ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 177

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
17 ta' Ġunju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Iżrael dwar il-parteċipazzjoni tal-Istat tal-Iżrael fil-programm tal-Unjoni Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 643/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rapportar ta' dispożizzjonijiet nazzjonali ta' natura prudenzjali rilevanti għall-qasam tal-iskemi tal-pensjonijiet okkupazzjonali skont id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

34

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 644/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

42

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 645/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

52

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/361/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE

54

 

 

2014/362/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ġunju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2009/109/KE dwar l-organizzazzjoni ta' esperiment temporanju li jipprovdi għal ċerti derogi għat-tqegħid fis-suq ta' taħlitiet taż-żrieragħ intiżi għall-użu bħala pjanti tal-għalf skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE (notifikata bid-dokument C(2014) 3788)  ( 1 )

58

 

 

2014/363/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ġunju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2007/742/KE dwar il-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (notifikata bid-dokument C(2014) 3838)  ( 1 )

60

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

17.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/1


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Iżrael dwar il-parteċipazzjoni tal-Istat tal-Iżrael fil-programm tal-Unjoni “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)”

IL-KUMMISSJONI EWROPEA, minn issa 'l quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”, f'isem l-Unjoni Ewropea,

min-naħa l-waħda, u

IL-GVERN TAL-ISTAT TAL-IŻRAEL, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-Iżrael”,

min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Partijiet”,

Billi:

(1)

Il-Protokoll (1) għall-Ftehim Ewro-Mediterranju (2) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat tal-Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim ta' Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael fuq il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni tal-Istat tal-Iżrael fi Programmi Komunitarji, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Iżrael fi programmi tal-Unjoni, u jħalli f'idejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Iżrael jiddeterminaw il-patti u l-kundizzjonijiet speċifiċi, inklużi kontributi finanzjarji, fir-rigward ta' tali parteċipazzjoni f'kull programm partikulari.

(2)

Il-Programm Orizzont 2020 ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Il-programm Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(4)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013, il-patti u l-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi assoċjati fil-programm Orizzont 2020, inkluż il-kontribut finanzjarju, abbażi tal-prodott domestiku gross tal-pajjiż assoċjat, għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' ftehimiet internazzjonali bejn l-Unjoni u l-pajjiż assoċjat.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

L-Iżrael se jipparteċipa fi “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Programm”), skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Protokoll, u skont il-patti u l-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Patti u kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-Programm

1.   L-Iżrael se jipparteċipa fl-attivitajiet tal-Programm skont l-għanijiet, il-kriterji u l-proċeduri ddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1291/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), inklużi l-atti ddelegati u kull regola oħra sussegwenti, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE (5) u kull regola oħra marbuta mal-implimentazzjoni tal-Programm.

Ir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għandu japplika għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali Iżraeljani fil-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni.

F'każ li l-Unjoni tistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 185 u 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Iżrael għandu jkollu l-permess li jipparteċipa fl-istrutturi legali maħluqin skont dawk id-dispożizzjonijiet, f'konformità mad-deċiżjonijiet u r-regolamenti li ġew adottati jew li jkunu ġew adottati għall-istabbilment ta' dawk l-istrutturi legali.

2.   L-entitajiet eliġibbli tal-Iżrael għandhom jipparteċipaw f'azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka u f'azzjonijiet indiretti tal-Programm skont l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-entitajiet legali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

3.   F'dak li jirrigwarda l-entitajiet eliġibbli tal-Iżrael, il-patti u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-valutazzjoni tal-proposti, kif ukoll dawk għall-konklużjoni ta' ftehimiet ta' għotjiet u n-notifika tad-deċiżjonijiet ta' għotjiet, għandhom ikunu l-istess bħall-patti u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-ftehimiet ta' għotja u għad-deċiżjonijiet ta' għotjiet fir-rigward ta' entitajiet ta' riċerka fl-Unjoni.

4.   Għandu jintuża lsien uffiċjali tal-Unjoni, f'dan il-każ l-Ingliż, għall-proċeduri marbutin mat-talbiet, mal-ftehimiet ta' għotja u mar-rapporti, kif ukoll għal aspetti oħra legali u amministrattivi tal-Programm.

5.   Ir-rappreżentanti tal-Iżrael għandu jkollhom il-permess li jipparteċipaw bħala osservaturi fil-kumitati responsabbli għall-monitoraġġ tal-miżuri tal-Programm li l-Iżrael jikkontribwixxi finanzjarjament għalih, kif ukoll li jipparteċipaw f'dawk il-punti tal-aġenda dwar miżuri li l-Iżrael jipparteċipa fihom.

Fil-ħin tal-votazzjoni, dawn il-kumitati għandhom jiltaqgħu mingħajr il-preżenza tar-rappreżentanti tal-Iżrael. L-Iżrael għandu jkun infurmat bir-riżultat.

Il-parteċipazzjoni kif jirriferi għaliha dan il-paragrafu għandha tieħu l-istess forma, inklużi l-proċeduri għar-riċeviment ta' informazzjoni u dokumentazzjoni, bħal dik applikabbli għar-rappreżentanti minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.

6.   Ir-rappreżentanti tal-Iżrael għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi fil-Bord ta' Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka. Il-parteċipazzjoni kif jirriferi għaliha dan il-paragrafu għandha tieħu l-istess forma, inklużi l-proċeduri għar-riċeviment ta' informazzjoni u dokumentazzjoni, bħal dik applikabbli għar-rappreżentanti minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.

7.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġjar u tas-sussistenza mġarrba mir-rappreżentanti u l-esperti tal-Iżrael għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom bħala osservaturi fil-ħidma tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2013/743/UE li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020, jew il-parteċipazzjoni tagħhom f'laqgħat oħra marbutin mal-implimentazzjoni tal-Programm, għandhom jitħallsu lura mill-Kummissjoni bl-istess bażi u skont l-istess proċeduri fis-seħħ bħal fil-każ tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Kontribut finanzjarju

Biex jipparteċipa fil-Programm, l-Iżrael għandu jħallas kull sena kontribut finanzjarju lill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Anness I ta' dan il-Ftehim.

Il-kontribut finanzjarju tal-Iżrael fir-rigward tal-parteċipazzjoni u l-implimentazzjoni tiegħu tal-Programm għandu jiżdied mal-ammont allokat kull sena fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal approprjazzjonijiet ta' impenji biex tissodisfa l-obbligi finanzjarji li jitnisslu minn forom differenti ta' miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni, il-ġestjoni u l-operat tal-Programm.

Artikolu 4

Rappurtar u valutazzjoni

Ir-regoli li jiggvernaw ir-rappurtar u l-valutazzjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Iżrael fil-Programm huma stipulati fl-Anness II ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 5

Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Iżrael

1.   B'dan qed jitwaqqaf il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Iżrael, magħmul mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Iżrael.

2.   Il-funzjonijiet tal-Kumitat għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

Li jiżgura, jivvaluta u jirrevedi l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

(b)

Li jiżgura u jħaffef il-forniment f'waqtu u kontinwu ta' informazzjoni rigward l-implimentazzjoni ta' attivitajiet fil-qafas tal-Programm Orizzont 2020.

3.   Il-ħidma tal-Kumitat għandha tkun kumplimentari u konsistenti mal-ħidma tal-entitajiet rilevanti ta' djalogu u kooperazzjoni bilaterali mwaqqfa mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael.

4.   Il-Kumitat għandu jiltaqa' fuq talba ta' waħda mill-Partijiet. Il-Kumitat għandu jaħdem b'mod kontinwu permezz tal-iskambju ta' dokumenti, e-mails u mezzi oħra ta' komunikazzjoni. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet finali

1.   B'konformità mal-politika tal-UE, dan il-Ftehim ma għandux japplika għall-istess żoni ġeografiċi li waqgħu taħt l-amministrazzjoni tal-Istat tal-Iżrael wara l-5 ta' Ġunju 1967. Din il-pożizzjoni għandha titqies mingħajr ħsara għall-pożizzjoni ta' prinċipju tal-Iżrael fir-rigward ta' din il-kwistjoni. Kif xieraq, il-Partijiet jaqblu li l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim huwa mingħajr ħsara għall-istatus ta' dawk iż-żoni.

2.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha ż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri tagħhom għal dak il-għan. Japplika mill-1 ta' Jannar 2014. Il-parteċipazzjoni tal-Iżrael fil-programm pluriennali sussegwenti ta' riċerka tal-Unjoni, jekk l-Iżrael titlobha, tista' tkun soġġetta għal Ftehim ġdid li jkollu jiġi maqbul bejn il-Partijiet.

3.   Dan il-Ftehim jista' jiġi konkluż mill-Partijiet fi kwalunkwe mument matul il-perjodu tal-Programm, permezz ta' avviż bil-miktub li jinforma bl-intenzjoni li titwaqqaf il-parteċipazzjoni fil-Programm.

Mingħajr ħsara għas-sentenza ta' qabel din, jekk jieqaf japplika l-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, min-naħa l-waħda, u l-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra, dwar Ftehim ta' Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael fuq il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni tal-Istat tal-Iżrael fi programmi Komunitarji, dan il-Ftehim ikollu jieqaf japplika wkoll fl-istess ġurnata, mingħajr il-bżonn ta' avviż bil-miktub għal dan il-għan.

4.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' hawn taħt, il-konklużjoni tal-Ftehim għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur kalendarji wara d-data li fiha l-avviż bil-miktub ikun wasal għand id-destinatarju.

L-iskadenza u/jew il-konklużjoni u/jew il-waqfien tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim ma għandhomx jaffettwaw:

(a)

kwalunkwe attività jew proġett li tkun/jkun għaddej(ja),

(b)

l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe ftehim kuntrattwali li japplika għal dawn l-attivitajiet jew proġetti, kif stipulat fis-subparagrafu 4(a) aktar 'il fuq.

5.   Jekk dan il-Ftehim jiġi konkluż jew jieqaf japplika:

(a)

Għas-sena li fiha jieqaf japplika l-Ftehim, l-Iżrael għandu jħallas il-kontribut finanzjarju b'mod proporzjonali għall-għadd ta' xhur tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-Programm matul dik l-istess sena. Għall-finijiet tal-kalkolu ta' tali kontribut, ix-xahar li jkun beda fil-mument tal-wasla tan-notifika skont l-ewwel sentenza tal-paragrafu 3, jew fil-mument li l-Ftehim jieqaf japplika skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 3, għandu jingħadd bħala xahar sħiħ.

(b)

L-Unjoni għandha tħallas lura lill-Iżrael il-parti tal-kontribut tiegħu li tkun diġà tħallset fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, u li ma tkunx se tintefaq minħabba l-konklużjoni u/jew il-waqfien tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

6.   L-Annessi jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

7.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat biss bil-miktub u bil-kunsens komuni tal-Partijiet. Kull emenda għandha tidħol fis-seħħ skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu (2) ta' dan l-Artikolu.

Magħmul f'Ġerusalem nhar it-8 ta' Ġunju tas-sena elfejn u erbatax, li jikkorrispondi għall-għaxar jum ta' Sivan tas-sena ħamest elef, seba' mija u erbgħa u sebgħin fil-kalendarju Ebrew, f'żewġ verżjonijiet oriġinali, bl-Ingliż u bl-Ebrew, biż-żewġ testijiet awtentiċi ndaqs.

Għall-Gvern tal-Iżrael

Yaakov PERRY

Għall-Kummissjoni,

f'isem l-Unjoni Ewropea

Lars FAABORG-ANDERSEN


(1)   ĠU L 129, 17.5.2008, p. 40.

(2)   OJ L 147/3, 21.6.2000, p. 3.

(3)  Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(4)  Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f' “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).

(6)  Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 174).


ANNESS I

REGOLI LI JIGGVERNAW IL-KONTRIBUT FINANZJARJU TAL-IŻRAEL GĦAL “ORIZZONT 2020 — IL-PROGRAMM QAFAS GĦAR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI (2014-2020)”

I.   Kalkolu tal-kontribut finanzjarju tal-Iżrael

1.

Il-kontribut finanzjarju tal-Iżrael għall-Programm għandu jiġi stabbilit kull sena proporzjonalment u b'żieda mal-ammont disponibbli kull sena fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-approprjazzjonijiet ta' impenji meħtieġa għall-implimentazzjoni, il-ġestjoni u l-operat tal-Programm.

2.

Il-fattur ta' proporzjonalità li jirregola l-kontribut tal-Iżrael għandu jinħadem billi jiġi stabbilit il-proporzjon bejn il-prodott domestiku gross tal-Iżrael, fi prezzijiet tas-suq, u bejn is-somma tal-prodotti domestiċi grossi, fi prezzijiet tas-suq, tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Dan il-proporzjon għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-aktar dejta statistika riċenti għall-istess sena mill-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, disponibbli fil-mument tal-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-baġit tal-Unjoni Ewropea.

3.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Iżrael, kemm jista' jkun malajr, u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru tas-sena ta' qabel kull sena finanzjarja, l-informazzjoni li ġejja flimkien ma' materjal ta' sfond rilevanti:

l-ammonti f'approprjazzjonijiet tal-impenji, fl-istqarrija ta' nfiq tal-abbozz tal-baġit tal-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi għall-Programm,

l-istima tal-ammont tal-kontributi mnissla mill-abbozz tal-baġit, li jikkorrispondi għall-parteċipazzjoni tal-Iżrael fil-Programm skont il-paragrafi 1, 2 u 3.

Ladabra l-baġit ġenerali jkun ġie adottat, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Iżrael, fl-istqarrija ta' nfiq korrispondenti għall-parteċipazzjoni tal-Iżrael, l-ammonti aħħarija msemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.

Fir-raba' sena wara li jibda japplika dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jirrevedu l-fattur ta' proporzjonalità li jirregola l-kontribut finanzjarju tal-Iżrael, abbażi tad-dejta dwar il-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali tal-Iżrael f'azzjonijiet indiretti u direttifil-qafas tal-Programm fis-snin 2014-2016.

II.   Ħlas tal-kontribut finanzjarju tal-Iżrael

1.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ, l-iktar tard f'Jannar u Ġunju ta' kull sena finanzjarja, sejħa għal fondi lill-Iżrael li jikkorrispondu mal-kontribut tiegħu fil-qafas ta' dan il-Ftehim. Dawn is-sejħiet għal fondi għandhom jipprevedu, rispettivament, għall-ħlas ta' sitta minn kull tnax tal-kontribut tal-Iżrael, sa mhux iktar tard minn 90 jum wara l-wasla tas-sejħiet għal fondi. Madankollu, is-sitta minn kull tnax li għandhom jitħallsu sa mhux iktar tard minn 90 jum wara l-wasla tas-sejħa maħruġa f'Jannar għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-ammont stipulat fl-istqarrija ta' dħul tal-abbozz tal-baġit: ir-regolarizzazzjoni tal-ammont b'hekk imħallas għandha ssir mal-ħlas tas-sitta-minn kull tnax sa mhux aktar tard minn 90 jum wara l-wasla tas-sejħa għal fondi maħruġa l-iktar tard f'Ġunju.

Għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha toħroġ l-ewwel sejħa għal fondi fi żmien 30 jum mid-dħul fis-seħħ tiegħu. Jekk din is-sejħa toħroġ wara l-15 ta' Ġunju, għandha tipprevedi għall-ħlas ta' tnax minn kull tnax tal-kontribut tal-Iżrael fi żmien 90 jum, ikkalkulat abbażi tal-ammont stipulat fl-istqarrija tad-dħul tal-baġit.

2.

Il-kontribut tal-Iżrael għandu jkun espress u mħallas f'euro. Il-ħlas mill-Iżrael għandu jkun ikkreditat lill-programmi tal-Unjoni bħala dħul fil-baġit allokat għall-intestatura xierqa tal-baġit fl-istqarrija tad-dħul tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”, applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandu japplika għall-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet.

3.

L-Iżrael għandu jħallas il-kontribut tiegħu fil-qafas ta' dan il-Ftehim skont l-iskeda fil-paragrafu 1. Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribut għandu jiskatta l-ħlas ta' mgħax b'kontumaċja mill-Iżrael fuq l-ammont mhux imħallas mid-data dovuta. Ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operati ewlenin tiegħu ta' rifinanzjament f'euro fid-data tal-iskadenza, biż-żieda ta' 1.5 punti perċentwali.

Fil-każ li d-dewmien fil-ħlas tal-kontribut ikun tali li jista' jipperikola b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-Programm, il-parteċipazzjoni tal-Iżrael fil-Programm għas-sena finanzjarja kkonċernata għandha tkun sospiża mill-Kummissjoni wara n-nuqqas ta' ħlas 20 jum ta' xogħol wara li ittra formali ta' tfakkira tkun intbagħtet lill-Iżrael, mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet ta' għoti u/jew kuntratti ta' għoti diġà konklużi rilevanti għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet indiretti magħżula.

4.

Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena wara sena finanzjarja, l-istqarrija ta' approprjazzjonijiet għall-Programm għal dik is-sena finanzjarja għandha titħejja u tintbagħat lill-Iżrael għall-informazzjoni tiegħu, skont il-format tar-rendikont ta' dħul u nfiq tal-Kummissjoni.

5.

Fil-mument tal-għeluq tal-kontijiet marbutin ma' kull sena finanzjarja, il-Kummissjoni, fil-qafas tal-istabbiliment tar-rendikont tad-dħul u l-infiq, għandha tipproċedi għar-regolarizzazzjoni tal-kontijiet fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Iżrael. Din ir-regolarizzazzjoni għandha tqis l-emendi li jkunu saru, sew bi trasferiment, kanċellazzjonijiet, trasferimenti 'l quddiem, diżimpenji, sew permezz ta' baġits supplimentari jew ta' emenda matul is-sena finanzjarja. Din ir-regolarizzazzjoni għandha ssir fil-mument tat-tieni ħlas għas-sena finanzjarja ta' wara, u għall-aħħar sena finanzjarja f'Lulju 2021. Regolarizzazzjoni ulterjuri għandha ssir kull sena sa Lulju 2023.

(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS II

KONTROLL FINANZJARJU TAL-PARTEĊIPANTI MILL-IŻRAEL FIL-PROGRAMMI KOPERTI MINN DAN IL-FTEHIM

I.   Komunikazzjoni diretta

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika direttament mal-parteċipanti fil-Programm stabbiliti fl-Iżrael, kif ukoll mas-subkuntratturi tagħhom. Dawn jistgħu jressqu direttament lill-Kummissjoni kull informazzjoni u dokumentazzjoni rilevanti li huma rikjesti li jippreżentaw abbażi tal-istrumenti msemmija f'dan il-Ftehim, kif ukoll abbażi tal-arranġamenti għall-għoti ta' għajnuna u/jew kuntratti konklużi għall-implimentazzjoni tagħhom.

II.   Verifika finanzjarja

1.

B'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”) u mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (1) (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “ir-Regoli ta' Applikazzjoni”), kif ukoll mar-regoli l-oħra msemmija f'dan il-Ftehim, il-ftehimiet ta' għotja u/jew il-kuntratt konklużi ma' parteċipanti fil-Programm stabbilit fl-Iżrael jistgħu jipprevedu għal verifika xjentifika, finanzjarja, teknoloġika jew ta' natura oħra, li tista' ssir fi kwalunkwe mument fuq il-proprjetà tal-parteċipanti u tas-subkuntratturi tagħhom, minn aġenti tal-Kummissjoni jew minn persuni oħra b'mandat tal-Kummissjoni.

2.

Aġenti tal-Kummissjoni, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u persuni oħrajn li jkunu ngħataw is-setgħa mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, xogħlijiet u dokumenti (kemm elettroniċi u kemm fuq il-karta), kif ukoll għal kull informazzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu tali verifika fuq il-post, soġġett għall-inklużjoni ta' dan id-dritt għall-aċċess li għandu jiġi ddikjarat b'mod espliċitu fil-ftehimiet ta' għotja u/jew fil-kuntratti konklużi biex jiġu implimentati l-istrumenti msemmija f'dan il-Ftehim ma' parteċipanti mill-Iżrael. Jekk dawn id-drittijiet ta' aċċess ma jingħatawx, ikun jitqies li l-kostijiet mhumiex issostanzjati, u b'konsegwenza ta' dan, jitqies bħala ksur potenzjali tal-ftehimiet ta' għotja.

3.

Il-verifika tista' ssir wara li jiskadi l-Programm jew dan il-Ftehim, bil-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehimiet ta' għotja u/jew fil-kuntratti kkonċernati. Kull verifika li ssir wara l-iskadenza tal-Programm jew ta' dan il-Ftehim għandha ssir skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness II.

III.   Verifiki fuq il-post mill-OLAF

1.

Fil-qafas ta' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (OLAF) għandha tkun awtorizzata li tagħmel verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fl-istabbilimenti tal-parteċipanti u tas-subkuntratturi tagħhom mill-Iżrael, skont il-patti u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (2).

2.

Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitwettqu mill-Kummissjoni b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtorità kompetenti tal-Iżrael maħtura mill-gvern Iżraeljan.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu tal-Anness II, fi kwistjonijiet ċivili jew amministrattivi, l-Awtorità Iżraeljana maħtura hija l-Uffiċċju tax-Xjenzat Prinċipali fil-Ministeru tal-Ekonomija. Madankollu, talba għat-twettiq ta' atti ta' investigazzjoni, spezzjonijiet u l-ksib ta' dokumenti b'rabta ma' kwistjoni jew stħarriġ kriminali, għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Internazzjonali dwar l-Assistenza Legali 5758-1998. Fir-rigward ta' kwistjonijiet marbutin ma' tali talbiet, l-Awtorità Iżraeljana maħtura għandha tkun id-Dipartiment ta' Affarijiet Internazzjonali tal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat fil-Ministeru tal-Ġustizzja Iżraeljan. L-awtorità maħtura għandha tiġi nnotifikata, bil-quddiem u bi żmien raġonevoli, bil-għan, l-iskop u l-bażi legali tal-verifiki u spezzjonijiet, sabiex tkun tista' tipprovdi assistenza. Għal dak il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti Iżraeljani jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.

Jekk l-awtoritajiet Iżraeljani kkonċernati jkunu jixtiequ, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b'mod konġunt minnhom u mill-Kummissjoni.

4.

Meta l-parteċipanti fil-Programm jopponu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Iżraeljani, filwaqt li jaġixxu skont ir-regoli u r-regolamenti nazzjonali, għandhom jassistu lill-ispetturi tal-Kummissjoni, sakemm ikun xieraq u kif ikun meħtieġ sabiex dawn ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom fil-verifika jew spezzjoni fuq il-post.

5.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta malajr kemm jista' jkun lill-awtorità kompetenti Iżraeljana bi kwalunkwe fatt jew suspett li jkollu x'jaqsam ma' irregolarità li tkun ġiet innotifikata lilha matul il-verifika jew spezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq bir-riżultati ta' tali verifiki u spezzjonijiet.

IV.   Informazzjoni u konsultazzjoni

1.

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni xierqa ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti tal-Iżrael u tal-Unjoni għandhom jagħmlu skambju tal-informazzjoni regolarment, sakemm dan ma jkunx ipprojbit jew illeċitu skont regoli u regolamenti nazzjonali, u, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, għandhom isiru konsultazzjonijiet.

2.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Iżrael għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bi kwalunkwe fatt jew suspett li jkun ġie nnotifikat lilhom u li jkollu x'jaqsam ma' xi irregolarità rigward il-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' għotja u/jew tal-kuntratti konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'dan il-Ftehim.

V.   Kunfidenzjalità

Informazzjoni li tkun ikkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma fil-qafas ta' dan l-Anness għandha tkun koperta bis-segretezza professjonali u protetta bl-istess mod bħal ma tkun protetta informazzjoni simili permezz tal-liġi Iżraeljana u permezz tad-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata ħlief lil persuni fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew fl-Istati Membri jew fl-Iżrael li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu legalment li huma jkunu jafuha, u tali informazzjoni lanqas ma għandha tintuża għal skopijiet oħra ħlief sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet (3).

VI.   Miżuri u penali amministrattivi

Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali tal-Iżrael, il-Kummissjoni tista' timponi miżuri u penali amministrattivi skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012, ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (4).

VII.   Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Kummissjoni fil-qafas tal-Programmi koperti minn dan il-Ftehim li jimponu obbligu monetarju fuq persuni li mhumiex Stati għandhom ikunu infurzati fl-Iżrael. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-awtorità maħtura mill-gvern tal-Istat tal-Iżrael għandha tibda l-proċeduri ta' infurzar tad-deċiżjoni f'isem il-Kummissjoni. F'dan il-każ, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha titressaq quddiem il-Qorti Iżraeljana, mingħajr formalitajiet oħra ħlief il-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni, mill-awtorità maħtura għal dan il-għan mill-Gvern tal-Istat tal-Iżrael, li għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan. L-infurzar għandu jseħħ b'konformità mal-liġi u r-regoli ta' proċedura tal-Iżrael. Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' infurzar huma inkorporati fil-ftehimiet ta' għotja u/jew fil-kuntratti mal-parteċipanti mill-Iżrael. Il-Qorti ta' Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni li tirrevedi l-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, kif ukoll li tissuspendi l-infurzar ta' tali deċiżjoni. Barra minn hekk, il-qrati tal-Iżrael għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fuq ilmenti li l-infurzar ikun qed isir b'mod irregolari.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(3)   ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).


REGOLAMENTI

17.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/9


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 642/2014

tas-16 ta' Ġunju 2014

li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

L-Istrateġija Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv tenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati kondizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni, inkluża l-ekoinnovazzjoni, sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni.

(2)

Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport, tat-28 ta' Marzu 2011 (il-“White Paper”), enfasizzat il-ħtieġa li tinħoloq Żona Ferrovjarja Unika Ewropea biex tinkiseb sistema tat-trasport kompetittiva u b'użu effiċjenti tar-riżorsi tal-Unjoni, u biex tindirizza kwistjonijiet tas-soċjetà ewlenin bħad-domanda li kull ma jmur qed tiżdied tat-traffiku, il-konġestjoni, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u t-tibdil fil-klima. Il-White Paper żieded li l-innovazzjoni se tkun essenzjali għal din l-istrateġija u li r-riċerka tal-Unjoni teħtieġ tindirizza ċ-ċiklu sħiħ tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-varar b'mod integrat, billi tiffoka fuq it-teknoloġiji l-aktar promettenti u ġġib flimkien l-atturi kollha involuti.

(3)

Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2014-2020 (“Orizzont 2020”) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu l-għan li jkollu impatt ikbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jgħaqqad il-fondi tal-Unjoni u dawk tas-settur privat fi sħubijiet pubbliċi-privati f'oqsma fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għal għanijiet usa' fil-kompetittività tal-Unjoni, jixprunaw l-investiment privat, u jgħinu biex jingħelbu l-isfidi tas-soċjetà. Dawn is-sħubiji għandhom ikunu bbażati fuq impenn fit-tul, inkluża kontribuzzjoni bilanċjata mill-imsieħba kollha, ikunu responsabbli għall-ksib tal-objettivi tagħhom u jkunu allinjati mal-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni dwar ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Il-governanza u l-funzjonament ta' dawk is-sħubiji għandhom ikunu miftuħa, trasparenti, effettivi u effiċjenti u jagħtu l-opportunità li tipparteċipa medda wiesgħa ta' partijiet interessati fl-oqsma speċifiċi tagħhom. L-involviment tal-Unjoni f'dawn is-sħubijiet jistgħu jieħdu l-forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal impriżi konġunti stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(4)

F'konformita mar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE (4), għandu jingħata appoġġ lill-impriżi konġunti kif stabbilit skont Orizzont 2020 taħt il-kondizzjonijiet speċifikati f'dik id-Deċiżjoni.

(5)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “Sħubijiet Pubbliċi-Privati f'Orizzont 2020: għodda b'saħħitha biex twassal l-innovazzjoni u t-tkabbir fl-Ewropa”: identifikat sħubijiet speċifiċi pubbliċi-privati li għandhom jiġu appoġġati, inklużi l-ħames impriżi konġunti tal-Iniżjattiva Teknoloġika Konġunta, u l-Impriża Konġunta SESAR (Riċerka ATM dwar l-Ajru Uniku Ewopew). Barra minn hekk, appellat għal impriża konġunta fis-settur ferrovjarju, minħabba d-daqs tal-isforzi fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni meħtieġa biex tinbena t-tmexxija tal-Unjoni fit-teknoloġiji ferrovjarji u l-ħtieġa politika li tiġi kkompletata ż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea.

(6)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “Ir-Raba' Pakkett Ferrovjarju — li jlesti ż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea biex jitrawmu l-kompetittività u t-tkabbir tal-Unjoni (‘Ir-Raba' Pakkett Ferrovjarju’)” –enfasizzat il-ħtieġa ta' impriża konġunta fis-settur ferrovjarju li tgħin fl-iżvilupp tal-ferroviji bħala mezz ta' trasport billi tippromwovi innovazzjonijiet radikali għall-vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri, it-trasport tal-merkanzija, is-sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku u l-infrastruttura ferrovjarja. Din enfasizzat l-importanza li jinkiseb valur aħjar għall-flus investiti fil-ferroviji minħabba n-nuqqas ta' fondi pubbliċi, bħala riżultat tal-ħolqien ta' suq uniku, u titlob li jkun hemm approċċ aktar Ewropew sabiex tiġi faċilitata bidla modali mit-trasport bit-triq u bl-ajru.

(7)

L-Impriża Konġunta Shift2Rail (l-“Impriża Konġunta S2R”) għandha tkun PPP bl-għan li tistimula u tikkoordina aħjar l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fis-settur tal-ferroviji bil-għan li titħaffef u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar integrata, effiċjenti, sostenibbli u attraenti tas-suq ferrovjarju tal-Unjoni, skont il-bżonnijiet kummerċjali fis-settur ferrovjarju u bl-objettiv ġenerali li tinkiseb Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. B'mod partikolari, l-Impriża Konġunta S2R għandha tikkontribwixxi għal objettivi speċifiċi ddefiniti fil-White Paper u r-Raba' Pakkett Ferrovjarju, inklużi l-effiċjenza mtejba fis-settur ferrovjarju għall-benefiċċju tal-fondi pubbliċi; espansjoni konsiderevoli jew immodernizzar tal-kapaċità tan-netwerk ferrovjarju, sabiex tippermetti lill-ferrovija tikkompeti effettivament u tieħu proporzjon bil-wisq akbar ta' trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija; titjib fil-kwalità tas-servizzi bil-ferrovija billi jitwieġbu l-ħtiġijiet tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-burdnara; it-tneħħija ta' ostakli tekniċi li qed iżommu lura s-settur f'termini ta' interoperabbiltà; u t-tnaqqis ta' esternalitajiet negattivi marbuta mat-trasport ferrovjarju. Il-progress tal-Impriża Konġunta S2R biex jintlaħqu dawn l-objettivi għandha titkejjel kontra indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin.

(8)

Ir-regoli għall-organizzazzjoni u l-operat tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jiġu stipulati fl-Istatuti tal-Impriża Konġunta S2R bħala parti minn dan ir-Regolament.

(9)

Il-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta S2R għandhom ikunu l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, u l-membri fundaturi għajr l-Unjoni, elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li dawn jaċċettaw l-Istatuti tal-Impriża Konġunta S2R. Dawk il-membri fundaturi għajr l-Unjoni huma entitajiet ġuridiċi uniċi finanzjarjament b'saħħithom li jkollhom il-kapaċitajiet finanzjarji u li jkunu esprimew il-qbil tagħhom, bil-miktub, wara konsultazzjonijiet intensi mal-partijiet interessati kkonċernati, li jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji kbar biex isegwu l-attivitajiet ta' riċerka fil-qasam tal-Impriża Konġunta S2R, fi ħdan struttura adattata sew għan-natura ta' sħubija bejn il-pubbliku u l-privat.

(10)

Il-parteċipazzjoni sostanzjali tal-industrija hija element essenzjali tal-inizjattiva Shift2Rail (l-“inizjattiva S2R”). Għalhekk, hu fundamentali li l-baġit pubbliku tal-inizjattiva S2R tal-anqas milħuq b'kontribuzzjonijiet mill-industrija. Is-sħubija għalhekk se tkun miftuħa għal entitajiet pubbliċi jew privati oħra li lesti li jikkommettu r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni fil-qasam kopert mill-Impriża Konġunta S2R.

(11)

L-objettiv tal-Impriża Konġunta S2R għandu jkun li tmexxi l-attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u validazzjoni tal-inizjattiva S2R billi tikkombina l-finanzjament mis-settur pubbliku ma' dak privat ipprovdut mill-membri tagħha, u billi tuża riżorsi tekniċi esterni u interni. Għandha tistabbilixxi forom ġodda ta' kollaborazzjoni, li huma konsistenti mar-regoli ta' kompetizzjoni, bejn il-partijiet interessati tal-katina tal-valur ferrovjarja kollha u minn barra mis-settur ferrovjarju tradizzjonali, u għandha tiġbed l-esperjenza u l-għarfien espert tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-interoperabbiltà u s-sikurezza.

(12)

Sabiex jinkisbu l-objettivi tagħha, l-Impriża Konġunta S2R għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju, prinċipalment fil-forma ta' għotjiet lill-membri u permezz tal-aktar miżuri xierqa, bħall-akkwist jew l-għoti ta' għotjiet wara sejħiet għal proposti.

(13)

L-Impriża Konġunta S2R għandha topera b'mod miftuħ u trasparenti u tipprovdi kull informazzjoni rilevanti disponibbli f'waqtha lill-korpi xierqa tagħha kif ukoll tippromwovi l-attivitajiet tagħha, inkluż permezz tal-attivitajiet ta' informazzjoni u disseminazzjoni lill-pubbliku inġenerali. Ir-regoli ta' proċedura tal-korpi tal-Impriża Konġunta għandhom ikunu disponibbli pubblikament.

(14)

Fid-dawl tal-mira inġenerali ta' Orizzont 2020 li tinkiseb aktar simplifikazzjoni u koerenza, l-appelli kollha għall-proposti mnedija mill-Impriża Konġunta S2R għandhom fil-prinċipju jieħdu kont tad-durata ta' Orizzont 2020.

(15)

L-attivitajiet imwettqa mill-Impriża Konġunta S2R huma primarjament attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni. Għalhekk, il-finanzjament mill-Unjoni għandu jitħallas minn Orizzont 2020. Biex jinkiseb l-aħjar impatt, l-Impriża Konġunta S2R għandha tiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi u strumenti ta' finanzjament oħra tal-Unjoni u, b'mod partikolari mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jew il-Faċilità ta' Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji biex jiġu appoġġati azzjonijiet għall-iskjerament ta' soluzzjonijiet innovattivi tal-Impriża Konġunta S2R. Barra minn hekk, Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi biex inaqqas id-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni billi jippromwovi sinerġiji bil-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ESIF). Għalhekk l-Impriża Konġunta S2R għandha tfittex li tiżviluppa interazzjonijiet mill-qrib mal-ESIF, li jistgħu jgħinu b'mod speċifiku biex isaħħu l-kapaċitajiet ta' riċerka u innovazzjoni lokali, reġjonali u nazzjonali fil-qasam tal-Impriża Konġunta S2R u ssostni sforzi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti.

(16)

Il-kontributi minn membri għajr l-Unjoni għandhom jiġu ddefiniti fi ftehim ta' sħubija mal-Impriża Konġunta S2R. Dawn il-kontribuzzjonijiet mill-Membri privati ma għandhomx ikunu marbuta biss li jkopru l-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta S2R u l-kofinanzjament meħtieġ biex jitwettqu azzjonijiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni appoġġati mill-Impriża Konġunta S2R. Il-kontribuzzjonijiet tagħhom iridu jkunu marbutin ukoll ma' attivitajiet addizzjonali li għandhom jittieħdu minnhom bil-għan li jiġi żgurat impatt qawwi. Dawk l-attivitajiet addizzjonali għandhom jirrappreżentaw kontribuzzjonijiet għal inizjattiva S2R usa'.

(17)

Il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta S2R għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Barra minn hekk, l-Impriża Konġunta S2R għandha tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli stipulati f'dak ir-Regolament ibbażati fuq miżuri rilevanti adottati mill-Kummissjoni.

(18)

L-Impriża Konġunta S2R għandha tuża wkoll mezzi elettroniċi ġestiti mill-Kummissjoni biex tiżgura l-ftuħ u t-trasparenza u tiffaċilita l-parteċipazzjoni. Għalhekk, is-sejħiet għal proposti mill-Impriża Konġunta S2R għandhom jiġu ppubblikati wkoll fuq il-portal uniku għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta' mezzi elettroniċi oħra ta' disseminazzjoni ta' Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni. Barra minn hekk data rilevanti, fost l-oħrajn dwar proposti, applikanti, għotjiet u parteċipanti għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni mill-Impriża Konġunta S2R għall-inklużjoni fis-sistemi elettroniċi ta' rappurtar u disseminazzjoni ta' Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni, fil-format adatt u bil-perijodu li jikkorrispondi mal-obbligi ta' rappurtar tal-Kummissjoni.

(19)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta S2R għandha titmexxa skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u bir-regoli rilevanti dwar il-ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012. (7)

(20)

L-awditi ta' dawk li jirċievu fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandhom isiru b'tali mod li jitnaqqas il-piż amministrattiv, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

(21)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jitħarsu b'miżuri proporzjonati tul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' finanzjamenti mitlufa, imħallsa ħażin jew użati ħażin u, fejn adatt, penali amministrattivi u finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(22)

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq l-Impriża Konġunta S2R bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

(23)

Minħabba n-natura speċifika u l-istatus attwali tal-Impriżi Konġunti, u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità mas-7 Programm Qafas, l-Impriżi Konġunti S2R għandhom jibqgħu jiġu soġġetti għal kwittanza separata. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 60(7) u l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għandha għalhekk tingħata kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta S2R mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Għalhekk ir-rekwiżiti ta' rappurtar li jinsabu fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 m'għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta S2R iżda għandhom jiġu allinjati sal-punt possibbli ma' dawk previsti għall-korpi skont l-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. L-awditjar tal-kontijiet u tal-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri.

(24)

Sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif tal-Impriża Konġunta S2R, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u l-operat inizjali tal-Impriża Konġunta S2R sakemm ikollha l-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess.

(25)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tar-riċerka industrijali u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha permezz tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva S2R mill-Impriża Konġunta S2R, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, billi tiġi evitata d-duplikazzjoni, tinżamm massa kritika u jiġi żgurat li l-finanzjament pubbliku qed jintuża bl-aħjar mod, jinkisbu aħjar fil-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-l-għanijiet,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Stabbiliment

1.   Sabiex tikkoordina u tamministra investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fis-settur ferrovjarju Ewropew, hija b'dan stabbilita, sal-31 ta' Diċembru 2024, impriża komuni fis-sens tal-Artikolu 187 TFUE (imsejħa “Impriża Konġunta S2R”). Sabiex jittieħed kont tad-durata ta' Orizzont 2020, is-sejħiet għal proposti mill-Impriża Konġunta S2R għandhom jiġu mnedija mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020. F'każijiet debitament ġustifikati, is-sejħiet għal proposti jistgħu jiġu mnedija sal-31 ta' Diċembru 2021.

2.   L-Impriża Konġunta S2R għandha tikkostitwixxi korp responsabbli bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. L-Impriża Konġunta S2R għandha tkun rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

3.   L-Impriża Konġunta S2R għandu jkollha personalità ġuridika. F'kull Stat Membru, hija tkun tista' tgawdi minn kapaċità legali estensiva li tingħata lil persuni ġuridiċi skont il-liġi ta' dak l-Istat. Din tista' tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tista' tkun parti fi proċedimenti legali.

4.   Is-sede tal-Impriża Konġunta S2R għandha tkun fi Brussell, il-Belġju.

5.   L-Istatuti tal-Impriża Konġunta S2R (“l-Istatuti”) jinsabu fl-Anness I.

Artikolu 2

Objettivi

1.   L-Impriża Konġunta S2R għandu jkollha l-objettivi ġenerali li ġejjin:

(a)

li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u b'mod partikolari parti mill-Isfida ta' Trasport Intelliġenti, Ekoloġiku u Integrat taħt il-pilastru tal-Isfidi tas-Soċjetà tad-Deċiżjoni Nru 2013/743/UE;

(b)

li tikkontribwixxi għall-kreazzjoni ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, għal transizzjoni aktar rapida u b'anqas spejjeż lejn sistema ferrovjarja Ewropea aktar attraenti, faċli għall-utent (inkluż għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa), kompetittiva, effiċjenti u sostenibbli, u għall-iżvilupp ta' industrija ferrovjarja Ewropea b'saħħitha u kompetittiva globalment. Dak ser jinkiseb permezz ta' approċċ komprensiv u koordinat li jindirizza l-ħtiġijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tas-sistema ferrovjarja u l-utenti tagħha li jiffaċilita fost l-oħrajn bidla modali mit-triq u mill-ajru għall-ferrovija. Dak l-approċċ għandu jkopri l-vetturi ferrovjarji, l-infrastruttura u l-ġestjoni tat-traffiku għal segmenti tas-suq tal-merkanzija u ta' traffiku tal-passiġġieri fuq distanzi twal, reġjonali, lokali u urban, kif ukoll konnessjonijiet intermodali bejn il-binarji u modalitajiet oħra, li jipprovdu lill-utenti b'soluzzjoni integrata minn tarf sa tarf għall-ħtiġijiet tal-ivjaġġar u t-trasport ferrovjarju tagħhom, minn appoġġ ta' transazzjoni għal assistenza tul ir-rotta;

(c)

li tistabbilixxi u tiżviluppa — u tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti ta' — Pjan Regolatorju (Master Plan) strateġiku (il-“Pjan Regolatorju tal-S2R”), kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Istatuti;

(d)

li jkollha rwol ewlieni fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni relatati mas-settur ferrovjarju, tiżgura l-koordinament fost il-proġetti u tipprovdi lill-partijiet interessati kollha b'informazzjoni rilevanti u disponibbli dwar proġetti ffinanzjati madwar l-Ewropa. Hija għandha tamministra wkoll l-azzjonijiet kollha ta' riċerka u innovazzjoni li jiffokaw fuq il-qasam ferrovjarju kofinanzjati mill-Unjoni;

(e)

li tippromwovi b'mod attiv il-parteċipazzjoni u l-involviment mill-qrib tal-partijiet interessati rilevanti kollha fil-katina sħiħa tal-valur ferrovjarja u minn barra l-industrija tal-ferroviji tradizzjonali, b'mod partikolari: il-manifatturi ta' tagħmir tal-ferroviji (kemm il-vetturi ferrovjarji kif ukoll is-sistemi tal-kontroll tal-ferrovija) u l-katina ta' provvista tagħhom, l-amministraturi tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji (kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija), l-operaturi tal-metro, tat-tram, u tas-sistemi ferrovjarji ħfief, kumpanniji tal-kiri tal-vetturi ferrovjarji, il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità notifikati u maħtura, l-assoċjazzjonijiet professjonali tal-persunal (inklużi r-rappreżentanti tal-ħaddiema), l-assoċjazzjonijiet tal-utenti (kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija), kif ukoll l-istituzzjonijiet xjentifiċi rilevanti jew il-komunità xjentifika rilevanti. B'mod partikolari, l-involviment ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (8), għandu jkun żgurat;

(f)

tiżviluppa proġetti ta' dimostrazzjoni fi Stati Membri interessati inklużi dawk li bħalissa m'għandhomx sistema ferrovjarja stabbilita fit-territorju tagħhom.

2.   L-Impriża Konġunta S2R għandha, b'mod aktar speċifiku, tfittex li tiżviluppa, tintegra, turi u tivvalida teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi li jirrispettaw standards stretti ta' sikurezza, u li l-valur tagħhom ikun jista' jitkejjel, fost l-oħrajn, mal-indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin li ġejjin:

(a)

tnaqqis ta' 50 % tal-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema tat-trasport ferrovjarju, permezz ta' tnaqqis tal-ispejjeż tal-iżvilupp, iż-żamma, l-operat u t-tiġdid tal-infrastruttura u l-vetturi ferrovjarji, kif ukoll permezz ta' żieda fl-effiċjenza tal-enerġija;

(b)

żieda ta' 100 % fil-kapaċità tas-sistema tat-trasport ferrovjarju biex tissodisfa ż-żieda fid-domanda għal servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri u tal-merkanzija;

(c)

żieda ta' 50 % fl-affidabbiltà u l-puntwalità tas-servizzi ferrovjarji (imkejla bħala tnaqqis ta' 50 % fin-nuqqas ta' affidabbiltà u wasliet tard);

(d)

it-tneħħija ta' ostakli tekniċi li għad baqa' u li qed iżommu lura lis-settur ferrovjarju f'termini ta' interoperabbiltà u effiċjenza, b'mod partikolari billi tfittex li tagħlaq punti li jibqgħu miftuħa fl-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi ta' Interoperabbiltà (TSIs) minħabba nuqqas ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi, u billi tiżgura li s-sistemi kollha rilevanti u s-soluzzjonijiet żviluppati mill-Impriża Konġunta S2R huma kompletament interoperabbli;

(e)

it-tnaqqis tal-esternalitajiet negattivi marbuta mat-trasport ferrovjarju, b'mod partikolari l-istorbju, il-vibrazzjonijiet, l-emissjonijiet u l-impatti ambjentali oħrajn.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni għall-inizjattiva Shift2Rail għandha tkun ta' EUR 450 000 000, inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-EFTA, u titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat lill-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020, stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 2013/743/UE, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 58(1)(c)(iv) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għal korpi msemmija fl-Artikolu 209 ta' dak ir-Regolament. Il- kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni għandha tinkludi:

(a)

kontribuzzjoni massima lill-Impriża Konġunta S2R biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż operattivi, ta' EUR 398 000 000. Il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni biex tkopri l-ispejjeż operattivi għandu jkun ta' EUR 13 500 000;

(b)

ammont addizzjonali massimu ta' EUR 52 000 000, allokati skont il-Programm ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Orizzont 2020 2014-2015. L-amministrazzjoni ta' din il-kontribuzzjoni addizzjonali tista' tiġi assunta mill-Impriża Konġunta S2R ladarba din tikseb il-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess.

2.   Fondi addizzjonali li jikkumplimentaw il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu allokati minn strumenti oħra tal-Unjoni b'appoġġ għal azzjonijiet għall-iskjerament ta' soluzzjonijiet innovattivi tal-Impriża Konġunta S2R.

3.   L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu stabbiliti fi ftehim ta' delega u ftehimiet ta' trasferiment annwali ta' fondi li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, u l-Impriża Konġunta S2R.

4.   Il-ftehim ta' delega msemmi fil-paragrafu 3 għandu jindirizza l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 58(3) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fl-Artikolu 40 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, kif ukoll, fost l-oħrajn, dawn li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta S2R rigward indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 2013/743/UE;

(b)

ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta S2R fid-dawl tal-monitoraġġ imsemmi fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2013/743/UE;

(c)

l-indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni relatati mal-funzjonament tal-Impriża Konġunta tal-S2R;

(d)

l-arranġamenti rigward il-forniment tad-data meħtieġa biex tiżgura li l-Kummissjoni tkun tista' tabbozza l-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħha u tissodisfa t-tixrid u l-obbligi ta' rappurtar tagħha, inkluż fuq il-portal uniku għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta' mezzi ta' disseminazzjoni elettroniċi oħra ta' Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni;

(e)

id-dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta' sejħiet għal proposti mill-Impriża Konġunta S2R kemm fuq il-portal uniku għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta' mezzi ta' disseminazzjoni elettroniċi oħra ta' Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni;

(f)

l-użu ta' u l-bidliet tar-riżorsi umani, b'mod partikolari r-reklutaġġ minn grupp ta' funzjoni, il-grad u l-kategorija, l-eżerċizzju tal-klassifikazzjoni mill-ġdid u kwalunkwe tibdil fin-numru tal-membri tal-persunal.

Artikolu 4

Il-kontribuzzjonijiet tal-membri għajr l-Unjoni

1.   Kull Membru tal-Impriża Konġunta S2R għajr l-Unjoni għandu jagħmel jew jagħmel l-arranġamenti għall-entitajiet affiljati tiegħu biex jagħmlu l-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom. Il-kontribuzzjoni totali mill-membri kollha għajr l-Unjoni għandhom ikunu ta' mill-inqas EUR 470 000 000 matul il-perijodu stipulat fl-Artikolu 1.

2.   Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsisti minn dawn li ġejjin:

(a)

kontribuzzjonijiet għall-Impriża Konġunta S2R ta' mill-inqas EUR 350 000 000, kif stipulat fl-Artikolu 15(2) u fl-Artikolu 15(3)(b) tal-Istatuti, inklużi mill-inqas EUR 200 000 000 mill-membri fundaturi għajr l-Unjoni u l-entitajiet affiljati tagħhom, u tal-anqas EUR 150 000 000 minn membri assoċjati u l-entitajiet affiljati tagħhom;

(b)

kontribuzzjonijiet in natura ta' mill-inqas EUR 120 000 000, li minnhom mill-inqas EUR 70 000 000 jiġu mill-membri fundaturi għajr l-Unjoni u l-entitajiet affiljati tagħhom, u tal-anqas EUR 50 000 000 minn membri assoċjati u l-entitajiet affiljati tagħhom, li jikkonsistu fl-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta' attivitajiet addizzjonali barra l-pjan ta' ħidma tal-Impriża Konġunta S2R, li huma kumplementari għal dan il-pjan ta' ħidma u jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Pjan Regolatorju tal-S2R. Programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni jistgħu jappoġġaw dawk l-ispejjeż f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli. F'dawn il-każijiet, il-finanzjament mill-Unjoni m'għandux jissostitwixxi l-kontribuzzjonijiet in natura mill-membri għajr l-Unjoni jew l-entitajiet affiljati tagħhom.

L-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju mill-Impriża Konġunta S2R. L-attivitajiet korrispondenti għandhom ikunu stipulati fil-ftehim ta' sħubija msemmi fl-Artikolu 3(2) tal-Istatuti, li tindika l-valur stmat ta' dawk il-kontribuzzjonijiet.

3.   Il-membri tal-Impriża Konġunta S2R għajr dawk tal-Unjoni għandhom jirrapportaw sal-31 ta' Jannar ta' kull sena lill-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta S2R rigward il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 li saru f'kull sena finanzjarja preċedenti. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu wkoll jiġi informat f'waqtu.

4.   Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 16(3)(b) tal-Istatuti, l-ispejjeż għandhom jiġu determinati skont il-prattika normali tal-kontabbiltà tal-ispejjeż tal-entitajiet ikkonċernati, skont l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli tal-pajjiż fejn kull waħda mill-entitajiet hija stabbilita, u l-Istandards tal-Kontabbiltà Internazzjonali applikabbli/l-Istandards ta' Rappurtar Finanzjarju Internazzjonali. L-ispejjeż għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità konċernata. Il-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tista' tiġi verifikata mill-Impriża Konġunta S2R jekk ikun hemm xi dubju li jirriżulta miċ-ċertifikazzjoni. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż imġarrba fl-attivitajiet addizzjonali ma għandhomx jiġu awditjati mill-Impriża Konġunta S2R jew minn ebda korp tal-Unjoni.

5.   Kull Membru tal-Impriża Konġunta S2R għajr l-Unjoni li jonqos milli jwettaq l-impenji tiegħu rigward il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fi żmien sitt xhur tal-iskadenza stabbilita fil-ftehim ta' sħubija tiegħu kif definit fl-Artikolu 3(2) tal-Istatuti għandu jiġi skwalifikat milli jivvota fil-Bord Amministrattiv sa dak i-żmien li jkunu twettqu l-obbligi tiegħu. Jekk l-obbligi jkunu għadhom ma twettqux mal-iskadenza ta' perijodu ulterjuri ta' sitt xhur, l-isħubija tagħha għandha tiġi revokata.

6.   Skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tittermina, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta S2R jew tibda l-proċedura tal-istralċ imsemmija fl-Artikolu 24(2) tal-Istatuti jekk dawk il-membri jew entitajiet affiljati tagħhom ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu biss parzjalment jew jikkontribwixxu tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex ittellef ir-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu diġà saru mill-membri sal-mument li d-deċiżjoni tiġi notifikata lill-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 5

Ir-regoli finanzjarji

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, l-Impriża Konġunta S2R għandha tadotta r-regoli Finanzjarji speċifiċi tagħha f'konformità mal-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 (9).

Artikolu 6

Persunal

1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (10) u r-regoli adottati permezz tal-Ftehim bejn l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jingħata effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra, għandhom japplikaw għall-persunal impjegat mill-Impriża Konġunta S2R.

2.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Impriża Konġunta S2R, is-setgħat konferiti lilu mir-Regolamenti tal-Persunal dwar l-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra fuq l-Awtorità li tingħata s-Setgħa li Tikkonkludi Kuntratti ta' Impjieg (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”).

Il-Bord ta' Tmexxija għandu, f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, jadotta deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta' awtorità bis-setgħa li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet li bihom din il-delega ta' setgħat tista' tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv huwa awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.

Fejn ċirkustanzi eċċezzjonali jitolbu dan, il-Bord tat-Tmexxija jista', permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar, u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal tal-Impriża Konġunta S2R għajr id-Direttur Eżekuttiv.

3.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta' implimentazzjoni xierqa tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra, f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.   Ir-riżorsi tal-persunal għandhom ikunu ddeterminati mill-pjan tal-istabbiliment tal-persunal tal-Impriża Konġunta S2R li jindika l-għadd ta' postijiet temporanji skont il-grupp tal-funzjoni u skont il-grad, u l-għadd ta' persunal bil-kuntratt espress f'ekwivalenti full-time, skont il-baġit annwali tiegħu.

5.   Il-persunal tal-Impriża Konġunta S2R għandu jikkonsisti minn persunal temporanju u persunal kuntrattwali.

6.   L-ispejjeż kollha relatati mal-persunal għandhom jiġġarrbu mill-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 7

Esperti Nazzjonali Sekondati u trainees

1.   L-Impriża Konġunta S2R tista' tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati u t-trainees mhux impjegati mill-Impriża Konġunta S2R. L-għadd ta' esperti nazzjonali sekondati espressi f'ekwivalenti ta' full-time għandu jiżdied mal-informazzjoni dwar il-persunal kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) skont il-baġit annwali.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta' esperti nazzjonali lill-Impriża Konġunta S2R dwar l-użu ta' trainees.

Artikolu 8

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, għandu japplika għall-Impriża Konġunta S2R u l-persunal tagħha.

Artikolu 9

Responsabbiltà tal-Impriża Konġunta S2R

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Impriża Konġunta S2R għandha titmexxa mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim, deċiżjoni jew kuntratt inkwistjoni.

2.   Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta S2R, f'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, għandha tagħmel tajjeb għad-danni kollha kkawżati mill-persunal tagħha fil-qadi ta' dmirijiethom.

3.   Kwalunkwe pagament li jsir mill-Impriża Konġunta S2R fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 u 2, u l-infiq u l-ispejjeż li ġġarrab f'konnessjoni ma' dan, għandhom jiġu kkunsidrati bħala nfiq tal-Impriża Konġunta S2R u għandhom jiġu koperti mir-riżorsi tal-Impriża Konġunta.

4.   L-Impriża Konġunta S2R għandha tkun unikament responsabbli għall-konformità mal-obbligi tagħha.

Artikolu 10

Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-liġi applikabbli

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni:

(a)

fi kwalunkwe tilwima bejn il-membri li jkollha x'taqsam mas-suġġett ta' dan ir-Regolament;

(b)

skont kwalunkwe klawżola ta' arbitraġġ inkluża fi ftehimiet, deċiżjonijiet jew kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta S2R;

(c)

f'tilwimiet relatati ma' kumpens għal danni kkawżati mill-persunal tal-Impriża Konġunta S2R fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom;

(d)

fi kwalunkwe tilwima bejn l-Impriża Konġunta S2R u l-aġenti tagħha fil-limiti u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti dwar il-Persunal.

2.   Għal kwalunkwe materja li mhix koperta b'dan ir-Regolament jew min atti oħra tal-liġi tal-Unjoni, tapplika l-liġi tal-Istat fejn tinsab is-sede tal-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 11

Evalwazzjoni

1.   Sat-30 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni għandha tagħmel, bl-għajnuna ta' esperti indipendenti, evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta S2R. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni, li għandu jinkludi konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u osservazzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2017. Għandu jittieħed kont tar-riżultati tal-evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta S2R fil-valutazzjoni approfondita u fl-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

2.   Abbażi tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni interim imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' taġixxi f'konformità mal-Artikolu 4(6), jew tieħu kull azzjoni xierqa oħra.

3.   Fi żmien sitt xhur wara l-proċess ta' stralċ tal-Impriża Konġunta S2R, iżda f'kull eventwalità mhux iktar tard minn sentejn wara li tinbeda l-proċedura tal-proċess ta' stralċ imsemmija fl-Artikolu 24 tal-Istatuti, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta S2R. Ir-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni finali għandhom ikunu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 12

Kwittanza

B'deroga mill-Artikolu 60(7) u l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta S2R għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, f'konformità mal-proċedura prevista fir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 13

Awditi ex-post

1.   L-awditi ex-post tan-nefqa f'azzjonijiet indiretti għandha tagħmilhom l-Impriża Konġunta S2R skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 bħala parti mill-Orizzont 2020.

2.   Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħmel l-awditi msemmija fil-paragrafu 1. F'dawk il-każijiet, hija għandha tagħmel dan f'konformità mar-regoli applikabbli, partikolarment ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1290/2013.

Artikolu 14

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-membri

1.   L-Impriża Konġunta S2R għandha tagħti aċċess lill-persunal tal-Kummissjoni u lil persuni oħra awtorizzati minnha jew mill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, għas-siti u l-istabbilimenti tagħha u għall-informazzjoni kollha, inkluża dik f'format elettroniku, li jkunu meħtieġa biex isiru l-awditi tagħhom.

2.   L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jagħmel investigazzjonijiet, inklużi verifiki u ispezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (11) fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim għal għotja jew deċiżjoni għal għotja jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, il-kuntratti, il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, l-Impriża Konġunta S2R, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF, li jwettqu tali awditi u investigazzjonijiet skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

4.   L-Impriża Konġunta S2R għandha tiżgura li jitħarsu kif xieraq l-interessi finanzjarji tal-membri tagħha billi tagħmel jew tikkummissjona kontrolli interni u esterni xierqa.

5.   L-Impriża Konġunta S2R għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta' investigazzjonijiet interni mill-OLAF (13). L-Impriża Konġunta S2R għandha tadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet interni mwettqa mill-OLAF.

Artikolu 15

Kunfidenzjalità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, l-Impriża Konġunta S2R għandha tiżgura li titħares kull informazzjoni sensittiva li jekk tinkixef, ikun ta' dannu għall-interessi tal-membri tagħha jew tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 16

Trasparenza

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta S2R.

2.   L-Impriża Konġunta S2R għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, id-deċiżjonijiet li tieħu l-Impriża Konġunta S2R skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' lment lill-Ombudsman skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 228 TFUE.

4.   Il-Bord ta' Tmexxija jista' jadotta arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

Artikolu 17

Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 għandu japplika għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Impriża Konġunta S2R. Skont dak ir-Regolament, l-Impriża Konġunta S2R għandha titqies bħala korp tal-iffinanzjar u għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet indiretti kif stabbilit fl-Artikolu 2 tal-Istatuti.

Artikolu 18

Appoġġ mill-Istat ospitanti

Jista' jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn l-Impriża Konġunta S2R u l-Istat Membrufejn tinsab is-sede dwar il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li dak l-Istat Membru għandu jagħti lill-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 19

Azzjonijiet inizjali

1.   Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-istabbiliment u l-operazzjoni inizjali tal-Impriża Konġunta S2R sakemm din ikollha l-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess. Il-Kummissjoni, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, għandha tagħmel l-azzjonijiet meħtieġa kollha f'kollaborazzjoni mal-membri l-oħra bl-involviment tal-korpi kompetenti tal-Impriża Konġunta S2R.

2.   Għall-fini ta' paragrafu 1,

(a)

sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-doveri tiegħu wara l-ħatra tiegħu/tagħha mill-Bord ta' Tmexxija skont l-Artikolu 9 tal-Istatuti, il-Kummissjoni tista' taħtar Direttur Eżekuttiv interim u jeżerċita d-dmirijiet assenjati lid-Direttur Eżekuttiv li jista' jiġi assistit minn għadd limitat ta' uffiċjali tal-Kummissjoni;

(b)

b'deroga mill-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament, id-Direttur Eżekuttiv interim għandu jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra;

(c)

il-Kummissjoni tista' tassenja għadd limitat ta' uffiċjali tagħha fuq bażi interim.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv interim jista' jawtorizza l-ħlasijiet kollha koperti mill-approprjazzjonijiet previsti fil-baġit annwali tal-Impriża Konġunta S2R ladarba jkunu approvati mill-Bord ta' Tmexxija, u jista' jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti tal-persunal wara l-adozzjoni tal-pjan ta' stabbiliment tal-Impriża Konġunta S2R.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv interim għandu, bi qbil komuni mad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta S2R u soġġett għall-approvazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija, jiddetermina d-data li fiha l-Impriża Konġunta S2R ikollha l-kapaċità sabiex timplimenta l-baġit tagħha. Minn dik id-data, il-Kummissjoni għandha tastjeni milli tagħmel impenji u teżegwixxi l-ħlasijiet għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. KARASMANIS


(1)  Opinjoni tal-25 ta' Marzu 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-15 ta' April 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).

(5)  Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f' “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).

(6)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(7)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(8)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(9)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata imsemmija fl- Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 38, 07/02/2014, p. 2).

(10)  Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill ta-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistitwixxi miżuri speċjali applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU 56, 4.3.1968, p. 1).

(11)  Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(12)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(13)   ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(14)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(15)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).


ANNESS I

STATUTI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   “Membru Assoċjat” tfisser entità ġuridika jew grupp jew konsorzju ta' entitajiet ġuridiċi, stabbiliti fi Stat Membru jew f'xi pajjiż assoċjat mal-Orizzont 2020, li ntgħażlu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4, paragrafi (2) sa (4), li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(6) u li aċċettaw dawn l-Istatuti billi ffirmaw ittra ta' approvazzjoni;

2.   “Membru Fundatur għajr l-Unjoni” tirriferi għal entitajiet legali uniċi li impenjaw irwieħhom b'mod individwali fir-rigward tal-kontribuzzjoni proprja ta' mhux inqas minn EUR 30 000 000 għad-durata tal-Impriża Konġunta S2R, ibbażata fuq viżjoni kondiviża, u li aċċettaw dawn l-Istatuti billi ffirmaw ittra ta' approvazzjoni. Dawn il-membri fundaturi minbarra l-Unjoni huma elenkati fl-Anness II;

3.    “Programmi ta' innovazzjoni” jew “IPs” jirriferu għall-oqsma tematiċi li fuqhom għandu jiġi strutturat il-Pjan Regolatorju ta' S2R, u li huma msemmija fil-paragrafu 4. L-IPs għandhom jintgħażlu għall-kapaċità tagħhom li jagħtu l-aħjar benefiċċji ta' prestazzjoni għal wieħed jew aktar mill-ambjenti operattivi u jkunu jirriflettu l-approċċ tas-sistema ferrovjarja u orjentat lejn il-konsumatur. Minkejja Deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija li timmodifika din l-istruttura, il-Pjan Regolatorju ta' S2R għandu jipprevedi l-ħolqien ta' mill-inqas dawn il-ħames IPs li ġejjin:

(a)

Ferroviji Kosteffiċjenti u Affidabbli, inkluż Ferroviji ta' Kapaċità Għolja u[…] Ferroviji ta' Veloċità Għolja;

(b)

Sistemi Avvanzati għall-Ġestjoni u l-Kontroll tat-Traffiku;

(c)

Infrastruttura ta' Kapaċità Għolja, Affidabbli u Kosteffiċjenti;

(d)

Soluzzjonijiet tal-IT għal Servizzi Ferrovjarji Attraenti;

(e)

Teknoloġiji għal Merkanzija Ewropea Sostenibbli u Attraenti.

4.   “Pjan Regolatorju ta' S2R” ifisser pjan direzzjonali strateġiku komuni, li jħares 'il quddiem, li għandu jiġi stabbilit u żviluppat mill-Impriża Konġunta S2R, b'konsultazzjoni mal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea u l-Pjattaforma Teknoloġika tal-Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Ewropea fil-Ferroviji (ERRAC), biex jistimula l-innovazzjoni fis-settur ferrovjarju fuq medda twila ta' żmien. Huwa għandu jidentifika l-prijoritajiet ewlenin u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi u operazzjonali essenzjali meħtieġa mill-partijiet interessati kollha biex jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-Impriża Konġunta S2R imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament. Għandu jkun xprunat mill-prestazzjoni u strutturat madwar għadd limitat ta' oqsma tematiċi ewlenin, jew IP. Ladarba jiġi approvat mill-Bord ta' Tmexxija il-Pjan Regolatorju u kwalunkwe modifika sussegwenti għandhom jiġu approvati mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, u kkomunikati lill-Parlament Ewropew. Wara dan il-proċess, il-Pjan Regolatorju u kwalunkwe modifika sussegwenti għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 2

Kompiti

L-Impriża Konġunta S2R għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

tiddefinixxi, fil-Pjan Regolatorju, l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni prijoritarji, inkluż l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni fuq skala kbira, meħtieġa biex titħaffef il-penetrazzjoni ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi integrati, interoperabbli u standardizzati neċessarji biex jingħata appoġġ liż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u biex tinkiseb l-eċċellenza operattiva tas-sistema ferrovjarja, waqt li jitkattru l-kapaċità u l-affidabbiltà u jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport ferrovjarju;

(b)

timmobilizza fondi mis-settur pubbliku u privat biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet f'kull wieħed mill-Programmi ta' Innovazzjoni definiti fil-Pjan Regolatorju ta' S2R;

(c)

tittraduċi l-Pjan Regolatorju ta' S2R fi pjanijiet ta' ħidma annwali dettaljati, orjentati lejn ir-riżultati, akkumpanjati minn pjanijiet ta' investiment dettaljati, li jippermettu l-kontinwità, is-sinkroniċità, u investiment fit-tul, u tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tiegħu;

(d)

tiżgura s-superviżjoni ta' attivitajiet relatati mal-iżvilupp ta' prodotti komuni debitament identifikati fil-Pjan Regolatorju ta' S2R;

(e)

issostni finanzjarjament l-azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni indiretti, l-aktar permezz ta' għotjiet lill-membri u l-parteċipanti tagħha permezz tal-aktar miżuri adatti, bħalma huma l-akkwist jew l-għoti ta' għotjiet wara sejħiet għal proposti biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm, skont ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013;

(f)

torganizza l-ħidma teknika ta' riċerka, żvilupp, validazzjoni u studju, li għandha ssir taħt l-awtorità tagħha waqt li tiġi evitata l-frammentazzjoni ta' tali attivitajiet;

(g)

tiżgura l-effettività u l-effiċjenza ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni ferrovjarji u ssegwi l-progress lejn il-ksib tal-objettivi tal-Impriża Konġunta S2R permezz ta' proċessi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni xierqa;

(h)

tiġbor flimkien ir-rekwiżiti tal-utenti u tipproponi standards tal-interoperabbiltà biex l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni jiġi ggwidat lejn soluzzjonijiet operazzjonali u li kapaċi jiġu kummerċjalizzati;

(i)

tiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib u tiżgura koordinazzjoni ma' attivitajiet, nazzjonali u transnazzjonali ta' riċerka u innovazzjoni fis-settur ferrovjarju, relatati Ewropej b'mod partikolari taħt il-Programmi Qafas preċedenti u Orizzont 2020, biex b'hekk l-Impriża Konġunta S2R tkun tista' jkollha rwol prinċipali fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam ferrovjarju. Hija ser tamministra wkoll l-azzjonijiet kollha ta' riċerka u innovazzjoni li jiffokaw fuq il-qasam ferrovjarju li huma kofinanzjati mill-Unjoni;

(j)

tistabbilixxi u tiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib u fit-tul bejn l-Unjoni, l-industrija tal-manifattura ferrovjarja, il-komunità operattiva ferrovjarja u partijiet interessati pubbliċi u privati tas-settur ferrovjarju oħrajn meħtieġa sabiex jiġu żviluppati l-innovazzjonijiet pijunieri u tiġi żgurata kummerċjalizzazzjoni qawwija ta' soluzzjonijiet innovattivi, inkluż korpi li jirrappreżentaw il-konsumaturi (passiġġieri u merkanzija), kif ukoll atturi barra mis-settur ferrovjarju tradizzjonali;

(k)

tikkoordina ma' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, inkluż organizzazzjonijiet ta' riċerka u universitajiet, u tistabbilixxi rabtiet mal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali u internazzjonali fil-qasam tekniku ferrovjarju, b'mod partikolari permezz tal-Pjattaforma Teknoloġika tal-Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Ewropea fil-Ferroviji (ERRAC), kif ukoll ma' dawk f'oqsma oħra, bħall-Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Ewropea fit-Trasport bit-Toroq (ERTRAC), il-Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Ewropea fl-Avjazzjoni (ACARE), il-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea dwar it-Trasport fuq l-Ilma, il-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea tal-Kostruzzjoni (ECTP), il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji tal-Manifattura tal-Futur (Manifattura), l-Alleanza għall-Innovazzjoni fil-Loġistika (ALICE), il-Pjattaforma tal-Materjali u tat-Teknoloġiji tal-Inġinerija Avvanzata (EuMaT), u oħrajn;

(l)

tħeġġeġ l-involviment ta' SMEs fl-attivitajiet tagħha, f'konformità mal-objettivi ta' Orizzont 2020;

(m)

tfittex involviment ġeografikament bilanċjat tal-membri u s-sħab fl-attivitajiet tagħha;

(n)

timpenja ruħha f'attivitajiet ta' informazzjoni, komunikazzjoni, u disseminazzjoni billi tapplika mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013, inkluż billi tagħmel l-informazzjoni dettaljata dwar riżultati minn sejħiet għall-proposti disponibbli u aċċessibbli fuq il-portal uniku għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta' mezzi elettroniċi ta' disseminazzjoni oħrajn ta' Orizzont 2020 amministrati mill-Kummissjoni;

(o)

kull kompitu ieħor meħtieġ biex tilħaq l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Membri

1.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu membri tal-Impriża Konġunta S2R:

(a)

l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni;

(b)

hekk kif jaċċettaw dawn l-Istatuti permezz ta' ittra ta' approvazzjoni, il-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta S2R għajr l-Unjoni, elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, kif ukoll l-membri assoċjati li għandhom jintgħażlu skont l-Artikolu 4. Dawn il-membri għandhom jissejħu b'mod konġunt il-membri għajr l-Unjoni.

2.   Ir-rwol u l-kontribuzzjoni tal-membri għajr l-Unjoni għandhom jiġu definiti fi ftehim ta' sħubija mal-Impriża Konġunta S2R. Dak il-ftehim għandu jiġi negozjat mad-Direttur Eżekuttiv u jintbagħat lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni. Dan għandu jipprovdi deskrizzjoni kwantitattiva u kwalitattiva tal-kontribuzzjoni tal-membri tal-Impriża Konġunta S2R, definita fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll tal-pjan ta' attivitajiet addizzjonali msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament, u għandu jinkludi dispożizzjonijiet relatati mar-rappreżentanza tal-Membri fi ħdan il-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 4

Bidliet għas-sħubija

1.   Sakemm jaċċettaw dawn l-Istatuti u jassumu l-impenn li jikkontribwixxu għall-finanzjament msemmi fil-paragrafu 6 biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, kwalunkwe entità ġuridika, grupp jew konsorzju ta' entitajiet legali, stabbiliti fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat ma' Orizzont 2020, jistgħu japplikaw biex isiru membru assoċjat tal-Impriża Konġunta S2R.

2.   Il-membri assoċjati tal-Intrapriża Konġunta S2R għandhom jintgħażlu permezz ta' sejħa miftuħa, nondiskriminatorja u kompetittiva mnedija mill-Kummissjoni u soġġetta għal valutazzjoni trasparenti mill-Bord ta' Tmexxija. Dik l-evalwazzjoni għandha tieħu kont ta', fost oħrajn, ir-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali tal-applikant sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Intrapriża Konġunta S2R, is-solidità finanzjarja tal-applikant, u konflitti ta' interess fir-rigward tal-objettivi tal-inizjattiva S2R.

3.   Waqt li tieħu kont tar-riżultati tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni finali bil-ħsieb li jiġi żgurat il-bilanċ ġeografiku, kif ukoll parteċipazzjoni bbilanċjata tal-SMEs, tal-komunità tar-riċerka u ta' atturi mill-katina tal-valur ferrovjarja sħiħa, inkluż minn barra s-settur ferrovjarju tradizzjonali.

4.   L-ewwel sejħa għal membri assoċjati għandha tiġi mnedija fi żmien tliet xhur wara li tiġi stabbilita l-Impriża Konġunta S2R. Kwalunkwe sejħiet oħra għandhom ikunu mmexxija mill-ħtieġa għal kapaċitajiet ewlenin fl-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-Impriża Konġunta S2R. Is-sejħiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku ta' S2R u kkomunikati permezz tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati u kanali oħra sabiex tiġi żgurata l-aktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli fl-interess tal-ksib tal-objettivi tal-Pjan Regolatorju ta' S2R.

5.   Il-kontribuzzjoni proprja minima meħtieġa sabiex wieħed isir membru assoċjat għandha tkun ta' 2,5 % tal-baġit totali tal-Programm ta' Innovazzjoni li tieħu sehem fih.. Alternattivament, l-impriżi ferrovjarji fil-forma ta' entità legali unika jistgħu jsiru membru assoċjat b'kontribuzzjoni proprja minima ta' EUR 12 000 000 fuq il-Programmi kollha ta' Innovazzjoni. Barra minn hekk, il-konsorzji magħmula minn impriżi ferrovjarji u/jew amministraturi tal-infrastruttura jistgħu jsiru Membru Assoċjat b'kontribuzzjoni proprja minima ta' EUR 15 000 000 fuq il-Programmi kollha ta' Innovazzjoni.

6.   Kwalunkwe membru jista' jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta S2R. It-terminazzjoni ssir effettiva u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-membri l-oħra. Minn dak il-ħin 'il quddiem, l-ex-membru għandu jkun ħieles minn kwalunkwe obbligu għajr dawk approvati jew imġarrba mill-Impriża Konġunta S2R qabel it-terminazzjoni tas-sħubija.

7.   Is-sħubija fl-Impriża Konġunta S2R ma tistax tiġi ttrasferita lil parti terza mingħajr il-qbil minn qabel u unanimu tal-Bord ta' Tmexxija.

8.   Hekk kif ssir kwalunkwe bidla għas-sħubija skont dan l-Artikolu, l-Impriża Konġunta S2R għandha minnufih tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha lista aġġornata tal-membri tal-Impriża Konġunta S2R flimkien mad-data meta din il-bidla tidħol fis-seħħ.

Artikolu 5

Organizzazzjoni tal-Impriża Konġunta

1.   Il-korpi tal-Impriża Konġunta S2R għandhom ikunu:

(a)

il-Bord ta' Tmexxija;

(b)

id-Direttur Eżekuttiv;

(c)

il-Kumitat Xjentifiku;

(d)

il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati.

2.   Il-Kumitat Xjentifiku u l-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati huma korpi konsultattivi għall-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 6

Kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija

1.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn massimu ta' tnejn u għoxrin membru, inkluż:

(a)

żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni;

(b)

rappreżentant minn kull wieħed mill-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta S2R għajr l-Unjoni;

(c)

rappreżentant wieħed ta' kull membru assoċjat, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) li jissodisfa wkoll, bħala entità legali unika, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 1(2);

(d)

massimu ta' disa' rappreżentanti tal-membri assoċjati kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) li minnhom, tal-anqas wieħed għal kull Programm ta' Innovazzjoni, imsemmi fl-Artikolu 1(3) jintagħżel skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 11(4).

2.   Il-kompożizzjoni finali tal-Bord ta' Tmexxija għandha tiżgura, safejn possibbli, rappreżentazzjoni bilanċjata ta' SMEs, il-komunità tar-riċerka u atturi mill-katina tal-valur ferrovjarja sħiħa, inkluż minn barra s-settur ferrovjarju tradizzjonali. Għal dan il-għan, dan għandu jinkludi tal-anqas tliet rappreżentanti tal-impriżi ferrovjarji.

Artikolu 7

Funzjonament tal-Bord ta' Tmexxija

1.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun presedut mill-Kummissjoni.

2.   Il-membri tal-Impriża Konġunta S2R fil-Bord ta' Tmexxija għandhom ikollhom għadd ta' voti fi proporzjon għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-fondi tal-Impriża Konġunta tal-membri li huma jirrappreżentaw. Il-Kummissjoni għandu jkollha 50 % tad-drittijiet tal-vot. Il-vot tal-Kummissjoni għandu jkun indiviżibbli u għandu jirrifletti l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Bord ta' Tmexxija.

3.   Ir-rappreżentanti għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jiksbu kunsens. Fin-nuqqas ta' kunsens u minkejja l-paragrafu 4, id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta' mill-inqas żewġ terzi tal-voti kollha, inklużi l-voti ta' dawk li mhumiex preżenti, dment li ma jiġix previst mod ieħor f'dawn l-Istatuti.

4.   Dwar deċiżjonijiet li jikkonċernaw ir-rappreżentazzjoni tal-membri assoċjati fil-Bord ta' Tmexxija, il-Kummissjoni għandu jkollha l-vot deċiżiv jekk il-maġġoranza ta' żewġ terzi ma tistax tintlaħaq.

5.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu li għandhom jiżguraw li l-proċedimenti tiegħu jsiru b'mod effiċjenti u mingħajr xkiel. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu proċeduri speċifiċi biex jiġu identifikati u evitati l-konflitti ta' interess.

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiltaqa' mill-anqas tliet darbiet fis-sena. Għandhom jissejħu laqgħat straordinarji jew fuq it-talba ta' terz tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija li jirrappreżentaw mill-anqas 30 % tad-drittijiet tal-vot, jew fuq talba tal-Kummissjoni jew tad-Direttur Eżekuttiv;

Normalment, il-laqgħat għandhom isiru fis-sede tal-Impriża Konġunta S2R.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu dritt jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, iżda ma għandu jkollu l-ebda dritt għall-vot.

Rappreżentant tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea u l-president jew il-viċi president tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jkollhom id-dritt li jattendu l-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala osservaturi u jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda ma għandu jkollhom l-ebda dritt għall-vot.

Il-Bord ta' Tmexxija jista' jistieden persuni oħra biex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi. B'mod partikolari, kull meta jiġu diskussi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompiti tiegħu, il-president tal-Kumitat Xjentifiku għandu jiġi mistieden jattendi l-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala osservatur, jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda ma għandu jkollu l-ebda dritt għall-vot.

Artikolu 8

Il-kompiti tal-Bord ta' Tmexxija

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu r-responsabbiltà globali għad-direzzjoni strateġika u l-operazzjonijiet tal-Impriża Konġunta S2R u għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha. B'mod partikolari, il-Bord ta' Tmexxija għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

jadotta l-Pjan Regolatorju ta' S2R u kwalunkwe proposta biex dan jiġi modifikat;

(b)

jadotta l-pjan ta' ħidma annwali u l-istimi ta' nefqa korrispondenti tal-Impriża Konġunta S2R, kif propost mid-Direttur Eżekuttiv wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat Xjentifiku u l-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati;

(c)

jiddefinixxi l-lista dettaljata ta' kriterji biex jintgħażlu l-membri assoċjati skont l-Artikolu 4 u jivvaluta, jaċċetta jew jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal membri ġodda abbażi ta' dik;

(d)

jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni finali tal-Bord ta' Tmexxija, b'mod partikolari billi jagħżel ir-rappreżentanti tal-membri assoċjati, għajr dawk li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 1(2), abbażi ta' proposta minn kull Kumitat ta' Tmexxija;

(e)

jiddeċiedi dwar it-terminazzjoni tas-sħubija fl-Impriża Konġunta S2R ta' kwalunkwe Membru li ma jissodisfax l-obbligi tiegħu u dwar il-kondizzjonijiet ta' din it-terminazzjoni;

(f)

japprova l-ftehimiet ta' sħubija msemmija fl-Artikolu 3(2) wara li jikkonsulta, fejn adatt, il-grupp ta' konsultazzjoni ad hoc;

(g)

jadotta r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta S2R skont l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament;

(h)

jadotta il-baġit annwali tal-Impriża Konġunta S2R, kif propost mid-Direttur Eżekuttiv, inkluż il-pjan tal-istabbiliment tal-persunal li jindika n-numru ta' postijiet temporanji bil-grupp ta' funzjoni u bil-grad kif ukoll in-numru ta' persunal bil-kuntratt u esperti nazzjonali sekondati espressi f'ekwivalenti full-time;

(i)

jeżerċita s-setgħat ta' awtorità tal-ħatra fir-rigward tal-persunal, skont l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament;

(j)

jaħtar, jneħħi, jestendi l-mandat, jipprovdi gwida lid-Direttur Eżekuttiv u jissorvelja l-prestazzjoni tiegħu;

(k)

jiżviluppa mudell komuni ta' regoli ta' proċedura għall-Kumitati ta' Tmexxija;

(l)

japprova l-organigramma fuq ir-rakkomandazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(m)

japprova r-rapport annwali tal-attività, inkluża l-ispiża korrispondenti;

(n)

jagħmel arranġamenti, kif adatt, għall-istabbiliment ta' kapaċità ta' awditjar interna tal-Impriża Konġunta S2R;

(o)

jiżviluppa proċeduri għal sejħiet miftuħa u trasparenti u japprova s-sejħiet kif ukoll, fejn adatt, ir-regoli relatati għal-proċeduri ta' sottomissjoni, evalwazzjoni, għażla, għoti u reviżjoni;

(p)

japprova l-lista ta' azzjonijiet magħżula għall-finanzjament;

(q)

fejn adatt, jistabbilixxi l-gruppi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 14 flimkien mal-korpi tal-Impriża Konġunta S2R;

(r)

fejn adatt, jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll regoli dwar is-sekondar ta' esperti nazzjonali lill-Impriża Konġunta S2R u dwar l-użu ta' trainees skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament;

(s)

fejn adatt, jissottometti lill-Kummissjoni kwalunkwe talba biex ikun emendat dan ir-Regolament proposta minn kwalunkwe membru tal-Impriża Konġunta S2R;

(t)

jiddeċiedi dwar proposti lill-Kummissjoni dwar l-estensjoni jew l-istralċ tal-Impriża Konġunta;

(u)

jeżerċita kwalunkwe kompitu li mhuwiex allokat b'mod speċifiku lil wieħed mill-korpi tal-Impriża Konġunta S2R li huwa jista' jagħti lil wieħed minn dawk il-korpi.

Artikolu 9

Ħatra, tneħħija jew estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija minn lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara proċedura ta' għażla miftuħa u trasparenti.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv huwa membru tal-persunal u għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Impriża Konġunta S2R taħt l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjiegi ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni.

3.   Għall-fini tal-konklużjoni tal-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Impriża Konġunta S2R għandha tkun rappreżentata mill-president tal-Bord ta' Tmexxija.

4.   Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni li tikkunsidra l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Impriża Konġunta S2R.

5.   Il-Bord ta' Tmexxija, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.

6.   Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perijodu globali.

7.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu biss b'deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.

Artikolu 10

Kompiti tad-Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli mit-tmexxija ta' kuljum tal-Impriża Konġunta S2R skont id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Impriża Konġunta S2R. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli lejn il-Bord ta' Tmexxija u jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'indipendenza sħiħa fil-limiti tal-poteri assenjati lilu.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Impriża Konġunta S2R. Huwa Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprovdi lill-Bord ta' Tmexxija bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tiegħu.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu b'mod partikolari:

(a)

iħejji u jippreżenta għall-adozzjoni lill-Bord ta' Tmexxija l-abbozz tal-baġit annwali, inkluż il-pjan tal-istabbiliment tal-persunal korrispondenti billi jindika l-għadd ta' postijiet temporanji f'kull grad grupp tal-funzjoni u l-għadd ta' persunal b'kuntratt u esperti nazzjonali ssekondati espressi f'ekwivalenti full-time;

(b)

iħejji u jippreżenta għall-adozzjoni lill-Bord ta' Tmexxija l-pjanijiet ta' ħidma annwali tal-Impriża Konġunta u l-istimi tal-ispejjeż korrispondenti;

(c)

jippreżenta l-kontijiet annwali lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni;

(d)

jipprepara u jippreżenta għall-adozzjoni lill-Bord ta' Tmexxija r-rapport ta' attività annwali msemmi fl-Artikolu 19(2), u tali rapporti oħrajn li jistgħu jintalbu mill-Bord ta' Tmexxija;

(e)

jittratta soluzzjoni tat-tilwim tat-tieni istanza fi ħdan l-IPs;

(f)

jittratta soluzzjoni tat-tilwim tal-ewwel istanza fost l-IPs;

(g)

jamministra s-sejħiet u jippreżenta għall-approvazzjoni lill-Bord ta' Tmexxija l-lista ta' azzjonijiet magħżula għall-finanzjament;

(h)

jiffirma ftehimiet jew deċiżjonijiet individwali;

(i)

jiffirma kuntratti ta' akkwist;

(j)

jiżgura li jitwettqu l-obbligi tal-Impriża Konġunta, fir-rigward tal-kuntratti u l-ftehim li hija tikkonkludi;

(k)

jiżgura l-koordinazzjoni bejn id-diversi IPs u jieħu azzjoni adatta biex jiġġestixxi l-interfaċċji, jevita d-duplikazzjoni bla ħtieġa bejn proġetti u jiffavorixxi s-sinerġiji fost l-IPs;

(l)

jipproponi lill-Bord ta' Tmexxija adattamenti tal-kontenut tekniku u allokazzjonijiet baġitarji bejn l-IPs;

(m)

jiżgura li l-objettivi ppjanati u l-iskedi jiġu sodisfatti, jikkoordina u jsegwi l-attivitajiet tal-IPs u jipproponi kwalunkwe evoluzzjoni adatta tal-objettivi u l-iskeda relatata;

(n)

jissorvelja l-progress li jsir mill-IPs biex jinkisbu l-għanijiet;

(o)

ifassal u jimplimenta l-politika ta' komunikazzjoni tal-Impriża Konġunta S2R;

(p)

jippreżenta lill-Bord ta' Tmexxija proposti dwar l-organigramma;

(q)

jorganizza, jidderieġi u jissorvelja l-operazzjonijiet u l-persunal tal-Impriża Konġunta S2R fil-limiti tad-delegazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija kif previst fl-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament;

(r)

jiżgura li l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta jitwettqu b'indipendenza sħiħa u mingħajr kwalunkwe konflitt ta' interess;

(s)

jistabbilixxi u jiżgura l-funzjonament ta' sistema effettiva u effiċjenti ta' kontroll intern u jirrapporta kwalunkwe bidla sinifikanti fiha lill-Bord ta' Tmexxija;

(t)

jiżgura lil-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju jitwettqu;

(u)

jieħu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa għall-valutazzjoni tal-progress tal-Impriża Konġunta S2R biex tilħaq l-objettivi tagħha;

(v)

jinforma lill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati, lill-Kumitat Xjentifiku u lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea b'mod regolari dwar il-kwistjonijiet kollha relevanti għar-rwoli konsultattivi tagħhom. F'dan ir-rigward, id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għandu jattendi l-laqgħa tal-kumitat tal-programm f'konfigurazzjoni speċifika dwar it-trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat tal-Orizzont 2020 fuq talba tal-kumitat darba fis-sena tul il-ħajja tal-Impriża Konġunta sabiex jiddeskrivi fil-qosor il-progress tal-inizjattiva Shift2Rail;

(w)

iwettaq kwalunkwe kompitu ieħor fdat jew delegat lid-Direttur Eżekuttiv mill-Bord ta' Tmexxija.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi Uffiċċju tal-Programm għall-eżekuzzjoni, taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv, ta' kull kompitu ta' appoġġ li joħroġ minn dan ir-Regolament. L-Uffiċċju tal-Programm għandu jkun magħmul mill-persunal tal-Impriża Konġunta S2R u għandu b'mod partikolari jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin:

(a)

jipprovdi appoġġ għall-istabbiliment u l-ġestjoni ta' sistema xierqa ta' kontijiet skont ir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta S2R;

(b)

jamministra s-sejħiet kif previst fil-pjan ta' ħidma annwali u jamministra l-ftehimiet jew deċiżjonijiet, inklużi l-koordinazzjoni tagħhom;

(c)

jipprovdi lill-membri u lill-korpi l-oħra tal-Impriża Konġunta S2R bl-informazzjoni rilevanti kollha u l-appoġġ meħtieġ għalihom biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom kif ukoll iwieġeb it-talbiet speċifiċi tagħhom;

(d)

jaġixxi bħala s-segretarjat tal-korpi tal-Impriża Konġunta S2R u jipprovdi appoġġ lil kwalunkwe grupp ta' ħidma stabbilit mill-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 11

Kumitati ta' Tmexxija tal-Programmi ta' Innovazzjoni

1.   Għandhom jiġu stabbiliti Kumitati ta' Tmexxija għal kull wieħed mill-Programmi ta' Innovazzjoni.

2.   Kull Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn:

(a)

rappreżentant ta' kull membru fundatur u membru assoċjat li jissodisfa il-kriterji elenkati fl-Artikolu 1(2) jew, għal impriżi ferrovjarji, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4(5);

(b)

rappreżentant ta' kull membru assoċjat li jipparteċipa fil-Programm għall-Innovazzjoni;

(c)

rappreżentant wieħed jew aktar tal-Uffiċċju tal-Programm, kif maħtur mid-Direttur Eżekuttiv.

3.   Kull Kumitat ta' Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, abbażi ta' mudell komuni approvat mill-Bord ta' Tmexxija. Għandu jagħżel president minn fost il-membri tiegħu. Rappreżentant tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea jista' jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat ta' Tmexxija bħala osservatur. Membri oħra b'interess fir-riżultati tal-IP jistgħu jiġu mistiedna jattendu.

4.   Kull Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun responsabbli fost oħrajn għal:

(a)

il-proposta lill-Bord ta' Tmexxija ta' lista mqassra ta' tal-inqas żewġ kandidati li minnhom jiġi magħżul ir-rappreżentant tal-IP fil-Bord ta' Tmexxija kif ukoll, fejn meħtieġ, tiġi stabbilita ordni ta' rotazzjoni. Kemm jista' jkun, il-lista mqqassra għandha tirrifletti rappreżentazzjoni bilanċjata ta' SMEs, tal-komunità tar-riċerka u ta' atturi mill-katina tal-valur ferrovjarja sħiħa, inkluż minn barra s-settur ferrovjarju tradizzjonali;

(b)

l-għoti ta' kontribut tekniku rilevanti lill-IP tiegħu, b'mod partikolari għall-iżvilupp tas-sejħiet għal proposti sabiex jiġu approvati mill-Bord ta' Tmexxija;

(c)

l-istabbiliment tal-pjanijiet ta' implimentazzjoni annwali dettaljati għall-IP skont il-pjanijiet ta' ħidma annwali adottati mill-Bord ta' Tmexxija f'konformità mal-Artikolu 2(c);

(d)

ir-rappurtar lid-Direttur Eżekuttiv abbażi tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ewlenin definiti fl-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Aġenzija Ferrovjarja Ewropea

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tikkontribwixxi għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-S2R, b'mod partikolari billi twettaq il-kompiti konsultattivi li ġejjin:

(a)

tipproponi emendi possibbli għall-Pjan Regolatorju tal-S2R u l-pjanijiet ta' ħidma annwali, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tar-riċerka li għandha x'taqsam mal-ħolqien ta' żona ferrovjarja unika Ewropea jkunu koperti;

(b)

tipproponi, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament, linji gwida għal attivitajiet ta' riċerka u żvilupp li jwasslu għal standards tekniċi bil-ħsieb li tiġi ggarantita l-interoperabbiltà u s-sikurezza tar-riżultati;

(c)

tirrieżamina l-iżviluppi komuni għas-sistema futura u tikkontribwixxi għad-definizzjoni tas-sistemi fil-mira fil-qasam tar-rekwiżiti regolatorji;

(d)

tirrieżamina l-attivitajiet u r-riżultati ta' proġetti bl-għan li tivverifika r-rilevanza tagħhom għall-għanijiet identifikati fl-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament u tiżgura l-interoperabbiltà u s-sikurezza tar-riżultati tar-riċerka.

Artikolu 13

Kumitat Xjentifiku

1.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun kompost minn mhux iktar minn tnax-il membru. Għandu jagħżel president minn fost il-membri tiegħu.

2.   Il-membri għandhom jirriflettu rappreżentazzjoni bbilanċjata ta' xjenzati u inġiniera magħrufa mad-dinja kollha mill-akkademja, l-industrijaSMEs, organizzazzjonijiet non-governattivi u korpi regolatorji. Kollettivament, il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandu jkollhom il-kompetenzi xjentifiċi u l-esperjenza meħtieġa li jkopru d-dominju tekniku meħtieġ biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet strateġiċi bbażati fuq ix-xjenza lill-Impriża Konġunta S2R.

3.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u l-proċess tal-għażla għall-kompożizzjoni tal-Kumitat Xjentifiku u għandu jaħtar il-membri tiegħu. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jqis il-kandidati potenzjali proposti mill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati, l-ERRAC u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji.

4.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

jagħti parir dwar il-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi li għandhom jiġu indirizzati fil-pjanijiet ta' ħidma annwali;

(b)

jagħti pariri dwar il-kisbiet xjentifiċi u teknoloġiċi deskritti fir-rapport annwali tal-attività;

(c)

jissuġġerixxu oqsma possibbli ta' riċerka avvanzata li jistgħu jkunu soġġetti għal aktar żviluppi;

(d)

jissuġġerixxi sinerġiji possibbli ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali u internazzjonali fil-qasam tekniku ferrovjarju, b'mod partikolari permezz tal-Pjattaforma Teknoloġika tal-Kunsill Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka Ferrovjarja (ERRAC), kif ukoll ma' dawk f'oqsma oħra, kif identifikati fl-Artikolu 2(k).

5.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-laqgħat għandhom jissejħu mill-president tiegħu.

6.   Il-Kumitat Xjentifiku jista', bil-qbil tal-president, jistieden persuni oħra biex jattendu l-laqgħat tiegħu.

7.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 14

Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istat

1.   Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jikkonsisti minn rappreżentat wieħed ta' kull Stat Membru u ta' kull pajjiż assoċjat ma' Orizzont 2020. Huwa għandu jagħżel president u viċi president minn fost il-membri tiegħu.

2.   Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-laqgħat għandhom jissejħu mill-president tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv u l-president tal-Bord ta' Tmexxija jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jattendu l-laqgħat.

3.   Il-membri tal-Kumitat taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, stabbilit permezz tal-Artikolu 62 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jew ir-rappreżentanti tagħhom, u l-membri tal-Kumitat għall-Interoperabbiltà u s-Sikurezza Ferrovjarja, stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati.

4.   Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jkun involut u, b'mod partikolari, għandu jirrieżamina informazzjoni u jipprovdi opinjonijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:

(a)

l-aġġornament ta' orjentazzjoni strateġika u tal-Pjan Regolatorju tal-S2R u dwar il-progress lejn il-ksib tal-miri tagħha;

(b)

il-pjanijiet ta' ħidma annwali tal-Impriża Konġunta S2R;

(c)

konnessjonijiet ma' Orizzont 2020 u strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u l-ESIF;

(d)

konnessjonijiet mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar it-trasport ferrovjarju u l-għan tal-ksib ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea;

(e)

l-involviment tal-SMEs u atturi rilevanti minn barra is-settur ferrovjarju tradizzjonali.

5.   Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jipprovdi wkoll informazzjoni lill-Impriża Konġunta S2R u jaġixxi bħala interfaċċa magħha fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istatus ta' programmi ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali rilevanti u l-identifikazzjoni ta' oqsma potenzjali ta' kooperazzjoni, inkluż l-istazzjonar ta' teknoloġiji rilevanti, sabiex jippermettu sinerġiji u jevitaw sovrappożizzjonijiet;

(b)

il-miżuri speċifiċi meħuda fil-livell nazzjonali fir-rigward ta' avvenimenti ta' disseminazzjoni, workshops tekniċi dedikati u attivitajiet ta' komunikazzjoni.

6.   Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati jista' joħroġ, fuq inizjattiva proprja, rakkomandazzjonijiet u proposti lill-Bord ta' Tmexxija dwar kwistjonijiet tekniċi, maniġerjali u finanzjarji, kif ukoll dwar pjanijiet annwali, b'mod partikolari meta dawk il-kwistjonijiet jolqtu interessi nazzjonali jew reġjonali. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jqis dawn il-proposti u jinforma mingħajr dewmien bla bżonn lill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati dwar is-segwitu li jkun għamel għal tali rakkomandazzjonijiet jew proposti, inklużi l-ġustifikazzjonijiet jekk dawn ma jitqisux.

7.   Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jirċievi informazzjoni b'mod regolari, fost l-oħrajn dwar il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet ffinanzjati mill-Impriża Konġunta S2R, dwar l-eżitu ta' kull sejħa u implimentazzjoni ta' proġett, dwar sinerġiji ma' programmi oħrajn rilevanti tal-Unjoni, u dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta S2R.

8.   Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

Artikolu 15

Gruppi ta' Ħidma

1.   Sabiex jitwettqu l-kompiti previsti fl-Artikolu 2, il-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta S2R jista' jistabbilixxi numru limitat ta' gruppi ta' ħidma sabiex iwettqu attivitajiet li jkunu delegati lilhom mill-Bord ta' Tmexxija. Dawn il-gruppi għandhom ikunu magħmula minn esperti u għandhom jaħdmu b'mod trasparenti.

2.   L-esperti li jieħdu sehem fil-gruppi ta' ħidma m'għandhomx jappartjenu għall-persunal tal-Impriża Konġunta S2R.

3.   Sabiex tiġi żgurata firxa wiesgħa ta' għarfien espert, l-Impriża Konġunta S2R għandha tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs, organizzazzjonijiet ta' riċerka u atturi minn barra s-settur ferrovjarju tradizzjonali fil-gruppi ta' ħidma.

4.   Il-gruppi ta' ħidma għandhom ikunu preseduti minn rappreżentant tal-Impriża Konġunta S2R. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandhom jassistu f'dawn il-gruppi ta' ħidma bħala osservaturi.

Artikolu 16

Sorsi ta' finanzjament

1.   L-Impriża Konġunta S2R għandha tiġi ffinanzjata b'mod konġunt mill-Unjoni u l-membri għajr l-Unjoni u l-entitajiet affiljati tagħhom permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa f'pagamenti u f'kontribuzzjonijiet in natura, li jikkonsistu mill-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet indiretti li mhumiex rimborżati mill-Impriża Konġunta S2R.

2.   L-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta S2R ma għandhomx jaqbżu s-EUR 27 000 000, u għandhom ikunu koperti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji maqsuma ugwalment fuq bażi annwali bejn l-Unjoni u l-membri tal-Impriża Konġunta S2R għajr l-Unjoni, ħlief iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet. Il-kontribuzzjoni tal-membri għajr l-Unjoni għandha tiġi determinata b'mod proporzjonali mal-impenn tal-baġit rispettiv tagħhom. Jekk parti mill-ispejjeż amministrattivi ma tintużax, tista' tkun disponibbli biex tkopri l-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta S2R.

3.   L-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jiġu koperti permezz ta':

(a)

kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni;

(b)

kontribuzzjonijiet in natura mill-Membri għajr l-Unjoni permezz tal-entitajiet affiljati li jikkonsistu mill-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet indiretti li minnhom titnaqqas il-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta S2R u kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għal dawk l-ispejjeż.

4.   Ir-riżorsi tal-Impriża Konġunta S2R imdaħħla fil-baġit tagħha għandhom ikunu magħmula mill-kontribuzzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri għall-ispejjeż amministrattivi;

(b)

il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-ispejjeż operattivi;

(c)

kwalunkwe dħul iġġenerat mill-Impriża Konġunta S2R;

(d)

kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja, riżorsa u dħul oħrajn.

5.   L-imgħax kollu ġġenerat mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jitqiesu bħala dħul tagħha.

6.   Ir-riżorsi kollha tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jiġu ddedikati għall-issodisfar tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament.

7.   L-Impriża Konġunta S2R għandu jkollha l-assi kollha ġġenerati minnha jew trasferiti lilha sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħha previsti fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

8.   Suġġett għall-Artikolu 24(4), ma għandu jsir l-ebda pagament permezz ta' diviżjoni ta' kwalunkwe dħul żejjed fuq l-infiq lill-membri tal-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 17

Allokazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta S2R ddedikata għal spejjeż operattivi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament u l-kontribut addizzjonali msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu allokati kif ġej:

(a)

sa 40 % għandhom jiġi allokat lill-membri fundaturi, għajr l-Unjoni, u l-entitajiet affiljati tagħhom;

(b)

sa 30 % għandhom jiġi allokat lill-membri assoċjati u l-entitajiet affiljati tagħhom;

(c)

mill-inqas 30 % għandhom jiġu allokat permezz ta' sejħiet kompetittivi għal proposti u sejħiet għal offerti.

2.   Il-finanzjament taħt il-paragrafu 1 għandu jiġi allokat wara evalwazzjoni ta' proposti minn esperti indipendenti.

3.   L-impenji finanzjarji tal-Impriża Konġunta S2R ma għandhomx jaqbżu l-ammont ta' riżorsi finanzjarji disponibbli jew impenjati għall-baġit tagħha mill-membri.

Artikolu 18

Sena finanzjarja

Is-sena finanzjarja għandha tkun bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru.

Artikolu 19

Ippjanar operattiv u finanzjarju

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal u jippreżenta għall-adozzjoni lill-Bord ta' Tmexxija abbozz ta' pjan ta' ħidma annwali abbażi tal-Pjan Regolatorju tal-S2R, li għandu jinkludi pjan dettaljat tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, l-attivitajiet amministrattivi u l-estimi tal-infiq korrispondenti għas-sena li jkun imiss. L-abbozz ta' pjan ta' ħidma għandu jinkludi wkoll il-valur stmat tal-kontribuzzjonijiet li għandhom isiru f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 16(3).

2.   Il-programm ta' ħidma annwali għal sena partikolari għandu jkun adottat sa tmiem is-sena preċedenti. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun disponibbli pubblikament.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara l-abbozz tal-baġit annwali għas-sena segwenti u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni.

4.   Il-baġit annwali għal sena partikolari għandu jkun adottat mill-Bord ta' Tmexxija sa tmiem is-sena preċedenti.

5.   Il-baġit annwali għandu jkun adottat biex iqis l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stabbilit fil-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 20

Rappurtar operattiv u finanzjarju

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta annwalment lill-Bord ta' Tmexxija dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu/tagħha f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta S2R.

2.   Fi żmien xahrejn mill-għeluq ta' kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni rapport ta' ħidma annwali dwar il-progress li sar mill-Impriża Konġunta S2R fis-sena kalendarja preċedenti, b'mod partikolari b'rabta mal-pjan ta' ħidma annwali għal dik is-sena. Dak ir-rapport għandu jinkludi, fost oħrajn, informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

riċerka, innovazzjoni u azzjonijiet oħra mwettqa u l-ispiża relatata;

(b)

l-azzjonijiet ippreżentati, inkluża analiżi statistika skont it-tip ta' parteċipant, inklużi SMEs, u għal kull pajjiż;

(c)

l-azzjonijiet magħżula għall-finanzjament inkluża analiżi statistika skont it-tip ta' parteċipant, inklużi SMEs, u għal kull pajjiż u li tindika l-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta S2R lill-parteċipanti u l-azzjonijiet individwali;

(d)

il-progress lejn il-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament u proposti għal ħidma ulterjuri meħtieġa biex jinkisbu dawn l-objettivi. Meta jkun approvat mill-Bord ta' Tmexxija, ir-rapport ta' attività annwali għandu jintbagħat lill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati u jkun disponibbli pubblikament.

3.   L-Impriża Konġunta S2R għandha tirrapporta annwalment lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

4.   Sal-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Impriża Konġunta S2R jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

Sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, l-Impriża Konġunta S2R għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri.

Hekk kif jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Impriża Konġunta S2R skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Impriża Konġunta S2R u d-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżentahom lill-Bord ta' Tmexxija għal opinjoni.

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Impriża Konġunta S2R.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija sal-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja.

Il-kontijiet finali jiġu ppubblikati fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.

Sat-30 ta' Settembru, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha li saru fir-rapport annwali tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord ta' Tmexxija.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni f'konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

5.   Il-kontijiet tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jiġu eżaminati minn korp indipendenti ta' awditjar kif stipulat fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Artikolu 21

Awditu intern

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżegwixxi l-istess setgħat fuq l-Impriża Konġunta S2R bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

Artikolu 22

Responsabbiltà tal-membri u assigurazzjoni

1.   L-obbligu finanzjarju tal-membri għad-djun tal-Impriża Konġunta S2R għandu jkun limitat għall-kontribuzzjoni tagħhom li huma jkunu diġà għamlu għall-ispejjeż amministrattivi.

2.   L-Impriża Konġunta S2R għandha tieħu u żżomm assigurazzjoni xierqa.

Artikolu 23

Konflitt ta' interess

1.   L-Impriża Konġunta S2R, il-korpi tagħha u l-persunal għandhom jevitaw konflitt ta' interess fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom.

2.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' konflitti ta' interess fir-rigward tal-membri, il-korpi, il-persunal u l-persunal issekondat. F'dawk ir-regoli, għandu jsir provvediment biex jiġi evitat kwalunkwe konflitt ta' interess għar-rappreżentanti tal-membri li jservu fil-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 24

Proċess ta' stralċ

1.   Il-proċess ta' stralċ tal-Impriża Konġunta S2R għandu jibda fi tmiem il-perijodu stipulat fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-proċedura tal-proċess ta' stralċ għandha tinbeda awtomatikament jekk il-Kummissjoni jew il-membri l-oħra kollha għajr l-Unjoni jirtiraw mill-Impriża Konġunta S2R.

3.   Bil-għan li jitmexxew il-proċeduri biex jinbeda l-proċess ta' stralċ tal-Impriża Konġunta S2R, il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar likwidatur wieħed jew iktar, li għandhom ikunu konformi mad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija.

4.   Meta l-Impriża Konġunta S2R tkun għaddejja mill-proċess ta' stralċ, l-assi tagħha għandhom jintużaw biex ikopru l-obbligi tagħha u n-nefqa relatata mal-proċess ta' stralċ tagħha. Kwalunkwe eċċess għandu jitqassam fost il-membri fiż-żmien tal-proċess ta' stralċ b'mod proporzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom lill-Impriża Konġunta S2R. Kwalunkwe eċċess bħal dan imqassam lill-Unjoni għandu jiġi ritornat lill-baġit tal-Unjoni.

5.   Għandha tiġi stabbilita proċedura ad hoc li tiżgura l-ġestjoni xierqa ta' kwalunkwe ftehim konkluż jew deċiżjoni adottata mill-Impriża Konġunta S2R kif ukoll kwalunkwe kuntratt ta' akkwist b'tul ta' żmien li jaqbeż it-tul ta' żmien tagħha.


(1)  Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

(2)  Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).


ANNESS II

IL-MEMBRI FUNDATURI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA S2R GĦAJR L-UNJONI

1.   

ALSTOM TRANSPORT

2.   

ANSALDO STS

3.   

BOMBARDIER TRANSPORTATION

4.   

CONSTRUCCIONES Y AUXILIAR DE FERROCARRILES

5.   

NETWORK RAIL

6.   

SIEMENS AKTIENGESELLSCHAFT

7.   

THALES

8.   

TRAFIKVERKET


17.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/34


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 643/2014

tas-16 ta' Ġunju 2014

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rapportar ta' dispożizzjonijiet nazzjonali ta' natura prudenzjali rilevanti għall-qasam tal-iskemi tal-pensjonijiet okkupazzjonali skont id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju tal-2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (1) u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 20(11) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/41/KE teħtieġ lill-Istati Membri jirrapportaw lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet Okkupazzjonali (EIOPA) id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom ta' natura prudenzjali rilevanti għall-qasam tal-iskemi tal-pensjonijiet okkupazzjonali li mhumiex koperti mir-referenza għal-liġi nazzjonali soċjali u dik tax-xogħol fl-Artikolu 20(1) ta' dik id-Direttiva (minn hawn 'il quddiem “dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali”). Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament ma jaffettwawx il-kompetenzi tal-Istati Membri kif previst fid-Direttiva 2003/41/KE fir-rigward tal-liġi soċjali u tax-xogħol nazzjonali applikabbli għal istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali.

(2)

Huwa xieraq li l-EIOPA tagħmel l-informazzjoni rrapportata skont dan ir-Regolament disponibbli fuq il-websajt tagħha għall-ħolqien ta' sors ta' informazzjoni ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni dwar dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali.

(3)

Huwa rikonoxxut li l-Istati Membri jista' jkollhom dispożizzjonijiet applikabbli għal skemi ta' pensjoni okkupazzjonali f'oqsma bħal-liġi tal-kumpaniji, il-liġi dwar it-trusts u l-insolvenza li jestendu lil hinn minn dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali. L-obbligu ta' rapportar skont dan ir-Regolament mhuwiex maħsub li jipprovdi lista eżawrjenti tar-regoli legali u regolatorji kollha li taħthom joperaw skemi ta' pensjoni okkupazzjonali.

(4)

Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/41/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9 sa 16 u l-Artikoli 18, 19 u 20 ta' dik id-Direttiva għall-operati li jipprovdu għal irtirar okkupazzjonali ta' impriżi ta' assigurazzjoni li huma koperti bid-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-Istati Membri li għamlu użu minn din l-għażla japplikaw firxa ta' dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali għal intrapriżi ta' assigurazzjoni li huma differenti minn dawk applikabbli għal skemi ta' pensjoni okkupazzjonali. Għall-Istati Membri li jsegwu din l-għażla, l-obbligu ta' rapportar għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-assi u l-obbligi msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/41/KE.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fir-rapportar, għandu jiġi pprovdut mudell biex jintuża mill-awtoritajiet kompetenti meta jittrasmettu l-informazzjoni mitluba lill-EIOPA. Biex tippermetti aċċess faċli u l-komparabbiltà tal-informazzjoni trażmessa, il-lista formularja għandha tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/41/KE. Il-mudell għandu wkoll jiffaċilita r-rapportar ta' dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali li mhumiex koperti fil-lista, li huma ta' natura prudenzjali iżda mhux direttament marbuta mat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/41/KE.

(6)

Minħabba l-fatt li l-liġi tal-Unjoni ma tarmonizzax l-istrutturi ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali, hemm ħafna strutturi li fihom il-provvista ta' rtirar hija organizzata madwar l-Istati Membri. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw l-ismijiet ta' dawk l-istituzzjonijiet u jindikaw id-dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali applikabbli għal tipi strutturali differenti, fejn rilevanti.

(7)

L-obbligu ta' rapportar impost fuq awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-marġini ta' likwidità u l-fond ta' garanzija kif stabbilit fl-Artikoli 17a sa 17d tad-Direttiva 2003/41/KE, hu akkomodat fil-mudell tar-rapportar permezz tal-Artikolu 17(2) ta' dik id-Direttiva.

(8)

F'xi Stati Membri, id-dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali ma japplikawx fit-territorju kollu tal-Istat Membru rilevanti. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw fil-mudell jekk id-dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali tagħhom japplikawx għal territorji differenti fl-Istat Membru tagħhom, u l-ambitu territorjali tad-dispożizzjonijiet irrappurtati.

(9)

Informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali teħtieġ li tinżamm aġġornata mingħajr ma timponi piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti. Għalhekk, ir-rapportar għandu jkun limitat għal darba fis-sena. Biex tiżdied il-konsistenza tal-iżvelar tal-informazzjoni, għandhom jiġu ffissati d-data li għaliha r-rapportar jirreferi u d-data għat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-EIOPA. L-awtoritajiet kompetenti għanhom ikunu jistgħu jaġġornaw din l-informazzjoni bejn d-dati tar-rapportar fuq bażi volontarja.

(10)

Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali tkun disponibbli f'qasir żmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-ewwel trażmissjoni ta' informazzjoni għandha sseħħ fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tiegħu.

(11)

Kif speċifikat fil-Premessa 32 tad-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-istandards tekniċi abbozzati mill-EIOPA għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti prudenzjali dwar tali istituzzjonijiet kif previst fid-Direttiva 2003/41/KE.

(12)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-EIOPA lill-Kummissjoni.

(13)

L-EIOPA wettqet konsultazzjonijiet miftuħin għall-pubbliku dwar l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pensjonijiet Okkupazzjonali stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Proċeduri tar-rapportar

1.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jittrasmettu l-informazzjoni dwar dispożizzjonijiet prudenzjali lill-EIOPA għall-ewwel darba fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u mbagħad kull sena, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena kalendarja wara s-sena li fiha jintemm il-perjodu ta' sitt xhur.

2.   L-ewwel trasmissjoni tkun relatata ma' dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali li huma fis-seħħ fid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. It-trasmissjonijiet annwali għandhom ikunu relatati ma' dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali li huma fis-seħħ fl-1 ta' Marzu fis-sena kalendarja rilevanti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jittrasmettu informazzjoni aġġornata dwar id-dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali tagħhom lill-EIOPA f'kull ħin fuq bażi volontarja.

Artikolu 2

Format tar-rapportar u mudelli

1.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jirrapportaw u jaġġornaw id-dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali tagħhom, huma jużaw il-mudell ipprovdut fl-Anness billi jiġi indikat dan li ġej:

(a)

l-isem tal-awtorità kompetenti, l-isem tal-Istat Membru u d-data tat-trasmissjoni lill-EIOPA;

(b)

jekk din hijiex l-ewwel trasmissjoni, jew hijiex fuq bażi volontarja jew annwali;

(c)

jekk it-trasmissjoni għandhiex x'taqsam ma' impriżi tal-assigurazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/41/KE u t-tip ta' din l-impriża tal-assigurazzjoni;

(d)

jekk hemm aktar minn tip wieħed strutturali ta' istituzzjoni għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali fl-Istat Membru u jekk iva, l-ismijiet tat-tipi strutturali u d-dispożizzjonijiet nazzjonali prudenzjali applikabbli għalihom;

(e)

jekk id-dispożizzjonijiet irrapportati japplikawx għal territorji differenti fi Stat Membru u jekk iva, l-ambitu territorjali ta' dawk id-dispożizzjonijiet irrappurtati;

(f)

referenzi għall-isem u n-numru uffiċjali rispettivi tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli;

(g)

hyperlink għat-taqsima rilevanti tal-websajt li fih it-test sħiħ tal-atti u l-istrumenti rilevanti oħra, fejn disponibbli.

2.   Fejn fi Stat Membru hemm dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali li mhumiex koperti mil-lista formularja stabbilit fl-Anness, l-awtorità kompetenti rilevanti tindika dawn id-dispożizzjonijiet fil-kategorija “Oħrajn” fil-mudell.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jissottomettu l-mudelli kompluti lill-EIOPA f'format elettroniku.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

(2)  Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120).

(4)  Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


ANNESS

Mudell dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' natura prudenzjali rilevanti għall-qasam tal-iskemi tal-pensjonijiet okkupazzjonali

Isem tal-awtorità kompetenti

Isem tal-Istat Membru

Data tat-trasmissjoni lill-EIOPA

 

 

 

Ir-rapport jirrigwarda l-operat tal-provvediment għall-irtirar okkupazzjonali ta' impriżi tal-assigurazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2 (1) (c)

(jekk jogħġbok immarka b'x)

Iva

 

Hemm aktar minn tip wieħed strutturali ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali fil-ġurisdizzjoni tagħna kif imsemmija fl-Artikolu 2 (1) (d)

(jekk jogħġbok immarka b'x)

Iva

 

Le

 

Le

 

 

 

 

 

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti t-tip ta' assigurazzjoni l-impriża kif imsemmija fil-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti l-ismijiet tagħhom u agħmilha ċara jekk dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali differenti japplikaw għal tipi strutturali differenti tal-istituzzjonijiet għall-provvediment għall irtirar okkupazzjonali.

Tip ta' rapport

(jekk jogħġbok immarka b'x)

(a)

l-ewwel trasmissjoni — Art. 1(1) u Art. 1(2)

 

Firxa territorjali differenti tad-dispożizzjonijiet irrapportati kif imsemmija fl-Artikolu 2 (1) (e)

(jekk jogħġbok immarka b'x)

Iva

 

(b)

trasmissjoni volontarja — Art. 1(3)

 

Le

 

(c)

trasmissjoni annwali — Art. 1(1)

 

 

 

Jekk iva, jekk jogħġbok indika l-ambitu territorjali tad-dispożizzjonijiet irrappurtati.


Kodiċi

Partita

Id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2003/41/KE

10

Attivitajiet ta' istituzzjoni

Art. 7

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

20

Separazzjoni legali bejn impriżi li jisponsorjaw u istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali

Art. 8

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

30

Kondizzjonijiet ta' operazzjoni

Art. 9

31

 

Art. 9 (1)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

32

 

Art. 9 (2)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

33

 

Art. 9 (3)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

34

 

Art. 9 (4)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

35

 

Art. 9 (5)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

40

Kontijiet annwali u rapporti annwali

Art. 10

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

50

Dikjarazzjoni tal-prinċipji tal-politika ta' investiment

Art. 12

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

60

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti

Art. 13

61

 

Art. 13 (1)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

62

 

Art. 13 (2)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

70

Setgħat tal-intervent u d-dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti

Art. 14

71

 

Art. 14 (1)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

72

 

Art. 14 (2)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

73

 

Art. 14 (3)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

74

 

Art. 14 (4)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

75

 

Art. 14 (5)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

80

Dispożizzjonijiet tekniċi

Art. 15

81

 

Art. 15 (1)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

82

 

Art. 15 (2)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

83

 

Art. 15 (3)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

84

 

Art. 15 (4)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

85

 

Art. 15 (5)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

86

 

Art. 15 (6)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

90

Finanzjar ta' dispożizzjonijiet tekniċi

Art. 16

91

 

Art. 16 (1)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

92

 

Art. 16 (2)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

93

 

Art. 16 (3)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

100

Fondi proprji regolatorji

Art. 17

101

 

Art. 17 (1)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta'Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

102

 

Art. 17 (2)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

103

 

Art. 17 (3)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

110

Regoli ta' investiment

Art. 18

111

 

Art. 18 (1)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

112

 

Art. 18 (2)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

113

 

Art. 18 (3)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

114

 

Art. 18 (4)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

115

 

Art. 18 (5)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

116

 

Art. 18 (6)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

117

 

Art. 18 (7)

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

120

Ġestjoni u kustodja

Art. 19

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:


Oħrajn kif imsemmija fl-Artikolu 2(2)

Dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali li mhumiex koperti mil-lista ta' hawn fuq.

L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:

Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:


17.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 644/2014

tas-16 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li s-sistema ta' produzzjoni u l-miżuri ta' kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. L-Anness IV ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-iskop ta' ekwivalenza. Fid-dawl ta' informazzjoni ġdida li rċeviet il-Kummissjoni, għandhom isiru ċerti bidliet fil-listi stabbiliti f'dawk l-Annessi.

(2)

It-tul ta' żmien tal-inklużjoni tal-Kanada fil-lista provduta fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2014. Minħabba li l-Kanada għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-inklużjoni għandha tittawwal għal perjodu bla limitu.

(3)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 586/2013 (3) il-korp tal-kontroll NOCA Pvt. Ltd, Pune tneħħa mill-entrata għall-Indja fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 wara informazzjoni mill-Indja dwar is-sospensjoni ta' dak il-korp tal-kontroll. L-awtorità kompetenti tal-Indja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar it-tmiem ta' dik is-sospensjoni, kif ukoll dwar l-approvazzjoni tal-korp tal-kontroll ġdid M/S. Faircert Certification Services Pvt Ltd, Khargone. Dawk il-korpi tal-kontroll għandhom għalhekk jiġu miżjuda mal-entrata għall-Indja fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(4)

Abbażi tal-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni li turi li l-korp tal-kontroll SGS India Pvt. Ltd ma jirrispettax l-ambitu tar-rikonoxximent tal-Indja fir-rigward tal-prodotti li jistgħu jiġu importati, dak il-korp tal-kontroll għandu jitneħħa mill-entrata tal-Indja fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(5)

L-awtorità kompetenti tal-Ġappun nnotifikat lill-Kummissjoni bil-bidliet li jikkonċernaw żewġ korpi tal-kontroll rikonoxxuti, kif ukoll bil-ħames korpi tal-kontroll ġodda approvati li għandhom jiġu riflessi fl-entrata għall-Ġappun fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(6)

It-tul ta' żmien tal-inklużjoni tat-Tuneżija fil-lista provduta fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2014. Is-sejbiet tas-superviżjoni mwettqa mill-Kummissjoni indikaw il-ħtieġa li tittejjeb is-superviżjoni tas-sistema tal-kontroll mill-awtorità kompetenti Tuniżina. It-Tuneżija ħadet xi azzjonijiet korrettivi u sar xi progress. L-inklużjoni għandha tiġi mtawla sat-30 ta' Ġunju 2015 bil-ħsieb li jiġi verifikat l-infurzar ta' xi miżuri mħabbra.

(7)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet għall-inklużjoni fil-lista stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, li rċeviet sal-31 ta' Ottubru 2013. F'dik il-lista għandhom jiġu inklużi dawk il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll li għalihom l-eżami sussegwenti li kien sar tal-informazzjoni mibgħuta kollha, wassal għall-konklużjoni li huma jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti.

(8)

Għaldaqstant, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 586/2013 tal-20 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 rigward id-data tas-sottomissjoni tar-rapport annwali (ĠU L 169, 21.6.2013, p. 51).


ANNESS I

L-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-entrata dwar il-Kanada, il-punt 7 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“7.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: mhux speċifikat.”

(2)

Il-punt 5 tal-entrata dwar l-Indja jiġi emendat kif ġej:

(a)

Ir-ringiela għal IN-ORG-013 għandha titħassar.

(b)

Ir-ringiela li ġejja tiddaħħal wara r-ringiela għal IN-ORG-010:

“IN-ORG-011

Natural Organic Certification Agro Pvt. Ltd

www.nocaagro.com”

(c)

Tinżied ir-ringiela li ġejja:

“IN-ORG-023

Faircert Certification Services Pvt Ltd

www.faircert.com”

(3)

Il-punt 5 tal-entrata dwar il-Ġappun jiġi emendat kif ġej:

(a)

Ir-ringiela għal JP-BIO-006 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“JP-BIO-006

Ecocert Japan Limited.

www.ecocert.co.jp”

(b)

Ir-ringiela għal JP-BIO-023 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“JP-BIO-023

Rice Research Organic Food Institute

www.inasaku.or.tv”

(c)

Wara r-ringiela għal JP-BIO-030, għandhom jinżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“JP-BIO-031

Wakayama Organic Certified Association

www.vaw.ne.jp/aso/woca

JP-BIO-032

Shimane Organic Agriculture Association

www.shimane-yuki.or.jp/index.html

JP-BIO-033

The Mushroom Research Institute of Japan

www.kinoko.or.jp

JP-BIO-034

International Nature Farming Researech Center

www.infrc.or.jp

JP-BIO-035

Organic Certification Center

www.organic-cert.or.jp”

(4)

L-entrata dwar it-Tuneżija għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 5, l-entrata għal TN-BIO-006 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“TN-BIO-006

Institut National de la Normalisation et de la Propriété Industrielle (INNORPI)

www.innorpi.tn”

(b)

Il-punt 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“7.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni:30 ta' Ġunju 2015.”

ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-entrata dwar “Afrisco Certified Organic, CC”, il-punt 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.”

(2)

Fl-entrata dwar “ARGENCERT SA” il-punti 3 u 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Arġentina

AR-BIO-138

x

Iċ-Ċilì

CL-BIO-138

x

x

Il-Paragwaj

PY-BIO-138

x

x

L-Urugwaj

UY-BIO-138

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, prodotti koperti bl-Anness III.”

(3)

L-entrata dwar “Caucacert Ltd” għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: 2, Marshal Gelovani Street, 5th floor, Suite 410, Tbilisi 0159, il-Ġeorgja.”

(h)

Il-punt 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.”

(4)

Fl-entrata dwar “Ceres Certification of Environment standards GmbH”, il-punt 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.”

(5)

Fl-entrata dwar “Control Union Certifications” il-punti 3 u 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Afganistan

AF-BIO-149

x

x

x

x

L-Albanija

AL-BIO-149

x

x

x

x

Il-Bermuda

BM-BIO-149

x

x

x

x

Il-Butan

BT-BIO-149

x

x

x

x

Il-Brażil

BR-BIO-149

x

x

Il-Burkina Faso

BF-BIO-149

x

x

x

x

Il-Mjanmar/Burma

MM-BIO-149

x

x

x

x

Il-Kambodja

KH-BIO-149

x

x

x

x

Il-Kanada

CA-BIO-149

x

Iċ-Ċina

CN-BIO-149

x

x

x

x

Il-Kolombja

CO-BIO-149

x

x

x

x

Il-Kosta Rika

CR-BIO-149

x

x

Il-Côte d'Ivoire

CI-BIO-149

x

x

x

x

Ir-Repubblika Dominikana

DO-BIO-149

x

x

x

x

L-Ekwador

EC-BIO-149

x

x

x

x

L-Eġittu

EG-BIO-149

x

x

x

x

L-Etjopja

ET-BIO-149

x

x

x

x

Il-Gana

GH-BIO-149

x

x

x

x

Il-Ginea

GN-BIO-149

x

x

Il-Ħonduras

HN-BIO-149

x

x

x

x

Ħong Kong

HK-BIO-149

x

x

x

x

L-Indja

IN-BIO-149

x

x

x

L-Indoneżja

ID-BIO-149

x

x

x

x

L-Iran

IR-BIO-149

x

x

x

x

L-Iżrael

IL-BIO-149

x

x

Il-Ġappun

JP-BIO-149

x

x

Il-Korea t'Isfel

KR-BIO-149

x

x

x

x

Il-Kirgiżistan

KG-BIO-149

x

x

x

x

Il-Laos

LA-BIO-149

x

x

x

x

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK-BIO-149

x

x

x

x

Il-Malasja

MY-BIO-149

x

x

x

x

Mali

ML-BIO-149

x

x

x

x

Il-Mawrizju

MU-BIO-149

x

x

x

x

Il-Messiku

MX-BIO-149

x

x

x

x

Il-Moldova

MD-BIO-149

x

x

x

x

Il-Możambik

MZ-BIO-149

x

x

x

x

In-Nepal

NP-BIO-149

x

x

x

x

In-Niġerja

NG-BIO-149

x

x

x

x

Il-Pakistan

PK-BIO-149

x

x

x

x

It-Territorju Palestinjan Okkupat

PS-BIO-149

x

x

x

x

Il-Panama

PA-BIO-149

x

x

x

x

Il-Paragwaj

PY-BIO-149

x

x

x

x

Il-Perù

PE-BIO-149

x

x

x

x

Il-Filippini

PH-BIO-149

x

x

x

x

Ir-Rwanda

RW-BIO-149

x

x

x

x

Is-Serbja

RS-BIO-149

x

x

x

x

Is-Sjerra Leone

SL-BIO-149

x

x

Singapor

SG-BIO-149

x

x

x

x

L-Afrika t'Isfel

ZA-BIO-149

x

x

x

x

Is-Sri Lanka

LK-BIO-149

x

x

x

x

L-Isvizzera

CH-BIO-149

x

Is-Sirja

SY-BIO-149

x

x

x

x

It-Tanzanija

TZ-BIO-149

x

x

x

x

It-Tajlandja

TH-BIO-149

x

x

x

x

Timor Leste

TL-BIO-149

x

x

x

x

It-Turkija

TR-BIO-149

x

x

x

x

L-Uganda

UG-BIO-149

x

x

x

x

L-Ukraina

UA-BIO-149

x

x

x

x

L-Emirati Għarab Magħquda

AE-BIO-149

x

x

x

x

L-Istati Uniti

US-BIO-149

x

L-Urugwaj

UY-BIO-149

x

x

x

x

L-Uzbekistan

UZ-BIO-149

x

x

x

x

Il-Vjetnam

VN-BIO-149

x

x

x

x

Iż-Żambja

ZN-BIO-149

x

x

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: il-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u l-prodotti koperti bl-Anness III.”

(6)

Fl-entrata dwar “Ecoglobe”, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: 1, Aram Khachatryan Street, apt. 66, 0033 Yerevan, l-Armenja.”

(7)

Fl-entrata dwar “Ekolojik Tarim Kontrol Organizasyonu”, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Ażerbajġan

AZ-BIO-109

x

x

Il-Côte d'Ivoire

CI-BIO-109

x

x

L-Etjopja

ET-BIO-109

x

x

Il-Ġeorġja

GE-BIO-109

x

x

Il-Kazakistan

KZ-BIO-109

x

x

x

Il-Kirgiżistan

KG-BIO-109

x

x

Ir-Russja

RU-BIO-109

x

x

x

Is-Serbja

RS-BIO-109

x

x

x

x

It-Taġikistan

TJ-BIO-109

x

x

It-Turkija

TR-BIO-109

x

x

x

x

L-Ukraina

UA-BIO-109

x

x

x

x

L-Uzbekistan

UZ-BIO-109

x

x

—”

(8)

Fl-entrata dwar “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

Il-Baħamas

BS-BIO-144

x

x

x

Iċ-Ċina

CN-BIO-144

x

x

x

x

Ir-Repubblika Dominikana

DO-BIO-144

x

x

x

x

L-Ekwador

EC-BIO-144

x

x

x

x

Il-Gwatemala

GT-BIO-144

x

x

Il-Ħonduras

HN-BIO-144

x

x

x

x

Il-Malasja

MY-BIO-144

x

x

x

Il-Messiku

MX-BIO-144

x

x

x

In-Nikaragwa

NI-BIO-144

x

x

x

x

Il-Perù

PE-BIO-144

x

x

x

Il-Filippini

PH-BIO-144

x

x

x

x

El Salvador

SV-BIO-144

x

x

x

x

L-Afrika t'Isfel

ZA-BIO-144

x

x

x

It-Tajwan

TW-BIO-144

x

x

x

x

It-Turkija

TR-BIO-144

x

x

x”

(9)

Fl-entrata dwar “IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd. Ști”, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Afganistan

AF-BIO-158

x

x

L-Ażerbajġan

AZ-BIO -158

x

x

Il-Ġeorġja

GE-BIO-158

x

Il-Kazakistan

KZ-BIO-158

x

x

Ir-Repubblika Kirgiża

KG-BIO-158

x

x

Ir-Russja

RU-BIO-158

x

x

It-Taġikistan

TJ-BIO-158

x

x

It-Turkija

TR-BIO-158

x

x

It-Turkmenistan

TM-BIO-158

x

x

L-Ukraina

UA-BIO-158

x

x

x

L-Uzbekistan

UZ-BIO-158

x

x

L-Emirati Għarab Magħquda

AE-BIO-158

x

—”

(10)

Fl-entrata dwar “Indocert” il-punti 3 u 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Indja

IN-BIO-148

x

x

x

Is-Sri Lanka

LK-BIO-148

x

Il-Kambodja

KH-BIO-148

x

4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, prodotti koperti bl-Anness III.”

(11)

Fl-entrata dwar “NASAA Certified Organic Pty Ltd”, il-punti 3 u 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Awstralja

AU-BIO-119

x

L-Indoneżja

ID-BIO-119

x

x

Il-Malasja

MY-BIO-119

x

x

In-Nepal

NP-BIO-119

x

x

Il-Papwa Ginea Ġdida

PG-BIO-119

x

x

Is-Samoa

WS-BIO-119

x

x

Singapor

SG-BIO-119

x

x

Il-Gżejjer Solomon

SB-BIO-119

x

x

Is-Sri Lanka

LK-BIO-119

x

x

Timor Leste

TL-BIO-119

x

x

Tonga

TO-BIO-119

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III.”

(12)

Fl-entrata dwar “SGS Austria Controll-Co. GmbH”, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.”

(13)

Fl-entrata dwar “Organic crop improvement association”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

Il-Kanada

CA-BIO-120

x

x

Il-Gwatemala

GT-BIO-120

x

x

x

Il-Ġappun

JP-BIO-120

x

x

x

Il-Messiku

MX-BIO-120

x

x

x

In-Nikaragwa

NI-BIO-120

x

x

x

Il-Perù

PE-BIO-120

x

x

x

El Salvador

SV-BIO-120

x

x

x

—”

(14)

Fl-entrata dwar “Soil Association Certification Limited”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

Il-Beliże

BZ-BIO-142

x

x

Il-Kamerun

CM-BIO-142

x

x

Il-Kolombja

CO-BIO-142

x

L-Eġittu

EG-BIO-142

x

x

Il-Gana

GH-BIO-142

x

x

L-Iran

IR-BIO-142

x

x

Il-Kenja

KE-BIO-142

x

x

L-Afrika t'Isfel

ZA-BIO-142

x

x

x

It-Tajlandja

TH-BIO-142

x

x

L-Uganda

UG-BIO-142

x

x

Il-Venezwela

VE-BIO-142

x

—”


17.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/52


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 645/2014

tas-16 ta’ Ġunju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

76,2

TR

55,3

ZZ

65,8

0707 00 05

MK

39,0

TR

97,7

ZZ

68,4

0709 93 10

TR

110,3

ZA

27,3

ZZ

68,8

0805 50 10

AR

122,2

TR

71,0

ZA

111,6

ZZ

101,6

0808 10 80

AR

101,4

BR

83,1

CA

102,6

CL

99,4

CN

98,4

NZ

135,2

US

183,9

UY

168,2

ZA

126,2

ZZ

122,0

0809 10 00

TR

257,3

ZZ

257,3

0809 29 00

TR

345,8

ZZ

345,8

0809 30

MA

135,6

ZZ

135,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

17.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta' Ġunju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE

(2014/361/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 209(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) (minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim ta' Sħubija AKP-KE”),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE jistipula li l-Annessi Ia, Ib, II, III, IV u VI tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE jistgħu jiġu riveduti, eżaminati mill-ġdid u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE abbażi ta' rakkomandazzjoni min-naħa tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni AKP-UE għall-Finanzjament tal-Iżvilupp.

(2)

Ittieħdu impenji internazzjonali lejn l-effettività tal-għajnuna mill-Partijiet għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE f'Busan, f'Akkra u fid-DAC tal-OECD f'Pariġi fl-2010.

(3)

Ir-regoli tan-nazzjonalità u tal-oriġini jistgħu jkunu ulterjorment imtejba f'konformità ma' dawk l-impenji internazzjonali.

(4)

Il-kjarifika u s-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE jistgħu jtejbu l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-FEŻ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE li jinsab mehmuż ma' dan.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

N. DENDIAS


(1)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4) u bil-Ftehim iffirmat f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-UE

ta'

fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AKP-UE

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) kif emendat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2) u f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (3) (il-“Ftehim ta' Sħubija AKP-KE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE jistipula li l-Annessi Ia, Ib, II, III, IV u VI tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE jistgħu jiġu riveduti, eżaminati mill-ġdid u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat AKP-UE ta' Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp.

(2)

Ittieħdu impenji internazzjonali lejn l-effettività tal-għajnuna mill-Partijiet għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE f'Busan, f'Akkra u fid-DAC tal-OECD f'Pariġi fl-2010.

(3)

Ir-regoli tan-nazzjonalità u tal-oriġini jistgħu jkunu ulterjorment imtejba f'konformità mal-impenji internazzjonali msemmija hawn fuq.

(4)

Il-kjarifika u s-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE jistgħu jtejbu l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-FEŻ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 19C, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   F'konformità mal-impenn imsemmi fl-Artikolu 32(1)(a) u fl-Artikolu 50 ta' dan il-Ftehim, il-kuntratti u l-għotjiet iffinanzjati minn riżorsi mill-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni mal-AKP għandhom isiru skont il-leġislazzjoni applikabbli dwar l-ambjent u l-istandards bażiċi rikonoxxuti internazzjonalment fil-qasam tal-liġi dwar ix-xogħol.”;

(2)

L-Artikolu 20(1) jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet iffinanzjati mill-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi kollha li huma ċittadini ta', jew persuni ġuridiċi li huma stabbiliti b'mod effettiv fi:

a.

Stat tal-AKP, Stat Membru tal-Konunità Ewropea, benefiċjarji tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni tal-Komunità Ewropea, Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, u pajjiżi u territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (*1);

b.

pajjiżi u territorji fi stat ta' żvilupp, kif inklużi fil-lista ta' Riċevituri tal-ODA tad-DAC tal-OECD, li mhumiex membri tal-grupp G-20, mingħajr ħsara għall-istatus tar-Repubblika tal-Afrika ta' Isfel, kif regolat mill-Protokoll 3;

c.

pajjiżi li għalihom l-aċċess reċiproku għall-assistenza esterna ġie stabbilit mill-Kummissjoni bi ftehim mal-pajjiżi AKP;

L-aċċess reċiproku jista' jingħata, għal perjodu limitat ta' mill-inqas sena, kull meta pajjiż jikkonċedi eliġibbiltà fuq termini ugwali lil entitajiet mill-Komunità u minn pajjiżi eliġibbli taħt dan l-Artikolu;

d.

Stat membru tal-OECD, fil-każ ta' kuntratti implimentati f'Pajjiż l-Anqas Żviluppat (LDC) jew f'Pajjiż Fqir b'Ħafna Dejn (HIPC), kif inkluż fil-lista ta' Riċevituri tal-ODA tad-DAC tal-OECD ippubblikata mid-DAC tal-OECD.

(*1)   ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1. ”;"

(3)

Fl-Artikolu 20, jitħassar il-paragrafu 1a;

(4)

L-Artikolu 20(3) jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-provvisti u l-materjali kollha mixtrija taħt kuntratt ta' akkwist, jew b'konformità mal-ftehim ta' għoti, iffinanzjat mill-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandhom joriġinaw minn pajjiż eliġibbli, kif definit f'dan l-Artikolu.

Madankollu, huma jistgħu joriġinaw minn kwalunkwe Stat meta l-ammont ta' valur tal-provvisti u materjali li se jinxtaraw ikun taħt il-limitu għall-użu tal-proċedura kompetittiva nnegozjata, stabbilita skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 19C.

F'dan il-kuntest, id-definizzjoni tal-kunċett ta' ‘prodotti li joriġinaw’ għandha titqies fid-dawl tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, u l-provvisti li joriġinaw mill-Komunità għandhom jinkludu provvisti li joriġinaw mill-Pajjiżi u mit-Territorji Extra-Ewropej.”;

(5)

L-Artikolu 20(5) jinbidel b'dan li ġej:

“5.   Kull meta l-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni implimentata permezz ta' organizzazzjoni internazzjonali, il-parteċipazzjoni fi proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt il-paragrafu 1, kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt ir-regoli tal-organizzazzjoni, waqt li jiġi żgurat trattament ugwali għad-donaturi kollha. L-istess regoli japplikaw għall-provvisti u l-materjali.”;

(6)

L-Artikolu 20(6) jinbidel b'dan li ġej:

“6.   Kull meta l-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni implementata bħala parti minn inizjattiva reġjonali, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt il-paragrafu 1, kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha minn pajjiż parteċipanti fl-inizjattiva rilevanti. L-istess regoli japplikaw għall-provvisti u l-materjali.”;

(7)

L-Artikolu 20(7) jinbidel b'dan li ġej:

“7.   Kull meta l-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni kofinanzjata b'mod konġunt ma' sieħeb/sieħba jew ma' donatur ieħor jew implimentata permezz ta' kwalunkwe Fond Fiduċjarju stabbilit mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha li huma eliġibbli taħt il-paragrafu 1 u għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt ir-regoli ta' dak is-sieħeb, donatur ieħor jew taħt ir-regoli determinati fl-att kostituttiv tal-Fond Fiduċjarju.

Fil-każ ta' azzjonijiet implimentati permezz ta' entitajiet fdati, li jkunu Stati Membri jew l-aġenziji tagħhom, permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment jew permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-aġenziji tagħhom, il-persuni naturali jew ġuridiċi li huma eliġibbli taħt ir-regoli ta' dik l-entità fdata, kif identifikati fil-ftehimiet konklużi mal-entità ta' kofinanzjament jew ta' implimentazzjoni għandhom ikunu eliġibbli wkoll. L-istess regoli japplikaw għall-provvisti u l-materjali.”;

(8)

Fl-Artikolu 20 jiżdiedu l-paragrafi ġodda, 8 u 9, li ġejjin:

“8.   Kull meta l-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni kofinanzjata taħt Strument finanzjarju tal-UE ieħor, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt il-paragrafu 1, kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli skont kwalunkwe wieħed minn dawn l-Istrumenti. L-istess regoli japplikaw għall-provvisti u l-materjali.

9.   L-eliġibbiltà kif definita f'dan l-Artikolu tista' tiġi ristretta fir-rigward tan-nazzjonalità, tal-lokalizzazzjoni jew tan-natura tal-applikanti fejn ikun meħtieġ min-natura u mill-għanijiet tal-azzjoni u kif meħtieġ għall-implimentazzjoni effikaċi tagħha.”;

(9)

L-Artikolu 22(1) jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-offerenti, l-applikanti u l-kandidati minn pajjiżi terzi li mhumiex eliġibbli taħt l-Artikolu 20 jistgħu jkunu awtorizzati jipparteċipaw fi proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew għotjiet iffinanzjati mill-Komunità mill-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jew provvisti u materjali ta' oriġini mhux eliġibbli jistgħu jiġu aċċettati bħala eliġibbli fuq it-talba ġustifikata tal-Istati tal-AKP jew tal-organizzazzjoni jew korp rilevanti f'livell reġjonali jew intra-AKP fil-każ ta':

(a)

pajjiżi li tradizzjonalment għandhom rabtiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġeografiċi ma' pajjiżi benefiċjarji ġirien, jew

(b)

urġenza jew nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti u servizzi fis-swieq tal-pajjiżi kkonċernati, jew każijiet oħrajn debitament sostanzjati fejn ir-regoli tal-eliġibbiltà jagħmlu t-twettiq ta' proġett, programm jew azzjoni impossibbli jew eċċessivament diffiċli.

L-Istat tal-AKP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti f'livell reġjonali jew intra-AKP għandhom, f'kull okkażjoni, jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tiddeċiedi dwar tali deroga.”;

(10)

L-Artikolu 26(1)(a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

għal kuntratti ta' xogħlijiet ta' valur ta' inqas minn EUR 5 000 000, l-offerenti tal-Istati tal-AKP, sakemm mill-inqas kwart tal-ħażniet tal-kapital u tal-persunal maniġerjali joriġinaw minn Stat wieħed jew aktar tal-AKP, għandhom jingħataw preferenza tal-prezz ta' 10 % matul il-valutazzjoni finanzjarja;”;

(11)

L-Artikolu 26(1)(b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

għal kuntratti ta' forniment b'valur ta' inqas minn EUR 300 000, l-offerenti tal-Istati tal-AKP, individwalment jew f'konsorzju ma' sħab Ewropej, għandhom jingħataw preferenza tal-prezz ta' 15 % matul il-valutazzjoni finanzjarja;”;

(12)

L-Artikolu 26(1)(c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

fir-rigward ta' kuntratti ta' servizz minbarra Kuntratti ta' qafas tal-Kummissjoni Ewropea, meta jiġu evalwati l-offerti tekniċi, għandha tingħata preferenza lil dawk l-offerti ppreżentati minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi tal-Istati tal-AKP, sew individwalment jew f'konsorzju bejniethom.”:

(13)

L-Artikolu 26(2) jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1, fejn żewġ offerti għax-xogħlijiet, provvisti jew kuntratti ta' servizz ikunu rikonoxxuti bħala ekwivalenti, għandha tingħata preferenza:

(a)

lill-offerent ta' Stat tal-AKP; jew

(b)

jekk ma ssir ebda tali offerta, lill-offerent li:

(i)

jipprovdi għall-aħjar użu possibbli tar-riżorsi fiżiċi u umani tal-Istati tal-AKP;

(ii)

joffri l-aqwa possibiltajiet subkontrattwali lill-kumpanniji, intrapriżi jew persuni fiżiċi tal-AKP; jew

(iii)

jkun konsorzju ta' persuni fiżiċi, ta' kumpanniji jew ta' ditti mill-Istati tal-AKP u mill-Komunità.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE

Il-President


(1)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif rettifikat mill-ĠU L 385, 29.12.2004, p. 88.

(2)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(3)   ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.


17.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/58


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Ġunju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2009/109/KE dwar l-organizzazzjoni ta' esperiment temporanju li jipprovdi għal ċerti derogi għat-tqegħid fis-suq ta' taħlitiet taż-żrieragħ intiżi għall-użu bħala pjanti tal-għalf skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE

(notifikata bid-dokument C(2014) 3788)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/362/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa (1) ta' pjanti tal-għalf, u b'mod partikolari l-Artikolu 13a tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/109/KE (2) tistipula l-organizzazzjoni, sal-31 ta' Mejju 2014, ta' esperiment temporanju li jippermetti t-tqegħid fis-suq ta' taħlitiet taż-żrieragħ intiżi għall-użu bħala pjanti tal-għalf li jinkludu wkoll ċerti speċi li mhumiex imniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (3), id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE (4) jew id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (5), bil-għan li tivverifika jekk tali speċi jissodisfawx ir-rekwiżiti biex jiġu inklużi fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 66/401/KEE.

(2)

L-informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u l-aċċettazzjoni tat-tqegħid fis-suq ta' taħlitiet ta' żrieragħ intiżi għall-għalf għadha mhix biżżejjed u hemm bżonn li titlesta u tiġi konsolidata. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi estiż it-tul ta' żmien tal-esperiment temporanju.

(3)

Mill-bidu tal-esperiment temporanju u bħala riżultat ta' proġetti ta' riċerka u żvilupp, attwalment qed jiġu studjati diversi speċi oħra li huma meqjusa ta' interess għal taħlitiet futuri. L-ispeċi Lathyrus cicera, Medicago doliata u Trifolium isthmocarpum għandhom għalhekk ikunu inklużi fl-ambitu ta' dan l-esperiment.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal Propagattiv għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/109/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

Jiġi organizzat esperiment temporanju fil-livell tal-Unjoni biex jevalwa jekk l-ispeċi li ġejjin: Biserrula pelecinus, Lathyrus cicera, Lotus glaber, Lotus uliginosus, Medicago doliata, Medicago italica, Medicago littoralis, Medicago murex, Medicago polymorpha, Medicago rugosa, Medicago scutelatta, Medicago truncatula, Ornithopus compressus, Ornithopus sativus, Plantago lanceolata, Trifolium fragiferum, Trifolium glanduliferum, Trifolium hirtum, Trifolium isthmocarpum, Trifolium michelianum, Trifolium squarrosum, Trifolium subterraneum, Trifolium vesiculosum u Vicia benghalensis (minn hawn 'il quddiem ‘l-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1’), jistgħux jitqiegħdu fis-suq bħala taħlitiet ta' żrieragħ jew f'taħlititiet ta' żrieragħ, bil-għan li jiġi deċiż jekk xi wħud minn dawk l-ispeċi jew kollha għandhomx jitniżżlu fil-lista ta' pjanti tal-għalf fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 66/401/KEE.”

2.

Fl-Artikolu 9 il-kliem “il-31 ta' Mejju 2014” għandhom jinbidlu b' “il-31 ta' Mejju 2016”.

3.

Fl-Anness I, għandhom jiżdiedu fit-tabella l-annotazzjonijiet li ġejjin:

1

2

3

4

5

6

7

Lathyrus cicera

80

95

1,0

(c) (d) (e)

25

1 000

Medicago doliata

70

98

2,0

(c) (d) (e)

10

100

Trifolium isthmocarpum

70 (inklużi żrieragħ ibsin)

98

1,0

(c) (d) (e)

10

100”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/109/KE tad-9 ta' Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni ta' esperiment temporanju li jipprovdi għal ċerti derogi għat-tqegħid fis-suq ta' taħlitiet taż-żrieragħ intiżi għall-użu bħala pjanti tal-għalf skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE biex jiġi stabbilit jekk ċerti speċi li mhumiex imniżżla fid-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/55/KE jew 2002/57/KE jissodisfawx ir-rekwiżiti biex ikunu inklużi fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 66/401/KEE (ĠU L 40, 11.2.2009, p. 26).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).


17.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Ġunju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2007/742/KE dwar il-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass

(notifikata bid-dokument C(2014) 3838)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/363/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-punt (c) tal-Artikolu 8(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-pompi tas-sħana arja-/salmura-/ilma-ilma li jipprovdu s-sħana lil sistema tat-tisħin ċentrali bl-ilma jaqgħu fl-ambitu tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/314/UE tat-28 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lill-ħiters abbażi tal-ilma (2).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE tad-9 ta' Novembru 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (3), tiskadi fil-31 ta' Ottubru 2014.

(3)

Saret valutazzjoni biex jiġu evalwati r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u tal-verifika, li huma stabbiliti minn din id-Deċiżjoni. Minħabba l-istadji differenti tal-proċess tar-reviżjoni għal din id-Deċiżjoni, jixraq li l-perjodu tal-validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u tal-verifika li din tistipula, jittawwal. Il-perjodu tal-validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u l-verifika stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/742/KE għandu jittawwal sal-31 ta' Diċembru 2016.

(4)

Il-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010.

(5)

Id-Deċiżjoni 2007/742/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/742/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 1, għandu jiżdied il-punt (c) li ġej:

(c)

pompi tas-sħana li jipprovdu s-sħana lil sistema tat-tisħin ċentrali abbażi tal-ilma

2.

Fl-Artikolu 4, il-“31 ta' Ottubru 2014” tinbidel bil-“31 ta' Diċembru 2016”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)   ĠU L 164, 3.6.2014, p. 83.

(3)   ĠU L 301, 20.11.2007, p. 14.