|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
6.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/4
tal-5 ta' Jannar 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti essenzjali għall-ħarsien tal-ambjent
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jeżiġi li l-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent li jinsabu fil-Volumi I u II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni ta' Chicago”) kif applikabbli fis-17 ta' Novembru 2011, ħlief għall-Appendiċijiet ta' dak l-Anness. |
|
(2) |
Il-Volumi I u II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago ġew emendati fl-2014 bl-introduzzjoni ta' standards ġodda tal-istorbju. |
|
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, il-paragrafu 1 qed jinbidel b'dan li ġej:
“1. Il-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent li jinsabu fl-Emenda 11-B tal-Volum I u fl-Emenda 8 tal-Volum II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, kif applikabbli fl-1 ta' Jannar 2015, ħlief għall-Appendiċijiet tal-Anness 16.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
|
6.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/5
tal-5 ta' Jannar 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' rekwiżiti essenzjali għall-ħarsien tal-ambjent
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jeżiġi li l-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent li jinsabu fil-Volumi I u II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni ta' Chicago”) kif applikabbli fis-17 ta' Novembru 2011, ħlief għall-Appendiċijiet ta' dak l-Anness. Dawk ir-rekwiżiti ġew implimentati fil-liġi tal-Unjoni bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (2). |
|
(2) |
Il-Volumi I u II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago ġew emendati fl-2014 bl-introduzzjoni ta' standards ġodda tal-istorbju. |
|
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, il-punt 21.A.18(a) qed jinbidel b'dan li ġej:
|
“(a) |
Ir-rekwiżiti tal-istorbju li huma applikabbli għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip għal inġenju tal-ajru huma preskritti b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tal-Anness 16, Volum I, Parti II tal-Konvenzjoni ta' Chicago u:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
|
6.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/6
tal-5 ta' Jannar 2016
li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta' emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex jitħarsu s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jkunx jista' jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwalment. |
|
(2) |
Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima fil-11 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta' radjonuklide f'ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta' azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Kontaminazzjoni bħal din tista' tkun ta' theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 (2). Dak ir-Regolament ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 (3), li wara ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 (4). Dan tal-aħħar ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 (5), li wara ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 (6). |
|
(3) |
Billi l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 322/2014 tistipula li l-miżuri previsti fih għandhom jiġu riveduti sal-31 ta' Marzu 2015, u biex jitqies l-iżvilupp ulterjuri tas-sitwazzjoni u d-dejta ta' okkorrenza għall-2014 dwar ir-radjuattività fl-għalf u fl-ikel, huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 u li jiġi adottat Regolament ġdid. |
|
(4) |
Il-miżuri eżistenti ġew riveduti filwaqt li ġiet meqjusa aktar minn 81 000 dejta ta' okkorrenza dwar ir-radjuattività fl-għalf u fl-ikel għajr iċ-ċanga u aktar minn 237 000 dejta ta' okkorrenza dwar ir-radjuattività fiċ-ċanga, provduti mill-awtoritajiet Ġappuniżi, b'rabta mar-raba' staġun ta' tkabbir wara l-inċident. |
|
(5) |
Xarbiet alkoħoliċi li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 2203 sa 2208 ma għadhomx jiġu espliċitament esklużi mill-ambitu billi r-rekwiżiti fir-rigward tal-kampjunar u l-analiżi u tad-dikjarazzjoni japplikaw għal lista definita ta' għalf u ikel. |
|
(6) |
Id-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Ġappuniżi tipprovdi evidenza li ma għadhiex teħtieġ il-kampjunar u l-analiżi tal-ikel u tal-għalf li joriġinaw fil-prefetturi ta' Aomori u Saitama dwar il-preżenza ta' radjuattività qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(7) |
Għal prodotti tal-ikel u tal-għalf li joriġinaw fil-prefettura ta' Fukushima, il-kriterju ta' nuqqas ta' konformità li nstab mill-awtoritajiet Ġappuniżi għal sentejn konsekuttivi (2013 u 2014), ġie użat għar-reviżjoni attwali biex jitneħħa r-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni għal dawk il-prodotti tal-għalf u tal-ikel. Għal ikel u għalf ieħor li joriġina f'dik il-prefettura, huwa xieraq li jinżamm ir-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(8) |
Huwa xieraq li jiġu ppreżentati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament b'mod li jinġabru flimkien il-prefetturi li minnhom l-istess għalf u ikel iridu jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-prefetturi ta' Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Iwate u Chiba, bħalissa huwa meħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati l-faqqiegħ, prodotti tas-sajd, ir-ross, il-fażola tas-sojja, il-qamħ saraċin u ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti pproċessati u derivati minnhom, qabel ma dawn jiġu impurtati lejn l-Unjoni. L-istess rekwiżiti japplikaw għal oġġetti tal-ikel komposti li fihom aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti. Id-dejta tal-okkorrenza tar-raba' staġun tat-tkabbir tipprovdi evidenza li għal għadd sinifikanti ta' dawk il-prodotti tal-għalf u tal-ikel, huwa xieraq li ma jkunux meħtieġa l-kampjunar u l-analiżi, qabel ma jiġu esportati lejn l-Unjoni. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-prefetturi ta' Akita, Yamagata u Nagano, bħalissa huwa meħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati l-faqqiegħ u ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti pproċessati u derivati minnhom, qabel ma dawn jiġu impurtati lejn l-Unjoni. Id-dejta tal-okkorrenza tar-raba' staġun tat-tkabbir tipprovdi evidenza li għal pjanta selvaġġa waħda li tittiekel, huwa xieraq li ma jkunux meħtieġa l-kampjunar u l-analiżi, qabel ma tiġi esportata lejn l-Unjoni. Min-naħa l-oħra, minħabba s-sejbiet ta' nuqqas ta' konformità fi pjanta selvaġġa waħda li tittiekel, huwa xieraq li jinħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' din il-pjanta selvaġġa li tittiekel li toriġina minn dawk il-prefetturi. |
|
(11) |
Id-dejta tal-okkorrenza tar-raba' staġun ta' tkabbir tipprovdi evidenza li huwa xieraq li jinżamm ir-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi, qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' faqqiegħ li joriġina mill-prefetturi ta' Shizuoka, Yamanashi u Niigata. B'riżultat tas-sejba ta' nuqqas ta' konformità fi pjanta selvaġġa li tittiekel, huwa xieraq li jinħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' din il-pjanta selvaġġa li tittiekel li toriġina minn dawk il-prefetturi. |
|
(12) |
Il-kontrolli mwettqa waqt l-importazzjoni juru li l-kundizzjonijiet speċjali stipulati mil-liġi tal-Unoni huma implimentati sew mill-awtoritajiet Ġappuniżi u ma nstab ebda nuqqas ta' konformità għal aktar minn tliet snin. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-frekwenza tal-kontrolli waqt l-importazzjoni tinżamm baxxa u li li l-Istati Membri ma jkunux meħtieġa jgħarrfu lill-Kummissjoni kull tliet xhur permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) bir-riżultati analitiċi kollha. |
|
(13) |
Il-miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża, stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 322/2014, ma għadhomx rilevanti għall-għalf u l-ikel attwalment importati mill-Ġappun u għalhekk ma għandhomx jissemmew aktar f'dan ir-Regolament. |
|
(14) |
Huwa xieraq li tiġi prevista reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament meta r-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi dwar il-preżenza ta' radjuattività tal-ikel u tal-għalf tal-ħames staġun ta' tkabbir (2015) wara l-inċident ikunu disponibbli, jiġifieri sat-30 ta' Ġunju 2016. Il-kriterji tal-analiżi se jiġu ddeterminati fil-mument tal-analiżi. |
|
(15) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-għalf u l-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 (7) (“il-prodotti”) li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, bl-esklużjoni ta':
|
(a) |
prodotti li jkunu nħasdu u/jew ġew ipproċessati qabel il-11 ta' Marzu 2011; |
|
(b) |
kunsinni personali ta' għalf u ikel li joriġinaw minn annimali li huma koperti mill-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 (8); |
|
(c) |
kunsinni personali tal-għalf u l-ikel ħlief dawk li joriġinaw mill-annimali li mhumiex kummerċjali u għal persuna naturali għal konsum u użu personali biss. F'każ ta' dubju, l-oneru tal-provi huwa fuq min jirċievi l-kunsinna. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, “kunsinna” tfisser:
|
— |
Għal prodotti li għalihom huwa meħtieġ mill-Artikolu 5 il-kampjunar u l-analiżi, kwantità ta' kwalunkwe għalf jew ikel li jaqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tal-istess klassi jew deskrizzjoni, koperta mill-istess dokument/i, imwassla bl-istess mezz ta' trasport u ġejja mill-istess prefettura tal-Ġappun; |
|
— |
Għal prodotti oħra li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kwantità ta' kwalunkwe għalf jew ikel li jaqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, koperta mill-istess dokument/i, imwassla bl-istess mezz ta' trasport u ġejja minn prefettura waħda jew aktar tal-Ġappun, fil-limiti stipulati mid-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5. |
Artikolu 3
Importazzjoni fl-Unjoni
Il-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni biss jekk huma konformi ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Livelli massimi ta' ċesju-134 u ċesju-137
Il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-livell massimu tat-total ta' ċesju-134 u ċesju-137 kif stipulat fl-Anness I.
Artikolu 5
Dikjarazzjoni ta' ċerti prodotti
1. Kull kunsinna ta' faqqiegħ, ħut u prodotti tas-sajd bl-eċċezzjoni ta' arzell, ross, żrieragħ tas-sojja, kaki (Ġappuniża), butterbur ġgant jew Ġappuniż (fuki), Aralia spp. rema tal-bambù, bracken, royal fern Ġappuniż, fern tan-nagħma u koxjabura jew xi prodott idderivat minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti, li joriġina jew li ġej mill-Ġappun, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni valida mfassla u ffirmata skont l-Artikolu 6.
2. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiċċertifika li l-prodotti jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun.
3. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha wkoll tiċċertifika li:
|
(a) |
il-prodott inħasad u/jew ġie pproċessat qabel il-11 ta' Marzu 2011; jew |
|
(b) |
il-prodott ma jkunx oriġina u ma jkunx ġie kkunsinnat minn xi wieħed mill-prefetturi elenkati fl-Anness II (9), li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' dan il-prodott; jew |
|
(c) |
il-prodott huwa kkunsinnat iżda ma joriġinax minn xi waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' dan il-prodott u li ma ġiex espost għal radjuattività matul it-tranżitu; jew |
|
(d) |
il-prodott joriġina f'wieħed mill-prefetturi elenkati fl-Anness II li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' dan il-prodott u huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi r-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi; jew |
|
(e) |
meta mhijiex magħrufa l-oriġini tal-prodott jew tal-ingredjenti tiegħu preżenti f'aktar minn 50 %, il-prodott huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi r-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi. |
4. Ħut u prodotti tas-sajd li nqabdu jew inħasdu mill-ibħra tal-kosta tal-prefetturi ta' Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Chiba jew Iwate għandhom ikunu akkumpanjati mid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi, irrispettivament minn fejn jiġu żbarkati dawn il-prodotti.
Artikolu 6
Tfassil u ffirmar tad-dikjarazzjoni
1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 għandha titfassal skont il-mudell stipulat fl-Anness III.
2. Għall-prodotti msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 5(3), id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti Ġappuniża jew minn rappreżentant awtorizzat ta' entità awtorizzata mill-awtorità kompetenti Ġappuniża taħt l-awtorità u s-sorveljanza tal-awtorità kompetenti Ġappuniża.
3. Għall-prodotti msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 5(4), id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompententi Ġappuniża u għandha tkun akkumpanjata minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi.
Artikolu 7
Identifikazzjoni
Kull kunsinna ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkun identifikata permezz ta' kodiċi li għandu jkun indikat fuq id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5, fuq ir-rapport analitiku msemmi fl-Artikolu 6(3), fuq id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul jew fuq id-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul, kif imsemmi fl-Artikolu 9(2) u fuq id-dokument sanitarju li jakkumpanja l-kunsinna.
Artikolu 8
Postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera u punti deżinjati tad-dħul
1. Il-kunsinni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni mill-punti deżinjati tad-dħul skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (10) (minn hawn 'il quddiem “il-punt deżinjat tad-dħul”).
2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-kunsinni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (11). Dawn il-kunsinni għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni minn post tal-ispezzjoni fil-fruntiera fis-sens tal-punt (g) tal-Artikolu 2(2) ta' dik id-Direttiva.
Artikolu 9
Notifika minn qabel
1. L-operaturi ta' negozji tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw minn qabel il-wasla ta' kull kunsinna ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1).
2. Għall-fini tan-notifika minn qabel, l-operaturi ta' negozji tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jimlew:
|
(a) |
għall-prodotti ta' oriġini mhux mill-annimali: Il-Parti I tad-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (DKD) imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, filwaqt li jirreferu għan-noti gwida tad-DKD stabbiliti fl-Anness II ta' dak ir-Regolament; għall-fini ta' dan ir-Regolament, il-Kaxxa I.13 tad-DKD jista' jkun fiha aktar minn kodiċi ta' komodità waħda. |
|
(b) |
għal ħut u prodotti tas-sajd: id-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (DVKD) stabbilit fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (12). |
Id-dokument rispettiv għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-punt deżinjat tad-dħul jew fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera, mill-anqas jumejn tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna.
Artikolu 10
Kontrolli uffiċjali
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera jew tal-punt deżinjat tad-dħul għandhom iwettqu dawn il-kontrolli fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1):
|
(a) |
kontrolli tad-dokumenti tal-kunsinni kollha; |
|
(b) |
kontrolli aleatorji tal-identità u kontrolli aleatorji fiżiċi, inkluża analiżi laboratorja għall-preżenza taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137. Ir-riżultati analitiċi għandhom ikunu disponibbli fi żmien massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol. |
2. Jekk ir-riżultat tal-analiżi laboratorja jagħti evidenza li l-garanziji stipulati fid-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 huma foloz, id-dikjarazzjoni titqies li mhux valida u l-kunsinna tal-għalf u tal-ikel ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Spejjeż
L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 10 u l-miżuri kollha li jittieħdu wara li jkun hemm nuqqas ta' konformità, għandhom jitħallsu mill-operaturi ta' negozji tal-għalf u tal-ikel.
Artikolu 12
Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera
1. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' kull kunsinna ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni (fiżikament jew elettronikament) mill-operaturi ta' negozji tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentanti tagħhom, tad-DKD mimlija kif suppost mill-awtorità kompetenti wara li jkunu saru l-kontrolli uffiċjali kollha. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-kunsinna għaċ-ċirkolazzjoni libera jekk fil-kaxxa II.14 l-awtorità kompetenti tindika li taqbel ma' din id-deċiżjoni u tiffirma fil-kaxxa II.21 tad-DKD.
2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal kunsinni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 97/78/KE. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' dawk il-kunsinni għandhom ikunu soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 136/2004.
Artikolu 13
Prodotti li mhumiex konformi
Il-prodotti li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament m'għandhomx jitqiegħdu fis-suq. Dawn il-prodotti għandhom jintremew b'mod sigur jew jintbagħtu lura lejn il-Ġappun.
Artikolu 14
Rieżami
Dan ir-Regolament għandu jiġi rieżaminat qabel il-30 ta' Ġunju 2016.
Artikolu 15
Tħassir
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 huwa mħassar.
Artikolu 16
Dispożizzjoni tranżitorja
B'deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti jistgħu jiġu importati fl-Unjoni skont dawn il-kundizzjonijiet:
|
(a) |
huma konformi mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014, u |
|
(b) |
ikunu telqu mill-Ġappun qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew telqu mill-Ġappun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament iżda qabel l-1 ta' Frar 2016 u huma akkumpanjati minn dikjarazzjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 li tkun inħarġet qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta' Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 tas-27 ta' Settembru 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 297/2011. (ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 tad- 29 ta' Marzu 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 tas-26 ta' Ottubru 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 31).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 tat-28 ta' Marzu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta' kontaminazzjoni radjoattiva ta' ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 tal-5 ta' Marzu 2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta' kunsinni personali ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 (ĠU L 77, 24.3.2009, p. 1).
(9) Il-lista ta' prodotti fl-Anness II hija mingħajr preġudizju għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11).
ANNESS I
Livelli massimi għall-ikel (1) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża
|
|
Ikel għat-trabi u għal tfal żgħar |
Ħalib u xarbiet abbażi tal-ħalib |
Ilma minerali u xarbiet simili u te magħmul minn weraq mhux iffermentat |
Ikel ieħor |
|
Total ta' ċesju-134 u ċesju-137 |
50 (2) |
50 (2) |
10 (2) |
100 (2) |
Livelli massimi għall-għalf (3) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża
|
|
Għalf maħsub għall-bhejjem tal-ifrat u ż-żwiemel |
Għalf maħsub għall-ħnieżer |
Għalf maħsub għat-tjur |
Għalf għall-ħut (5) |
|
Total ta' ċesju-134 u ċesju-137 |
100 (4) |
80 (4) |
160 (4) |
40 (4) |
(1) Għal prodotti mnixxfin li huma maħsuba biex jiġu kkunsmati fi stat rikostitwit, il-livell massimu japplika għall-prodott rikostitwit lest għall-konsum.
Għall-faqqiegħ imnixxef japplika fattur ta' rikostruzzjoni ta' 5.
Għat-te, japplika l-livell massimu għall-infużjoni magħmula minn weraq tat-te mhux iffermentat. Il-fattur tal-ipproċessar għat-te mnixxef huwa ta' 50, u għaldaqstant il-livell massimu ta' 500 Bq/kg fuq weraq tat-te mnixxef jiżgura li l-livell fit-te msajjar ma jaqbiżx il-livell massimu ta' 10 Bq/kg.
(2) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi applikati bħalissa fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu provviżorjament il-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87.
(3) Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %.
(4) Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu provviżorjament il-valuri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta' Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta' kontaminazzjoni radjoattiva f'għalf wara inċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78).
(5) Bl-eċċezzjoni ta' għalf għall-ħut ornamentali.
ANNESS II
Għalf u ikel li qabel jiġu esportati lejn l-Unjoni jeħtieġu li jitteħdulhom kampjuni u jiġu analizzati għall-preżenza taċ-ċesju--134 u ċ-ċesju--137
|
(a) |
prodotti li joriġinaw fil-prefettura ta' Fukushima:
|
|
(b) |
prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Chiba jew Iwate:
|
|
(c) |
prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Akita, Yamagata jew Nagano:
|
|
(d) |
prodotti li joriġinaw fil-prefettura ta' Yamanashi, Shizuoka jew Niigata:
|
|
(e) |
prodotti komposti li fihom aktar minn 50 % tal-prodotti elenkati taħt il-punti minn (a) sa (d) ta' dan l-Anness. |
ANNESS III
Dikjarazzjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ta'
…(Prodott u pajjiż ta' oriġini)
Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Lott …Numru tad-Dikjarazzjoni …
Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun wara l-inċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima,
…
(ir-rappreżentant awtorizzat imsemmi fil-paragrafi 2 jew 3 tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6)
JIDDIKJARA li … …(il-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6) ta' din il-kunsinna magħmula minn: … …(deskrizzjoni tal-kunsinna, prodott, l-għadd u t-tip ta' pakketti, tal-piż gross jew nett) imbarkata fi …(il-post tal-imbarkazzjoni) fi …(id-data tal-imbarkazzjoni) minn …(identifikazzjoni tat-trasportatur) lejn …(il-post u l-pajjiż ta' destinazzjoni) li ġejja mill-istabbiliment … …(l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment)
hija konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun fir-rigward tal-livelli massimi għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137.
JIDDIKJARA li l-kunsinna tikkonċerna:
|
☐ |
faqqiegħ, ħut u prodotti tas-sajd, ross, żrieragħ tas-sojja, kaki (Ġappuniż), butterbur ġgant Ġappuniż (fuki), Aralia spp., rema tal-bambù, bracken, royal fern Ġappuniż, fern tan-nagħma u koxjabura jew prodotti derivati minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti, li nħasdu u/jew li ġew ipproċessati qabel il-11 ta' Marzu 2011; |
|
☐ |
faqqiegħ, ħut u prodotti tas-sajd, ross, żrieragħ tas-sojja, kaki (Ġappuniż), butterbur ġgant Ġappuniż (fuki), Aralia spp., rema tal-bambù, bracken, royal fern Ġappuniż, fern tan-nagħma u koxjabura jew prodotti derivati minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti, li ma joriġinawx u li mhumiex ikkunsinnati minn waħda minn dawn il-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6, li għalihom huma meħtieġa t-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' dan il-prodott; |
|
☐ |
faqqiegħ, ħut u prodotti tas-sajd, ross, żrieragħ tas-sojja, kaki (Ġappuniż), butterbur ġgant Ġappuniż (fuki), Aralia spp., rema tal-bambù, bracken, royal fern Ġappuniż, fern tan-nagħma u koxjabura jew prodotti derivati minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti, li huma kkunsinnati minn, iżda ma joriġinawx f'waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6, li għalihom huma meħtieġa t-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' dan il-prodott u ma ġewx esposti għal radjuattività matul it-tranżitu; |
|
☐ |
faqqiegħ, ħut u prodotti tas-sajd, ross, żrieragħ tas-sojja, kaki (Ġappuniż), butterbur ġgant Ġappuniż (fuki), Aralia spp., rema tal-bambù, bracken, royal fern Ġappuniż, fern tan-nagħma u koxjabura jew prodotti derivati minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti, li joriġinaw f'waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6, li għalihom huma meħtieġa t-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' dan il-prodottuli tteħdulhom kampjuni dwar …(data) u soġġetti għal analiżi laboratorja fi …(data) fil- …(isem il-laboratorju), biex jiġu ddeterminati l-livelli ta' radjunuklidi, ċesju-134 u ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż; |
|
☐ |
faqqiegħ, ħut u prodotti tas-sajd, ross, żrieragħ tas-sojja, kaki (Ġappuniż), butterbur ġgant Ġappuniż (fuki), Aralia spp., rema tal-bambù, bracken, royal fern Ġappuniż, fern tan-nagħma u koxjabura ta' oriġini mhix magħrufa jew prodotti derivati minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti bħala ingredjent(i) ta' oriġini mhix magħrufa, li tteħdulhom kampjuni fil- …(data) u ġew soġġetti għal analiżi laboratorja fil- …(data) fil- …(isem il-laboratorju), biex jiġi determinat il-livell ta' radjunuklidi, ċesju-134 u ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż. |
Magħmul fi …fi …
Timbru u firma tar-rappreżentant awtorizzat imsemmi fl-Artikolu 6(2) jew (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6
|
6.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/7
tal-5 ta' Jannar 2016
li jistabbilixxi formola standard għad-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 59(2) tagħha, kif ukoll id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 80(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Wieħed mill-għanijiet ewlenin tad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE huwa li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi tal-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi, mhux l-inqas għall-intrapriżi żgħar u medji. Element ewlieni ta' dan l-isforz huwa d-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist (European Single Procurement Document — ESPD). Il-formola standard tal-ESPD għandha konsegwentement tiġi abbozzata b'tali mod li tiġi evitata l-ħtieġa li jiġu ppreżentati għadd sostanzjali ta' ċertifikati jew dokumenti oħra relatati mal-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla. Għall-istess raġuni, il-formola standard għandha wkoll tipprovdi l-informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-entitajiet li l-operatur ekonomiku jiddependi fuq il-kapaċitajiet tagħhom, sabiex il-verifika ta' dik l-informazzjoni tkun tista' ssir flimkien mal-verifika fir-rigward tal-operatur ekonomiku prinċipali u bl-istess kundizzjonijiet. |
|
(2) |
L-ESPD għandu wkoll ikun disponibbli għall-użu minn entitajiet kontraenti li huma suġġetti għad-Direttiva 2014/25/UE u li, meta jiġu applikati l-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE, għandhom jagħmlu dan bl-istess mod u bl-istess kundizzjonijiet bħall-awtoritajiet kontraenti. |
|
(3) |
Biex ikunu evitati piżijiet amministrattivi għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti u indikazzjonijiet kontradittorji possibbli fid-dokumenti tal-akkwist differenti, l-informazzjoni li l-operaturi ekonomiċi jridu jipprovdu fid-Dokument ta' Akkwist Uniku Ewropew għandha tkun indikata b'mod ċar mill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti minn qabel fis-sejħa għal kompetizzjoni jew permezz ta' referenzi hemmhekk għal partijiet oħra tad-dokumenti tal-akkwist, li l-operaturi ekonomiċi għandhom f'kull każ jeżaminaw bir-reqqa fid-dawl tal-parteċipazzjoni tagħhom u l-possibbiltà ta' sottomissjoni ta' offerti. |
|
(4) |
L-ESPD għandu wkoll jikkontribwixxi għal aktar simplifikazzjoni kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti permezz tas-sostituzzjoni ta' awtodikjarazzjonijiet nazzjonali varji u diverġenti b'formola waħda standard stabbilita fil-livell Ewropew. Din għandha tgħin ukoll biex tnaqqas il-problemi marbuta mal-abbozzar preċiż ta' stqarrijiet u dikjarazzjonijiet ta' kunsens formali kif ukoll kwistjonijiet ta' lingwa, peress li l-formola standard se tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali. L-ESPD għandu b'hekk jiffaċilita aktar parteċipazzjoni transfruntiera fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku. |
|
(5) |
Kull ipproċessar u skambju ta' dejta li jsir fil-kuntest tal-ESPD għandu jsir f'konformità mar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u b'mod partikolari mar-regoli nazzjonali applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta relatata ma' reati, kundanni kriminali jew miżuri ta' sigurtà skont l-Artikolu 8(5) tad-Direttiva msemmija. |
|
(6) |
Għandu jiġi mfakkar li l-Kummissjoni tirrevedi l-applikazzjoni prattika tad-Dokument Ewropew ta' Akkwist Uniku, b'kont meħud tal-iżvilupp tekniku tal-bażijiet tad-dejta fl-Istati Membri u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta' April 2017. B'hekk, il-Kummissjoni tista' tqis ukoll suġġerimenti possibbli biex itejjeb il-funzjonalità tiegħu bil-ħsieb li jitjiebu l-possibiltajiet ta' parteċipazzjoni transfruntieri fl-akkwist pubbliku, mhux l-inqas għall-SMEs, jew simplifikazzjonijiet potenzjali fil-qafas stabbilit bid-Direttiva 2014/24/UE; Hija tista' wkoll tqis kwistjonijiet possibbli dwar prattiki ta' talbiet sistematiċi ta' ċertifikati u forom oħra ta' provi dokumentati tal-parteċipanti kollha fi proċedura partikolari ta' akkwist jew prattiki li jikkonsistu fl-identifikazzjoni b'mod diskriminatorju tal-operaturi ekonomiċi biex tintalab din id-dokumentazzjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwisti Pubbliċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-mument li miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2014/24/UE jidħlu fis-seħħ, u mhux aktar tard mit-18 ta' April 2016, il-formoli standard stabbiliti fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jintużaw għall-finijiet tat-tfassil tad-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist imsemmi fl-Artikolu 59 tad-Direttiva 2014/24/UE. L-istruzzjonijiet għall-użu tiegħu huma stabbiliti fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(2) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243
(3) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
ANNESS 1
Istruzzjonijiet
Id-DEUA (id-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist) huwa awtodikjarazzjoni mill-operaturi ekonomiċi li tipprovdi evidenza preliminari li tissostitwixxi ċertifikati maħruġin minn awtoritajiet pubbliċi jew terzi persuni. Kif stipulat fl-Artikolu 59 tad-Direttiva 2014/24/UE, hija stqarrija formali mill-operatur ekonomiku li ma jkunx f'waħda mis-sitwazzjonijiet li minħabba fihom operaturi ekonomiċi għandhom jew jistgħu jkunu esklużi; li jissodisfa l-kriterji tal-għażla rilevanti u li, meta applikabbli, jissodisfa r-regoli u l-kriterji objettivi li jkunu ġew stabbiliti għall-fini tal-limitazzjoni tal-għadd ta' kandidati li mill-bqija jkunu kkwalifikati biex ikunu mistiedna jieħdu sehem. L-għan tad-dokument huwa li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-ħtieġa li jinħareġ għadd sostanzjali ta' ċertifikati jew dokumenti oħra relatati mal-kriterji ta' esklużjoni u tal-għażla.
Biex ikun iffaċilitat il-kompitu għall-operaturi ekonomiċi meta jimlew DEUA, l-Istati Membri jistgħu joħorġu gwida dwar l-użu tad-DEUA, pereżempju biex jispjegaw liema dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali huma pertinenti fir-rigward tal-Parti III, it-Taqsima A (1), li listi uffiċjali ta' operaturi ekonomiċi jew ċertifikati ekwivalenti jistgħu ma jkunux stabbiliti jew maħruġa fi Stat Membru partikolari, jew biex ikunu speċifikati liema referenzi u informazzjoni jridu jingħataw biex l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jiksbu ċertifikat partikolari b'mod elettroniku.
Meta jkunu qed iħejju d-dokumenti tal-akkwist għal proċedura ta' akkwist, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jridu jindikaw fis-sejħa għall-kompetizzjoni, fid-dokumenti tal-akkwist imsemmija fis-sejħa għall-kompetizzjoni jew fl-istediniet għall-konferma tal-interess liema informazzjoni se jkunu jeħtieġu mill-operaturi ekonomiċi, inkluża stqarrija espliċita dwar jekk l-informazzjoni stabbilita fil-Partijiet II u III (2) għandhiex tkun ipprovduta jew le fir-rigward tas-sottokuntratturi li l-operatur ekonomiku ma jiddependix fuq il-kapaċitajiet tagħhom (3). Huma jistgħu wkoll iħaffu l-kompitu tal-operatur ekonomiku billi jindikaw din l-informazzjoni direttament f'verżjoni elettronika tad-DEUA, pereżempju bl-użu tas-servizz tad-DEUA (https://webgate.acceptance.ec.europa.eu/growth/tools-databases/ecertis2/resources/espd/index.html (4)) li s-servizzi tal-Kummissjoni se jkunu qed jagħmluh għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet kontraenti, l-operaturi ekonomiċi, il-fornituri tas-servizzi elettroniċi u partijiet interessati oħrajn bla ħlas.
L-offerti fi proċeduri miftuħa u talbiet għal parteċipazzjoni fi proċeduri ristretti, proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, djalogi kompetittivi jew sħubiji għall-innovazzjoni, iridu jkollhom magħhom id-DEUA, li l-operaturi ekonomiċi jkunu mlew sabiex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa (5). Ħlief fir-rigward ta' ċerti kuntratti bbażati fuq ftehim qafas, l-offerent li hemm il-ħsieb li jingħatalu l-kuntratt ikollu jipprovdi ċertifikati u dokumenti ta' prova aġġornati.
L-Istati Membri jistgħu jirregolawh jew iħallu lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti jiddeċiedu huma jużawx id-DEUA bħala parti mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku jew b'mod li ma jkunx suġġett għalkollox għar-regoli proċedurali dettaljati tad-Direttivi 2014/24/UE jew 2014/25/UE, pereżempju għall-akkwisti li jkunu inqas minn ċerti ammonti jew akkwisti suġġetti għal regoli partikolari applikabbli għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn (ir-“reġim inqas strett”) (6). Bl-istess mod, l-Istati Membri jistgħu jirregolawh jew iħallu lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti jiddeċiedu huma jużawx id-DEUA anki b'rabta mal-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni, sew jekk ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/23/UE (7) u sew jekk le.
L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista', f'kull mument waqt il-proċedura, titlob lil kwalunkwe offerent jippreżenta ċ-ċertifikati u d-dokumenti ta' prova kollha meta dawn ikunu meħtieġa biex jiġi żgurat l-andament korrett tal-proċedura.
L-operaturi ekonomiċi jistgħu jiġu esklużi mill-proċedura ta' akkwist jew ikunu soġġetti għal prosekuzzjoni skont il-liġi nazzjonali f'każijiet ta' dikjarazzjonijiet foloz meta jimlew id-DEUA jew, ġeneralment, fl-għoti tal-informazzjoni rikjesta għall-verifika tan-nuqqas ta' raġunijiet għall-esklużjoni jew l-issodisfar tal-kriterji tal-għażla, jew fejn tali informazzjoni tkun miżmuma jew l-operaturi ekonomiċi ma jkunux jistgħu jippreżentaw dokumenti ta' prova.
L-operaturi ekonomiċi jistgħu jerġgħu jużaw l-informazzjoni pprovduta f'DEUA li jkun diġà ntuża fi proċedura ta' akkwist preċedenti, dment li l-informazzjoni li fih tkun għadha korretta tibqa' pertinenti. L-eħfef mod biex dan isir huwa billi l-informazzjoni tiddaħħal fid-DEUA l-ġdid permezz tal-użu tal-funzjonalitajiet xierqa pprovduti għal dak l-għan fis-servizz elettroniku tad-DEUA. Naturalment, l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni permezz ta' forom oħra ta' informazzjoni copy-paste, pereżempju informazzjoni maħżuna fit-tagħmir tal-IT tal-operatur ekonomiku (PCs, tablets, servers …), ikun possibbli wkoll.
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(2) tad-Direttiva 2014/24/UE, id-DEUA jiġi pprovdut esklussivament f'forma elettronika; madankollu, dan jista' jiġi pospost sa mhux aktar tard mit-18 ta' April 2018 (8). Dan ifisser li kemm il-verżjonijiet elettroniċi u kemm dawk fuq karta tad-DEUA jistgħu jikkoeżistu sa mhux aktar tard mit-18 ta' April 2018. Dan is-servizz tad-DEUA se jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jimlew id-DEUA tagħhom elettronikament fil-każijiet kollha, u dan jippermettilhom jieħdu l-vantaġġi kollha tal-faċilitajiet offruti (fosthom l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni). Għall-użu fi proċeduri tal-akkwist fejn l-użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni elettrnoniċi ġie pospost (possibbli wkoll sa mhux aktar tard mit-18 ta' April 2018), is-servizz tad-DEUA jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jistampaw id-DEUA tagħhom li jkunu mlew elettronikament bħala dokument fuq karta li jista' jiġi trażmess lill-awtorità kontraenti jew entità kontraenti b'mezzi ta' komunikazzjoni oħrajn li mhumiex elettroniċi (9).
Kif intqal fuq, id-DEUA jikkonsisti f'dikjarazzjoni formali mill-operatur ekonomiku li r-raġunijiet rilevanti għall-esklużjoni ma japplikawx, li l-kriterji rilevanti tal-għażla huma ssodisfati u li d-dikjarazzjoni qed tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kif meħtieġa mill-awtorità kontraenti jew entità kontraenti.
Meta l-akkwisti jinqasmu f'lottijiet u l-kriterji tal-għażla (10) jvarjaw minn lott għall-ieħor, għandu jimtela DEUA għal kull lott (jew grupp ta' lottijiet bl-istess kriterji tal-għażla).
Id-DEUA jidentifika wkoll lill-awtorità pubblika jew lil terza persuna responsabbli għall-ħruġ tad-dokumenti ta' prova (11) u jkun jinkludi dikjarazzjoni formali li tgħid li l-operatur ekonomiku se jkun jista', meta jintalab u mingħajr dewmien, jipprovdi dawk id-dokumenti ta' prova.
L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu jew jistgħu jkunu meħtieġa (12) mill-Istati Membri li jillimitaw l-informazzjoni meħtieġa dwar il-kriterji tal-għażla għal mistoqsija waħda, jekk l-operaturi ekonomiċi jissodisfawx jew le l-kriterji tal-għażla meħtieġa kollha. Filwaqt li dan jista' jiġi segwit b'talbiet għal iktar informazzjoni u/jew dokumentazzjoni, għandu jingħata attenzjoni biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta' piżijiet amministrattivi eċċessivi fuq l-operaturi ekonomiċi permezz ta' talbiet sistematiċi ta' ċertifikati jew forom oħra ta' evidenza dokumentarja tal-parteċipanti kollha fi proċedura ta' akkwist pubbliku partikolari jew prattiki li jikkonsistu fl-identifikazzjoni b'mod diskriminatorju tal-operaturi ekonomiċi li jintalbu din id-dokumentazzjoni.
L-obbligi għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti biex jiksbu d-dokumentazzjoni kkonċernata direttament billi jaċċessaw bażi ta' dejta nazzjonali f'kull Stat Membru li jkun disponibbli bla ħlas japplika wkoll meta l-informazzjoni mitluba inizjalment dwar il-kriterji tal-għażla tkun ġiet limitata għal tweġiba ta' iva jew le. Jekk tintalab dokumentazzjoni elettronika bħal din, l-operaturi ekonomiċi jipprovdu lill-awtorità kontraenti jew entità kontraenti l-informazzjoni meħtieġa għall-ksib tad-dokumentazzjoni kkonċernata meta l-kriterji tal-għażla jkunu qed jiġu ċċekkjati minflok direttament fid-DEUA.
Meta silta mir-reġistru rilevanti, pereżempju rekords ġudizzjarji, tkun disponibbli elettronikament għall-awtorità kontraenti jew entità kontraenti, l-operatur ekonomiku jista' jiddikjara fejn tista' tinstab l-informazzjoni (jiġifieri l-isem tar-repożitorju, indirizz tal-Internet, l-identifikazzjoni tal-fajl jew rekord eċċ.) b'tali mod li l-awtorità kontraenti jew entità kontraenti tkun tista' tikseb din l-informazzjoni. Billi jindika din l-informazzjoni, l-operatur ekonomiku jaqbel li l-awtorità kontraenti jew entità kontraenti tista' taċċessa d-dokumentazzjoni rilevanti soġġett għar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE (13) dwar l-ipproċessar ta' dejta personali, u b'mod partikolari ta' kategoriji speċjali ta' dejta bħal reati, kundanni kriminali jew miżuri ta' sigurtà.
Skont l-Artikolu 64 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-operaturi ekonomiċi li huma rreġistrati fuq listi uffiċjali ta' operaturi ekonomiċi approvati jew li għandhom iċ-ċertifikazzjoni rilevanti minn korpi stabbiliti taħt liġi pubblika jew privata jistgħu, fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa skont il-Partijiet minn III sa V, jippreżentaw lill-awtorità kontraenti jew entità kontraenti ċertifikat ta' reġistrazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti jew iċ-ċertifikat maħruġ mill-korp kompetenti ta' ċertifikazzjoni.
Operatur ekonomiku li jipparteċipa waħdu u li ma jiddependix fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħra sabiex jissodisfa l-kriterji tal-għażla, irid jimla DEUA wieħed.
Operatur ekonomiku li jipparteċipa waħdu u li jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħra jew aktar irid jiżgura li l-awtorità kontraenti jew entità kontraenti tirċievi d-DEUA proprju tiegħu, flimkien ma' DEUA separat li jistipula l-informazzjoni rilevanti (14) għal kull waħda mill-entitajiet li jiddependi minnhom.
Fl-aħħar nett, meta gruppi ta' operaturi ekonomiċi, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji, jipparteċipaw flimkien fil-proċedura ta' akkwist, irid jingħata DEUA separat li jispeċifika l-informazzjoni meħtieġa skont il-Partijiet minn II sa V għal kull wieħed minn dawn l-operaturi ekonomiċi li jkunu qed jipparteċipaw.
F'kull każ fejn aktar minn persuna waħda tkun membru tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew superviżorju ta' operatur ekonomiku jew ikollha setgħat ta' rappreżentazzjoni, deċiżjoni jew kontroll fih, jista' jagħti l-każ li kull wieħed minnhom ikollu jiffirma l-istess DEUA, inklużi dawk li jirregolaw il-protezzjoni tad-dejta.
Rigward il-firma/firem tad-DEUA, innota li l-firma tad-DEUA tista' ma tkunx neċessarja meta d-DEUA jiġi trażmess bħala parti minn sett ta' dokumenti, li l-awtentiċità u l-integrità tagħhom hija żgurata permezz tal-firma/firem meħtieġa tal-mezzi tat-trażmissjoni (15).
Id-DEUA jinkludi l-Partijiet u t-Taqsimiet li ġejjin:
|
— |
Parti I. Informazzjoni li tkkonċerna l-proċedura ta' akkwist u l-awtorità kontraenti jew entità kontraenti. |
|
— |
Parti II. Informazzjoni li tirrigwarda l-operatur ekonomiku. |
|
— |
Parti III. Kriterji ta' esklużjoni:
|
|
— |
Parti IV. Kriterji tal-għażla (16):
|
|
— |
Parti V. Tnaqqis tal-għadd ta' kandidati kwalifikati (19). |
|
— |
Parti VI. Dikjarazzjonijiet ta' konklużjoni. |
(1) Pereżempju operaturi ekonomiċi li jkunu ġew ikkundannati skont l-Artikoli x, y u z tal-kodiċi kriminali nazzjonali jridu jiddikjaraw dan meta jimlew l-informazzjoni li tikkonċerna l-kundanni għall-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali jew ħasil tal-flus …
(2) Informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-esklużjoni.
(3) Ara t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 71(5) tad-Direttiva 2014/24/UE u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(5) tad-Direttiva 2014/25/UE
(4) Din hija l-ħolqa għall-verżjoni preliminari li għadha qiegħda tiġi żviluppata. Ladarba tkun disponibbli, il-ħolqa għall-verżjoni sħiħa tal-produzzjoni tiddaħħal jew tkun disponibbli mod ieħor.
(5) Is-sitwazzjoni hija iktar kumplessa fir-rigward tal-proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni bil-quddiem, stipulati fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 50 tad-Direttiva 2014/25/UE peress li dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għal realtajiet differenti ħafna.
It-talba għal DEUA tikkostitwixxi piż amministrattiv bla bżonn jew ma tkunx xierqa għal raġuni oħra 1) meta jkun possibbli biss parteċipant wieħed predeterminat (għal żewġ Direttivi, rispettivament l-Artikolu 32, il-paragrafu 2(b), il-paragrafu 3(b), il-paragrafu 3(d) u l-paragrafu 5 tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 50, l-ittri (c), (e), (f) u (i) tad-Direttiva 2014/25/UE u 2) minħabba l-urġenza involuta (rispettivament l-Artikolu 32(2)(c) tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 50, l-ittri (d) u (h) tad-Direttiva 2014/25/UE jew minħabba l-karatteristiċi partikolari tat-tranżazzjoni għall-fornimenti kkwotati u mixtrija fis-suq tal-prodotti bażiċi (l-Artikolu 32(3)(c) tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 50, l-ittra (g) tad-Direttiva 2014/25/UE.
Mill-banda l-oħra, id-DEUA jkollu r-rwol tiegħu bis-sħiħ u għandu jintalab fil-każijiet l-oħrajn, li jkunu kkaratterizzati mill-possibilità ta' parteċipazzjoni ta' iktar minn parteċipant wieħed u n-nuqqas ta' urġenza jew karatterisitiki partikolari marbuta mat-tranżazzjoni; dan ikun il-każ fir-rigward tal-Artikolu 32, il-paragrafu 2(a), il-paragrafu 3(a) u l-paragrafu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 50, l-ittri (a), (b) u (j) tad-Direttiva 2014/25/UE.
(6) L-Artikoli minn 74 sa 77 u minn 91 sa 94 rispettivament tad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE.
(7) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni, ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1
(8) Ara l-Artikolu 90(3) tad-Direttiva 2014/24/UE.
(9) Dawn ikunu jistgħu jiġġeneraw ukoll id-DEUA tagħhom bħala fajl pdf li jista' jiġi trażmess elettronikament bħala hemża. L-operaturi ekonomiċi, biex ikunu jistgħu jerġgħu jużaw l-informazzjoni wara, għandhom jissejvjaw id-DEUA mimlija f'format elettroniku xieraq (bħal.xml).
(10) Dan jista' jkun il-każ għall-fatturat minimu meħtieġ, li f'każijiet bħal dawn irid ikun iddeterminat skont il-funzjoni tal-valur massimu stmat tal-lottijiet singoli.
(11) Sakemm l-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti ma jkunux indikaw mill-ewwel li l-informazzjoni ġenerali (“iva”/“le”) dwar l-issodisfar tar-rekwiżiti tkun se tkun suffiċenti. Ara iktar 'l isfel għal iktar spjegazzjonijiet dwar din l-għażla.
(12) Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu ġenerali jew limitati għal ċerti sitwazzjonijiet biss, pereż. fi proċeduri miftuħa biss jew, fi proċeduri b'żewġ stadji, biss meta l-kandidati kollha li jissodisfaw r-rekwiżiti minimi jkunu se jiġi mistiedna jieħdu sehem.
(13) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(14) Ara l-Parti II, Taqsima C
(15) Pereżempju: jekk l-offerta u d-DEUA li jakkumpanjaha fi proċedura miftuħa jkunu trażmessi b'posta elettronika li tkun ipprovuda b'firma elettronika tat-tip meħtieġ, il-firma/firem addizzjonali tad-DEUA jistgħu ma jkunux meħtieġa. L-użu ta' firma elettronika tad-DEUA tista' wkoll ma tkunx neċessarja, meta d-DEUA tkun integrata fi pjattaforma tal-akkwist elettroniku u biex tuża dik il-pjattaforma tkun trid awtentikazzjoni elettronika.
(16) Skont l-Artikolu 80(2) tad-Direttiva 2014/25/UE, l-entitajiet kontraenti, sew jekk huma awtoritajiet kontraenti u sew jekk le, jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-kriterji tal-għażla stipulati fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/24/UE (il-Parti IV, Taqsimiet A, B u C).
(17) L-użu tad-DEUA mill-entitajiet kontraenti fir-rigward tar-rekwiżiti marbuta mal-iskemi ta' garanzija tal-kwalità u l-istandards tal-ġestjoni ambjentali (il-Parti IV, Taqsima D) mhix stipulata espliċitament fid-Direttiva 2014/25/UE, imma għandha madankollu tkun permessa għal raġunijiet prattiċi, peress li l-Artikoli 62 u 81 rispettivament tad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE huma sostanzjalment l-istess.
(18) Skont l-Artikoli 77(2) u 78(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, l-entitajiet kontraenti jagħżlu l-parteċipanti fuq il-bażi ta' regoli u kriterji oġġettivi. Kif ġie dekritt fuq, dawn il-kriterji jistgħu f'xi każijiet ikunu dawk stipulat fid-Direttiva 2014/24/UE jew ikunu jinvolvu dispożizzjonijiet sostanzjalment identiċi (ara n-nota 16 ta' qiegħ il-paġna). Madankollu, ir-regoli u l-kriterji oġġettivi jistgħu jkunu speċifiċi wkoll għal entità kontraenti partikolari jew proċedura ta' akkwist speċifika. Każijiet bħal dawn, madankollu, ma jistgħux ikunu komperti f'formola standard.
(19) L-użu tad-DEUA mill-entitajiet kontraenti fir-rigward tat-tnaqqis tal-għadd ta' kandidati kwalifikati (il-Parti V) mhix stipulata espliċitament fid-Direttiva 2014/25/UE, imma għandha madankollu tkun permessa għal raġunijiet prattiċi, peress li kemm l-Artikoli 65 u kemm l-Artikolu 78(2) rispettivament tad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE jeħtieġu li kull tnaqqis fl-għadd bħal dan issir b'konformità ma' kriterji u regoli oġġettivi u nondiskriminatorji.
ANNESS 2
FORMOLA STANDARD GĦAD-DOKUMENT EWROPEW UNIKU GĦALL-AKKWIST (DEUA)
Parti I: Informazzjoni li tkkonċerna l-proċedura ta' akkwist u l-awtorità kontraenti jew entità kontraenti
Parti II: Informazzjoni li tirrigwarda lill-operatur ekonomiku
Parti III: Raġunijiet għall-esklużjoni
Parti IV: Kriterji tal-għażla
Parti V: Tnaqqis tan-numru ta' kandidati kwalifikati
Parti VI: Dikjarazzjonijiet ta' konklużjoni
|
6.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/35 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/8
tal-5 ta' Jannar 2016
li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2017 dwar l-impjiegi indipendenti (self-employment)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bl-iskop li jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-objettivi komuni stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020, il-Kummissjoni għandha tirċievi mingħand l-Istati Membri sett komprensiv ta' dejta dwar l-impjiegi indipendenti li jippermetti li jsiru paraguni bejn l-Istati Membri. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 (2) jistabbilixxi modulu ad hoc dwar l-impjiegi indipendenti. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1397/2014 (3) jispeċifika u jiddeskrivi l-oqsma ta' informazzjoni speċjalizzata (“submoduli ad hoc”) li jridu jiġu inklużi fil-modulu ad hoc tal-2017 dwar l-impjiegi indipendenti. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri, il-kodiċijiet u l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-dejta skont is-submodulu ad hoc dwar l-impjiegi indipendenti. |
|
(5) |
Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2017 dwar l-impjiegi indipendenti, il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw, u l-iskadenza sa meta għandha tintbagħat lill-Kummissjoni huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 tat-8 ta' April 2013 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta' kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 99, 9.4.2013, p. 11).
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1397/2014 tat-22 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta' kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 42).
ANNESS
Dan l-Anness jistabbilixxi l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw fil-modulu ad hoc dwar l-impjiegi indipendenti skedat li jsir fl-2017. Dan jistabbilixxi wkoll id-dati ta' meta trid titressaq id-dejta lill-Kummissjoni.
L-iskadenza għat-trażmissjoni tar-riżultati lill-Kummissjoni: Il-31 ta' Marzu 2018.
Il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-dejta: kif stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 (1).
Il-kolonni riżervati għall-fatturi ta' ponderazzjoni opzjonali — dawn għandhom jintużaw f'każijiet ta' subkampjunar jew nuqqas ta' tweġiba. il-kolonni 222-225 li fihom numri sħaħ u l-kolonni 226-227 li fihom pożizzjonijiet deċimali.
(1) Submodulu “Impjieg indipendenti ekonomikament dipendenti”
|
L-isem/Il-kolonna |
Il-kodiċi |
Id-deskrizzjoni |
Il-filtru |
|
MAINCLNT |
|
Id-dipendenza ekonomika |
STAPRO = 1,2 |
|
211 |
|
In-numru u l-importanza ta' klijenti f'dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
|
|
1 |
L-ebda klijent f'dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
|
2 |
Klijent wieħed biss f'dawn l-aħħar 12-il xahar |
||
|
3 |
2-9 klijenti f'dawn l-aħħar 12-il xahar, iżda wieħed kien dominanti |
||
|
4 |
2-9 klijenti f'dawn l-aħħar 12-il xahar, u l-ebda wieħed ma kien dominanti |
||
|
5 |
Aktar minn 9 klijenti f'dawn l-aħħar 12-il xahar, iżda wieħed kien dominanti |
||
|
6 |
Aktar minn 9 klijenti f'dawn l-aħħar 12-il xahar, l-ebda wieħed ma kien dominanti |
||
|
9 |
Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) |
||
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
||
|
WORKORG |
|
Dipendenza organizzattiva |
STAPRO = 1,2 AND MAINCLNT ≠ 1 |
|
212 |
|
Influwenza fuq kif jiġu deċiżi l-ħinijiet tax-xogħol |
|
|
|
1 |
Il-parteċipant jiddeċiedi |
|
|
2 |
Il-klijent(i) tal-partċipant jiddeċiedi/u |
||
|
3 |
Kwalunkwe parti oħra tiddeċiedi |
||
|
9 |
Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) |
||
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
(2) Submodulu “Kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawk li jaħdmu għal rashom”
|
L-isem/Il-kolonna |
Il-kodiċi |
Id-deskrizzjoni |
Il-filtru |
|
REASSE |
|
Ir-raġuni ewlenija għaliex bdew jaħdmu għal rashom |
STAPRO = 1,2 |
|
213 |
|
Ir-raġuni ewlenija għaliex bdew jaħdmu għal rashom meta bdew jaħdmu għal rashom fl-impjieg attwali |
|
|
|
1 |
Ma setax isib impjieg bħala impjegat |
|
|
2 |
L-ex-impjegatur tal-parteċipant talab lill-parteċipant jibda jaħdem għal rasu |
||
|
3 |
Hija l-prattika normali fil-qasam tal-parteċipant |
||
|
4 |
Inqalgħet opportunità tajba |
||
|
5 |
Kompla negozju tal-familja |
||
|
6 |
La ried u lanqas ippjana li jibda jaħdem għal rasu, iżda beda jaħdem bħala ħaddiem għal rasu għal raġuni oħra li ġietx elenkata qabel |
||
|
7 |
Ried jibda jaħdem għal rasu minħabba ħinijiet tax-xogħol flessibbli |
||
|
8 |
Ried jaħdem għal rasu għal raġuni oħra |
||
|
9 |
Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) |
||
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
||
|
SEDIFFIC |
|
Id-diffikultà ewlenija bħala persuna li taħdem għal rasha |
STAPRO = 1,2 |
|
214 |
|
Id-diffikultà ewlenija awtoperċepita bħala impjegat indipendenti matul l-aħħar 12-il xahar |
|
|
|
0 |
Nuqqas ta' influwenza fuq l-iffissar tal-prezz tax-xogħol tiegħu stess |
|
|
1 |
Nuqqas ta' aċċess għall-finanzjament għan-negozju |
||
|
2 |
Il-ħlasijiet idumu ma jsiru jew ma jsirux |
||
|
3 |
Livelli ta' piż amministrattiv mhux xierqa |
||
|
4 |
In-nuqqas ta' dħul f'każ ta' mard |
||
|
5 |
Perijodi ta' diffikultà finanzjarja |
||
|
6 |
Perjodi mingħajr ebda klijent, mingħajr ċessjonijiet jew proġetti biex jaħdem fuqhom |
||
|
7 |
Diffikultà oħra |
||
|
8 |
Ma kellu l-ebda diffikultà |
||
|
9 |
Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) |
||
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
||
|
REASNOEM |
|
Ir-raġuni ewlenija għaliex ma għandux impjegati miegħu |
STAPRO = 2 |
|
215 |
|
Ir-raġuni ewlenija awtoperċepita għaliex ma għandux impjegati miegħu |
|
|
|
0 |
Il-parteċipant primarjament jixtieq jimpjega ruħu |
|
|
1 |
Ma hemmx biżżejjed xogħol |
||
|
2 |
Diffiċli li jinstab staff xieraq |
||
|
3 |
Il-qafas legali hu kkumplikat wisq |
||
|
4 |
Kontribuzzjonijiet soċjali għoljin |
||
|
5 |
Mhux possibbli fl-okkupazzjoni tal-parteċipant |
||
|
6 |
Il-parteċipant jippreferi li jaħdem ma' sottokuntratturi jew kumpaniji assoċjati |
||
|
7 |
Il-klijient(i) jrid(u) lill-parteċipant jagħmel ix-xogħol |
||
|
8 |
Raġuni oħra |
||
|
9 |
Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) |
||
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
||
|
BPARTNER |
|
Jaħdem ma' sħab kummerċjali |
STAPRO = 1,2 |
|
216 |
|
Jaħdem ma' sid konġunt u/jew f'netwerk ta' ħaddiema għal rashom oħra |
|
|
|
1 |
Jaħdem flimkien ma' sid konġunt |
|
|
2 |
Jaħdem flimkien ma' oħrajn li jaħdmu għal rashom f'netwerk |
||
|
3 |
It-tnejn |
||
|
4 |
L-ebda minnhom |
||
|
9 |
Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) |
||
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
||
|
PLANEMPL |
|
Rekrutar ippjanat ta' impjegati jew sottokuntratturi |
STAPRO = 1,2 |
|
217 |
|
Pjanijiet biex jimpjega impjegati u jagħti sottokuntratti fit-12-il xahar li ġejjin |
|
|
|
1 |
Pjanijiet biex jimpjega impjegati permanenti biss |
|
|
2 |
Pjanijiet biex jimpjega impjegati temporanji biss |
||
|
3 |
Pjanijiet biex jimpjega kemm impjegati permanenti kif ukoll impjegati temporanji |
||
|
4 |
Pjanijiet biex jimpjega s-sottokuntratturi biss |
||
|
5 |
Pjanijiet biex jimpjega sottokuntratturi u impjegati |
||
|
6 |
M'għandux pjanijiet biex jimpjega impjegati jew sottokuntratturi |
||
|
9 |
Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) |
||
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
(3) Is-submodulu “Il-ħaddiema għal rashom u l-impjegati”
|
L-isem/Il-kolonna |
Il-kodiċi |
Id-deskrizzjoni |
Il-filtru |
|
JBSATISF |
|
Is-sodisfazzjon tal-impjieg |
WSTATOR = 1,2 |
|
218 |
|
Il-livell ta' sodisfazzjon tal-impjieg bħala parti mill-inpjieg prinċipali |
|
|
|
1 |
Sodisfatt ħafna |
|
|
2 |
Sodisfatt mhux ħażin |
||
|
3 |
Ftit sodisfatt |
||
|
4 |
Assolutament mhux sodisfatt |
||
|
9 |
Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) |
||
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
||
|
AUTONOMY |
|
L-awtonomija tal-impjieg |
WSTATOR = 1,2 |
|
219 |
|
Il-livell ta' influwenza fuq il-kontenut u l-ordni tal-kompiti fl-impjieg prinċipali |
|
|
|
1 |
Jista' jinfluwenza kemm il-kontenut kif ukoll l-ordni tal-kompiti |
|
|
2 |
Jista' jinfluwenza l-kontenut iżda mhux l-ordni tal-kompiti |
||
|
3 |
Jista' jinfluwenza l-ordni iżda mhux il-kontenut tal-kompiti |
||
|
4 |
La jista' jinfluwenza l-kontenut lanqas l-ordni tal-kompiti |
||
|
9 |
Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) |
||
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
||
|
PREFSTAP |
|
L-istatus professjonali preferut għall-impjieg prinċipali |
WSTATOR = 1,2 |
|
220 |
|
Il-preferenza li jaħdem bħala impjegat jekk bħalissa jaħdem għal rasu, jew il-preferenza li jaħdem għal rasu jekk bħalissa qed jaħdem bħala impjegat |
|
|
|
1 |
Ma jridx ibiddel l-istatus professjonali |
|
|
2 |
Hu impjegat indipendenti iżda jixtieq jaħdem bħala impjegat |
||
|
3 |
Qed jaħdem bħala impjegat jew ħaddiem tal-familja iżda jixtieq ikun ħaddiem għal rasu. |
||
|
9 |
Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) |
||
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
||
|
OBSTACSE |
|
Ir-raġuni ewlenija għaliex ma jiħux l-impjieg prinċipali bħala l-impjieg prinċipali |
PREFSTAP = 3 |
|
221 |
|
Ir-raġuni ewlenija għaliex l-impjegati attwali jew il-ħaddiema tal-familja li jixtiequ jkunu ħaddiema għal rashom għadhom ma qalbux għall-istatus professjonali preferut tagħhom |
|
|
|
1 |
Sigurtà finanzjarja |
|
|
2 |
Diffikultajiet biex jinkiseb il-finanzjament għan-negozju |
||
|
3 |
Hemm wisq stress, responsabbiltajiet, jew riskju |
||
|
4 |
Inqas kopertura tal-protezzjoni soċjali |
||
|
5 |
Raġuni oħra |
||
|
9 |
Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) |
||
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta' April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta' data mill-2009 'il quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta' data dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta' referenza (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57).
|
6.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/41 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/9
tal-5 ta' Jannar 2016
dwar is-sottomissjoni konġunta ta' dejta u l-kondiviżjoni ta' dejta b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b'mod partikolar l-Artikolu 132 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-finijiet ta' reġistrazzjoni ta' sustanzi, it-Titoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jinkludu dispożizzjonijiet li jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi jaqsmu d-dejta u jissottomettu b'mod konġunt l-informazzjoni lill-Aġenzija. |
|
(2) |
L-esperjenza miksuba mill-awtoritajiet permezz tal-iskadenzi taż-żmien għar-reġistrazzjoni tal-2010 u l-2013 stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali, flimkien ma' informazzjoni li waslet mingħand il-partijiet interessati direttament u permezz ta' ħidma ta' reġistrazzjoni tar-REACH li saret fi Brussell fl-10 u l-11 ta' Diċembru 2013, jindikaw li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar il-kondiviżjoni u s-sottomissjoni konġunta ta' dejta ma ntużawx sal-potenzjal sħiħ tagħhom, u l-implimentazzjoni tagħhom ma laħqitx l-aspettattivi. Dan kien speċjalment ta' preġudizzju għal impriżi żgħar u ta' daqs medju. |
|
(3) |
Sabiex is-sistema ta' kondiviżjoni tad-dejta, stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, titħaddem b'mod effettiv, huwa neċessarju li jitħeġġew prattiki ta' ġestjoni tajba u li jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti ta' ftehimiet li jirrigwardaw l-iskambju ta' tali dejta. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-implimentazzjoni effiċjenti ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-kondiviżjoni tad-dejta. |
|
(4) |
Il-kostijiet relatati mal-kondiviżjoni u s-sottomissjoni konġunta ta' informazzjoni, skont l-Artikoli 11(1), 19(1), 27(3) u 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandhom ikunu determinati b'mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju. |
|
(5) |
Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li skont l-Artikoli 27(3) u 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kemm il-kostijiet amministrattivi kif ukoll dawk relatati mar-rekwiżiti ta' informazzjoni għandhom jinqasmu biss meta dawn il-kostijiet ikunu rilevanti għall-informazzjoni li parti tkun obbligata tissottometti għar-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. Il-kostijiet marbutin mar-rekwiżiti tal-informazzjoni jinkludu kull kost li kien meħtieġ għat-twettiq ta' studju eżistenti jew li huwa meħtieġ għat-twettiq ta' studju ġdid, sew jekk ikun marbut mat-tħejjija tal-ispeċifikazzjonijiet neċesssarji, l-ikkuntrattar ma' laboratorju jew il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tiegħu. Il-kostijiet għall-issodisfar ta' rekwiżit ta' REACH li ma jinvolvix studji ta' testijiet għandhom jiġu inklużi wkoll. |
|
(6) |
Biex ikun żgurat li d-dejta tiġi kondiviża b'mod trasparenti u effettiv, il-ftehimiet kollha dwar il-kondiviżjoni tad-dejta għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom ikunu strutturati b'tali mod li l-ispejjeż rilevanti kollha jkunu deskritti b'mod ċar u identifikabbli. Madankollu, meta l-partijiet ta' ftehimiet ta' kondiviżjoni ta' dejta li diġà jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ikunu sodisfatti mill-funzjonament ta' ftehimiet bħal dawn, għandu jkunilhom possibbli li jirrinunzjaw l-obbligu li jelenkaw l-ispejjeż meta jintlaħaq il-kunsens tal-partijiet kollha. |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kostijiet tal-kondiviżjoni tad-dejta huma ġġustifikati u huma mifruxa b'mod xieraq bejn il-partijiet tal-ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta, ir-rapporti annwali dwar il-kostijiet mġarrba u l-kumpens li jkun ġie riċevut għandhom jinżammu minn dawk il-partijiet. Skont l-Artikoli 27(3) u 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-partijiet tal-ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta eżistenti għandhom jagħmlu kull sforz biex jistabbilixxu prova tal-kostijiet imġarrba qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-Artikolu 25(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u biex jiġi żgurat li jkun hemm dokumentazzjoni tal-ispejjeż ta' kull studju li jista' jkun soġġett għal ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta, dawn ir-rekords annwali għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta' 12-il sena wara s-sottomissjoni ta' studju fil-qafas ta' reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament |
|
(9) |
Ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta għandu jinkludi mudell għall-kondiviżjoni tal-kostijiet rilevanti kollha. Għandu jkun previst mekkaniżmu ta' rimborż f'kull mudell ta' kondiviżjoni tal-kostijiet li jippermetti l-aġġustament potenzjali tas-sehem tal-kostijiet li kull reġistrant iħallas meta reġistranti oħra jingħaqdu f'dak il-ftehim fi stadju aktar tard. |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm piż amministrattiv mhux meħtieġ fuq il-partijiet tal-ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta li diġà jeżisti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dawk il-partijiet għandhom ikunu jistgħu jirrinunzjaw għall-obligu ta' inklużjoni ta' mekkaniżmu ta' rimborż jekk ikun hemm il-kunsens tal-partijiet kollha tal-ftehim. Fil-każ ta' ftehimiet bħal dawn, ir-reġistranti potenzjali li biħsiebhom jissieħbu fil-ftehim eżistenti għandhom jitħallew jitolbu l-inklużjoni ta' mekkaniżmu ta' rimborż. |
|
(11) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, għandu jkun iċċarat li b'konformità mal-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-kostijiet assoċjati ma' deċiżjoni dwar il-valutazzjoni ta' sustanza jistgħu wkoll japplikaw għal reġistranti li jkunu diġà waqqfu l-attivitajiet tagħhom skont il-paragrafu 2 jew 3 tal-Artikolu 50 ta' dak ir-Regolament. |
|
(12) |
Il-prinċipju ta' “sustanza waħda, reġistrazzjoni waħda”, li jsostni t-tħaddim tat-Titoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandu jissaħħaħ billi ssir enfasi fuq ir-rwol tal-Aġenzija fl-iżgurar li kull sottomissjoni ta' informazzjoni dwar l-istess sustanza tkun parti mill-istess reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Meta t-testijiet fuq annimali vertebrati mhumiex meħtieġa għall-finijiet ta' reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandu jiġi ċċarat li dik il-parti ma għandhiex l-obbligu li tikkondivida d-dejta ma' pajjiżi oħra reġistranti tal-istess sustanza u tista' tagħżel li tissottometti informazzjoni b'mod separat kif imsemmi fl-Artikolu 10(a) skont l-Artikolu 11(3) jew 19(2) ta' dak ir-Regolament. |
|
(14) |
Sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-prinċipju ta' “sustanza waħda, reġistrazzjoni waħda”, l-Aġenzija għandha tiżgura li s-sottomissjoni tal-informazzjoni separata msemmija fl-Artikolu 10(a), ġustifikata skont l-Artikolu 11(3) jew 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, tkun għadha parti mir-reġistrazzjoni eżistenti għal dik is-sustanza. |
|
(15) |
Sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp u l-użu ta' metodi alternattivi għall-valutazzjoni ta' perikli ta' sustanzi u sabiex jitnaqqas l-ittestjar fuq l-annimali, dan ir-Regolament jinkoraġġixxi l-kondiviżjoni rilevanti ta' studji (fuq l-annimali u mhux fuq l-annimali) li jitwettqu fuq sustanza li hija strutturalment analoga għas-sustanza li tkun qed tiġi rreġistrata (raggruppament jew read-across). |
|
(16) |
Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi dmirijiet u obbligi speċifiċi għall-partijiet tal-ftehimiet fejn il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kostijiet assoċjati huma meħtieġa skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Artikolu 2
Trasparenza
1. Meta reġistranti multipli tal-istess sustanza jew il-parteċipanti f'Forum ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar Sustanzi (SIEF) huma obbligati li jikkondividu informazzjoni b'konformità mad-dmirijiet tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, huma għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jilħqu ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Dan il-ftehim dwar il-kondiviżjoni tad-dejta, li jinvolvi biss ta' persuni jew entitajiet soġġetti għal dan ir-Regolament, għandu jkun ċar u komprensibbli għall-partijiet kollha u għandu jinkludi t-taqsimiet li ġejjin:
|
(a) |
partizzjoni tad-deja li għandha tiġi kondiviża, inkluż il-kost ta' kull unità ta' dejta, deskrizzjoni li tindika r-rekwiżiti ta' informazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li kull kost jikkorrispondi għalihom u ġustifikazzjoni ta' kif id-dejta li se tiġi kondiviża tissodisfa r-rekwiżit tal-informazzjoni; |
|
(b) |
il-partizzjoni u l-ġustifikazzjoni ta' kwalunkwe kost tal-ħolqien u l-immaniġġjar tal-ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta u s-sottomissjoni konġunta tal-informazzjoni bejn reġistranti tal-istess sustanza kif meħtieġ bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “kostijiet amministrattivi”) applikabbli għal dak il-ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta; |
|
(c) |
mudell ta' kondiviżjoni tal-kostijiet, li għandu jinkludi mekkaniżmu ta' rimborż. |
2. Meta ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta diġà jeżisti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-partijiet ta' dak il-ftehim jistgħu, b'kunsens unanimu, jirrinunzjaw l-obbligu tagħhom li jelenkaw id-dejta kif deskritt fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.
Reġistrant potenzjali ta' sustanza li dwarha diġà ntlaħaq ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta minn reġistranti preċedenti, li jitlob li jsir studju jew sett ta' studji li għandhom jiġu kondiviżi skont l-Artikoli 27 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 m'għandhux ikun marbut b'rinunzja eżistenti, sakemm jipprovdi l-kunsens iffirmat tiegħu rigward dan lir-reġistranti preċedenti, u għandu jkollu d-dritt li jitlob il-partizzjoni kif deskritt fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.
Meta ssir talba bħal din, ir-reġistranti għandhom:
|
(a) |
jagħmlu partizzjoni tal-kostijiet relevanti kollha li ntnefqu wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kif deskritt fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1; |
|
(b) |
jipprovdu prova tal-kost ta' kull studju, li jkun ġie kompletat qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, li huwa mitlub b'konformità mal- Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006; |
|
(c) |
jagħmlu kull sforz sabiex jipprovdu partizzjoni tal-kostijiet rilevanti l-oħra kollha, inklużi l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż ta' studji mhux koperti mill-punt (b), magħmula qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kif deskritt fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. |
Il-partizzjoni tal-kostijiet għandha tiġi pprovduta lir-reġistrant potenzjali mingħajr dewmien żejjed.
3. Meta reġistranti tal-istess sustanza kkondividew bejniethom l-informazzjoni u ssottomettweha b'mod konġunt b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, dawn għandhom jiddokumentaw kull sena kwalunkwe kost addizzjonali mġarrab b'rabta mat-tħaddim ta' ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta tagħhom.
Id-dokumentazzjoni annwali għandu jkun fiha s-sezzjonijiet indikati fil-paragrafu 1 u għandha tinkludi, għall-finijiet ta' mekkaniżmu ta' rimborż, rekord ta' kwalunkwe kumpens riċevut minn reġistranti ġodda.
Fin-nuqqas ta' dokumentazzjoni dettaljata tal-kostijiet imġarrba jew kumpens riċevut qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-partijiet tal-ftehim għandhom jagħmlu kull sforz biex jiġbru prova, jew biex issir l-aħjar approssimazzjoni, ta' dawn il-kostijiet u kumpens għal kull sena mill-bidu ta' dak il-ftehim.
Tali dokumentazzjoni annwali għandha tinżamm mir-reġistranti għal minimu ta' 12-il sena wara l-aħħar sottomissjoni ta' studju u għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas fuq talba minn kwalunkwe parti tal-tehim ta' kondiviżjoni ta' dejta kkonċernat fi żmien raġonevoli u b'kunsiderazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti relatati mal-iskadenzi tar-reġistrazzjoni applikabbli.
Artikolu 3
Sustanza waħda, reġistrazzjoni waħda
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 11(3) u 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija għandha tiżgura li kull reġistranti tal-istess sustanza jkun parti mill-istess reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament.
2. Fejn l-Aġenzija tippermetti reġistrant potenzjali ta' sustanza li diġà ġiet reġistrata li jirreferi għall-informazzjoni mitluba skont l-Artikoli 27(6) u 30(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija għandha tiżgura li kwalunkwe preżentazzjoni sussegwenti ta' informazzjoni minn dak ir-reġistrant potenzjali tkun tagħmel parti minn sottomissjoni konġunta eżistenti għal dik is-sustanza.
3. Meta reġistrant potenzjali jkun issodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 26 jew 29 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u jkun ġie aċċertat li mhuwiex meħtieġ li jikkondividi t-testijiet fuq annimali vertebrati għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tiegħu, hu jista' jiddeċiedi li jinvoka l-Artikoli 11(3) jew 19(2) sabiex jissottometti b'mod separat l-informazzjoni relevanti kollha jew parti minnha fl-Artikolu 10(a) ta' dak ir-Reoglament.
F'tali każijiet, ir-reġistrant potenzjali għandu jinforma lil kwalunkwe reġistrant preċedenti ta' dik is-sustanza bid-deċiżjoni tiegħu. Huwa għandu wkoll jgħarraf lill-Aġenzija li għandha tiżgura li din is-sottomissjoni separata, magħmula skont l-Artikolu 11(3) jew 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, tibqa' tagħmel parti mir-reġistrazzjoni eżistenti għal dik is-sustanza skont il-paragrafu 1.
Artikolu 4
Ġustizzja u nondiskriminazzjoni
1. Skont l-Artikoli 27(3) u 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kwalunkwe reġistrant ta' sustanza għandu jkun meħtieġ biss li jikkondividi l-kostijiet tal-informazzjoni li tali reġistrant huwa obbligat li jissottometti lill-Aġenzija biex jissodisfa r-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni tiegħu skont dak ir-Regolament. Din il-kundizzjoni tapplika wkoll għal kostijiet amministrattivi.
2. Il-mudell tal-kondiviżjoni tal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) għandu japplika għar-reġistranti kollha ta' dik is-sustanza, inkluża l-possibbiltà ta' reġistranti futuri li jingħaqdu fil-ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta fi stadju aktar tard.
Il-mudell tal-kondiżjoni tal-kostijiet għandu jinkludi għar-reġistranti kollha ta' sustanza partikolari dispożizzjonijiet għall-iskambju ta' kwalunkwe kostijiet li jirriżultaw minn deċiżjoni ta' valutazzjoni ta' sustanzi potenzjali.
Il-fatturi li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati wkoll sabiex jintlaħaq qbil dwar mudell ta' kondiviżjoni partikolari: l-għadd ta' reġistranti potenzjali stmat ta' reġistrazzjoni għal dik is-sustanza; u l-possibbiltà ta' rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali futura għal dik is-sustanza, għajr dawk li jirriżultaw minn deċiżjoni ta' valutazzjoni ta' sustanzi potenzjali.
F'każ li mudell ta' kondiviżjoni tal-kostijiet jinkludi l-possibbiltà li jkopri l-kostijiet ta' rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali għal dik is-sustanza, għajr dawk li jirriżultaw minn deċiżjoni ta' valutazzjoni ta' sustanzi potenzjali, din il-possibbiltà għandha tiġi ġġustifikata u indikata b'mod separat minn kostijiet oħra tal-ftehim dwar il-kondiviżjoni tad-dejta.
Il-kompilazzjoni ta' informazzjoni għall-finijiet tal-istabbiliment ta' ugwaljanza ta' sustanza m'għandha tkun soġġetta għal ebda kondiviżjoni tal-kostijiet bejn ir-reġistranti preċedenti u r-reġistranti potenzjali.
3. Skont l-Artikoli 27 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jekk il-parteċipanti ta' ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta ma jistgħux jaqblu dwar tali mudell ta' kondiviżjoni tal-kostijiet, kull parteċipant għandu jħallas sehem indaqs mill-kostijiet meħtieġa għall-parteċipazzjoni rispettiva tiegħu. Rimborż ta' parti minn dawn il-kostijiet imħallsa xorta għandu jseħħ daqslikieku sar qbil dwar mekkaniżmu ta' rimborż soġġett għall-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4.
4. Il-mekkaniżmu ta' rimborż imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) għandu jiġu previst f'kull mudell ta' kondiviżjoni tal-kostijiet u għandu jinkludi metodu ta' ridistribuzzjoni proporzjonali lil kull parteċipant tas-sehem rispettiv tiegħu tal-kostijiet imħallsa meta reġistrant potenzjali jingħaqad ma' dan il-Ftehim fil-futur.
Il-mekkaniżmu ta' rimborż għandu wkoll iqis il-fatturi li ġejjin: il-possibbiltà ta' rekwiżiti ta' reġistrazzjoni addizzjonali futura għal dik is-sustanza, għajr dawk li jirriżultaw minn deċiżjoni ta' valutazzjoni ta' sustanzi potenzjali; il-vijabbiltà ekonomika ta' ċerti rimborżi meta l-kostijiet tar-rimborż huma ogħla mill-ammont li għandu jiġi rimborżat.
5. Meta ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta diġà jeżisti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-partijiet ta' dak il-ftehim jistgħu, b'kunsens unanimu, jirrinunzjaw l-obbligu tagħhom li jinkludu mekkaniżmu ta' rimborż fil-mudell tagħhom tal-kondiviżjoni tal-kostijiet.
Reġistrant potenzjali li għandu l-intenzjoni li jipparteċipa fi ftehim ta' kondiviżjoni ta' dejta eżistenti m'għandux ikun marbut minn rinunzja eżistenti sakemm jagħti l-kunsens iffirmat tiegħu lir-reġistranti preċedenti u għandu jkollu d-dritt li jikseb l-inklużjoni ta' mekkaniżmu ta' rimborż fil-mudell ta' kondiviżjoni tal-kostijiet b'konformità ma' dan ir-Regolament.
6. Kull reġistrant li jkun waqqaf l-attivitajiet tiegħu skont il-paragrafu 2 jew 3 tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 xorta jista' jkun meħtieġ jaqsam il-kostijiet li jirriżultaw minn deċiżjoni ta' valutazzjoni ta' sustanza b'konformità mal-Artikolu 50(4) ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 5
Riżoluzzjoni ta' tilwim
1. Fir-riżoluzzjoni ta' tilwima dwar kondiviżjoni ta' dejta skont l-Artikoli 27(5) u 30(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija għandha tqis il-konformità tal-partijiet mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta' dan ir-Regolament.
2. Dan ir-Regolament jitħaddem mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa u kompleta tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
|
6.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/46 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/10
tal-5 ta' Jannar 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
236,2 |
|
MA |
77,5 |
|
|
TR |
111,7 |
|
|
ZZ |
141,8 |
|
|
0707 00 05 |
MA |
88,9 |
|
TR |
156,8 |
|
|
ZZ |
122,9 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
43,8 |
|
TR |
144,8 |
|
|
ZZ |
94,3 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
53,0 |
|
MA |
64,8 |
|
|
TR |
70,6 |
|
|
ZA |
74,1 |
|
|
ZZ |
65,6 |
|
|
0805 20 10 |
IL |
171,2 |
|
MA |
67,7 |
|
|
ZZ |
119,5 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
IL |
118,6 |
|
MA |
86,7 |
|
|
TR |
66,6 |
|
|
ZZ |
90,6 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
96,5 |
|
ZZ |
96,5 |
|
|
0808 10 80 |
CL |
83,4 |
|
US |
150,1 |
|
|
ZZ |
116,8 |
|
|
0808 30 90 |
TR |
130,5 |
|
ZZ |
130,5 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DIRETTIVI
|
6.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/48 |
DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/11
tal-5 ta' Jannar 2016
li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-punt (2)(b) tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2002/57/KE jistabbilixxi l-purità minima varjetali taż-żerriegħa tal-pjanti ibridi tal-kolza Żvediża. |
|
(2) |
L-istandard tal-purità attwali ta' 90 % li huwa applikabbli għal varjetajiet ibridi kemm tal-kolza tar-rebbiegħa u kemm tal-kolza tax-xitwa m'għadux jirrifletti l-karatteristiċi tekniċi speċjali u lanqas il-limitazzjonijiet tal-produzzjoni taż-żerriegħa tal-kolza tar-rebbiegħa. |
|
(3) |
Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni taż-żerriegħa previsti fid-Direttiva 2002/57/KE huma bbażati fuq standards aċċettati fuq livell internazzjonali għall-Iskemi taż-Żerriegħa stabbiliti mill-OECD (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi). |
|
(4) |
L-istandard tal-purità varjetali għaż-żerriegħa tal-kolza tar-rebbiegħa għandu jiġi adattat għall-istandard stabbilit mill-OECD. |
|
(5) |
Għalhekk, l-Anness II tad-Direttiva 2002/57/KE għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi tal-Anness II tad-Direttiva 2002/57/KE
Fit-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2002/57/KE, il-punt (2)(b) jinbidel b'dan li ġej:
|
“(b) |
Il-purezza varjetali minima taż-żerriegħa għandha tkun:
|
Arikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2017.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn refrenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Arikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Arikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER