-konsumatur) tiġi kkunsidrata bħala indikazzjoni li, għalkemm griża, iż-żona inkwistjoni tista' ma tkunx problematika f'termini tal-preżenza ta' nuqqas tas-suq. Ikunu jridu jiġu ppreżentati provi konvinċenti dwar problemi ta' aċċess jew ta' kwalità tas-servizz.
(79) Fid-Deċiżjoni tagħha N 131/05 — Ir-Renju Unit, FibreSpeed Broadband Project Wales (Proġett tal-Broadband FibreSpeed f'Wales), il-Kummissjoni kellha tevalwa jekk l-appoġġ finanzjarju mogħti mill-awtoritajiet ta' Wales għall-bini ta' netwerk miftuħ tal-fibra ottika li jista' jintuża minn operaturi differenti, li jgħaqqad flimkien 14-il ċentru ta' negozju, setax xorta waħda jiġi ddikjarat kompatibbli anke jekk il-lokalitajiet fil-mira kienu diġà moqdijin mill-operatur tan-netwerk li kien diġà jeżisti, li kien jipprovdi linji mikrija rregolati fil-prezz. Il-Kummissjoni sabet li l-offerta tal-linji mikrija mill-operatur li diġà kien jeżisti kienet għalja wisq, tant li l-SMEs kważi ma setgħux jaffordjawha. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 890/06 — Franza, Aide du Sicoval pour un réseau de très haut débit u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 284/05 — L-Irlanda, Regional Broadband Programme: Metropolitan Area Networks (“MANs”), phases II and III (Programm Reġjunali tal-Broadband: Netwerks Metropolitani (“MANs”), fażijiet II u III).
(80) Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu (66), l-awtoritajiet awtorizzanti jistgħu jieħdu inkonsiderazzjoni indikaturi bħal: ir-rata ta' penetrazzjoni għal servizzi bl-ogħla livelli ta' prestazzjoni, prezzijiet għaljin b'mod eċċessiv għal servizzi ta' prestazzjoni għolja (fosthom linji mikrija għal utenti finali kif spjegat fin-nota preċedenti ta' qiegħ il-paġna) li jkollhom l-effett li jiskoraġġixxu l-applikazzjoni jew l-innovazzjoni, servizzi elettroniċi tal-gvern li jkunu fil-proċess li jiġu żviluppati li jitolbu prestazzjonijiet li jmorru lil hinn minn dawk offruti min-netwerk eżistenti. Meta fiż-żona fil-mira proporzjon sinifikanti taċ-ċittadini u l-utenti kummerċjali diġà qegħdin jiġu moqdijin b'mod xieraq, irid jiġi żgurat li l-intervent pubbliku ma jwassalx għal kostruzzjoni żejda u bla ħtieġa tal-infrastruttura eżistenti. F'dan il-każ, l-intervent pubbliku jista' jiġi limitat għal miżuri ta' “tnaqqis tad-diskrepanzi” biss.
(81) Pereżempju, jekk in-netwerk tal-broadband li diġà jkun hemm ikunx inbena fuq il-bażi ta' użu/aċċess privileġġjat għal tubi li la jkunu aċċessibbli għal operaturi oħrajn tan-netwerks u lanqas maqsumin magħhom;
(82) Jekk infrastruttura waħda biss tkun preżenti, anke jekk din l-infrastruttura tintuża — permezz ta' diżaggregazzjoni (LLU) — minn diversi operaturi tal-komunikazzjoni elettroniku, sitwazzjoni bħal din titqies bħala żona griża kompetittiva. Ma titqiesx “żona sewda” skont it-tifsira ta' dawn il-Linji Gwida. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA. 31316 Programme national “Très haut débit” , Franza.
(83) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19.7.2006 dwar il-miżura Nru C 35/05 (ex N 59/05) — Il-Pajjiżi l-Baxxi, Broadband infrastructure in Appingedam (L-infrastruttura tal-Broadband f'Appingedam), (ĠU L 86, 27.3.2007, p. 1). F'din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-forzi kompetittivi tas-suq speċifiku ma kinux ġew ikkunsidrati kif jixraq. B'mod partikolari, li s-suq tal-broadband Olandiż kien qed javvanza malajr u li fih il-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi l-operaturi tal-kejbil u l-Fornituri tas-Servizzi tal-Internet, kienu fil-proċess li jintroduċu servizzi tal-broadband b'kapaċità għolja ħafna mingħajr ebda sostenn mill-Istat.
(84) L-istess kumpanija tista' topera netwerks separati fissi u bla fili tat-tip NGA fl-istess żona, iżda dan ma jbiddilx il-“kulur” ta' din iż-żona.
(85) Ara l-paragrafu (47) hawn fuq.
(86) Il-valutazzjoni ddettaljata tista' tkun teħtieġ il-ftuħ ta' proċedura skont l-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja.
(87) Din il-mappatura għandha ssir abbażi tad-djar milħuqa minn infrastruttura ta' netwerk partikolari u mhux abbażi tan-numru reali ta' djar jew klijenti konnessi bħala abbonati.
(88) Pereżempju, jista' jkun li żoni fil-mira li huma żgħar wisq ma jipprovdux biżżejjed inċentivi ekonomiċi għall-operaturi fis-suq biex jitfgħu offerta għall-għajnuna, waqt li żoni li huma kbar wisq jistgħu jnaqqsu r-riżultat kompetittiv tal-proċess tal-għażla. Diversi proċeduri ta' għażla jippermettu wkoll lil impriżi potenzjali li jibbenefikaw mill-għajnuna mill-Istat u b'hekk jiġi evitat li s-sehem fis-suq ta' operatur wieħed (diġà dominanti) ikompli jissaħħaħ bil-miżuri ta' għajnuna mill-Istat billi jiġu ffavoriti operaturi kbar tas-suq jew billi jiġu skoraġġuti teknoloġiji li prinċipalment ikunu kompetittivi f'żoni ta' mira iżgħar.
(89) F'każ fejn ikun jista' jintwera li operaturi eżistenti ma pprovdew ebda informazzjoni sinifikanti lil awtorità pubblika għall-finijiet tal-eżeċizzju rikjest ta' mmappjar, tali awtoritajiet ikollhom jistrieħu biss fuq kwalunkwe informazzjoni li tkun tpoġġiet għad-dispożizzjoni tagħhom.
(90) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 266/08 — Il-Ġermanja, Broadband in rural areas of Bayern (Il-broadband fiż-żoni rurali ta' Bayern).
(91) Is-sitwazzjoni hija differenti meta l-awtorità pubblika tiddeċiedi li tniedi u tamministra n-netwerk direttament (jew permezz ta' entità bi sjieda sħiħa) bħal fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 330/2010 — Franza, Programme national Très Haut Débit u SA.33807 (2011/N) — L-Italja, National Broadband Plan (Pjan Nazzjonali tal-Broadband). F'każijiet bħal dawn, sabiex jiġu salvagwardjati r-riżultati tal-kompetizzjoni li nkisbu sa mil-liberalizzazzjoni tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni, u partikolarment il-kompetizzjoni li teżisti llum fis-suq tal-broadband fil-livell tal-konsumatur, fil-każ ta' netwerks issussidjati ġestiti pubblikament (i) l-operaturi tan-netwerk li huma ta' proprjetà pubblika għandhom jillimitaw l-attività tagħhom għaż-żoni fil-mira predefiniti, u ma għandhomx iwessgħu l-attività tagħhom lejn reġjuni oħra kummerċjalment attraenti; (ii) l-awtorità pubblika għandha tillimita l-attività tagħha sabiex iżżomm l-infrastruttura passiva u tagħti aċċess għaliha, iżda ma għandhiex tinvolvi ruħha f'kompetizzjoni fil-livell tal-bejgħ fil-livell tal-konsumatur ma' operaturi kummerċjali, u (iii) jkollha kontabilità separata għall-fondi użati għall-operat tan-netwerks u għall-fondi l-oħra għad-dispożizzjoni tal-awtorità pubblika.
(92) L-Att li hemm referenza għalih f'punt 2 tal-Anness XVI tal-Ftehim taż-ŻEE (Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi. ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114–240), ĠU L 245, 7.9.2006, p. 22 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 44, 7.9.2006, p. 18.
(93) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 475/07 — L-Irlanda, National Broadband Scheme (NBS) (L-Iskema Nazzjonali tal-Broadband (NBS)), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 157/06 — Ir-Renju Unit, South Yorkshire Digital region Broadband Project (Proġett tal-Broadband għar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire).
(94) Meta l-għan ta' tali proċess ta' għażla kompetittiva ikun kuntratt pubbliku kopert mid-direttivi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku 2004/17/KE (l-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Anness XVI tal-Ftehim taż-ŻEE, ĠU L 245, 7.9.2006, p. 22 u tas-Suppliment taż-ŻEE Nru 44, 7.9.2006, p. 18) jew 2004/18/KE (l-Att imsemmi fil-punt 2 tal-Anness XVI tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 245, 7.9.2006, p. 22 u tas-Suppliment taż-ŻEE Nru 44, 7.9.2006, p. 18), l-avviż tal-offerta għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni mifruxa madwar iż-ŻEE, b'konformità mar-rekwiżiti ta' dawn id-direttivi. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-informazzjoni dwar l-offerti għandha għall-inqas tkun irriklamata mal-pajjiż kollu.
(95) F'każ li proċess ta' għażla kompetittiva ma jiġġenerax numru suffiċjenti ta' offerenti, il-kalkolu tal-ispejjeż propost mill-offerent rebbieħ jista' jiġi eżaminat minn awditur estern.
(96) Jekk minħabba raġunijiet tekniċi ma jkunx fattibbli li titwaqqaf websajt nazzjonali, għandhom jidħlu fis-seħħ websajts reġjonali. Websajts reġjonali bħal dawn għandhom ikunu interkonnessi.
(97) F'termini taż-żona ġeografika kif definit fis-sejħa għal proċess ta' għażla kompetittiva.
(98) Pereżempju, topoloġiji ta' netwerks li jippermettu separazzjoni sħiħa u effettiva jistgħu jirċievu aktar punti. Għandu jiġi nnotat li f'dan l-istadju tal-iżvilupp tas-suq, topoloġija li tieħu minn punt għal punt aktar twassal lejn kompetizzjoni fit-tul meta mqabbla ma' topoloġija li tieħu minn punt għal diversi punti, filwaqt li l-ispejjeż tat-tnedija huma paragunabbli, speċjalment fiż-żoni urbani. In-netwerks li jieħdu minn punt għal diversi punti se jkunu kapaċi jipprovdu diżaggregazzjoni sħiħa u effettiva biss meta l-aċċess ta' netwerk ottiku passiv b'multiplazzjoni tad-diviżjoni tat-tul ta' mewġ (WDM-PON) ikun standardizzat u mitlub skont l-oqfsa regolatorji applikabbli.
(99) Għal referenza, ara n-nota 3 ta' qiegħ il-paġna. Barra minn hekk, kull meta l-Istati tal-EFTA jagħżlu mudell ta' ġestjoni li permezz tiegħu l-infrastruttura ssussidjata tal-broadband toffri lill-partijiet terzi servizzi ta' aċċess bl-ingrossa biss, u mhux servizzi fil-livell tal-konsumatur, id-distorsjonijiet li jista' jkun hemm tal-kompetizzjoni jkomplu jonqsu minħabba li tali mudell ta' ġestjoni tan-netwerks jgħin biex jiġu evitati kwistjonijiet potenzjalment kumplessi ta' pressjoni fuq il-marġini u għamliet moħbijin ta' diskriminazzjoni fl-aċċess. Ara, pereżempju, SA.30317 High-speed broadband in Portugal (Il-broadband ta' veloċità għolja fil-Portugall).
(100) Kull meta miżura ta' għajnuna mill-Istat tkopri l-finanzjament ta' elementi ta' infrastruttura passiva ġdida bħal kanali jew arbli, għandu jingħata aċċess għal dawn ukoll u dan ikun mingħajr rabta ta' żmien. Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet N 53/2010 — Il-Ġermanja, Federal framework programme on ducts support (Programm qafas Federali dwar is-sostenn fuq kanali), N 596/09 — L-Italja — Bridging the digital divide in Lombardia (Negħlbu l-firda diġitali fil-Lombardia), N 383/09 — Il-Ġermanja — L-Emenda ta' N 150/08 Broadband in the rural areas of Saxony (Il-Broadband fiż-żoni rurali tas-Sassonja), N 330/10 — Franza — Programme national Très Haut Débit.
(101) Pereżempju, għan-netwerks tat-tip NGA, il-punt ta' riferiment għandu jkun il-lista ta' prodotti ta' aċċess inkluża fir-rakkomandazzjoni tal-NGA.
(102) Jekk l-għajnuna mill-Istat tiġi pprovduta biex tiffinanzja l-kostruzzjoni ta' kanali, dawn tal-aħħar għandhom ikunu kbar biżżejjed biex iservu għal diversi netwerks tal-kejbil u biex jilqgħu fihom soluzzjonijiet minn punt għal punti multipli, kif ukoll minn punt għal punt.
(103) Meta l-operatur tan-netwerk jipprovdi wkoll servizzi fil-livell tal-konsumatur, b'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-NGA, dan normalment jimplika għoti ta' aċċess għall-inqas minn sitt xhur qabel it-tnedija ta' servizzi fil-livell tal-konsumatur bħal dawn.
(104) Jista' jiġi pprovdut aċċess effettiv bl-ingrossa għall-infrastruttura ssussidjata permezz tal-prodotti għall-aċċess bl-ingrossa mniżżla fl-Appendiċi II.
(105) Għal referenza, ara n-nota 3 ta' qiegħ il-paġna.
(106) Pereżempju, l-użu tal-aċċess bl-ingrossa minn partijiet terzi ma jistax ikun limitat biss għas-servizzi broadband bl-imnut.
(107) Kemm jittieħed f'kunsiderazzjoni l-ammont ta' għajnuna jista' jvarja skont is-sitwazzjoni kompetittiva fil-proċess ta' għażla kompetittiva u fiż-żona fil-mira. Il-parametru referenzjarju jkun għalhekk l-ogħla limitu tal-prezz bl-ingrossa.
(108) Sabiex l-operaturi ma jonfħux l-ispejjeż tagħhom b'mod artifiċjali, l-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jużaw kuntratti li jinċentivaw lid-ditti biex inaqqsu l-ispejjeż tagħhom maż-żmien. Pereżempju, b'kuntrast ma' kuntratti abbażi tal-kost b'addenda, kuntratt ta' prezz fiss jagħti inċentiv lill-kumpanija biex tnaqqas l-ispejjeż maż-żmien.
(109) It-treġġigħ lura mhuwiex neċessarju fil-każ ta' infrastrutturi ta' proprjetà pubblika, għall-ingrossa biss, li jkunu amministrati mill-awtorità pubblika bl-iskop uniku li jingħata aċċess ġust u mhux diskriminatorju lill-operaturi kollha, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fin-nota 93 ta' qiegħ il-paġna.
(110) Eżempji tal-aħjar prattika jissuġġerixxu monitoraġġ u rkupru għal minimu ta' seba' snin, u kwalunkwe profitt żejjed (jiġifieri profitt ogħla minn tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju oriġinali jew mill-medja tal-industrija) għandu jinqasam bejn il-benefiċjarju u l-awtoritajiet pubbliċi skont l-intensità tal-għajnuna tal-miżura.
(111) Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment (pereżempju kull sitt xhur) u tkun disponibbli f'formati nonproprjetarji.
(112) Din l-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas: apparti l-informazzjoni li tkun diġà saret pubblika wara l-paragrafu (74) j), id-data meta jibda jintuża n-netwerk, il-prodotti tal-aċċess bl-ingrossa, in-numru ta' dawk li jfittxu l-aċċess u l-fornituri tas-servizz fin-netwerk, in-numru ta' djar mgħoddija, u r-rati ta' użu.
(113) Inklużi l-operaturi LLU.
(114) F'dan l-istadju tal-iżvilupp tas-suq, topoloġija li tieħu minn punt għal punt tista' tkun diżaggregata b'mod effettiv. Jekk l-offerent magħżul jintroduċi netwerk b'topoloġija li tieħu minn punt għal punti multipli, irid ikollu l-obbligu ċar li jipprovdi d-diżaggregazzjoni effettiva permezz ta' multiplessjoni b'diviżjoni tat-tul ta' mewġa (WDM) hekk kif l-aċċess ikun standardizzat u disponibbli kummerċjalment. Sakemm id-diżaggregazzjoni WDM issir effettiva, l-offerent magħżul jintalab jipprovdi lil dawk li jfittxu l-aċċess bi prodott ta' diżaggregazzjoni virtwali, li tkun viċin kemm jista' jkun tad-diżaggregazzjoni fiżika. Bħal Tagħmir f'post il-klijent (CPEs) jew tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jopera n-netwerk. Jekk ikun meħtieġ li jiġu ameljorati ċerti partijiet tan-netwerk sabiex jiġi pprovdut aċċess effettiv, dan għandu jkun previst fil-pjanijiet tal-awtoritajiet awtorizzanti, pereżempju:
(115) il-previżjoni ta' kanali ta' daqs xieraq, it-tkabbir tad-daqs tal-kabinetti tat-toroq biex jipprovdu diżaggregazzjoni effettiva, eċċ. Jekk ikunu benefiċjarji indiretti, meta jingħataw l-aċċess fil-livell bl-ingrossa, l-operaturi terzi nfushom jista' jkollhom jagħtu aċċess bit-stream. Minkejja l-fatt li l-għajnuna ġiet mogħtija biss għal infrastruttura passiva, ġie mitlub ukoll aċċess attiv pereżempju fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 330/2010 — Franza, Programme national Très Haut Débit (mhux disponibbli bil-Malti).
(116) Bħat-Tagħmir f'post il-klijent (CPEs — Customer premise equipments) jew tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jopera n-netwerk. Jekk ikun meħtieġ it-titjib ta' ċerti partijiet tan-netwerk sabiex jiġi pprovdut aċċess effettiv, dan ikun previst fil-pjanijiet tal-awtoritajiet awtorizzanti, pereżempju: ikunu previsti kanali ta' daqs xieraq, jikber id-daqs tal-kabinetti tat-toroq biex jipprovdu diżaggregazzjoni effettiva, eċċ.
(117) Obbligu b'saħħtu ta' aċċess huwa iktar u iktar kruċjali sabiex wieħed jindirizza s-sostituzzjoni temporanja bejn is-servizzi offruti mill-operaturi eżistenti tal-ADSL u dawk offruti mill-operaturi futuri tan-netwerks tat-tip NGA. L-obbligu ta' aċċess se jiżgura li l-operaturi kompetituri tal-ADSL ikunu jistgħu jċaqilqu lill-klijenti tagħhom għal netwerk tat-tip NGA hekk kif ikun tqiegħed f'postu netwerk sussidjat u b'hekk jibdew jippjanaw l-investimenti futuri tagħhom mingħajr ma jsofru żvantaġġ kompetittiv. Ara, pereżempju, N 461/09 — Ir-Renju Unit, Cornwall & Isles of Scilly Next Generation Broadband (Il-Broadband tal-Ġenerazzjoni li Jmiss f'Cornwall u l-Gżejjer Scilly).
(118) F'dan ir-rigward, għandha tiġi kkunsidrata l-persistenza possibbli tal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq li jkunu ġġustifikaw l-għoti ta' għajnuna għall-infrastruttura inkwistjoni.
(119) Iż-żieda sproporzjonata fl-ispejjeż trid tiġi ppruvata b'kalkoli tal-ispejjeż iddettaljati u oġġettivi mill-awtorità awtorizzanti.
(120) Pereżempju, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 330/2010 — Franza, Programme national Très Haut Débit u fil-Każ SA.33671 — Broadband Delivery UK, United Kingdom (It-twassil tal-broadband fir-Renju Unit, ir-Renju Unit).
(121) L-Awtorità tista' taċċetta kundizzjonijiet oħrajn bħala parti mill-analiżi ta' proporzjonalità fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-każ u l-eżerċizzju ġenerali ta' bbilanċjar. Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 330/2010 — Franza, Programme national Très Haut Débit u fil-Każ SA.33671 — Ir-Renju Unit, Broadband Delivery UK (It-twassil tal-broadband fir-Renju Unit). Jekk il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, għandu jingħata l-aċċess fi żmien li jkun meqjus normali għas-suq partikulari. Fil-każ ta' konflitt, l-awtorità li tagħti l-għajnuna għandha titlob lill-ARN jew lil korp kompetenti nazzjonali ieħor għal parir.
(122) Pereżempju, fil-każ ta' netwerks passivi fissi għandha tkun kapaċi tappoġġja kemm it-topoloġiji li jieħdu minn punt għal punt kif ukoll dawk li jieħdu minn punt għal punti multipli, skont l-għażla tal-operaturi. B'mod partikolari fiż-żoni b'densità akbar tal-popolazzjoni, jekk dawn ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat, ma jitqiesx fl-interess pubbliku li tingħata għajnuna għal investimenti f'ameljoramenti sempliċi tan-netwerks eżistenti li ma jirriżultawx ukoll f'bidla fl-istadju f'termini tal-kompetizzjoni.
(123) Ara l-paragrafu hawn fuq (56). Interventi li jmorru lil hinn mil-livell tal-uffiċċju ċentrali jiġu kkunsidrati li huma diġà NGA u mhux NGN. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.34031 — Next generation broadband in Valle d'Aosta (Il-broadband tal-ġenerazzjoni li jmiss fil-Valle d'Aosta).
(124) Abbażi ta' pjanijiet ta' investiment kredibbli għall-futur qarib ta' tliet snin skont il-paragrafi (59) sa (61).
(125) Pereżempju, in-netwerks tat-tip NGA ma jilħqux il-post tal-utent aħħari bil-fibra ottika fil-każ ta' netwerks FTTN, fejn il-fibra ottika hija installata saċ-ċentri (il-kabinetti). Bl-istess mod, xi netwerks tal-kejbil qegħdin jużaw ukoll il-fibra ottika sal-kabinetti u jikkonnettjaw lill-utenti finali b'kejbils koassjali.
(126) Pereżempju, f'żona fejn hemm FTTC jew netwerk ekwivalenti u netwerk tal-kejbil imtejjeb (mill-inqas Docsis 3.0), il-kundizzjonijiet tas-suq ġeneralment jiġu kkunsidrati kompetittivi biżżejjed biex jevolvu lejn il-forniment ta' servizzi ultraveloċi mingħajr il-ħtieġa ta' intervent pubbliku.
(127) Ara, pereżempju, l-indikaturi fin-noti 81 u 82 ta' qiegħ il-paġna.
(128) Ara l-paragrafi (59) sa (61) hawn fuq.
(129) Normalment dan ikun il-każ meta, minħabba l-għajnuna, l-operaturi tas-suq ma jkunux jistgħu jirkupraw l-investimenti tal-infrastruttura li jkunu għamlu f'perjodu xieraq meta jiġi kkunsidrat iż-żmien normali ta' amortizzazzjoni. Se jitqiesu b'mod partikolari il-fatturi (interkonnessi) li ġejjin: id-daqs tal-investiment, kemm hu riċenti, il-perjodu minimu meħtieġ għal ritorn adegwat fuq l-investiment u l-effett probabbli tal-introduzzjoni ta' network veloċi ħafna sussidjat fuq in-numru ta' abbonati għan-netwerks eżistenti NGA u l-prezzijiet relattivi ta' sħubija.
(130) ĠU L 73, 19.3.2009, p. 23, Suppliment taż-ŻEE Nru 15, 19.3.2009, p. 1. Ara http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=15119&1=1
Appendiċi I
Interventi tipiċi għas-sostenn tal-broadband
Fid-deċiżjonijiet li ħadet dwar każijiet f'dan il-qasam fl-imgħoddi, il-Kummissjoni osservat ċerti mekkaniżmi ta' finanzjament li huma l-aktar użati mill-Istati tal-UE biex irawmu t-tnedija tal-broadband, ivvalutati skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li jikkorrispondi għall-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-lista li ġejja hija eżempju u mhijiex eżawrjenti, peress li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiżviluppaw modi differenti kif jappoġġjaw it-tnedija tal-broadband jew jiddevjaw mill-mudelli deskritti. Il-kostellazzjonijiet tipikament jinvolvu l-għajnuna mill-Istat, sakemm l-investiment ma jseħħx skont il-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq (ara t-Taqsima 2.2).
1.
Allokazzjoni monetarja (“diskrepanza fil-likwidità” (1)): Fil-maġġoranza tal-każijiet eżaminati mill-Kummissjoni, l-Istat taż-ŻEE (2) jagħti għotjiet monetarji diretti lill-investituri tal-broadband (3) biex jibnu, jiġġestixxu u jisfruttaw kummerċjalment in-netwerk tal-broadband. (4) Dawn l-għotjiet normalment jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, minħabba li l-għotja hija ffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat u tagħti vantaġġ lill-investitur sabiex imexxi attività kummerċjali b'kundizzjonijiet li ma kinux ikunu disponibbli fis-suq. F'każ bħal dan, kemm l-operaturi tan-netwerk li jkunu qed jirċievu l-għotja kif ukoll il-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika li jfittxu aċċess bl-ingrossa għan-netwerk sussidjat ikunu benefiċjarji tal-għajnuna.
2.
Appoġġ mhux finanzjarju: F'każijiet oħrajn, l-Istati taż-ŻEE jappoġġjaw it-tnedija tal-broadband billi jiffinanzjaw l-introduzzjoni ta' netwerk sħiħ tal-broadband (jew partijiet minnu) li sussegwentement jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-investituri tal-komunikazzjoni elettronika, li mbagħad jużaw dawn l-elementi tan-netwerk għat-tnedija tal-proġett tal-broadband tagħhom. Dan l-appoġġ jista' jieħu bosta għamliet, imma l-aktar rikorrenti huwa dak fejn l-Istati taż-ŻEE jipprovdu infrastruttura passiva tal-broadband billi jwettqu xogħol ta' inġinerija ċivili (pereżempju billi jħaffru triq) jew billi jqiegħdu tubi jew fibra skura. (5) Din il-forma ta' appoġġ toħloq vantaġġ għall-investituri tal-broadband, li jiffrankaw l-ispejjeż rispettivi ta' investiment, (6) kif ukoll għall-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika li jfittxu aċċess bl-ingrossa għan-netwerk issussidjat.
3.
Netwerks tal-broadband, jew partijiet minnhom, operati mill-Istat: L-għajnuna mill-Istat tista' tkun involuta wkoll jekk l-Istat, minflok jipprovdi appoġġ lil investitur tal-broadband, jibni (partijiet minn) netwerk tal-broadband u joperah direttament permezz ta' fergħa ta' amministrazzjoni pubblika jew permezz ta' kumpanija interna. (7) Dan il-mudell ta' intervent jikkonsisti tipikament mill-bini ta' infrastruttura ta' netwerk passiv ta' proprjetà pubblika, bil-ħsieb li jagħmilha disponibbli għall-operaturi bl-ingrossa tal-broadband billi jagħti aċċess għan-netwerk b'termini mhux diskriminatorji. L-operat tan-netwerk u l-għoti ta' aċċess bl-ingrossa bi ħlas huwa attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-bini ta' netwerk tal-broadband bil-għan li jkun sfruttat kummerċjalment, skont il-ġurisprudenza jikkostitwixxi attività ekonomika (jiġifieri l-għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE diġà tista' tkun preżenti waqt il-bini tan-netwerk tal-broadband). (8) Il-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika li jfittxu aċċess bl-ingrossa f'netwerk operat pubblikament, jitqiesu wkoll bħala benefiċjarji tal-għajnuna.
4.
Netwerk tal-broadband ġestit minn konċessjonarju: L-Istati taż-ŻEE jistgħu wkoll jiffinanzjaw l-introduzzjoni ta' netwerk tal-broadband, li jibqa' proprjetà pubblika li iżda l-operat tiegħu jiġi offrut permezz ta' proċedura miftuħa għall-offerti lil operatur kummerċjali sabiex jamministrah u jisfruttah fil-livell tal-ingrossa. (9) Anki f'dan il-każ, peress li n-netwerk huwa mibni bil-ħsieb li jkun sfruttat, il-miżura tista' tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-operatur li jmexxi u jisfrutta n-netwerk, kif ukoll il-fornituri terzi tal-komunikazzjoni elettronika li jfittxu aċċess bl-ingrossa għan-netwerk, ukoll se jitqiesu bħala benefiċjarji tal-għajnuna.
(1) “Diskrepanza tal-likwidità” tirreferi għad-differenza bejn l-ispejjeż tal-investiment u l-profitti mistennija fil-każ tal-investituri privati.
(2) Jew kull awtorità pubblika oħra li tagħti l-għajnuna.
(3) It-terminu “investituri” jindika impriżi jew operaturi tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvestu fil-bini u fit-tnedija ta' infrastrutturi tal-broadband.
(4) Eżempji ta' diskrepanza tal-likwidità huma d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet SA.33438 a.o — Il-Polonja — Broadband network project in Eastern Poland (Proġett ta' netwerk tal-broadband fil-Polonja tal-Lvant), SA.32866 — Il-Greċja — Broadband development in Greek rural areas (L-iżvilupp tal-broadband fiż-żoni rurali Griegi), SA.31851 — L-Italja — Broadband Marche (Il-broadband fil-Marche), N 368/09 — Il-Ġermanja — Amendment of state aid broadband scheme N 115/08 — Broadband in the rural areas of Germany (Emenda tal-iskema ta' għajnuna mill-Istat għall-broadband N115/08 — Il-Broadband fiż-żoni rurali tal-Ġermanja).
(5) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet N 53/2010 — Il-Ġermanja, Federal framework programme on ducts support (Il-programm qafas Federali dwar is-sostenn fuq kanali), N 596/09 — L-Italja — Bridging the digital divide in Lombardia (Negħlbu l-firda diġitali fil-Lombardia). Ara wkoll N 383/09 — Il-Ġermanja — Emenda għal N 150/08 Broadband in the rural areas of Saxony (Il-broadband fiż-żoni rurali tas-Sassonja).
(6) L-ispejjeż tal-inġinerija ċivili u ta' investiment ieħor f'infrastruttura passiva jistgħu jikkostitwixxu sa 70 % tal-ispiża totali ta' proġett tal-broadband.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 330/2010 — Franza — Programme national Très Haut Débit, li kopra diversi modalitajiet ta' intervent, fost l-oħrajn waħda li fiha l-collectivités territoriales jistgħu joperaw in-netwerks tal-broadband tagħhom bħala operazzjoni “regie”.
(8) Il-Kawża T-443/08 u T-455/08 Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni [2011] Ġabra II-1311.
(9) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet N 497/2010 — Ir-Renju Unit, SHEFA — 2 Interconnect, N 330/2010 — Franza — Programme national Très Haut Débit, N 183/09 — Il-Litwanja, RAIN project (Il-proġett RAIN).
Appendiċi II:
Glossarju ta' termini tekniċi
Għall-fini ta' dawn il-Linji Gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: Id-definizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għal bidliet oħrajn li jistgħu jseħħu fis-suq, fit-teknoloġija u fir-regolamentazzjoni.
Segment tal-aċċess: il-parti ta' “l-aħħar mil” li tqabbad lin-netwerk backhaul mal-post tal-utent aħħari.
Netwerk backhaul: Il-parti tan-netwerk tal-broadband li tikkostitwixxi l-ħolqa intermedja bejn in-netwerk ewlieni (backbone network) u n-netwerk tal-aċċess u li twassal id-dejta lejn u minn netwerk globali.
Aċċess bit-stream: Fornitur tal-aċċess bl-ingrossa jinstalla ħolqa ta' aċċess b'veloċità għolja fil-bini tal-klijent u jagħmel din il-ħolqa ta' aċċess disponibbli għal partijiet terzi.
Fibra skura: Fibra mitfija mingħajr konnessjoni mas-sistemi tat-trażmissjoni.
Kanali: Pajp jew kondjuwit taħt l-art li jintuża biex minnu jgħaddu kejbils (tal-fibra, tar-ram jew koassjali) ta' netwerk tal-broadband.
Separazzjoni sħiħa: Separazzjoni fiżika tagħti aċċess lill-utenti għal-linja ta' aċċess aħħarija u tippermetti lis-sistemi tat-trażmissjoni tal-kompetitur innifsu jittrażmettu fuqha direttament. F'ċerti ċirkustanzi, id-diżaggregazzjoni virtwali tista' titqies ekwivalenti għad-diżaggregazzjoni fiżika.
FTTH: Netwerk ta' fibra ottika sad-dar, li tilħaq il-post tal-utent aħħari bil-fibra ottika, jiġifieri netwerk ta' aċċess li jikkonsisti minn linji b'fibri ottiċi kemm fis-segmenti tal-alimentazzjoni kif ukoll fis-segmenti ħolqa mal-utent tan-netwerk tal-aċċess (inkluż wajering in-house).
FTTB: Fibra sal-bini, li tilħaq il-postijiet tal-utent aħħari bil-fibra, jiġifieri l-fibra tasal sal-bini, iżda ram, kejbils koasjali jew LAN jintuża fil-bini.
FTTN: Fibra saċ-Ċentri. Il-fibra tasal sa kabinetti tat-toroq li jaslu sa diversi kilometri 'l bogħod mill-postijiet tal-klijenti, bl-aħħar konnessjoni tkun ram (fil-fibra sal-kabinett/netwerks VDSL) jew kejbils koassjali (fil-kejbil/netwerk DOCSIS 3). Ta' spiss il-fibra saċ-ċentru hija kkunsidrata bħala pass temporanju u interim lejn FTTH sħiħ.
Netwerks newtrali: netwerks li jistgħu jifilħu għal kwalunkwe tip ta' topoloġiji ta' netwerks. Fil-każ ta' netwerks FTTH, l-infrastruttura trid tkun kapaċi tiflaħ kemm għat-topoloġiji li jieħdu minn punt għal punt kif ukoll għal dawk li jieħdu minn punt għal diversi punti.
Netwerk ta 'Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss: Netwerks ta' aċċess li jiddependu totalment jew parzjalment minn elementi ottiċi u li huma kapaċi jwasslu servizzi ta' aċċess għall-broadband b'karatteristiċi mtejba meta mqabblin man-netwerks eżistenti tal-broadband bażiku.
Netwerk passiv: Netwerk tal-broadband mingħajr ebda komponent attiv. Tipikament jinkludi infrastruttura ta' inġinerija ċivili, kanali u fibra skura u kabinetti tat-toroq.
Aċċess bl-ingrossa passiv: Aċċess għal mezz ta' trażmissjoni mingħajr ebda komponent elettroniku.
Punt għal punti multipli: Topoloġija ta' netwerk li għandu linji ddedikati għall-klijenti individwali għal ċentru passiv intermedju (pereżempju, kabinett tat-toroq) fejn dawn il-linji jiġu aggregati f'linja komuni. L-aggregazzjoni tista' tkun passiva (bi splitters bħal fi struttura PON) jew attiva (bħal f'FTTC).
Punt għal punt: Topoloġija tan-netwerk fejn il-linji tal-klijent jibqgħu ddedikati matul it-triq kollha mill-klijent sal-Punt ta' Preżenza Metropolitan.
Prodotti għall-aċċess bl-ingrossa: L-aċċess jippermetti li operatur juża l-faċilitajiet ta' operatur ieħor. Il-prodotti għall-aċċess bl-ingrossa li jistgħu jiġu pprovduti bin-netwerk issussidjat huma dawn li ġejjin:
— Netwerk FTTH/FTTB: l-aċċess għal kanali, l-aċċess għal fibra skura, l-aċċess diżaggregat għaċ-ċirkwit lokali (WDM-PON jew id-diżaggregazzjoni tal-qafas ta' distribuzzjoni ottika (ODF)), u l-aċċess għal bit-stream.
— Netwerks tal-kejbil: aċċess għall-kanali u aċċess bit-stream.
— Netwerks FTTC: aċċess għal kanali, diżaggregazzjoni tas-sottoċirkwiti lokali u l-aċċess bit-stream.
— Infrastruttura ta' netwerk passiv: l-aċċess għal tubi, l-aċċess għal fibra skura u/jew l-aċċess għal separazzjoni miċ-ċirkwit lokali. F'każ ta' operatur integrat: l-obbligi ta' aċċess (li huma differenti mill-aċċess għall-infrastruttura passiva) għandhom ikunu imposti b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni tal-NGA.
— Netwerks ta' broadband ibbażati fuq l-ADSL: l-aċċess diżaggregat għaċ-ċirkwit lokali, l-aċċess għal bit-stream.
— Netwerks tal-mowbajls jew netwerks mingħajr fili: bit-stream, il-qsim tal-arbli fiżiċi u l-aċċess għal netwerks backhaul.
— Pjattaforma tas-satellita: aċċess bit-stream.