ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
15.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/446
tat-3 ta' Marzu 2017
dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll (2015) li jemenda l-Anness għall-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 80/271/KEE (2), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim tal-GATT dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili (il-“Ftehim”). |
(2) |
Fil-5 ta' Novembru 2015, f'Ġinevra, il-firmatarji għall-Ftehim, permezz tar-rappreżentanti tagħhom, qablu li jiftħu għall-aċċettazzjoni l-Protokoll (2015) li Jemenda l-Anness għall-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili (il-“Protokoll”) li jittrasponi fl-Anness għall-Ftehim it-tibdiliet introdotti fil-verżjoni tal-2007 tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija. |
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll (2015) li jemenda l-Anness għall-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew persuni bis-setgħa li jiddepożitaw, f'isem l-Unjoni, l-istrument ta' aċċettazzjoni, sabiex jesprimu l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll (3).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. FARRUGIA
(1) Approvazzjoni tal-15 ta' Frar 2017 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 80/271/KEE tal-10 ta' Diċembru 1979 dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet Multilaterali li jirriżultaw min-negozjati dwar il-kummerċ tal-1973 — 1979 (ĠU L 71, 17.3.1980, p. 1) (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
15.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/3 |
TRADUZZJONI
PROTOKOLL (2015)
li jemenda l-Anness tal-Ftehim dwar Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili
Firmatarji tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”),
WARA li għamlu negozjati bl-għan li jittrasponu fl-Anness tal-Ftehim it-tibdiliet introdotti fil-verżjoni tal-2007 tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (minn hawn 'il quddiem imsejħa “is-Sistema Armonizzata”),
PERMEZZ tar-rappreżentanti tagħhom, ftehmu kif ġej:
1. |
L-Anness mehmuż ma' dan il-Protokoll, għandu, mad-dħul fis-seħħ tiegħu skont il-paragrafu 3, jissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili. |
2. |
Dan il-Protokoll għandu jkun miftuħ biex jiġi aċċettat mill-Firmatarji tal-Ftehim. |
3. |
Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ, għal dawk il-Firmatarji li jkunu aċċettawh, fl-1 ta' Lulju 2016. Wara dan, għal kull Firmatarju ieħor il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fit-30 jum wara d-data tal-aċċettazzjoni tiegħu. |
4. |
Dan il-Protokoll għandu jiġi ddepożitat għand id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li minnufih għandu jipprovdi lil kull Firmatarju u lil kull Membru kopja ċċertifikata tiegħu u notifika ta' kull aċċettazzjoni tiegħu b'konformità mal-paragrafu 2. |
5. |
Dan il-Protokoll għandu jiġi rreġistrat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. |
6. |
Dan il-Protokoll jittratta biss id-dazji u l-ħlasijiet doganali skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim. Ħlief fir-rigward tar-rekwiżit ta' trattament ħieles mid-dazju għal prodotti koperti minn dan il-Protokoll, xejn f'dan il-Protokoll jew fil-Ftehim, kif modifikat hawn, ma jbiddel jew jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta' Firmatarju, kif ikunu fil-jum ta' qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, skont kwalunkwe wieħed mill-Ftehimiet tad-WTO msemmija fl-Artikolu II tal-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. |
MAGĦMUL f'Ġinevra fil-5 ta' Novembru 2015, f'kopja unika, fil-lingwa Ingliża, Franċiża u Spanjola, b'kull test meqjus awtentiku.
ANNESS
PRODOTTI KOPERTI
1. |
Il-firxa tal-prodott hija ddefinita fl-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili. |
2. |
Il-Firmatarji jaqblu li l-prodotti koperti mid-deskrizzjonijiet elenkati hawn taħt u kklassifikati kif suppost taħt l-intestaturi u s-subintestaturi tas-Sistema Armonizzata li jidhru ħdejn xulxin għandhom jingħataw trattament ħieles mid-dazju jew eżentat mid-dazju, jekk dawn il-prodotti jkunu għall-użu f'inġenji tal-ajru ċivili jew f'apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir (*1), u biex ikunu inkorporati fihom fil-proċess tal-manifattura, it-tiswija, il-manutenzjoni, ir-rikostruzzjoni, il-modifikazzjoni jew il-konverżjoni. |
3. |
Dawn il-prodotti ma għandhomx jinkludu:
|
4. |
Għall-għan ta' dan l-Anness, “Ex” ġiet inkluża sabiex tindika li d-deskrizzjoni tal-prodott imsemmi ma tużax il-firxa kollha ta' prodotti fl-intestaturi u s-subintestaturi tas-Sistema Armonizzata elenkati hawn taħt. |
Intestatura SA Ex |
Subintestatura SA Ex |
Deskrizzjoni |
39.17 |
3917.21 |
Tubi, pajpijiet u manek, riġidi, ta' polimeri ta' etilene, b'tagħmir imwaħħal |
|
.22 |
Tubi, pajpijiet u manek, riġidi, ta' polimeri ta' propilin, b'tagħmir imwaħħal |
|
.23 |
Tubi, pajpijiet u manek, riġidi, ta' polimeri ta' klorur tal-vinil, b'tagħmir imwaħħal |
|
.29 |
Tubi, pajpijiet u manek, riġidi, ta' plastiks oħrajn, b'tagħmir imwaħħal |
|
.31 |
Tubi, pajpijiet u manek flessibbli, tal-plastiks, bi pressjoni minima ta' faqgħa ta' 27,6 MPa, b'tagħmir imwaħħal |
|
.33 |
Tubi, pajpijiet u manek flessibli, tal-plastiks, mhux rinforzati jew magħquda mod ieħor ma' materjali oħra, b'tagħmir imwaħħal |
|
.39 |
Tubi, pajpijiet u manek flessibbli, tal-plastiks, rinfurzati jew magħquda mod ieħor ma' materjali oħra, b'tagħmir imwaħħal |
|
.40 |
Tagħmir għal tubi, pajpijiet u manek, tal-plastiks |
39.26 |
3926.90 |
Oġġetti oħrajn tal-plastiks |
40.08 |
4008.29 |
Forom ta' profil ta' gomma mhux ċellulari ivvulkanizzata ħlief gomma iebsa, maqtugħin għal qies |
40.09 |
4009.12 |
Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, mhux rinfurzati jew b'xi mod ieħor imħalltin ma' materjali oħrajn, bit-tagħmir, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi |
|
4009.22 |
Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, rinfurzati jew b'xi mod ieħor imħalltin biss ma' metall, bit-tagħmir, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi |
|
4009.32 |
Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, rinfurzati jew b'xi mod ieħor imħalltin biss ma' materjali tessili, bit-tagħmir, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi |
|
4009.42 |
Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, rinfurzati jew b'xi mod ieħor imħalltin ma' materjali oħrajn, bit-tagħmir, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi |
40.11 |
4011.30 |
Tajers pnewmatiċi ġodda, ta' gomma, ta' tip użat fuq bċejjeċ tal-ajru |
40.12 |
4012.13 |
Tajers pnewmatiċi tal-gomma miksijin mill-ġdid, ta' tip użat fuq bċejjeċ tal-ajru |
|
.20 |
Tajers pnewmatiċi użati, tal-gomma |
40.16 |
4016.10 |
Oġġetti oħrajn ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa |
|
.93 |
Gaskits, woxers u siġilli oħrajn, ta' gomma vilkanizzata mhux ċellulari, ħlief gomma iebsa |
|
.99 |
Oġġetti oħrajn ta' gomma vulkanizzata mhux ċellulari ħlief gomma iebsa |
40.17 |
4017.00 |
Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma iebsa, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi |
45.04 |
4504.90 |
Gaskits, woxers u siġilli oħra, ta' sufra magħquda |
48.23 |
4823.90 |
Gaskits, woxers u siġilli oħra, ta' karta jew kartun |
68.12 |
6812.80 |
Oġġetti ta' kroċidolit, ħlief ħwejjeġ, aċċessorji ta' ħwejjeġ, ilbies għar-riġlejn u xedd għar-ras, karta, kartun qawwi, feltru jew materjal li jġonġi ta' fibra ta' asbestos kompressat, f'folji jew rombli |
|
.99 |
Oġġetti oħrajn tal-asbestos, ħlief ħwejjeġ, aċċessorji ta' ħwejjeġ, ilbies għar-riġlejn u xedd għar-ras, karta, kartun qawwi, feltru jew materjal li jġonġi ta' fibra ta' asbestos kompressat, f'folji jew rombli |
68.13 |
6813.20 |
Kisi u pads ta' brejkijiet, u oġġetti oħrajn għall-klaċċijiet jew bħalhom, mhux immuntati, ta' materjal għall-ħakk ta' ħaġa m'oħra b'bażi ta' asbestos |
|
.81 |
Kisi u pads ta' brejkijiet, mhux immuntati, ta' materjal għall-ħakk ta' ħaġa m'oħra b'bażi ta' sustanzi minerali, li ma fihx asbestos |
|
.89 |
Oġġetti oħra, mhux immuntati, għal klaċċijiet jew bħalhom, ta' materjal għall-ħakk ta' ħaġa m'oħra b'bażi ta' sustanzi minerali, li ma fihx asbestos |
70.07 |
7007.21 |
Windskrins, magħmula minn ħġieġ ta' sigurtà illaminat |
73.04 |
7304.31 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' ħadid (ħlief ħadid fondut) jew ta' azzar mhux-liga, miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.39 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' ħadid (ħlief ħadid fondut) jew ta' azzar mhux-liga, ħlief miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.41 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' stainless steel, miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.49 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' stainless steel, ħlief miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.51 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' azzar ligi ħlief stainless steel, miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.59 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' azzar ligi ħlief stainless steel, ħlief miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.90 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' ħadid (ħlief ħadid fondut) jew ta' azzar, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
73.06 |
7306.30 |
Tubi u pajpijiet, iwweldjati, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' ħadid jew azzar mhux liga, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.40 |
Tubi u pajpijiet, iwweldjati, b'wiċċ ta' qatgħa tond, tal-istainless steel, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.50 |
Tubi u pajpijiet, iwweldjati, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' azzar ligi ħlief istainless steel, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.61 |
Tubi u pajpijiet, iwweldjati, b'wiċċ ta' qatgħa forma ta' kaxxa jew rettangolari, ta' ħadid jew azzar, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.69 |
Tubi u pajpijiet, iwweldjati, ta' oħrajn ta' wiċċ ta' qatgħa mhux tond, ta' ħadid jew azzar, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
73.12 |
7312.10 |
Wajer bis-swiegli, ħbula u kejbils, ta' ħadid jew ta' azzar, mhux iżolati għall-elettriku, b'tagħmir magħhom |
|
.90 |
Ċineg immaljati, bragi u bħalhom, ta' ħadid jew ta' azzar, mhux iżolati għall-elettriku, b'tagħmir magħhom |
73.22 |
7322.90 |
Ħiters tal-arja u distributuri tal-arja sħuna, mhux imsaħħnin bl-elettriku, li fihom fann jew blower imħaddmin b'mutur, ta' ħadid jew azzar, esklużi partijiet tagħhom |
73.24 |
7324.10 |
Sinkijiet u friskaturi, tal-istainless steel |
|
.90 |
Oġġetti oħrajn għall-kamra tal-banju, ta' ħadid jew azzar, għajr sinkijiet u friskaturi, tal-istainless steel, u għajr banjijiet, ta' ħadid jew ta' azzar |
73.26 |
7326.20 |
Oġġetti ta' wajer ta' ħadid jew azzar |
74.13 |
7413.00 |
Wajer bis-swiegli, kejbils, ċineg immaljati u bħalhom, ta' ram, mhux inżulati għall-elettriku, b'tagħmir magħhom |
76.08 |
7608.10 |
Tubi u pajpijiet ta' aluminju mhux illigat, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.20 |
Tubi u pajpijiet ta' ligi ta' aluminju, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
81.08 |
8108.90 |
Tubi u pajpijiet, tat-titanju, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
83.02 |
8302.10 |
Ċappetti, ta' metall ta' valur baxx |
|
.20 |
Castors bl-immuntar ta' metall ta' valur baxx |
|
.42 |
Fornituri, tagħmir u oġġetti simili ta' metall ta' valur baxx, tajbin għal għamara |
|
.49 |
Fornituri, tagħmir u oġġetti simili ta' metall ta' valur baxx oħrajn |
|
.60 |
Għeluq awtomatiċi ta' metall ta' valur baxx għal bibien |
83.07 |
8307.10 |
Tubi flessibbli, ta' ħadid jew azzar, bit-tagħmir magħhom |
|
.90 |
Tubi flessibbli, ta' metall ta' valur baxx għajr ħadid jew azzar, bit-tagħmir magħhom |
84.07 |
8407.10 |
Magni ta' biċċiet tal-ajru li jaqbdu bi xrara bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b'kombustjoni interna |
84.08 |
8408.90 |
Magni li jaqbdu b'kompressjoni bil-pistuni b'kombustjoni interna (magni diżil jew semi-diżil) |
84.09 |
8409.10 |
Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-magni ta' biċċiet tal-ajru ta' titlu 8407.10 jew 8408.90 |
84.11 |
8411.11 |
Turbo-ġettijiet ta' pressjoni mhux akbar minn 25 kN |
|
.12 |
Turbo-ġettijiet ta' pressjoni akbar minn 25 kN |
|
.21 |
Turbo skrejjen ta' qawwa mhux akbar minn 1 100 kW |
|
.22 |
Turbo skrejjen ta' qawwa akbar minn 1 100 kW |
|
.81 |
Turbini ta' gass, ħlief turbo-ġettijiet jew turbo-skrejjen, ta' qawwa mhux akbar minn 5 000 kW |
|
.82 |
Turbini ta' gass, ħlief turbo-ġettijiet jew turbo-skrejjen, ta' qawwa akbar minn 5 000 kW |
|
.91 |
Partijiet ta' turbo-ġettijiet jew turbo-skrejjen |
|
.99 |
Partijiet ta' turbini ta' gass, ħlief turbo-ġettijiet u turbo-skrejjen |
84.12 |
8412.10 |
Magni ta' reazzjoni ħlief turbo-ġettijiet |
|
.21 |
Magni u muturi tal-qawwa idrawlika, jaħdmu lineari (ċilindri) |
|
.29 |
Magni u muturi tal-qawwa idrawlika, jaħdmu b'mod mhux lineari |
|
.31 |
Magni u muturi pnewmatiċi ta' enerġija, jaħdmu lineari (ċilindri) |
|
.39 |
Magni u muturi pnewmatiċi ta' enerġija, jaħdmu b'mod mhux lineari |
|
.80 |
Magni u muturi tal-enerġija mhux elettriċi, ħlief magni ta' reazzjoni, jew magni u muturi tal-qawwa idrawlika jew pnewmatika |
|
.90 |
Partijiet ta' magni ta' reazzjoni, jew ta' magni u muturi tal-enerġija ta' qawwa idrawlika, pnewmatika jew qawwa oħra mhux elettrika |
84.13 |
8413.19 |
Pompi għal likwidi, mgħammrin jew maħsubin biex ikunu mgħammrin b'apparat għal kejl |
|
.20 |
Pompi mħaddma bl-idejn għal likwidi, mhux mgħammrin jew maħsubin biex ikunu mgħammrin b'apparat għal kejl |
|
.30 |
Pompi għal materjali karburanti, lubrikanti jew ta' tkessiħ għal magni bil-pistuni b'kombustjoni interna |
|
.50 |
Pompi b'moviment alternat bi spostament pożittiv għal likwidi, ħlief il-pompi ta' 8413.19 , 8413.20 jew 8413.30 |
|
.60 |
Pompi orotatorji bi spostament pożittiv għal likwidi, ħlief il-pompi ta' 8413.19 , 8413.20 jew 8413.30 |
|
.70 |
Pompi ċentrifugi għal likwidi, ħlief il-pompi ta' 8413.19 , 8413.20 jew 8413.30 |
|
.81 |
Pompi għal likwidi, ħlief il-pompi ta' 8413.19 , 8413.20 , 8413.30 , 8413.50 , 8413.60 jew 8413.70 |
|
.91 |
Partijiet ta' pompi għal likwidi |
84.14 |
8414.10 |
Pompi bil-vakwu |
|
.20 |
Pompi tal-arja mħaddmin bl-idejn jew bis-saqajn |
|
.30 |
Kumpressuri tal-arja jew jew gass ieħor ta' tip użat f'tagħmir tat-tkessiħ |
|
.51 |
Fannijiet għall-mejda, għall-art, għat-tieqa jew għas-saqaf, b'mutur tal-elettriku fihom stess li ma jitfax iktar minn 125 W |
|
.59 |
Fannijiet, ħlief fannijiet ta' 8414.51 |
|
.80 |
Pompi tal-arja, kumpressuri tal-arja jew gass oħrajn |
|
.90 |
Partijiet ta' pompi tal-arja jew bil-vakwu, kumpressuri tal-arja jew gass u fannijiet; |
84.15 |
8415.81 |
Magni tal-arja kundizzjonata, li fihom fann bil-mutur u elementi biex wieħed jibdel it-temperatura u l-umdità, inklużi dawk il-magni li fihom l-umdità ma tistax tkun irregolata separatament, li fihom unità għat-tkessiħ u valv għat-taqlib taċ-ċiklu tat-tkessiħ/sħana (pompi għas-sħana li jistgħu jinqalbu) |
|
.82 |
Magni tal-arja kundizzjonata, li fihom fann bil-mutur u elementi biex wieħed jibdel it-temperatura u l-umdità, inklużi dawk il-magni li fihom l-umdità ma tistax tkun irregolata separatament, li fihom unità għat-tkessiħ iżda mhux valv għat-taqlib taċ-ċiklu tat-tkessiħ/sħana |
|
.83 |
Magni tal-arja kundizzjonata, li fihom fann bil-mutur u elementi biex wieħed jibdel it-temperatura u l-umdità, inklużi dawk il-magni li fihom l-umdità ma tistax tkun irregolata separatament, li ma fihomx unità għat-tkessiħ |
|
.90 |
Partijiet tal-magni tal-arja kundizzjonata ta' 8415.81 , 8415.82 jew 8415.83 |
84.18 |
8418.10 |
Refriġerejters-friżi kombinati, mgħammrin b'bibien ta' barra separati |
|
.30 |
Friżi tat-tip senduq, ma jesgħux aktar minn 800 litru |
|
.40 |
Friżi tat-tip wieqaf, li jesgħu mhux aktar minn 900 litru |
|
.61 |
Unitajiet tat-tip tal-kompressjoni fejn il-kondensaturi huma skambjaturi tas-sħana |
|
.69 |
Tagħmir ta' tkessiħ jew iffriżar għajr refriġerejters tip għad-dar, jew tagħmir ta' tkessiħ jew iffriżar ta' 8418.10 , 8418.30 , 8418.40 jew 8418.61 |
84.19 |
8419.50 |
Unitajiet ta' trasferiment ta' sħana |
|
.81 |
Tagħmir biex isiru xarbiet sħan jew għat-tisjir jew tisħin ta' ikel |
|
.90 |
Partijiet ta' unitajiet ta' trasferiment ta' sħana ta' 8419.50 |
84.21 |
8421.19 |
Ċentrifugi |
|
.21 |
Makkinarju u tagħmir biex jiffiltraw jew isaffu ilma |
|
.23 |
Filtri ta' żejt jew petrol għal magni b'kombustjoni interna |
|
.29 |
Makkinarju u tagħmir biex jiffiltraw jew isaffu likwidi oħra għajr l-ilma jew xorb, minbarra dawk ta' 8421.23 |
|
.31 |
Filtri għad-dħul ta' arja għal magni b'kombustjoni interna |
|
.39 |
Makkinarju u tagħmir li jiffiltraw jew isaffu gassijiet ħlief filtri għad-dħul ta' arja għal magni b'kombustjoni interna |
84.24 |
8424.10 |
Apparat għat-tifi tan-nar, ikkargat jew le |
84.25 |
8425.11 |
Sett ta' taljoli u paranki ħlief paranki ta' gaġeġ (skip-hoists), imħaddmin b'mutur elettriku |
|
.19 |
Sett ta' taljoli u paranki ħlief paranki ta' gaġeġ (skip-hoists), minbarra mħaddmin b'mutur elettriku |
|
.31 |
Winċijiet jew kapstins imħaddmin b'mutur elettriku |
|
.39 |
Winċijiet jew kapstins minbarra mħaddmin b'mutur elettriku |
|
.42 |
Ġakkijiet, idrawliċi |
|
.49 |
Ġakkijiet, minbarra idrawliċi |
84.26 |
8426.99 |
Krejnijiet oħra |
84.28 |
8428.10 |
Liftijiet u paranki ta' gaġeġ (skip-hoists) |
|
.20 |
Skalaturi u trasportaturi pnewmatiċi |
|
.33 |
Skalaturi u trasportaturi, tip ta' ċinturin, għal oġġetti jew materjali, mhux maħdumin apposta għal użu taħt l-art |
|
.39 |
Skalaturi u trasportaturi li jaħdmu l-ħin kollu, għal oġġetti jew materjali, minbarra dawk maħdumin apposta għal użu taħt l-art, tip ta' barmil, jew tip ta' ċinturin |
|
.90 |
Makkinarju ieħor għall-irfigħ, l-immaniġġar, it-tagħbija jew il-ħatt |
84.43 |
8443.31 |
Magni li jwettqu żewġ funzjonijiet jew aktar ta' stampar, ikkupjar jew trażmissjoni tal-faksimile, li huma kapaċi jaqbdu ma' magna awtomatika tal-ipproċessar ta' data jew ma' netwerk |
|
.32 |
Printers, għajr makkinarju għall-istampar użat biex jistampa permezz ta' pjanċi, ċilindri u komponenti oħra ta' stampar ta' titlu 8442 , li huma kapaċi jaqbdu ma' magna awtomatika tal-ipproċessar ta' data jew ma' netwerk |
84.71 |
|
|
|
8471.41 |
Magni awtomatiċi oħra għall-ipproċessar tad-data, li fihom ġo l-istess għata għal inqas unità ta' ipproċessar ċentrali u unità ta' dħul u ta' ħruġ, flimkien jew le |
|
.49 |
Magni awtomatiċi oħra għall-ipproċessar tad-data oħrajn, minbarra dawk ta' 8471.41 , ippreżentati f'forma ta' sistemi |
|
.50 |
Unitajiet ta' ipproċessar ħlief dawk ta' 8471.41 jew 8471.49 , fihom jew le fl-istess għata wieħed jew tnejn minn dawn it-tipi ta' unità: unitajiet ta' ħażna, unitajiet ta' dħul, unitajiet ta' ħruġ |
|
.60 |
Unitajiet ta' dħul jew ta' ħruġ, fihom jew le unitajiet ta' ħażna fl-istess għata |
|
.70 |
Unitajiet ta' ħażna |
84.79 |
8479.89 |
Magni u tagħmir mekkaniku b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra fil-kapitolu 84, dan li ġej: Muturi tal-istarter mhux elettriċi; Regulaturi tal-iskrejjen, mhux elettriċi; Servomekkaniżmi, mhux elettriċi; Wajpers tal-windskrin, mhux elettriċi; Akkumulaturi idropnewmatiċi; Starters pnewmatiċi għal ġettijiet turbo, skrejjen turbo jew turbini oħrajn tal-gass; Unitajiet tat-tojlit maħdumin apposta għal biċċiet tal-ajru; Azzjonisti mekkaniċi għal qtugħ tal-imbuttatura (thrust reversers); Umidifikaturi u deumidifikaturi tal-arja |
|
.90 |
Partijiet minn magni u tagħmir mekkaniku elenkati taħt 8479.89 |
84.83 |
8483.10 |
Xaftijiet ta' trasmissjoni (inklużi kamxafts u krankxafts) u krankijiet |
|
.30 |
Ħofor tal-berings, mingħajr bolberings jew berings bir-rombli; berings b'xaft lixx |
|
.40 |
Gerijiet u settijiet ta' gerijiet, ħlief roti bis-snien, sprokits bil-katina u elementi oħrajn ta' trasmissjoni ppreżentati separatament; viti tal-boċċi jew tar-rombli; kaxex tal-gerijiet u oġġetti oħrajn li jibdlu l-veloċità, inklużi torque converters |
|
.50 |
Volanti (flywheels) u tarjoli, inklużi blokki ta' tarjoli |
|
.60 |
Klaċċijiet u gganċjar tax-xaft (couplings) (inklużi universal joints) |
|
.90 |
Roti bis-snien, sprokits tal-katina u elementi oħrajn ta' trasmissjoni ppreżentati separatament; partijiet tal-oġġetti ta' 8483.10 , 8483.30 , 8483.40 , 8483.50 jew 8483.60 |
84.84 |
8484.10 |
Gaskits u ġonot simili ta' folji ta' metall flimkien ma' materjal ieħor jew ta' żewġ saffi jew aktar ta' metall |
|
.90 |
Settijiet jew assortimenti ta' gaskits u ġonot simili, mhux l-istess fil-kompożizzjoni, ippreżentati f'boroż, envelops jew pakki simili; |
85.01 |
8501.20 |
Muturi elettriċi universali AC/DC bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 735 W iżda mhux aktar minn 150 kW |
|
.31 |
Muturi elettriċi DC, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 735 W, iżda li ma taqbiżx 750 W; ġeneraturi elettriċi DC bi produzzjoni ta' enerġija mhux aktar minn 750 W |
|
.32 |
Muturi elettriċi DC u ġeneraturi elettriċi DC, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 750 W, iżda mhux aktar minn 75 kW |
|
.33 |
Muturi elettriċi DC, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kW, iżda mhux aktar minn 150 kW; ġeneraturi DC elettriċi bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kW iżda mhux aktar minn 375 kW |
|
.34 |
Ġeneraturi elettriċi DC bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 375 kW |
|
.40 |
Muturi elettriċi AC, single-phase minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 735 W, iżda mhux aktar minn 150 kW |
|
.51 |
Muturi elettriċi AC, multi-phase, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 735 W, iżda mhux aktar minn 750 W |
|
.52 |
Muturi elettriċi AC, multi-phase, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 750 W, iżda mhux aktar minn 75 kW |
|
.53 |
Muturi elettriċi AC, multi-phase, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kW, iżda mhux aktar minn 150 kW |
|
.61 |
Ġeneraturi elettriċi AC (alternaturi), bi produzzjoni ta' enerġija mhux aktar minn 75 kVA |
|
.62 |
Ġeneraturi AC (alternaturi), bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kVA iżda mhux aktar minn 375 kVA |
|
.63 |
Ġeneraturi AC (alternaturi), bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 375 kVA iżda mhux aktar minn 750 kVA |
85.02 |
8502.11 |
Settijiet ta' ġenerazzjoni li fihom magni bil-pistuni b'kombustjoni interna li jaqbdu bil-kompressjoni (magni dijżil jew semi-dijżil), bi produzzjoni ta' enerġija mhux aktar minn 75 kVA |
|
.12 |
Settijiet ta' ġenerazzjoni ac li fihom magni bil-pistuni b'kombustjoni interna li jaqbdu bil-kompressjoni (magni dijżil jew semi-dijżil), bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kVA iżda mhux aktar minn 375 kVA |
|
.13 |
Settijiet ta' ġenerazzjoni li fihom magni bil-pistuni b'kombustjoni interna li jaqbdu bil-kompressjoni (magni dijżil jew semi-dijżil), bi produzzjoni ta' enerġija mhux aktar minn 375 kVA |
|
.20 |
Settijiet ta' ġenerazzjoni li fihom magni bil-pistuni b'kombustjoni interna li jaqbdu bix-xrara |
|
.31 |
Settijiet ta' ġenerazzjoni oħrajn, li jaħdmu bir-riħ |
|
.39 |
Settijiet ta' ġenerazzjoni oħrajn, minbarra dawk ta' 8502.31 |
|
.40 |
Trasformaturi (converters) rotatorji tal-elettriku |
85.04 |
8504.10 |
Ballasts għal lampi jew tubi li jiskargaw |
|
.31 |
Transformers elettriċi, għajr transformers ta' likwidu dielettriku, b'kapaċità ta' maniġġar ta' enerġija mhux aktar minn 1 kVA |
|
.32 |
Transformers elettriċi, għajr transformers ta' likwidu dielettriku, b'kapaċità ta' maniġġar ta' enerġija aktar minn 1 kVA iżda mhux aktar minn 16 kVA |
|
.33 |
Transformers elettriċi, għajr transformers ta' likwidu dielettriku, b'kapaċità ta' maniġġar ta' enerġija aktar minn 16 kVA iżda mhux aktar minn 500 kVA |
|
.40 |
Converters elettriċi statiċi |
|
.50 |
Inductors elettriċi għajr b allasts għal lampi jew tubi li jiskargaw |
85.07 |
8507.10 |
Akkumulaturi elettriċi, tal-aċtu taċ-ċomb, ta' tip użat biex jixgħel il-magni tal-pistuni |
|
.20 |
Akkumulaturi elettriċi oħrajn, tal-aċtu taċ-ċomb |
|
.30 |
Akkumulaturi elettriċi, kadmju-nikil |
|
.40 |
Akkumulaturi elettriċi, ħadid-nikil |
|
.80 |
Akkumulaturi elettriċi oħrajn |
|
.90 |
Partijiet ta' akkumulaturi elettriċi |
85.11 |
8511.10 |
Sparking plugs |
|
.20 |
Manjeti għat-tqabbid; dinamos bil-manjete; volanti (flywheels) manjetiċi |
|
.30 |
Distributuri; koljaturi tat-tqabbid |
|
.40 |
Muturi għall-istartjar u ġeneraturi għall-istartjar b'għan doppju (dual purpose) |
|
.50 |
Ġeneraturi elettriċi oħrajn ta' tip użat flimkien ma' magni b'kombustjoni interna bi tqabbid bix-xrara jew tqabbid bil-kompressjoni |
|
.80 |
Tagħmir ieħor tal-elettriku biex iqabbad jew jistartja ta' tip użat għal jew flimkien ma magni b'kombustjoni interna bi tqabbid bix-xrara jew tqabbid bil-kompressjoni, u tagħmir li jaqta' ta' tip użat flimkien ma' dawn il-magni |
85.16 |
8516.80 |
Resistors elettriċi għat-tisħin immuntati biss b'bobbina sempliċi iżolata u konnessjonijiet elettriċi, użati għal kontra s-silġ jew għat-tneħħija tas-silġ |
85.17 |
8517.12 |
Telefowns għal netwerks ċellulari jew netwerks oħra bla wajer |
|
.61 |
Stazzjonijiet bażi għal radju telegrafija jew radju-telefonija |
|
.62 |
Tagħmir ta' riċezzjoni jew ta' trasmissjoni għal radju-telegrafija jew radju-telefonija, minbarra dawk ta' 8517.61 |
|
.69 |
Tagħmir għar-radju-telegrafija jew radju-telefonija minbarra dawk ta' 8517.61 u 8517.62 |
|
.70 |
Antenni u rifletturi ta' antenni għat-tagħmir tar-radju-telefonija jew radju-telegrafija |
85.18 |
8518.10 |
Mikrofoni u stands għalihom |
|
.21 |
Lawdspikers singli, immuntati fil-kaxex tagħhom |
|
.22 |
Lawdspikers multipli, immuntati fl-istess kaxxa |
|
.29 |
Lawdspikers, mhux immuntati fil-kaxex tagħhom |
|
.30 |
Headphones u earphones, kombinati ma' mikrofonu jew le, u settijiet magħmulin minn mikrofonu u lawdspiker wieħed jew aktar |
|
.40 |
Amplifikaturi ta' awdjofrekwenza tal-elettriku |
|
.50 |
Settijiet ta' amplifikaturi tal-ħoss tal-elettriku |
85.19 |
8519.81 |
Apparat għar-riproduzzjoni tal-ħoss li juża mezzi manjetiċi, ottiċi jew semikondutturi, li ma fihx strument għar-riproduzzjoni tal-ħoss. |
|
.89 |
Apparat għar-riproduzzjoni tal-ħoss li juża mezzi manjetiċi, ottiċi jew semikondutturi, li ma jinkorporax mezz għal rekordjar tal-ħoss. |
85.21 |
8521.10 |
Apparat li jirrekordja jew jirriproduċi vidjo, li fih jew ma fihx tuner tal-vidjo, tip b'tejp manjetiku |
85.22 |
8522.90 |
Immuntar u sub-immuntar magħmulin minn żewġ partijiet jew biċċiet jew aktar marbutin jew imwaħħlin flimkien, għal apparat ta' reġistrazzjoni tal-ħoss bl-użu ta' mezzi manjetiċi, ottiċi jew semikondutturi li ma jinkorporaz mezz għar-riproduzzjoni tal-ħoss, li jaqa' taħt 8519.81 , u apparat ieħor li jirrekordja li ma jinkorporaxmezz għar-riproduzzjoni tal-ħoss |
85.26 |
8526.10 |
Apparat tar-radar |
|
.91 |
Apparat tar-radju għal għajnuna għan-navigazzjoni |
|
.92 |
Apparat tar-radju bil-kontroll mill-bogħod |
85.28 |
8528.41 |
Moniters b'tubu vakwu (cathode ray tube) ta' tip użat biss jew prinċipalment ma' sistema awtomatika tal-ipproċessar ta' data ta' titlu 8471 |
|
.51 |
Moniters oħrajn, ta' tip użat biss jew prinċipalment ma' sistema awtomatika tal-ipproċessar ta' data ta' titlu 8471 |
|
.61 |
Proġekters, ta' tip użat biss jew prinċipalment ma' sistema awtomatika tal-ipproċessar ta' data ta' titlu 8471 |
85.29 |
8529.10 |
Antenni u rifletturi ta' antenni ta' kull tip; tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-apparat ta' titlu 85.26 |
|
.90 |
Immuntar u sub-immuntar tal-apparat ta' 8526 , li jikkonsisti minn żewġ partijiet jew biċċiet jew aktar marbutin jew imwaħħlin flimkien |
85.31 |
8531.10 |
Allarmi tas-serq jew tan-nar u apparat simili |
|
8531.20 |
Pannelli indikaturi li fihom mezzi kristall likwidu (LCD) jew dajowds li jarmu d-dawl (LED) |
|
.80 |
Apparat tas-sinjalar tal-elettriku ta' ħoss jew viżwali ħlief dawk ta' titlu 8531.10 jew 8531.20 |
85.36 |
8536.70 |
Konnekters ta' plastiks użati għal fibra ottika, mazzi jew kejbils ta' fibra ottika |
85.39 |
8539.10 |
Unitajiet ta' lampi raġġ-issiġillat |
85.43 |
8543.70 |
Reġistraturi ta' titjiriet; synchros u transducers elettriċi; defrostaturi u demisters b'resistors elettriċi għal biċċiet tal-ajru |
|
.90 |
Immuntar u sub-immuntar għal reġistraturi ta' titjiriet li jikkonsisti minn żewġ partijiet jew biċċiet jew aktar marbutin jew imwaħħlin flimkien |
85.44 |
8544.30 |
Settijiet ta' sistemi ta' wajers għat-tqabbid jew settijiet oħrajn ta' sistemi ta' wajers ta' tip użat f'biċċiet tal-ajru |
88.01 |
8801.00 |
Blalen tal-ajru u bastimenti tal-ajru diriġibbl; glajders, hangglajders u inġenji oħrajn tal-ajru mingħajr mezz ta' enerġija (non-powered) |
88.02 |
8802.11 |
Ħelikopters, b'piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000 kg |
|
.12 |
Ħelikopters, b'piż mingħajr tagħbija ta' aktar minn 2 000 kg |
|
.20 |
Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru b'meżżi ta' enerġija, b'piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000 kg |
|
.30 |
Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru b'mezzi ta' enerġija, b'piż mingħajr tagħbija aktar minn 2 000 kg iżda mhux aktar minn 15 000 kg |
|
.40 |
Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru b'meżżi ta' enerġija, b'piż mingħajr tagħbija ta' aktar minn 15 000 kg |
88.03 |
8803.10 |
Skrejjen u rotors u partijiet tagħhom |
|
.20 |
Undercarriages u partijiet tagħhom |
|
.30 |
Partijiet ta' ajruplani u ħelikopters, ħlief dawk ta' titlu 8803.10 jew 8803.20 |
|
.90 |
Partijiet oħrajn ta' oġġetti ta' titli 88.01 u 88.02 |
88.05 |
8805.29 |
Inġenji għat-taħriġ li jtiru fl-art u partijiet tagħhom, minbarra simulaturi ta' taqbid fl-ajru u partijiet tagħhom ta' 8805.21 |
90.01 |
9001.90 |
Lentijiet, priżmi, mirja u elementi ottiċi oħrajn, ta' kull materjal, mhux immuntati, ħlief dawk l-elementi tal-ħġieġ mhux maħdumin ottikament |
90.02 |
9002.90 |
Lentijiet, priżmi, mirja u elementi ottiċi oħrajn, ħlief lentijiet jew filtri ta' obbjettivi, ta' kull materjal, immuntati, li huma partijiet jew tagħmir għal strumenti jew apparat, ħlief dawk l-elementi tal-ħġieġ mhux maħdumin ottikament |
90.14 |
9014.10 |
Boxxli biex wieħed isib id-direzzjoni |
|
.20 |
Strumenti u tagħmir għal navigazzjoni aeronawtika (ħlief boxxli) |
|
.90 |
Partijiet u aċċessorji għal boxxli biex wieħed isib id-direzzjoni u għal strumenti u tagħmir għal navigazzjoni aeronawtika (ħlief boxxli) |
90.20 |
9020.00 |
Apparat ta' respirazzjoni u maskri tal-gass, ħlief maskri protettivi li la fihom partijiet mekkaniċi u lanqas filtri sostitwibbli, esklużi partijiet minnhom |
90.25 |
9025.11 |
Termometri u pirometri, mimlijin b'likwidu, għal qari dirett, mhux imħalltin ma' strumenti oħrajn |
|
.19 |
Termometri u pirometri oħrajn, mhux imħalltin ma' strumenti oħrajn |
|
.80 |
Strumenti oħra tat-titlu 90.25 |
|
.90 |
Partijiet u aċċessorji tas-subtitli 9025.11 , 9025.19 jew 9025.80 |
90.26 |
9026.10 |
Strumenti u apparat għall-kejl u l-iċċekkjar tal-ħruġ jew tal-livell ta' likwidi |
|
.20 |
Strumenti u apparat għall-kejl jew l-iċċekkjar tal-pressjoni ta' likwidi jew gassijiet |
|
.80 |
Strumenti u apparat għall-kejl jew l-iċċekkjar ta' varjabbli ta' likwidi jew gassijiet, ħlief strumenti u apparat tas-subtitli 9026.10 jew 9026.20 |
|
.90 |
Partijiet ta' strumenti u apparat tas-subtitli 9026.10 , 9026.20 jew 9026.80 |
90.29 |
9029.10 |
Apparat għal kejl ta' dawran, tal-elettriku jew elettroniku, |
|
.20 |
Indikaturi ta' veloċità u takometri |
|
.90 |
Bċejjeċ u aċċessorji ta' apparat għal kejl ta' dawran, indikaturi ta' veloċità u takometri |
90.30 |
9030.10 |
Strumenti u apparat għal kejl jew qbid ta' radjazzjonijiet jonizzanti |
|
.20 |
Oxxilloskopji u oxxillografi |
|
.31 |
Strumenti u tagħmir ieħor, għal kejl jew iċċekkjar ta' vultaġġ, kurrent, reżistenza jew qawwa elettrika, mingħajr mezz ta' rrekordjar |
|
.32 |
Multimiters għal kejl jew iċċekkjar ta' vultaġġ, kurrent, reżistenza jew qawwa elettrika, b'mezz ta' rrekordjar |
|
.33 |
Strumenti u tagħmir, ħlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 jew 9030.31 , għal kejl jew iċċekkjar ta' vultaġġ, kurrent, reżistenza jew qawwa elettrika, mingħajr mezz ta' rrekordjar |
|
.39 |
Strumenti u tagħmir, ħlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 jew 9030.32 , għal kejl jew iċċekkjar ta' vultaġġ, kurrent, reżistenza jew qawwa elettrika, b'mezz ta' rrekordjar |
|
.40 |
Strumenti u tagħmir, ħlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 , 9030.32 , jew 9030.39 , għal kejl jew iċċekkjar ta' kwantitajiet elettriċ, b'mezz ta' rrekordjar, maħsubin apposta għal telekomunikazzjonijiet |
|
.84 |
Strumenti u tagħmir, ġlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 , 9030.32 , 9030.39 , jew 9030.40 , għal kejl jew iċċekkjar ta' kwantitajiet elettriċ, b'mezz ta' rrekordjar |
|
.89 |
Strumenti u tagħmir, ħlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 , 9030.31 , 9030.32 , 9030.33 , 9030.39 , 9030.40 jew 9030.84 , għal kejl jew ivverifikar ta' kwantitajiet elettriċi |
|
.90 |
Partijiet u aċċessorji ta' strumenti u tagħmir tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 , 9030.31 , 9030.32 , 9030.33 , 9030.39 , 9030.40 , 9030.84 jew 9030.89 |
90.31 |
9031.80 |
Strumenti u tagħmir għal kejl u ċċekkjar li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra fil-Kapitolu 90 |
|
.90 |
Partijiet u aċċessorji għal strumenti u apparat tas-subtitlu 9031.80 |
90.32 |
9032.10 |
Termostati |
|
.20 |
Manostati |
|
.81 |
Strumenti u apparati idrawliċi jew pnewmatiċi li jirregolaw jew jikkontrollaw awtomatikament |
|
.89 |
Strumenti u tagħmir oħrajn li jirregolaw jew jikkontrollaw awtomatikament |
|
.90 |
Partijiet u aċċessorji għal strumenti u apparat ta' 90.32 li jirregolaw jew jikkontrollaw awtomatikament |
91.04 |
9104.00 |
Arloġġi ta' pannella ta' strumenti u arloġġi ta' tip simili għal inġenji tal-ajru |
91.09 |
9109.19 |
Mekkaniżmi ta' arloġġ b'wisgħa jew dijametru ta' mhux aktar minn 50 mm, kompluti u mmuntati, imħaddmin bil-batterija, akkomulatur jew l-elettriku, ħlief ta' żveljarini |
|
.90 |
Mekkaniżmi ta' arloġġ b'wisgħa jew dijametru ta' mhux aktar minn 50 mm, kompluti u mmuntati, minbarra dawk imħaddmin bil-batterija, akkomulatur jew l-elettriku, ħlief ta' żveljarini |
94.01 |
9401.10 |
Sits (seats), minbarra sits miksija bil-ġilda |
94.03 |
9403.20 |
Għamara tal-metal, ħlief siġġijiet |
|
.70 |
Għamara tal-plastiks, ħlief siġġijiet, |
94.05 |
9405.10 |
Lampi u tagħmir (fittings) tad-daw għas-saqaf jew għall-ħajt, ta' metall ta' valur baxx jew ta' plastiks |
|
.60 |
Sinjali mdawwlin, pjanċi tal-ismijiet mdawwlin u bħalhom, ta' metall ta' valur baxx jew ta' plastiks |
|
.92 |
Partijiet tal-oġġetti tas-subtitli 9405.10 jew 9405.60 , ta' plastiks |
|
.99 |
Partijiet tal-oġġetti tas-subtitli 9405.10 jew 9405.60 , ta' metall ta' valur baxx |
(*1) Għall-fini tal-Artikolu 1.1 ta' dan il-Ftehim “apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir” għandu jitqies bħala ħarrieġa ta' titjir fuq l-art kif previst skont 8805.29 tas-Sistema Armonizzata.
REGOLAMENTI
15.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/447
tal-14 ta' Marzu 2017
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa, għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għas-simna, għall-għoġġiela għat-trobbija u għad-dundjani għas-simna u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 2148/2004 u (KE) Nru 600/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Il-preparazzjoni ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien f'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 (3), għall-ħnieżer għas-simna u l-ħnienes bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (4), għad-dundjani għas-simna u għall-għoġġiela bir-Regolament (KE) Nru 600/2005 (5). Sussegwentement, dik il-preparazzjoni ddaħħlet fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 b'mod konġunt mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-preparazzjoni Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa, għall-ħnienes, għall-ħnieżer għas-simna, għall-għoġġiela għat-trobbija u għad-dundjani għas-simna. It-tieni għan tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament kien ukoll il-valutazzjoni ta' din il-preparazzjoni għal użu ġdid fl-ilma għax-xorb. L-applikant talab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta' Lulju 2016 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-awtorità qieset li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb il-prestazzjoni tal-ħnienes, tal-ħnieżer għas-simna, tal-ħnieżer nisa u tal-għoġġiela għat-trobbija fl-għalf u fl-ilma għax-xorb. Dwar l-użu tal-addittiv fid-dundjani għas-simna, ġie konkluż li f'żewġ studji kien hemm xi evidenza ta' effett pożittiv fuq it-tkabbir u fil-proporzjon tal-għalf maż-żieda fil-piż u fit-tielet studju nstabet żieda sinifikanti akbar fil-piż fin-nisa, iżda ma nstabet l-ebda differenza sinifikanti fiż-żieda fil-piż fl-irġiel. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Madankollu dawn l-evidenzi ġew iġġudikati bħala indikazzjoni sostanzjali tat-titjib tal-parametri żootekniċi taż-żieda fil-piż, flimkien mal-istorja twila ta' użu. Għalhekk kien ikkunsidrat li d-dejta pprovduta tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-turija tal-effikaċja tal-addittiv għad-dundjani għas-simna biex jintuża fl-għalf u fl-ilma għax-xorb. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Bħala konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolamenti (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 2148/2004 u (KE) Nru 600/2005 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(8) |
Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, jixraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jinħolqu mill-awtorizzazzjoni. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1453/2004
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1453/2004 jitħassar.
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2148/2004
Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2148/2004 l-entrata E 1700 dwar il-Bacillus licheniformis (DSM 5749) u Bacillus subtilis (DSM 5750) titħassar.
Artikolu 4
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 600/2005
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 600/2005, l-entrata E 1700 dwar il-Bacillus licheniformis (DSM 5749) u Bacillus subtilis (DSM 5750) titħassar.
Artikolu 5
Miżuri tranżitorji
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, u l-għalf li jkun fih dik il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta' Ottubru 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel l-4 ta' April 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 6
Dħul fis-Seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 tas-16 ta' Awwissu 2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 tas-16 ta' Diċembru 2004 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta' ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta' użi ġodda ta' addittiv diġà awtorizzat fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 tat-18 ta' April 2005 li jikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar (10) snin ta' coccidiostat bħala addittiv fl-oġġetti tal-għalf, l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti tal-għalf (ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5).
(6) EFSA Journal 2016; 14(9):4558.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
CFU/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
CFU/l tal-ilma għax-xorb |
||||||||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||||||||||||||
4b1700i |
Chr. Hansen A/S |
Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) li fiha minimu ta' 3,2 × 1010 CFU/g ta' addittiv (proporzjon 1:1) Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Spori vijabbli ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) Metodu analitiku (1) Identifikazzjoni u enumerazzjoni ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf u fl-ilma:
|
Ħnienes miftuma Ħnieżer għas-simna Ħnieżer nisa Għoġġiela għat-trobbija Dundjani għas-simna |
— |
1,3 × 109 |
— |
6,5 × 108 |
— |
|
L-4 ta' April 2027 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
15.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/448
tal-14 ta' Marzu 2017
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
EG |
288,4 |
MA |
98,6 |
|
SN |
126,1 |
|
TN |
182,1 |
|
TR |
86,1 |
|
ZZ |
156,3 |
|
0707 00 05 |
TR |
183,5 |
ZZ |
183,5 |
|
0709 93 10 |
MA |
48,7 |
TR |
147,8 |
|
ZZ |
98,3 |
|
0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28 |
EG |
41,1 |
IL |
76,3 |
|
MA |
45,0 |
|
TN |
55,3 |
|
TR |
71,1 |
|
ZZ |
57,8 |
|
0805 50 10 |
EG |
68,9 |
TR |
70,0 |
|
ZZ |
69,5 |
|
0808 10 80 |
CL |
90,0 |
CN |
154,7 |
|
US |
105,5 |
|
ZA |
86,6 |
|
ZZ |
109,2 |
|
0808 30 90 |
AR |
125,5 |
CL |
151,4 |
|
CN |
80,3 |
|
TR |
139,6 |
|
ZA |
105,7 |
|
ZZ |
120,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
15.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/449
tas-7 ta' Marzu 2017
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fis-sittin sessjoni tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi dwar l-iskedar ta' sustanzi taħt il-Konvenzjoni Unika dwar Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata mill-Protokoll tal-1972, u l-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 83(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata mill-Protokoll tal-1972 (il-“Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi”) daħlet fis-seħħ fit-8 ta' Awwissu 1975. |
(2) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi, il-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi tista' tiddeċiedi li żżid sustanzi mal-Iskedi ta' dik il-Konvenzjoni. Hija tista' tagħmel bidliet fl-Iskedi biss f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), iżda tista' wkoll tiddeċiedi li ma tagħmilx il-bidliet rakkomandati mid-WHO. |
(3) |
Il-Konvenzjoni tan-NU dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971 (il-“Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi”) daħlet fis-seħħ fis-16 ta' Awwissu 1976. |
(4) |
Skont l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi, il-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi tista' tiddeċiedi li żżid sustanzi mal-Iskedi ta' dik il-Konvenzjoni, jew li tneħħihom, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO. Hija għandha setgħat diskrezzjonali wiesgħa biex tieħu kont ta' fatturi ekonomiċi, soċjali, legali, amministrattivi u ta' fatturi oħra, iżda ma tistax taġixxi b'mod arbitrarju. |
(5) |
Il-bidliet fl-Iskedi taż-żewġ Konvenzjonijiet għandhom riperkussjonijiet diretti fuq l-ambitu tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-kontroll tad-drogi. Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI (1) tapplika għas-sustanzi elenkati fl-Iskedi tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi u tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI (2) ma tapplikax għas-sustanzi elenkati fl-Iskedi tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi u tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. Għaldaqstant, kwalunkwe bidla fl-Iskedi annessi ma' dawk il-Konvenzjonijiet hija inkorporata direttament fir-regoli komuni tal-Unjoni. |
(6) |
Waqt is-sittin sessjoni tagħha fit-13 sas-17 ta' Marzu 2017 fi Vjenna, il-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi għandha tiddeċiedi dwar iż-żieda ta' għaxar sustanzi ġodda mal-Iskedi tal-Konvenzjonijiet. |
(7) |
L-Unjoni mhijiex Parti għall-konvenzjonijiet rilevanti tan-NU. Hija għandha status ta' osservatur fil-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi, fejn attwalment 12-il Stat Membru huma membri bi dritt għall-vot. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jesprimu l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-iskedar ta' sustanzi taħt il-Konvenzjoni dwar Drogi Narkotiċi u l-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(8) |
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fis-sessjoni li jmiss tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi tikkonċerna biss l-iskedar ta' sustanzi taħt il-Konvenzjonijiet. Kwistjonijiet oħra għajr l-iskedar ta' sustanzi mhumiex is-suġġett ta' din id-Deċiżjoni u ser jiġu ttrattati mill-Istati Membri permezz ta' koordinazzjoni fil-marġini tas-sessjoni tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi kif xieraq. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-delimitazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri dwar kwistjonijiet oħra b'rabta mal-Konvenzjonijiet. |
(9) |
Id-WHO fit-2 ta' Diċembru 2016 irrakkomandat lis-Segretarju Ġenerali tan-NU biex iżid żewġ sustanzi ġodda fl-Iskeda I tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi, u tmien sustanzi ġodda fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(10) |
Skont il-valutazzjoni tal-Kumitat ta' Esperti tad-WHO dwar id-Dipendenza fuq id-Drogi, is-sustanza U-47700 (3,4-dikloro-N- (2-dimetilammino-ċikloessil) -N-metil-benżamida) hija, sustanza komposta suxxettibbli għal abbuż simili u b'effetti ħżiena simili għal dawk ta' opjojdi kkontrollati bħall-morfina u l-AH-7921, li huma inklużi fl-Iskeda I tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi. Hija ma għandha l-ebda użu terapewtiku rreġistrat, u l-użu tagħha rriżulta f'imwiet. Hemm biżżejjed evidenza li qed tiġi abbużata jew li x'aktarx tiġi abbużata, u tista' ssir problema ta' saħħa pubblika u soċjali li tiġġustifika t-tqegħid tas-sustanza taħt kontroll internazzjonali. Konsegwentement, id-WHO tirrakkomanda li l-U-47700 titqiegħed fl-Iskeda I tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi. |
(11) |
Il-U-47700 hija mmonitorjata miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga bħala sustanza psikoattiva ġdida taħt it-termini tad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. Il-U-47700 instabet f'14-il Stat Membru. Hija nbiegħet b'mod miftuħ fis-suq. Ġiet assoċjata ma' avvenimenti avversi serji, inklużi mwiet, u kienet is-suġġett ta' twissija relatata mas-saħħa pubblika maħruġa lis-Sistema ta' Twissija Bikrija tal-Unjoni. |
(12) |
Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-pożizzjoni li jżidu l-U-47700 fl-Iskeda I tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi. |
(13) |
Skont il-valutazzjoni tal-Kumitat ta' Esperti, is-sustanza butirfentanil (N-fenil-N-[1-(2-feniletil)-4-piperidinyl]butanammid) hija sustanza komposta suxxettibbli għal abbuż simili u b'effetti ħżiena simili għal dawk ta' opjojdi kkontrollati, bħall-morfina u l-fentanil, li huma inklużi fl-Iskeda I tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi. Din tista' wkoll tiġi konvertita f'fentanil. Hija ma għandha l-ebda użu terapewtiku rreġistrat, u l-użu tagħha rriżulta f'imwiet. Hemm biżżejjed evidenza li qed tiġi abbużata jew li x'aktarx tiġi abbużata u tista' tikkostitwixxi problema ta' saħħa pubblika u soċjali li tiġġustifika t-tqegħid tas-sustanza taħt kontroll internazzjonali. Għaldaqstant, id-WHO tirrakkomanda li l-butirfentanil titqiegħed fl-Iskeda I tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi. |
(14) |
Il-butirfentanil hija mmonitorjata miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga bħala sustanza psikoattiva ġdida skont it-termini tad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. Il-butirfentanil instabet f'sitt Stati Membri. Hija nbiegħet b'mod miftuħ fis-suq. Ġiet assoċjata ma' avvenimenti avversi serji, inkluż fil-każ ta' mewt, li fih instabet, ta' mill-inqas persuna waħda u kienet is-suġġett ta' twissija relatata mas-saħħa pubblika maħruġa lis-Sistema ta' Twissija Bikrija tal-Unjoni. |
(15) |
Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-pożizzjoni li jżidu l-butirfentanil fl-Iskeda I tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi. |
(16) |
Skont il-valutazzjoni tal-Kumitat ta' Esperti, il-livell ta' riskju għas-saħħa pubblika u għas-soċjetà assoċjat mal-abbuż tal-4-Metiletkatinon jew il-4-MEC (2-(etilamin)-1-(4-metilfenil) propan-1-on) huwa sostanzjali. Il-4-MEC ma għandha l-ebda użu terapewtiku rreġistrat. Il-Kumitat ta' Esperti jirrikonoxxi li l-4-MEC għandha potenzjal għal abbuż simili u effetti ħżiena simili għal dawk tas-sustanzi fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. Il-Kumitat ta' Esperti jqis li hemm biżżejjed evidenza li l-4-MEC qed tiġi abbużata jew x'aktarx tiġi abbużata, u li b'hekk tikkostitwixxi problema ta' saħħa pubblika u soċjali li tiġġustifika t-tqegħid tas-sustanza taħt kontroll internazzjonali. Għaldaqstant, id-WHO tirrakkomanda li l-4-MEC titqiegħed fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(17) |
Il-4-MEC hija mmonitorjata miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga bħala sustanza psikoattiva ġdida taħt it-termini tad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. Il-4-MEC instabet fi 19-il Stat Membru. Hija nbiegħet b'mod miftuħ fis-suq. Ġiet assoċjata ma' għadd żgħir ta' avvenimenti avversi serji, inklużi mwiet. |
(18) |
Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-pożizzjoni li jżidu l-4-MEC fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(19) |
Skont il-valutazzjoni tal-Kumitat ta' Esperti, il-livell ta' riskju għas-saħħa pubblika u għas-soċjetà assoċjat mal-abbuż tal-etilon (1-(2H-1,3-benżodijossol-5-il)-2-(etilamin)propan-1-on) huwa sostanzjali. L-etilon ma għandha l-ebda użu terapewtiku rreġistrat. Il-Kumitat ta' Esperti jirrikonoxxi li l-etilon (1-(2H-1,3-benżodiossol-5-il)-2-(etilamin)propan-1-on) għandha potenzjal għal abbuż simili u effetti ħżiena simili għal dawk tas-sustanzi fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. Il-Kumitat ta' Esperti jqis li hemm biżżejjed evidenza li l-etilon qed tiġi abbużata jew li x'aktarx tiġi abbużata, u li b'hekk tikkostitwixxi problema ta' saħħa pubblika u soċjali li tiġġustifika t-tqegħid tas-sustanza taħt kontroll internazzjonali. Għaldaqstant, id-WHO tirrakkomanda li l-etilon titqiegħed fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(20) |
L-etilon hija mmonitorjata miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga bħala sustanza psikoattiva ġdida skont it-termini tad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. L-etilon instabet fi 19-il Stat Membru. Hija nbiegħet b'mod miftuħ fis-suq. Ġiet assoċjata ma' għadd żgħir ta' avvenimenti avversi serji, inklużi mwiet. |
(21) |
Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-pożizzjoni li jżidu l-etilon fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(22) |
Skont il-valutazzjoni tal-Kumitat ta' Esperti, il-livell ta' riskju għas-saħħa pubblika u għas-soċjetà assoċjat mal-abbuż tal-pentedron jew l-α-Metilaminovalerofenon (2-(metilamin)-1-fenilpentan-1-on) huwa sostanzjali. Il-pentedron ma għandha l-ebda użu terapewtiku rreġistrat. Il-Kumitat ta' Esperti jirrikonoxxi li l-pentedron għandha potenzjal għal abbuż simili u effetti ħżiena simili għal dawk tas-sustanzi fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. Il-Kumitat ta' Esperti jqis li hemm biżżejjed evidenza li l-pentadron qed tiġi abbużata jew li x'aktarx tiġi abbużata, u li b'hekk tikkostitwixxi problema ta' saħħa pubblika u soċjali li tiġġustifika t-tqegħid tas-sustanza taħt kontroll internazzjonali. Għaldaqstant, id-WHO tirrakkomanda li l-pentadron titqiegħed fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(23) |
Il-pentadron hija mmonitorjata miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga bħala sustanza psikoattiva ġdida taħt it-termini tad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. Il-Pentadron instabet fi 18-il Stat Membru. Hija nbiegħet b'mod miftuħ fis-suq. Ġiet assoċjata ma' għadd żgħir ta' avvenimenti avversi serji, inklużi mwiet. |
(24) |
Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-pożizzjoni li jżidu l-pentadron fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(25) |
Skont il-valutazzjoni tal-Kumitat ta' Esperti, il-livell ta' riskju għas-saħħa pubblika u għas-soċjetà assoċjat mal-abbuż tal-etilfenidat jew EPH (ethil fenil(piperidin-2-il)aċetat) huwa sostanzjali. L-etilfenidat ma għandha l-ebda użu terapewtiku rreġistrat. Il-Kumitat ta' Esperti jirrikonoxxi li l-etilfenidat għandha potenzjal għal abbuż simili u effetti ħżiena simili għal dawk tas-sustanzi fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. Il-Kumitat ta' Esperti jqis li hemm biżżejjed evidenza li l-etilfenidat qed tiġi abbużata jew x'aktarx tiġi abbużata, u li b'hekk tikkostitwixxi problema ta' saħħa pubblika u soċjali li tiġġustifika t-tqegħid tas-sustanza taħt kontroll internazzjonali. Għaldaqstant, id-WHO tirrakkomanda li l-etilfenidat titqiegħed fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(26) |
L-etilfenidat hija mmonitorjata miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga bħala sustanza psikoattiva ġdida skont it-termini tad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. L-etilfenidat instabet fi 13-il Stat Membru. Hija nbiegħet b'mod miftuħ fis-suq. Ġiet assoċjata ma' avvenimenti avversi serji, inklużi infezzjonijiet ta' tessut artab u mwiet. L-infezzjonijiet ta' tessut artab relatati mal-injezzjonijiet kienu s-suġġett ta' twissija relatata mas-saħħa pubblika maħruġa lis-Sistema ta' Twissija Bikrija tal-Unjoni. |
(27) |
Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-pożizzjoni li jżidu l-etilfenidat fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(28) |
Skont il-valutazzjoni tal-Kumitat ta' Esperti, il-livell ta' riskju għas-saħħa pubblika u għas-soċjetà assoċjat mal-abbuż tal-MPA jew il-metiopropamina (N-metil-1-(tiofin-2-il)propan-2-amina) huwa sostanzjali. L-MPA ma għandha l-ebda użu terapewtiku rreġistrat. Il-Kumitat ta' Esperti jirrikonoxxi li għandha potenzjal għal abbuż simili u effetti ħżiena simili għal dawk tas-sustanzi fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. Il-Kumitat ta' Esperti jqis li hemm biżżejjed evidenza li l-MPA qed tiġi abbużata jew li x'aktarx tiġi abbużata, u li b'hekk tikkostitwixxi problema ta' saħħa pubblika u soċjali li tiġġustifika t-tqegħid tas-sustanza taħt kontroll internazzjonali. Għaldaqstant, id-WHO tirrakkomanda li metiopropamina titqiegħed fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(29) |
L-MPA hija mmonitorjata miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga bħala sustanza psikoattiva ġdida skont it-termini tad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. L-MPA instabet fi 17-il Stat Membru. Hija nbiegħet b'mod miftuħ fis-suq. Ġiet assoċjata ma' avvenimenti avversi serji, inklużi mwiet. |
(30) |
Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-pożizzjoni li jżidu l-metiopropamina fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(31) |
Skont il-valutazzjoni tal-Kumitat ta' Esperti, il-livell ta' riskju għas-saħħa pubblika u għas-soċjetà assoċjat mal-abbuż tal-MDMB-CHMICA (metil N-{[1-(ċikloeżailmetil)-1H-indol-3-il]karbonil}-3-metil-L-valinat) huwa sostanzjali. L-MDMB-CHMICA ma għandha l-ebda użu terapewtiku rreġistrat. Il-Kumitat ta' Esperti jirrikonoxxi li l-MDMB-CHMICA għandha potenzjal għal abbuż simili u effetti ħżiena simili għal dawk tas-sustanzi fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. Il-Kumitat ta' Esperti jqis li hemm biżżejjed evidenza li l-MDMB-CHMICA qed tiġi abbużata jew li x'aktarx tiġi abbużata, u li b'hekk tikkostitwixxi problema ta' saħħa pubblika u soċjali li tiġġustifika t-tqegħid tas-sustanza taħt kontroll internazzjonali. Għaldaqstant, id-WHO tirrakkomanda li l-MDMB-CHMICA titqiegħed fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(32) |
Skont ir-rapport dwar il-valutazzjoni tar-riskju taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, li sar taħt l-Artikolu 6(2), (3) u (4) tad-Deċiżjoni Nru 2005/387/ĠAI u ġie ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fit-28 ta' Lulju 2016, il-qawwa kbira tal-MDMB-CHMICA u l-varjabbiltà kbira tal-ammonti tas-sustanza komposta fi prodotti li huma “stimulanti legali” jikkostitwixxu riskju kbir ta' tossiċità akuta. Tmien Stati Membri rrappurtaw total ta' 28 mewt u 25 intossikazzjoni akuta assoċjati mal-MDMB-CHMICA. Għalhekk, fil-31 ta' Awwissu 2016, il-Kummissjoni adottat proposta sabiex l-MDMB-CHMICA tiġi soġġetta għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha. |
(33) |
Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-pożizzjoni li jżidu l-MDMB-CHMICA fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(34) |
Skont il-valutazzjoni tal-Kumitat ta' Esperti, il-livell ta' riskju għas-saħħa pubblika u għas-soċjetà assoċjat mal-abbuż tal-5F-APINACA jew il-5F-AKB-48 (N-(adamantan-1-il)-1-(5-fluworupentil)-1H-indażol-3-karbossur) huwa sostanzjali. Hija ma għandha l-ebda użu terapewtiku rreġistrat. Il-Kumitat ta' Esperti jirrikonoxxi li l-5F-APINACA għandha potenzjal għal abbuż simili u effetti ħżiena simili għal dawk tas-sustanzi fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. Il-Kumitat ta' Esperti jqis li hemm biżżejjed evidenza li l-5F-APINACA qed tiġi abbużata jew li x'aktarx tiġi abbużata, u li b'hekk tikkostitwixxi problema ta' saħħa pubblika u soċjali li tiġġustifika t-tqegħid tas-sustanza taħt kontroll internazzjonali. Għaldaqstant, id-WHO tirrakkomanda li l-5F-APINACA titqiegħed fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(35) |
Il-5F-APINACA hija mmonitorjata miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga bħala sustanza psikoattiva ġdida skont it-termini tad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. Il-5F-APINACA instabet fi 23 Stat Membru. Hija nbiegħet b'mod miftuħ fis-suq. Ġiet assoċjata ma' avvenimenti avversi serji, inklużi mwiet. |
(36) |
Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-pożizzjoni li jżidu l-5F-APINACA fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(37) |
Skont il-valutazzjoni tal-Kumitat ta' Esperti, il-livell ta' riskju għas-saħħa pubblika u għas-soċjetà assoċjat mal-abbuż tal-metanon XLR-11 [1-(5-fluworopentil)-1H-indol-3-il](2,2,3,3-tetrametilċiklopropil) huwa sostanzjali. L-XLR-11 ma għandha l-ebda użu terapewtiku rreġistrat. Il-Kumitat ta' Esperti jirrikonoxxi li l-XLR-11 għandha potenzjal għal abbuż simili u effetti ħżiena simili għal dawk tas-sustanzi fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi bħal JWH-018 u AM-2201. Il-Kumitat ta' Esperti jqis li hemm biżżejjed evidenza li l-XLR-11 qed tiġi abbużata jew li x'aktarx tiġi abbużata, u li b'hekk tikkostitwixxi problema ta' saħħa pubblika u soċjali li tiġġustifika t-tqegħid tas-sustanza taħt kontroll internazzjonali. Għaldaqstant, id-WHO tirrakkomanda li l-XLR-11 titqiegħed fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(38) |
L-XLR-11 hija mmonitorjata miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga bħala sustanza psikoattiva ġdida skont it-termini tad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. L-XLR-11 instabet fi 17-il Stat Membru. Hija nbiegħet b'mod miftuħ fis-suq. Ġiet assoċjata ma' għadd żgħir ta' avvenimenti avversi serji, inkluż fil-każ ta' mewt, li fih instabet, ta' mill-inqas persuna waħda u kienet is-suġġett ta' twissija relatata mas-saħħa pubblika maħruġa lis-Sistema ta' Twissija Bikrija tal-Unjoni. |
(39) |
Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-pożizzjoni li jżidu l-XLR-11 fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
(40) |
Id-Danimarka hija marbuta bid-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI u d-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(41) |
L-Irlanda hija marbuta bid-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI u d-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(42) |
Ir-Renju Unit mhuwiex marbut bid-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI u d-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI u għalhekk mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni mill-Istati Membri fil-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi fit-13 sas-17 ta' Marzu 2017, meta dak il-korp jintalab biex jadotta deċiżjonijiet dwar iż-żieda ta' sustanzi fl-Iskedi tal-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961 kif emendata bil-Protokoll tal-1972 u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971 matul is-sittin sessjoni tagħha għandha tkun f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Il-pożizzjoni għandha tiġi espressa mill-Istati Membri li huma membri tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi, filwaqt li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
L. GRECH
(1) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32).
ANNESS
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Istati Membri li huma membri tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni matul is-sitt sessjoni tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi fit-13 sas-17 ta' Marzu 2017 dwar il-bidliet fl-ambitu ta' kontroll ta' sustanzi:
(1) |
Il-U-47700 għandha tiġi inkluża fl-Iskeda I tal-Konvenzjoni Unika dwar Drogi Narkotiċi tal-1961 kif emendata mill-Protokoll tal-1972. |
(2) |
Il-butirfentanil għandha tiġi inkluża fl-Iskeda I tal-Konvenzjoni Unika dwar Drogi Narkotiċi tal-1961 kif emendata mill-Protokoll tal-1972. |
(3) |
Il-4-MEC (4-Metiletkatinon) għandha tiġi inkluża fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni tal-1971 dwar is-Sostanzi Psikotropiċi. |
(4) |
L-etilon għandha tiġi inkluża fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni tal-1971 dwar is-Sostanzi Psikotropiċi. |
(5) |
Il-pentedron (α-Metilaminovalerofenon) għandha tiġi inkluża fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni tal-1971 dwar is-Sostanzi Psikotropiċi. |
(6) |
L-etilfenidat (EPH) għandha tiġi inkluża fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni tal-1971 dwar is-Sostanzi Psikotropiċi. |
(7) |
L-MPA (metiopropamina) għandha tiġi inkluża fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni tal-1971 dwar is-Sostanzi Psikotropiċi. |
(8) |
L-MDMB-CHMICA għandha tiġi inkluża fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni tal-1971 dwar is-Sostanzi Psikotropiċi. |
(9) |
Il-5F-APINACA (5F-AKB48) għandha tiġi inkluża fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni tal-1971 dwar is-Sostanzi Psikotropiċi. |
(10) |
L-XLR-11 għandha tiġi inkluża fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni tal-1971 dwar is-Sostanzi Psikotropiċi. |
15.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/31 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/450
tat-13 ta' Marzu 2017
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-lattitol bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2017) 1576)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-16 ta' Marzu 2015, il-kumpanija DuPont Nutrition Biosciences ApS għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tad-Danimarka biex tqiegħed il-lattitol fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. Fit-talba tagħha, il-kumpanija tipproponi li l-lattitol jintuża fl-istess kategoriji tal-ikel u fl-istess livelli ta' użu li qed jiġu użati bħalissa, meta l-lattitol jiġi miżjud bħala addittiv tal-ikel skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(2) |
Fl-1 ta' Lulju 2015, l-entità kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tad-Danimarka ħarġet l-ewwel rapport ta' valutazzjoni tagħha. F'dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-lattitol, skont il-kondizzjonijiet ta' użu proposti mill-applikant, jissodisfa l-kriterji tal-ingredjenti ġodda tal-ikel stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
(3) |
Fit-13 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni għaddiet l-ewwel rapport ta' valutazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. |
(4) |
Xi Stati Membri kkummentaw matul il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. Tqajjem tħassib rigward l-eċċess tat-teħid tal-lattitol u l-possibbiltà li l-konsumatur jiġi żgwidat peress li l-istess użi u l-livelli tal-użu huma diġà awtorizzati għal-lattitol bħala addittiv tal-ikel. |
(5) |
Fid-dawl tal-kummenti tal-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti tad-Danimarka rrevedew l-ewwel rapport ta' valutazzjoni u waslu għall-konklużjoni li kien hemm l-obbligu ta' valutazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
(6) |
Dan ir-rapport iqis it-tħassib dwar l-eċċess fit-teħid tal-lattitol u l-possibbiltà li l-konsumatur jiġi żgwidat u għalhekk jagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi ristrett l-użu tal-lattitol fis-supplimenti tal-ikel biss u biex jiġi stabbilit li l-lattitol li jintuża fis-supplimenti tal-ikel maħsuba għall-adulti huwa sikur skont il-kondizzjonijiet ta' użu proposti. |
(7) |
Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. L-użu tal-lattitol għandu jiġi awtorizzat mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/46/KE, il-lattitol kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fis-supplimenti tal-ikel f'forma ta' kapsuli jew pilloli maħsuba għall-popolazzjoni adulta, b'doża massima ta' 20 g ta' lattitol kuljum kif irrikkmandat mill-manifattur.
Artikolu 2
Id-deżinjazzjoni tal-lattitol awtorizzata b'din id-Deċiżjoni dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent għandha tkun “lattitol”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil DuPont Nutrition Biosciences ApS, Langebrogade 1, PO Box 17, DK-1001, Copenhagen, id-Danimarka.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).
(3) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
ANNESS
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-LATTITOL
Identità tal-lattitol
Isem kimiku |
4-O-β-D-Galattopiranosil-D-gluċitol |
Formula kimika |
C12H24O11 |
Piż molekulari |
344,31 g/mol |
Nru tal-CAS |
585-86-4 |
Deskrizzjoni: Trab kristallin jew soluzzjoni bla kulur immanifatturata bl-idroġenazzjoni katalitika tal-lattożju. Il-prodotti kristallini jseħħu f'forom ta' anidru, monoidrat u diidrat. In-nikil jintuża bħala katalista.
Parametri |
Valur tal-ispeċifikazzjoni |
Solubilità (fl-ilma) |
Solubbli ħafna fl-ilma |
Rotazzjoni speċifika |
[α] D20 = + 13° to + 16° |
Assaġġ |
Mhux inqas minn 95 % d.b (1) |
Kontenut ta' ilma |
Mhux aktar minn 10,5 % |
Polioli oħra |
Mhux aktar minn 2,5 % d.b |
Zokkor riduċenti |
Mhux aktar minn 0,2 % d.b |
Kloruri |
Mhux aktar minn 100 mg/kg d.b |
Sulfati |
Mhux aktar minn 200 mg/kg d.b |
Irmied issulfat |
Mhux aktar minn 0,1 % d.b |
Nikil |
Mhux aktar minn 2 mg/kg d.b |
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg d.b |
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg d.b |
d.b— espress abbażi ta' piż xott
15.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/451
tal-14 ta' Marzu 2017
li tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, ċerti emendi tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/870 tal-24 ta' Mejju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim” (2), approvat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 (3), li jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-ftehim imsemmi, u b'mod partikolari għas-superviżjoni tal-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u l-funzjonament korrett, kif ukoll għar-rivalutazzjoni, fejn xieraq, tal-livell tal-opportunitajiet tas-sajd u, sussegwentement, tal-kontribuzzjoni finanzjarja, |
(2) |
L-Artikolu 1(1) tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, approvat bid-Deċiżjoni (UE) 2016/870, jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd fil-qafas ta' dan il-ftehim għal perjodu ta' erba' snin li jibda mis-16 ta' Novembru 2015, u l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll jistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja annwali marbuta mal-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għaż-żona tas-sajd tal-Mauritania, |
(3) |
It-tabella msemmija fl-Artikolu 1(1) tal-Protokoll tippreċiża l-opportunitajiet tas-sajd u tipprevedi li, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, iż-żewġ partijiet jistgħu jiftiehmu, fil-Kumitat Konġunt, dwar l-għoti ta' opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża li jintużaw għas-sajd għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ li għalihom ikun ġie identifikat ammont żejjed, |
(4) |
Ġie previst li l-Kumitat Konġunt jiltaqa' f'Nouakchott fil-15 u s-16 ta' Novembru 2016 f'laqgħa straordinarja biex jadotta l-emenda tal-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-attività tas-sajd kif ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja, b'kont meħud tat-talba tal-Unjoni li tinħoloq kategorija ġdida tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża li jintużaw għas-sajd tal-merluzz l-iswed, |
(5) |
Qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt, il-Kummissjoni bagħtet dokument preparatorju lill-Kunsill fejn spjegat fid-dettall l-elementi speċifiċi tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni, |
(6) |
Il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni ġiet approvata mill-Kunsill b'konformità mal-punt 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/870/UE, |
(7) |
L-emendi adottati, jew l-introduzzjoni ta' kategorija ġdida tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża li jintużaw għas-sajd għall-merluzz l-iswed, il-kundizzjonijiet għall-attività tas-sajd li huma applikabbli għal din il-kategorija ġdida u ż-żieda tal-kontribuzzjoni finanzjarja marbuta mal-aċċess, iddaħħlu fl-Anness 5 tal-minuti tal-imsemmija laqgħa tal-Kumitat Konġunt tal-15 u s-16 ta' Novembru 2016, |
(8) |
Dawn l-emendi għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-emendi tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Artikolu 10 tal-imsemmi ftehim fil-laqgħa tiegħu tal-15 u s-16 ta' Novembru 2016 u li jirriżultaw mill-Anness 5 tal-minuti, huma approvati f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Anness 5 tal-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt tal-15 u s-16 ta' Novembru 2016 huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) ĠU L 343, 8.12.2006, p. 4.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 tat-30 ta' Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1).
ANNESS
Protokoll, l-Artikolu 2, il-paragrafi:
1. |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali marbuta mal-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għaż-żona tas-sajd tal-Mauritania msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim hija stabbilita għal sebgħa u ħamsin miljun u ħames mitt elf (57 500 000) Euro. Dan il-paragrafu għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 10 u 16 ta' dan il-Protokoll. |
3. |
Il-qabdiet totali permissibbli (il-kategoriji 1, 2, 2a, 3, 6, 7 u 8) u t-tunnellaġġ ta' referenza (il-kategoriji 4 u 5) huma ddefiniti fl-iskedi tekniċi mogħtija fl-Anness 1 ta' dan il-Protokoll. Dawn huma stabbiliti għal sena kalendarja, jiġifieri mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru tas-sena kkonċernata. Meta l-ewwel perjodu u l-aħħar perjodu ta' applikazzjoni tal-Protokoll ma jkunux jikkorrispondu ma' sena kalendarja, il-qabdiet totali permissibbli għandhom jiġu stabbiliti pro rata temporis filwaqt li jitqiesu, għal kull kategorija tas-sajd, ix-xejriet tat-tqassim tal-qabdiet matul is-sena. |
7. |
Għall-kategoriji tas-sajd 4 u 5, jekk il-qabdiet li jagħmlu l-bastimenti tas-sajd għat-tonn tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania jaqbżu t-tunnellaġġ ta' referenza previst għal kull waħda minn dawn il-kategoriji, l-ammont ta' sebgħa u ħamsin miljun u ħames mitt elf (57 500 000) Euro tal-kontribuzzjoni finanzjarja se jiżdied, għal kull tunnellata supplimentari maqbuda, bl-ammont tat-tariffa stabbilit fl-iskedi tekniċi korrispondenti għas-sena kkonċernata. Madankollu, l-ammont li l-Unjoni Ewropea jkollha tħallas meta jinqabżu dawn il-limiti ma jistax ikun iżjed mill-ammont li jikkorrispondi mal-ammont doppju tat-tunnellaġġ ta' referenza. Meta l-kwantitajiet maqbudin mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu iżjed mid-doppju tat-tunnellaġġ ta' referenza korrispondenti, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta' wara. |
Tabella tal-kategoriji tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1(1):
Kategoriji tas-sajd |
Il-qabdiet totali permissibbli u t-tunnellaġġ ta' referenza |
|
1 |
Bastimenti tas-sajd li jistadu għall-krustaċji ħlief għall-awwista u l-granċ |
5 000 tunnellata |
2 |
Bastimenti tat-tkarkir (mingħajr friża) u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ għall-merluzz iswed |
6 000 tunnellata |
2(a) |
Bastimenti tat-tkarkir (mgħammra bi friża) li jintużaw għas-sajd tal-merluzz iswed |
merluzz iswed 3 500 tunnellata klamar 1 450 tunnellata siċċ 600 tunnellata |
3 |
Bastimenti tas-sajd għall-ispeċijiet demersali ħlief il-merluzz iswed, b'irkaptu li ma jinvolvix xbieki tat-tkarkir |
3 000 tunnellata |
4 |
Bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartaruni |
12 500 tunnellata (tunnellaġġ ta' referenza) |
5 |
Bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qasab u x-xlief u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ |
7 500 tunnellata (tunnellaġġ ta' referenza) |
6 |
Bastimenti tat-tkarkir użati għas-sajd tal-ħut pelaġiku li jkunu mgħammra bi friża |
225 000 tunnellata (*1) |
7 |
Bastimenti għas-sajd tal-ħut pelaġiku frisk |
15 000 tunnellata (*2) |
8 |
Ċefalopodi |
[pm] tunnellati |
Anness, l-Appendiċi 1 “Skedi tekniċi”, skeda ġdida 2a:
KATEGORIJA TAS-SAJD 2a: BASTIMENTI TAT-TKARKIR (MGĦAMMRA BI FRIŻA) LI JINTUŻAW GĦAS-SAJD TAL-MERLUZZ ISWED |
|||||||||||||||||||||||||
1. Żona tas-sajd |
|||||||||||||||||||||||||
Għaż-żoni kkalkulati mill-marka tal-ilma baxx, il-Kumitat Konġunt jista' jissostitwixxi l-linji ta' demarkazzjoni taż-żoni b'serje ta' koordinati ġeografiċi. |
|||||||||||||||||||||||||
Irkaptu awtorizzat |
|||||||||||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||||||||||
Daqs minimu tal-malji awtorizzat |
|||||||||||||||||||||||||
70 mm (xibka tat-tkarkir) |
|||||||||||||||||||||||||
Daqsijiet minimi |
|||||||||||||||||||||||||
Għall-ħut, id-daqs minimu għandu jitkejjel mill-ponta ta' quddiem sa tarf id-denb (it-tul totali) (ara l-Appendiċi 7). |
|||||||||||||||||||||||||
Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi daqs minimu għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija hawn fuq. |
|||||||||||||||||||||||||
Qabdiet aċċessorji |
|||||||||||||||||||||||||
Awtorizzati |
Mhux awtorizzati |
||||||||||||||||||||||||
25 % ta' ħut demersali (ħlief il-merluzz iswed) |
Ċefalopodi (ħlief il-klamari u s-siċċ) u krustaċji |
||||||||||||||||||||||||
Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi rata ta' qabdiet aċċessorji għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija hawn fuq. |
|||||||||||||||||||||||||
Opportunitajiet tas-sajd/Tariffi |
|||||||||||||||||||||||||
Perjodu |
Sena |
||||||||||||||||||||||||
Qabdiet totali permissibbli (f'tunnellati) |
3 500 |
merluzz iswed (speċi fil-mira prinċipali) |
|||||||||||||||||||||||
1 450 |
klamar (speċifil-mira sekondarja) |
||||||||||||||||||||||||
600 |
siċċ (speċifil-mira sekondarja) |
||||||||||||||||||||||||
Tariffa |
70 EUR/t għall-merluzz iswed |
||||||||||||||||||||||||
575 EUR/t għall-klamar |
|||||||||||||||||||||||||
250 EUR/t għas-siċċ |
|||||||||||||||||||||||||
90 EUR/t għall-qabdiet aċċessorji |
|||||||||||||||||||||||||
|
It-tariffa tiġi kkalkulata fi tmiem kull perjodu ta' tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-qabdiet li jkunu saru matul dan il-perjodu. Il-liċenzja tingħata biss jekk isir ħlas bil-quddiem ta' EUR 1 000 għal kull bastiment, li għandu jitnaqqas mill-ammont totali tat-tariffa u li għandu jitħallas fil-bidu ta' kull perjodu ta' tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd. L-għadd ta' bastimenti awtorizzati fl-istess ħin huwa limitat għal 6. |
||||||||||||||||||||||||
Perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi |
|||||||||||||||||||||||||
Jekk ikun meħtieġ, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi abbażi tal-parir xjentifiku tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt. |
|||||||||||||||||||||||||
Osservaturi Xjentifiċi |
|||||||||||||||||||||||||
B'deroga mir-regola stabbilita fil-punt 2 tal-Kapitolu X tal-Anness, il-bastimenti għandhom itellgħu abbord osservatur xjentifiku mill-Mauritania għal kull vjaġġ. |
|||||||||||||||||||||||||
Kummenti |
|||||||||||||||||||||||||
It-tariffi huma stabbiliti għall-perjodu kollu tal-applikazzjoni tal-Protokoll. |
(*1) Dan l-ammont jista' jinqabeż b'10 % mingħajr konsegwenzi għall-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Unjoni Ewropea b'rabta mal-aċċess.
(*2) Jekk jintużaw dawn l-opportunitajiet tas-sajd, dawn għandhom jitnaqqsu mill-qabda totali permissibbli prevista għall-kategorija 6.
Rettifika
15.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/39 |
Rettifika tad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 226 tal-10 ta' Settembru 2003 )
(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 07, Volum 7)
1. |
Fil-paġna 443, l-Artikolu 3(1)(a)(ii), it-tieni subpunt: |
minflok:
“However, a Member State may authorise a driver to drive within its territory before obtaining a CPC, when he or she is undergoing a national vocational training course of at least six months, for a maximum period of three years. In the context of this vocational training course, the tests referred to in points (i) and (ii) may be completed in stages;”,
aqra:
“Madankollu, Stat Membru jista' jawtorizza lil sewwieq biex isuq fit-territorju tiegħu qabel ma jingħata CPC, meta huwa jkun qed jattendi kors ta' taħriġ vokazzjonali nazzjonali ta' mill-anqas sitt xhur, għal perjodu massimu ta' tliet snin. Fil-kuntest ta' dan il-kors ta' taħriġ vokazzjonali, l-eżamijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) jistgħu jsiru fi stadji;”.
2. |
fil-paġna 444, l-Artikolu 3(3), in-nota ta' qiegħ il-paġna: |
minflok:
“(1) |
Council Directive 96/26/EC of 29 April 1996 on admission to the occupation of road haulage operator and road passenger transport operator and mutual recognition of diplomas, certificates and other evidence of formal qualifications intended to facilitate for these operators the right to freedom of establishment in national and international transport operations (OJ L 124, 23.5.1996, p. 1); Directive as last amended by Directive 98/76/EC (OJ L 277, 14.10.1998, p. 17).”, |
aqra:
“(1) |
Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta' April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta' operatur ta' trasport ta' merkanzija bit-triq u operatur ta' trasport ta' passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta' kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta' trasport nazzjonali jew internazzjonali (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1); Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/76/KE (ĠU L 277, 14.10.1998, p. 17).”; |
3. |
fil-paġna 446, l-Artikolu 10(3)(a), it-tieni subparagrafu: |
minflok:
“In addition to the certificate, the Member State may issue him or her with the driver qualification card provided for in Annex II, marked with the relevant Community code.”,
aqra:
“Barra miċ-ċertifikat, l-Istat Membru jista' joħroġlu l-karta ta' kwalifika tas-sewwieq prevista fl-Anness II, immarkata bil-kodiċi tal-Komunità rilevanti.”;
4. |
fil-paġna 446, l-Artikolu 10(3)(b), il-parti introduttorja: |
minflok:
“(b) |
A driver referred to in Article 1(b) who drives vehicles used for the carriage of passengers by road shall prove that he or she has the qualification and training provided for in this Directive by means of:”, |
aqra:
“(b) |
Sewwieq li, kif imsemmi fl-Artikolu 1(b), isuq vetturi wżati għall-ġarr ta' passiġġieri bit-triq għandu jagħti prova li għandu l-kwalifika u t-taħriġ imsemmija f'din id-Direttiva permezz ta':”. |