This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1746
Council Decision (CFSP) 2020/1746 of 20 November 2020 amending and updating Decision (CFSP) 2018/340 establishing the list of projects to be developed under PESCO
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1746 tal-20 ta’ Novembru 2020 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1746 tal-20 ta’ Novembru 2020 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO
ĠU L 393, 23.11.2020, pp. 12–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1746/oj
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 393/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1746
tal-20 ta’ Novembru 2020
li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri parteċipanti (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-11 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315. |
(2) |
Il-punt (e) tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), li jirriflettu kemm appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet kif ukoll il-forniment ta' appoġġ sostanzjali skont il-mezzi u l-kapaċitajiet għal operazzjonijiet u missjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK). |
(3) |
Fis-6 ta' Marzu 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 (2) li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO. |
(4) |
Fis-6 ta' Marzu 2018, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni (3) dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (ir-"Rakkomandazzjoni"). |
(5) |
Il-paragrafu 9 tar-Rakkomandazzjoni jispeċifika li l-Kunsill għandu jaġġorna l-lista ta' proġetti PESCO sa Novembru 2018 biex tinkludi s-sett ta' proġetti li jmiss, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, li tipprevedi b'mod partikolari li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-"Rappreżentant Għoli") jista' jagħmel rakkomandazzjoni rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' proġetti PESCO, abbażi ta' valutazzjonijiet mogħtija mis-segretarjat tal-PESCO, għal deċiżjoni li tittieħed mill-Kunsill, wara parir militari mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea. |
(6) |
Fil-25 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/909 (4) li tistabbilixxi sett komuni ta' regoli ta' governanza għall-proġetti PESCO. |
(7) |
Fid-19 ta' Novembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1797 (5) li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340. |
(8) |
Fl-14 ta' Mejju 2019, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni (6) li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw impenji meħuda fil-qafas tal-PESCO. |
(9) |
Fit-12 ta' Novembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1909 (7) li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340. |
(10) |
Fil-5 ta' Frar 2020, is-segretarjat tal-PESCO informa lill-Kunsill li l-membri tal-proġett 'Ċentru ta' Kompetenza għall-Missjoni ta' Taħriġ tal-Unjoni Ewropea (EU TMCC)' iddeċidew li jtemmu l-proġett. |
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 tiġi emendata u aġġornata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2018/340.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.
(2) Deċiżjoni Tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta' Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24).
(3) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Marzu 2018 dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (ĠU C 88, 8.3.2018, p. 1).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/909 tal-25 ta' Ġunju 2018 li tistabbilixxi sett komuni ta' regoli ta' governanza għall-proġetti PESCO (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 37).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1797 tad-19 ta' Novembru 2018 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 294, 21. 11. 2018, p. 18).
(6) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019 li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw impenji meħuda fil-qafas ta' kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) (ĠU C 166, 15.5.2019, p. 1).
(7) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1909 tat-12 ta’ Novembru 2019 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 293/113, 14.11.2019, p. 113).
ANNESS
“ANNESS II
LISTA AĠĠORNATA KONSOLIDATA TAL-MEMBRI TAL-PROĠETTI GĦAL KULL PROĠETT INDIVIDWALI
Proġett |
Membri tal-Proġett |
|
1. |
Kmand Mediku Ewropew |
Ġermanja, Belġju, Ċekja, Estonja, Spanja, Franza, Italja, Ungerija, Netherlands, Polonja, Rumanija, Slovakkja, Żvezja |
2. |
Radju Sigur Ewropew definit b'Software (ESSOR, European Secure Software defined Radio) |
Franza, Belġju, Ġermanja, Spanja, Italja, Netherlands, Polonja, Portugall, Finlandja |
3. |
Network ta' Ċentri Loġistiċi fl-Ewropa u Appoġġ għall-Operazzjonijiet |
Ġermanja, Belġju, Bulgarija, Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru, Litwanja, Ungerija, Netherlands, Polonja, Slovenja, Slovakkja |
4. |
Mobbiltà Militari |
Netherlands, Belġju, Bulgarija, Ċekja, Ġermanja, Estonja, Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru, Latvja, Litwanja, Lussemburgu, Ungerija, Awstrija, Polonja, Portugall, Rumanija, Slovenja, Slovakkja, Finlandja, Żvezja |
5. |
Ċentru Ewropew ta' Ċertifikazzjoni tat-Taħriġ għall-Armati Ewropej |
Italja, Greċja |
6. |
Funzjoni Operazzjonali tal-Enerġija (EOF, Energy Operational Function) |
Franza, Belġju, Spanja, Italja |
7. |
Pakkett Militari għall-Istazzjonament ta' Kapaċitajiet ta' Għajnuna f'Każ ta' Diżastru |
Italja, Greċja, Spanja, Kroazja, Awstrija, |
8. |
Sistemi Marittimi (semi-) awtonomi għal Kontromiżuri kontra l-Mini (MAS MCM, Maritime (semi-) Autonomous Systems for Mine Countermeasures) |
Belġju, Greċja, Latvja, Netherlands, Polonja, Portugall, Rumanija |
9. |
Sorveljanza u Protezzjoni Portwali u Marittimi (HARMSPRO, Harbour & Maritime Surveillance and Protection) |
Italja, Greċja, Polonja, Portugall |
10. |
Titjib tas-Sorveljanza Marittima |
Greċja, Bulgarija, Irlanda, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru |
11. |
Pjattaforma għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar Rispons għal Theddid u Inċidenti Ċibernetiċi |
Greċja, Spanja, Italja, Ċipru, Ungerija, Portugall, |
12. |
Timijiet ta' Rispons Rapidu Ċibernetiku u Assistenza Reċiproka fis-Sigurtà Ċibernetika |
Litwanja, Estonja, Kroazja, Netherlands, Polonja, Rumanija, |
13. |
Sistema Strateġika ta' Kmand u Kontroll (C2) għall-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK |
Spanja, Ġermanja, Franza, Italja, Lussemburgu, Portugall |
14. |
Vettura Armata tal-Gwerra tal-Infanterija / Vettura Amfibja tal-Attakk / Vettura Ħafifa Armata |
Italja, Greċja, Slovakkja |
15. |
Appoġġ Indirett tal-Artillerija (EuroArtillery) |
Slovakkja, Italja, Ungerija |
16. |
Grupp Ċentrali tal-EUFOR ta' Rispons għall-Kriżijiet (EUFOR CROC, EUFOR Crisis Response Operation Core) |
Ġermanja, Spanja, Franza, Italja, Ċipru |
17. |
Taħriġ bil-Ħelikopters f'Temperaturi u Altitudni Għoljin (Taħriġ H3, Helicopter Hot and High Training) |
Greċja, Italja, Rumanija |
18. |
Skola tal-Intelligence Konġunta tal-UE |
Greċja, Ċipru |
19. |
Ċentri ta' Ttestjar u Evalwazzjoni tal-UE |
Franza, Żvezja, Spanja, Slovakkja |
20. |
Sistema Awtonoma tal-Art Integrata (UGS, Integrated Unmanned Ground System) |
Estonja, Belġju, Ċekja, Ġermanja, Spanja, Franza, Latvja, Ungerija, Netherlands, Polonja, Finlandja |
21. |
Sistemi tal-UE ta' Missili Tattiċi tal-Art Lil Hinn mil-Linja ta' Viżjoni (BLOS, EU Beyond Line Of Sight) |
Franza, Belġju, Ċipru |
22. |
Pakkett ta' Kapaċità ta' Intervent Taħt l-Ilma Modulari Skjerabbli (DIVEPACK, Deployable Modular Underwater Intervention Capability Package) |
Bulgarija, Greċja, Franza, Rumanija |
23. |
Sistemi Ewropej ta' Inġenji tal-Ajru Telepilotati mill-Bogħod b'Reżistenza Twila f'Altitudni Medja - MALE RPAS (Eurodrone) (European Medium Altitude Long Endurance Remotely Piloted Aircraft Systems) |
Ġermanja, Ċekja, Spanja, Franza, Italja |
24. |
Ħelikopters ta' Attakk Ewropej TIGER Mark III |
Franza, Ġermanja, Spanja |
25. |
Sistema tal-Ajru ta' Difiża kontra d-Droni (C-UAS, Counter Unmanned Aerial System) |
Italja, Ċekja |
26. |
Pjattaforma Ewropea ta' Airships ta' Atmosfera Għolja (EHAAP, European High Atmosphere Airship Platform) – Kapaċità Persistenti ta' Intelligence, Sorveljanza u Reconnaissance (ISR, Intelligence, Surveillance and Reconnaissance) |
Italja, Franza |
27. |
Post Uniku ta' Kmand (CP, Command Post) Skjerabbli għall-Kmand u l-Kontroll Tattiċi (C2) ta' Forzi ta' Operazzjonijiet Speċjali (SOF, Special Operations Forces) għal Operazzjonijiet Konġunti Żgħar (SJO, Small Joint Operations) — (SOCC, Special Operations Command and Control) għal SJO |
Greċja, Ċipru |
28. |
Kapaċità ta' Gwerra Elettronika u Programm ta' Interoperabbiltà għal Kooperazzjoni Futura ta' Intelligence, Sorveljanza u Reconnaissance (JISR, Joint Intelligence, Surveillance and Reconnaissance) |
Ċekja, Ġermanja |
29. |
Sorveljanza Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN, Chemical, Biological, Radiological and Nuclear) bħala Servizz (CBRN SaaS, CBRN Surveillance as a Service) |
Awstrija, Franza, Kroazja, Ungerija, Slovenja |
30. |
Kondiviżjoni tal-bażijiet |
Franza, Belġju, Ċekja, Ġermanja, Spanja, Netherlands |
31. |
Element ta' Koordinazzjoni ta' Appoġġ Ġeo-meteoroloġiku u Oċeanografiku (GeoMETOC, Geo-meteorological and Oceanographic) (GMSCE, GeoMETOC Support Coordination Element) |
Ġermanja, Greċja, Franza, Awstrija, Portugall, Rumanija |
32. |
Soluzzjoni ta' Radjunavigazzjoni tal-UE (EURAS, EU Radio Navigation Solution) |
Franza, Belġju, Ġermanja, Spanja, Italja, Polonja |
33. |
Network ta' Sensibilizzazzjoni tas-Sorveljanza Spazjali Militari Ewropew (EU-SSA-N, European Military Space Surveillance Awareness Network) |
Italja, Ġermanja, Franza, Netherlands |
34. |
Ċentru Komuni Ewropew Integrat għat-Taħriġ u s-Simulazzjoni (EUROSIM, Integrated European Joint Training and Simulation Centre) |
Ungerija, Ġermanja, Franza, Polonja, Slovenja |
35. |
Hub tal-UE għall-Akkademja u l-Innovazzjoni fiċ-Ċibernetika (EU CAIH, EU Cyber Academia and Innovation Hub) |
Portugall, Spanja |
36. |
Ċentru ta' Taħriġ Mediku għall-Forzi tal-Operazzjonijiet Speċjali (SMTC, Special Operations Forces Medical Training Centre) |
Polonja, Ungerija |
37. |
Żona ta' Taħriġ Militari għad-Difiża Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) (CBRNDTR, Chemical, Biological, Radiological and Nuclear Defence Training Range) |
Rumanija, Franza, Italja |
38. |
Network tal-Unjoni Ewropea ta' Ċentri tal-Għadis (EUNDC, European Union Network of Diving Centres) |
Rumanija, Bulgarija, Franza |
39. |
Sistema Marittima Awtonoma għal Kontra s-Sottomarini (MUSAS, Maritime Unmanned Anti-Submarine System) |
Portugall, Spanja, Franza, Żvezja |
40. |
Korvetta ta' Pattulja Ewropea (EPC, European Patrol Corvette) |
Italja, Greċja, Spanja, Franza |
41. |
Attakk Elettroniku fl-Ajru (AEA, Airborne Electronic Attack) |
Spanja, Franza, Żvezja |
42. |
Ċentru ta' Koordinazzjoni tal-Qasam Ċibernetiku u tal-Informazzjoni (CIDCC, Cyber and Information Domain Coordination Centre) |
Ġermanja, Spanja, Ungerija, Netherlands |
43. |
Allert u Interċettazzjoni Tempestivi permezz ta' Sorveljanza tat-Teatri mill-Ispazju (TWISTER, Timely Warning and Interception with Space-based TheatER surveillance) |
Franza, Ġermanja, Spanja, Italja, Netherlands, Finlandja |
44. |
Materjali u komponenti għall-kompetittività teknoloġika tal-UE (MAC-EU, Materials and components for technological EU competitiveness) |
Franza, Spanja, Portugall, Rumanija |
45. |
Kapaċitajiet Kollaborattivi tal-UE għall-Gwerra (ECoWAR, EU Collaborative Warfare Capabilities) |
Franza, Belġju, Spanja, Ungerija, Polonja, Rumanija, Żvezja |
46. |
Sistema Ewropea ta' Arkitettura għall-Inseriment Globali ta' Sistema ta' Inġenji tal-Ajru Telepilotati mill-Bogħod (RPAS, European Global Remotely Piloted Aircraft Systems) |
Italja, Franza, Rumanija |