|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/666 tas-27 ta' April 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE rigward il-perjodu ta' validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ għal ġewwa u barra (notifikata bid-dokument C(2018) 2479) ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
2.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/1 |
Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (1)
Il-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2018, wara li l-proċedura prevista fl-Artikolu 4(2) tal-Protokoll ġiet ikkompletata fid-9 ta' April 2018.
DEĊIŻJONIJIET
|
2.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/666
tas-27 ta' April 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE rigward il-perjodu ta' validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ għal ġewwa u barra
(notifikata bid-dokument C(2018) 2479)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-validità tal-kriterji ekoloġiċi attwali għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u għall-verniċ ta' ġewwa u ta' barra, u tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE (2) tiskadi fit-28 ta' Mejju 2018. |
|
(2) |
Saret valutazzjoni li kkonfermat ir-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, li huma stabbiliti mid-Deċiżjoni 2014/312/UE. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta' validità ta' dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati. |
|
(3) |
Għalhekk, jentħieġ li d-Deċiżjoni 2014/312/UE tiġi emendata skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2014/312/UE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “żebgħa u verniċ ta' ġewwa u ta' barra”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2022.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE tat-28 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 45).
|
2.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/3 |
DEĊIŻJONI (UE) 2018/667 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta' April 2018
fuq l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018 (BĊE/2018/12)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropea tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jinġabru skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandhom ikopru, imma mhux jaqbżu, in-nefqa magħmula mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward tal-kompiti superviżorji tiegħu fil-perijodu tariffarju rilevanti. Din in-nefqa tikkonsisti primarjament fi spejjeż relatati direttament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju s-superviżjoni ta' entitajiet sinifikanti, is-superviżjoni ta' entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta' kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Tinkludi wkoll spejjeż relatati indirettament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju servizzi pprovduti mill-oqsma ta' appoġġ tan-negozju tal-BĊE, inklużi postijiet ta' negozju, ġestjoni tar-riżorsi umani, servizzi amministrattivi, servizzi tal-ibbaġitjar u l-kontroll, tal-kontabilità, legali, tal-komunikazzjoni u tat-traduzzjoni, awditu intern, u servizzi tal-istatistika u tat-teknoloġija tal-informazzjoni. |
|
(2) |
Sabiex jiġu kkalkulati t-tariffi superviżorji annwali pagabbli fir-rigward ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, kif ukoll entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, l-ispejjeż totali għandhom jinqasmu fuq il-bażi tan-nefqa allokata lill-funzjonijiet rilevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u ta' gruppi sinifikanti taħt superviżjoni kif ukoll is-superviżjoni indiretta ta' entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u ta' gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni. |
|
(3) |
L-ammont totali tat-tariffa superviżorja annwali għall-2018 għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta': (a) l-ispejjeż annwali stmati ta' kompiti superviżorji għall-2018, ibbażati fuq il-baġit tal-BĊE approvat għall-2018, wara li jittieħed inkunsiderazzjoni kull żvilupp fl-ispejjeż annwali stmati li jsiru mill-BĊE li kienu magħrufa fiż-żmien meta din id-Deċiżjoni ġiet adottata; u (b) il-bilanċ pożittiv jew tal-iżbilanċ mill-2017. |
|
(4) |
Il-bilanċ pożittiv jew l-iżbilanċ għandu jiġi ddeterminat billi jitnaqqsu l-ispejjeż annwali attwali tal-kompiti superviżorji li saru fl-2017, kif rifless fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-2017 (3), mill-ispejjeż annwali stmati miġburin għall-2017, kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2017/760 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/11) (4). |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), l-ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma kinux għall-ġbir, ħlasijiet ta' imgħax irċevuti skont l-Artikolu 14 u ċerti ammonti oħrajn irċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament, jekk hemm, għandhom jittieħdu inkunsidrazzjoni wkoll fl-ispejjeż annwali stmati tal-kompiti superviżorji għall-2018. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (5) u r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41).
Artikolu 2
L-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018
1. L-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018 għandu jkun ta' EUR 474 785 269, ikkalkulat kif jidher fl-Anness I.
2. Kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għandha tħallas l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali li ġejjin:
|
(a) |
entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 428 485 342; |
|
(b) |
entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 46 299 927. |
Il-mod kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018 li għandhom jitħallsu fir-rigward ta' kull kategorija huwa muri fl-Anness II.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta' April 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23.
(3) Ippubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE li jinsab fuq www.ecb.europa.eu fi Frar 2018.
(4) Id-Deċiżjoni (UE) 2017/760 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' April 2017 dwar l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017 (BĊE/2017/11) (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 52).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
ANNESS I
Kalkolu tal-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018
|
(EUR) |
|
|
Spejjeż annwali stmati għall-2018 |
502 467 814 |
|
Salarji u benefiċċji |
247 584 306 |
|
Kera u manutenzjoni |
53 932 669 |
|
Infiq ieħor operattiv |
200 950 839 |
|
Bilanċ pożittiv/Defiċit mill-2017 |
– 27 930 375 |
|
Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) |
247 830 |
|
Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru; |
0 |
|
Ħlasijiet ta' imgħax irċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
– 7 079 |
|
Ammonti rċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
254 909 |
|
TOTAL |
474 785 269 |
ANNESS II
Kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018
|
(EUR) |
|||
|
|
Entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni |
Entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni |
Total |
|
Spejjeż annwali stmati għall-2018 |
458 594 063 |
43 873 751 |
502 467 814 |
|
Bilanċ pożittiv/Defiċit mill-2017 |
– 30 206 780 |
– 2 276 405 |
– 27 930 375 |
|
Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) |
98 059 |
149 771 |
247 830 |
|
Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru; |
0 |
0 |
0 |
|
Ħlasijiet ta' imgħax irċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
– 3 859 |
– 3 220 |
– 7 079 |
|
Ammonti rċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
101 918 |
152 991 |
254 909 |
|
TOTAL |
428 485 342 |
46 299 927 |
474 785 269 |
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
2.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/7 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-IŻVIZZERA
tal-20 ta' April 2018
li temenda l-Iskedi III u IV tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972, kif emendati [2018/668]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 (1), kif emendat bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tas-26 ta' Ottubru 2004 li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati (2) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 2 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, il-prezzijiet ta' referenza domestiċi ġew stabbiliti mill-Partijiet Kontraenti. |
|
(2) |
Il-prezzijiet reali nbidlu fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materja prima li għaliha ġew applikati miżuri ta' kumpens għall-prezzijiet. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li l-prezzijiet ta' referenza u l-ammonti elenkati fit-Tabelli III u IV tal-Protokoll Nru 2 jiġu aġġornati kif xieraq. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
L-Iskeda III hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni; |
|
(b) |
Fl-Iskeda IV, il-punt (b) huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2018.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Lukas SIEGENTHALER
ANNESS I
“SKEDA III
Prezzijiet ta' referenza domestiċi tal-UE u tal-Iżvizzera
|
Materja prima agrikola |
Prezz ta' referenza domestiku tal-Iżvizzera CHF għal kull 100 kg netti |
Prezz ta' referenza domestiku tal-UE CHF għal kull 100 kg netti |
Artikolu 4(1) Applikat fl-Iżvizzera Differenza fil-prezzijiet ta' referenza bejn l-Iżvizzera u l-UE CHF għal kull 100 kg netti |
Artikolu 3(3) Applikat fl-UE Differenza fil-prezzijiet ta' referenza bejn l-Iżvizzera u l-UE EUR għal kull 100 kg netti |
|
Qamħ komuni |
50,55 |
20,58 |
29,95 |
0,00 |
|
Qamħ durum |
— |
— |
1,20 |
0,00 |
|
Segala |
41,05 |
20,28 |
20,75 |
0,00 |
|
Barli |
— |
— |
— |
— |
|
Qamħirrum |
— |
— |
— |
— |
|
Dqiq tal-qamħ komuni |
92,49 |
42,89 |
49,60 |
0,00 |
|
Trab tal-ħalib sħiħ |
585,28 |
358,72 |
226,55 |
0,00 |
|
Trab tal-ħalib xkumat |
394,17 |
195,36 |
198,80 |
0,00 |
|
Butir |
1 010,24 |
642,03 |
368,20 |
0,00 |
|
Zokkor abjad |
— |
— |
— |
— |
|
Bajd |
— |
— |
38,00 |
0,00 |
|
Patata friska |
40,93 |
22,50 |
18,45 |
0,00 |
|
Xaħam veġetali |
— |
— |
170,00 |
0,00” |
ANNESS II
|
“(b) |
Ammonti bażiċi għall-materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:
|
Rettifika
|
2.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/10 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta' April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 101 tal-20 ta' April 2018 )
Fil-premessa (8), u fl-Artikoli 2 u 4
minflok:
“ 20 ta' Ottubru 2018 ”,
aqra:
“ 10 ta' Novembru 2018 ”;
Fl-Artikolu 3,
minflok:
“ 20 ta' Ottubru 2025 ”,
aqra:
“ 10 ta' Novembru 2025 ”;
Fl-Anness, il-punti (1) and (2),
minflok:
“ 20 ta' Ottubru 2018 ”,
aqra:
“ 10 ta' Novembru 2018 ”.