|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/229
tat-12 ta' Frar 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(2) |
Fit-12 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/236 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK sabiex testendi sat-30 ta' Ġunju 2015, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 20(14) ta' dik id-Deċiżjoni dwar atti u tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta' entitajiet elenkati sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq ta' obbligi previsti f'kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 jew f'kuntratti anċillari meħtieġa għat-twettiq ta' tali obbligi fejn il-provvista ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani jew ir-rikavati derivati mill-provvista tagħhom ikunu għar-rimborż ta' ammonti pendenti fir-rigward ta' kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 lill-persuni u entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu speċifikament għal tali rimborżi. |
|
(3) |
Dik il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, sabiex tiġi implimentata hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-punt (b) tal-Artikolu 28a tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, il-kliem “sal-31 ta' Diċembru 2014” huma sostitwiti bil-kliem “sat-30 ta' Ġunju 2015”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).
(3) Ara l-paġna 18 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
|
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/230
tat-12 ta' Frar 2015
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(2) |
Permezz tas-sentenza tagħha tat-12 ta' Diċembru 2013 fil-Kawża T-58/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill li Gholam Golparvar, Ghasem Nabipour, Mansour Eslami, Mohamad Talai, Mohammad Fard, Alireza Ghezelayagh, Hassan Zadeh, Mohammad Pajand, Ahmad Sarkandi, Seyed Rasool u Ahmad Tafazoly jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(3) |
Gholam Golparvar għandu jerġa' jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet. |
|
(4) |
Permezz tas-sentenza tagħha tat-3 ta' Lulju 2014 fil-Kawża T-565/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill li National Iranian Tanker Company tiġi inkluża fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(5) |
National Iranian Tanker Company għandha terġa' tiġi inkluża fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
ANNESS
I.
L-entità elenkata hawn taħt hija inkluża fil-lista li tinsab fil-Parti I tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012:I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||
|
140. |
National Iranian Tanker Company (NITC) |
|
National Iranian Tanker Company tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran permezz tal-azzjonisti tagħha l-Fond Statali Iranjan għall-Irtirar, l-Organizzazzjoni Iranjana tas-Sigurtà Soċjali, u l-Fond għall-Irtirar u t-Tfaddil ta' Ħaddiema fl-Industrija taż-Żejt, li huma entitajiet ikkontrollati mill-Istat. Barra minn hekk, NITC hija wieħed mill-ikbar operaturi ta' trasportaturi taż-żejt mhux maħdum fid-dinja u wieħed mill-ikbar trasportaturi taż-żejt mhux maħdum Iranjan. Għaldaqstant, NITC tipprovdi appoġġ loġistiku lill-Gvern tal-Iran billi tittrasporta ż-żejt Iranjan. |
|
II.
Il-persuna elenkata hawn taħt hija inkluża fil-lista li tinsab fil-Parti III tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012:III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)
A. Persuna
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
8. |
Gholam Hossein Golparvar |
Twieled fit-23 ta' Jannar 1957, Iranjan. Karta tal-Identità nru 4207. |
Is-Sur Golparvar jaġixxi f'isem IRISL u kumpanniji assoċjati magħha. Kien direttur kummerċjali ta' IRISL, kif ukoll Direttur Amministrattiv u azzjonist ta' SAPID Shipping Company, direttur mhux eżekuttiv u azzjonist ta' HDSL, u azzjonist ta' Rhabaran Omid Darya Ship Management Company, li huma indikati mill-UE bħala kumpanniji li jaġixxu f'isem IRISL. |
|
|
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/231
tal-11 ta' Frar 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 720/2014 dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata u li jipprevedi l-kwantitajiet addizzjonali li għandhom jiġu allokati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2014 (2) stabbilixxa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet ta' drittijiet tal-importazzjoni li ġew applikati għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 (3) għaċ-ċanga ffriżata. |
|
(2) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 720/2014, ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni dwar żball amministrattiv li wassal għan-notifika ta' kwantità ogħla mill-kwantità li attwalment tkun saret l-applikazzjoni għaliha. B'kunsiderazzjoni tal-kwantità li attwalment tkun tressqet applikazzjoni għaliha u li tirriżulta f'żieda tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni u tad-drittijiet tal-importazzjoni li għandhom jiġu allokati lill-operaturi kollha kkonċernati. |
|
(3) |
Għaldaqstant ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 720/2014 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali lill-operaturi. |
|
(5) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali kemm jista' jkun malajr, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 720/2014, “27,09851 %” hija sostitwita bi “28,237983 %”.
Artikolu 2
Sa mhux aktar tard mid-9 ta' Marzu 2015, l-Istati Membri għandhom jallokaw id-drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali li jirriżultaw mill-emendi magħmula mill-Artikolu 1 (“drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali”) għal operaturi li applikaw għal, u li ġew allokati lilhom, drittijiet tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għall-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni mill-1 ta' Lulju 2014 sal-30 ta' Ġunju 2015.
Id-drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali li għandhom jiġu allokati lil dawk l-operaturi għandhom jammontaw għal 1,139473 % tal-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-kummissjoni (UE) Nru 720/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 65).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta' Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni għal-laħam iffriżat tal-annimali bovini koperti mill-kodiċi tan-NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 3).
|
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/232
tat-13 ta' Frar 2015
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva komposti tar-ram
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/37/KE (2) inkludiet fiha l-komposti tar-ram bħala sustanza attiva f'Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3), bil-kundizzjoni li l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li n-notifikatur, li fuq talba tiegħu ġew inklużi fl-Anness il-komposti tar-ram jipprovdi aktar informazzjoni ta' konferma dwar ir-riskju minn inalazzjoni u dwar il-valutazzjoni tar-riskju għal organiżmi mhux fil-mira u għall-ħamrija u l-ilma. |
|
(2) |
Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u jinsabu elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
|
(3) |
In-notifikatur issottometta l-informazzjoni addizzjonali f'forma ta' studji dwar ir-riskju minn inalazzjoni u dwar il-valutazzjoni tar-riskju għal organiżmi mhux fil-mira u għall-ħamrija u l-ilma lill-Istat Membru relatur Franza fil-perjodu ta' żmien previst għat-tressiq tagħha. |
|
(4) |
Franza vvalutat l-informazzjoni addizzjonali mressqa min-notifikatur. Hija ressqet il-valutazzjoni tagħha, fil-forma ta' addendum tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem magħrufa bħala “l-Awtorità”, fit-8 ta' Ġunju 2012. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni kkonsultat l-Awtorità li ppreżentat l-opinjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-komposti tar-ram fit-22 ta' Mejju 2013 (5). |
|
(6) |
Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur biex jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport tar-reviżjoni għall-komposti tar-ram. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-informazzjoni addizzjonali pprovduta min-notifikatur, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-informazzjoni addizzjonali ta' konferma ma ġietx ipprovduta bis-sħiħ, u li, b'mod partikolari, id-dispożizzjoni speċifika tar-ringiela 277 tal-parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011 dwar programmi ta' monitoraġġ għall-kontaminazzjoni bir-ram, mhijiex biżżejjed biex tintlaħaq konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali. |
|
(8) |
Huwa kkonfermat li s-sustanza attiva komposti tar-ram għandha titqies bħala approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. B'mod partikolari, huwa xieraq li jkun meħtieġ li n-notifikatur iressaq quddiem il-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri, programm ta' monitoraġġ għal żoni fejn il-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma (inklużi d-depożiti) bir-ram hija raġuni għal tħassib jew tista' ssir raġuni għal tħassib, sabiex jiġi verifikat jekk humiex meħtieġa aktar limitazzjonijiet tal-użu bl-għan li jiġu evitati kwalunkwe effetti ambjentali mhux aċċettabbli. Ir-riżultati ta' dak il-programm ta' monitoraġġ għandhom ukoll jiġu ppreżentati. |
|
(9) |
Il-livelli massimi għal ċertu metalli tqal, kif stabbiliti fir-ringiela 277 tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011 ġew stabbiliti, bi żball, b'unità ta' kejl żbaljata meta mqabbel ma' dawk li ġew stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet rispettivi tal-FAO. Għalhekk, il-livell massimu stabbilit fl-Anness għal dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għandu jiġi kkoreġut. |
|
(10) |
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
|
(11) |
L-Istati Membri għandhom jingħataw iż-żmien biex jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-komposti tar-ram. |
|
(12) |
Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-komposti tar-ram, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard minn tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
Fejn hu meħtieġ, l-Istati Membri għandhom, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-komposti tar-ram bħala sustanza attiva sas-6 ta' Settembru 2015.
Artikolu 3
Perjodu ta' grazzja
Kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti minn Stati Membri b'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mis-6 ta' Settembru 2016.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/37/KE tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġu inklużi bħala sustanzi attivi l-klormekwat, il-komposti tar-ram, il-propakwiżafop, il-kwiżalofop-P, it-teflubenżuron u ż-żeta-ċipermetrin (ĠU L 104, 24.4.2009, p. 23).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(5) Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju bħala pestiċida tad-dejta ta' konferma ppreżentata għas-sustanza attiva Ram (I), varjanti tar-ram (II) jiġifieri idrossidu tar-ram, ossiklorur tar-ram, sulfat tar-ram tribażiku, ossidu tar-ram (I), taħlita Bordeaux. EFSA Journal 2013;11(6):3235, 40 pp. doi:10.2903/j.efsa.2013.3235. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.
ANNESS
Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ir-ringiela 277 dwar is-sustanza attiva Komposti tar-Ram tinbidel b'dan li ġej:
|
Numru |
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||
|
“277 |
Komposti tar-ram: |
|
|
fl-1 ta' Diċembru 2009 |
fil-31 ta' Jannar 2018 |
PARTI A L-użi bħala batteriċida u ta' fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom ir-ram għall-użi għajr dawk tat-tadam fis-serer, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull data jew informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-komposti tar-ram u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-23 ta' Jannar 2009. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
In-notifikaturi għandhom jippreżentaw, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità u lill-Istati Membri, programm ta' monitoraġġ għaż-żoni vulnerabbli fejn il-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma (inkluż tad-depożiti) bir-ram hija raġuni għal tħassib jew tista' ssir raġuni għal tħassib. Dan il-programm ta' monitoraġġ għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta' Lulju 2015. Ir-riżultati provviżorji ta' dak il-programm ta' monitoraġġ għandhom jintbagħtu bħala rapport provviżorju ta' monitoraġġ lill-Istat Membru relatur, lill-Kumissjoni u lill-Awtorità sal-31 ta' Diċembru 2016. Ir-riżultati finali għandhom jiġu ppreżentati sal-31 ta' Diċembru 2017.” |
||||||||
|
Idrossidu tar-ram Nru tas-CAS 20427-59-2 Nru tas-CIPAC Nru 44.305 |
Idrossidu tar-ram (II) |
≥ 573 g/kg |
||||||||||||
|
Ossikloridu tar-ram Nru tas-CAS 1332-65-6 jew 1332-40-7 Nru tas-CIPAC Nru 44.602 |
Diklorur tar-ram triidrossidu |
≥ 550 g/kg |
||||||||||||
|
Ossidu tar-ram Nru tas-CAS 1317-39-1 Nru tas-CIPAC Nru 44.603 |
Ossidu tar-ram |
≥ 820 g/kg |
||||||||||||
|
Taħlita bordeaux Nru tas-CAS 8011-63-0 Nru tas-CIPAC Nru 44.604 |
Mhux allokat |
≥ 245 g/kg |
||||||||||||
|
sulfat tar-ram tribażiku Nru tas-CAS 12527-76-3 Nru tas-CIPAC Nru 44.306 |
Mhux allokat |
≥ 490 g/kg L-impuritajiet li ġejjin huma ta' preokkupazzjoni tossikoloġika u ma għandhomx jaqbżu l-livelli ta' hawn taħt (fi g/g):
|
|
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/233
tat-13 ta' Frar 2015
li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' muniti li fihom ikun hemm definizzjoni stretta ħafna ta' eliġibbiltà tal-bank ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 416(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
l-Artikolu 416(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedi li l-istituzzjonijiet jirrapportaw assi bħala assi likwidi fejn dawn jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Skont it-tielet subparagrafu ta' dan l-Artikolu, il-kundizzjoni li l-assi li huma kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet standard ta' likwidità ta' bank ċentrali fi Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz, jistgħu jiġu rtirati għal assi likwidi miżmuma biex jissodisfaw il-ħruġ ta' likwidità f'munita li fiha jkun hemm definizzjoni stretta ħafna ta' eliġibbiltà tal-bank ċentrali. |
|
(2) |
Bħala rikonoxximent tal-importanza li r- Regolament (UE) Nru 575/2013 ipoġġi fuq l-eliġibbiltà tal-bank ċentrali fil-kwalifikazzjoni ta' assi bħala likwidu, il-lista ta' muniti li fiha jkun hemm definizzjoni stretta ħafna tal-eliġibbiltà tal-bank ċentrali teħtieġ li tkun limitata għal dawk il-muniti fejn l-eliġibbiltà tal-bank ċentrali hija limitata għal dejn tal-gvern ċentrali u dejn maħruġ mill-bank ċentrali u ma jestendix għal kwalunkwe assi oħra li jinkludu assi likwidi b'konformità mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fl-Artikoli 416 u 417 ta' dak ir-Regolament. |
|
(3) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) wettqet valutazzjoni bbażata fuq l-aqwa tagħrif disponibbli pprovdut mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar l-eliġibbiltà tal-bank ċentrali f'munita partikolari. Fil-każ tal-Bulgarija, l-evalwazzjoni indikat li l-bank ċentrali ma jestendix likwidità għal istituzzjonijiet għajr f'ċirkostanzi estremi. Meta jitfaċċa riskju ta' likwidità li jista' jaffettwa l-istabbiltà tas-sistema bankarja, il-Bank Nazzjonali Bulgaru jista' jestendi għal bank solventi krediti denominati f'lev b'maturità ta' mhux aktar minn tliet xhur, sakemm ikunu kompletament kollateralizzati minn deheb, muniti barranin jew assi likwidi ħafna oħrajn. Konsegwentement, il-lev Bulgaru għandu jitqies bħala munita b'definizzjoni stretta ħafna ta' eliġibbiltà tal-bank ċentrali. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomessi mill-ABE lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-munita li fiha jkun hemm definizzjoni stretta ħafna ta' eliġibbiltà tal-bank ċentrali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 416(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huma stipulati fl-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS
Lev Bulgaru (BGN)
|
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/234
tat-13 ta' Frar 2015
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tal-importazzjoni temporanja ta' mezzi ta' trasport maħsuba biex jintużaw minn persuna fiżika residenti fit-territorju doganali tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jistipula l-possibbiltà li l-mezzi tat-trasport ikunu importati b'mod temporanju fit-territorju dagonali tal-Unjoni u użati minn persuni fiżiċi f'dak it-territorju taħt ċerti kundizzjonijiet. |
|
(2) |
Inċidenti riċenti indikaw l-użu ħażin tal-importazzjoni temporanja ta' mezzi ta' trasport. |
|
(3) |
Hija meħtieġa emenda tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 biex tkun eskluża l-possibbiltà ta' dan l-użu ħażin. |
|
(4) |
Sabiex jiġi evitat li jinħoloq dejn doganali minħabba nuqqas ta' informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet il-ġodda, għandu jitħalla perjodu ta' żmien biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jinfurmaw lill-pubbliku dwar is-sitwazzjoni legali ġdida. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 561 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:
“2. Għandu jingħata ħelsien totali mid-dazji ta' importazzjoni fejn il-mezzi ta' trasport jintużaw kummerċjalment jew privatament minn persuna fiżika residenti fit-territorju doganali tal-Unjoni u impjegata mis-sid jew mill-kerrej tal-mezzi tat-trasport stabbilit barra dak it-territorju.
L-użu privat ta' mezz tat-trasport għandu jiġi permess għal vjaġġi bejn il-post tax-xogħol u l-post ta' residenza tal-impjegat jew bl-iskop li jwettaq xogħol professjonali tal-impjegat kif stipulat fil-kuntratt ta' impjieg.
Fuq talba tal-awtoritajiet doganali, il-persuna li tuża l-mezz ta' trasport għandha tippreżenta kopja tal-kuntratt tax-xogħol.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
|
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/235
tat-13 ta' Frar 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
EG |
140,4 |
|
IL |
91,3 |
|
|
MA |
85,1 |
|
|
TR |
103,8 |
|
|
ZZ |
105,2 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
191,6 |
|
JO |
217,9 |
|
|
TR |
194,6 |
|
|
ZZ |
201,4 |
|
|
0709 91 00 |
EG |
57,5 |
|
ZZ |
57,5 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
209,9 |
|
TR |
235,6 |
|
|
ZZ |
222,8 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
46,2 |
|
IL |
68,1 |
|
|
MA |
54,3 |
|
|
TN |
53,2 |
|
|
TR |
67,6 |
|
|
ZZ |
57,9 |
|
|
0805 20 10 |
IL |
132,5 |
|
MA |
108,2 |
|
|
ZZ |
120,4 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
EG |
97,1 |
|
IL |
150,1 |
|
|
JM |
116,6 |
|
|
MA |
128,7 |
|
|
TR |
80,0 |
|
|
ZZ |
114,5 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
55,3 |
|
ZZ |
55,3 |
|
|
0808 10 80 |
BR |
68,3 |
|
CL |
94,3 |
|
|
CN |
119,5 |
|
|
MK |
22,6 |
|
|
US |
191,3 |
|
|
ZZ |
99,2 |
|
|
0808 30 90 |
CL |
163,8 |
|
ZA |
100,6 |
|
|
ZZ |
132,2 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/236
tat-12 ta' Frar 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK tippermetti, inter alia, l-eżekuzzjoni ta' obbligi previsti f'kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 jew f'kuntratti anċillari meħtieġa għall- eżekuzzjoni ta' tali obbligi meta l-provvista ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani jew ir-rikavat miksub mill-provvista tagħhom ikunu għar-rimbors ta' ammonti pendenti fir-rigward ta' kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 dovuti lil persuni jew entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu speċifikament tali rimborsi. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK tipprevedi wkoll li l-miżuri tal-iffriżar tal-assi stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni ma japplikawx għal atti u transazzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-entitajiet elenkati fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni sa fejn neċessarju għall-eżekuzzjoni, sal-31 ta' Diċembru 2014, tal-obbligi rilevanti. |
|
(4) |
Il-Kunsill iqis li dik l-eżenzjoni għandha tiġi estiża sat-30 ta' Ġunju 2015. |
|
(5) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Permezz tas-sentenza tagħha tat-12 ta' Diċembru 2013 fil-Kawża T-58/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjoni tal-Kunsill li Gholam Golparvar, Ghasem Nabipour, Mansour Eslami, Mohamad Talai, Mohammad Fard, Alireza Ghezelayagh, Hassan Zadeh, Mohammad Pajand, Ahmad Sarkandi, Seyed Rasool u Ahmad Tafazoly jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(7) |
Gholam Golparvar għandu jerġa' jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet. |
|
(8) |
Permezz tas-sentenza tagħha tat-3 ta' Lulju 2014 fil-Kawża T-565/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjoni tal-Kunsill li National Iranian Tanker Company tiġi inkluża fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(9) |
National Iranian Tanker Company għandha terġa' tiġi inkluża fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 20(14) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“14. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal atti u transazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta' entitajiet elenkati fl-Anness II safejn neċessarju għall-eżekuzzjoni, sat-30 ta' Ġunju 2015, tal-obbligi kif imsemmi fl-Artikolu 3c(2) sakemm dawk l-atti u t-transazzjonijiet ma jkunux ġew awtorizzati minn qabel, każ b'każ, mill-Istat Membru rilevanti. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.”
Artikolu 2
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
ANNESS
I.
L-entità elenkata hawn taħt hija inkluża fil-lista li tinsab fil-Parti I tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK:I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||
|
140. |
National Iranian Tanker Company (NITC) |
|
National Iranian Tanker Company tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran permezz tal-azzjonisti tagħha l-Fond Statali Iranjan għall-Irtirar, l-Organizzazzjoni Iranjana tas-Sigurtà Soċjali, u l-Fond għall-Irtirar u t-Tfaddil ta' Ħaddiema fl-Industrija taż-Żejt, li huma entitajiet ikkontrollati mill-Istat. Barra minn hekk, NITC hija wieħed mill-ikbar operaturi ta' trasportaturi taż-żejt mhux maħdum fid-dinja u wieħed mill-ikbar trasportaturi taż-żejt mhux maħdum Iranjan. Għaldaqstant, NITC tipprovdi appoġġ loġistiku lill-Gvern tal-Iran billi tittrasporta ż-żejt Iranjan. |
|
II.
Il-persuna elenkata hawn taħt hija inkluża fil-lista li tinsab fil-Parti III tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK:III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)
A. Persuna
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
8. |
Gholam Hossein Golparvar |
Twieled fit-23 ta' Jannar 1957, Iranjan. Karta tal-Identità nru 4207. |
Is-Sur Golparvar jaġixxi f'isem IRISL u kumpanniji assoċjati magħha. Kien direttur kummerċjali ta' IRISL, kif ukoll Direttur Amministrattiv u azzjonist ta' SAPID Shipping Company, direttur mhux eżekuttiv u azzjonist ta' HDSL, u azzjonist ta' Rhabaran Omid Darya Ship Management Company, li huma indikati mill-UE bħala kumpanniji li jaġixxu f'isem IRISL. |
|
|
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/21 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/237
tat-12 ta' Frar 2015
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fi ħdan l-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu frott u ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fl-Indja
(notifikata bid-dokument C(2015) 662)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità, (1) u b'mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Minħabba n-nuqqasijiet li sabu l-verifiki mwettqa mill-Kummissjoni fl-Indja fl-2010 u l-2013, u l-għadd kbir ta' organiżmi ta' ħsara li ġew interċettati dak iż-żmien fuq ċertu pjanti u prodotti tal-pjanti ta' oriġini Indjana, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/237/EU (2) tipprojbixxi l-importazzjoni ta' ħames komoditajiet, dawk li l-aktar sikwit kienet qed tinstabilhom il-preżenza ta' organiżmi ta' ħsara, inkluż il-pjanti għajr żrieragħ ta' Mangifera L. |
|
(2) |
Mill-verifika mwettqa mill-Kummissjoni fl-Indja bejn it-2 u t-12 ta' Settembru 2014 joħroġ li s-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-esportazzjoni fitosanitarja ta' dak il-pajjiż tjiebet sew. |
|
(3) |
Barra minn hekk, l-Indja pprovdiet assigurazzjonijiet li hemm miżuri tekniċi xierqa disponibbli sabiex tiżgura li l-esportazzjoni ta' pjanti ta' Mangifera L. għajr żrieragħ li joriġinaw fl-Indja hi ħielsa mill-organiżmi ta' ħsara. |
|
(4) |
F'dan il-kuntest ġie konkluż li jekk jittieħdu dawk il-miżuri xierqa, ir-riskju ta' introduzzjoni ta' organiżmi ta' ħsara fl-Unjoni permezz tal-importazzjoni ta' pjanti ta' Mangifera L. għajr żrieragħ jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli. |
|
(5) |
Għalhekk għandha tiġi emendata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE skont dan biex fit-territorju tal-Unjoni jkunu jistgħu jidħlu mill-Indja pjanti ta' Mangifera L. għajr żrieragħ. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE hija emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 1 Fit-territorju tal-Unjoni għandha tiġi projbita l-introduzzjoni ta' pjanti għajr żrieragħ u għeruq ta' Colocasia Schott u ta' pjanti oħrajn għajr żrieragħ ta' Momordica L., Solanum Melongena L. u Trichosanthes L., li joriġinaw fl-Indja.” |
|
2. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej: “Artikolu 1a Fit-territorju tal-Unjoni, l-introduzzjoni ta' pjanti ta' Mangifera L. għajr żrieragħ li joriġinaw fl-Indja għandha tkun permessa biss jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, kif jissemma fl-ewwel sottoparagrafu tal-punt (ii) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, b'deskrizzjoni, taħt l-intestatura ‘Dikjarazzjoni addizzjonali’, tal-miżuri xierqa meħuda sabiex ikun żgurat li huma ħielsa minn organiżmi ta' ħsara.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' April 2014 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fi ħdan l-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu frott u ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 93).
Rettifika
|
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/23 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 179 tad-19 ta' Ġunju 2014 )
F'paġna 56, l-Anness X, il-punt 1 “Simboli tal-Unjoni bil-kulur”, l-aħħar taqsima “Il-kuntrast mal-kuluri tal-isfond”,
minflok:
aqra:
F'paġna 57, Anness X, il-punt 2 “Simboli tal-Unjoni bl-abjad u iswed”, l-aħħar taqsima “Is-simboli tal-Unjoni bl-abjad u iswed bin-negattiv”,
minflok:
aqra: