Aspetti ġenerali
Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hi mezz għalik u għal ċittadini tal-UE oħrajn biex tieħdu parti attiva fit-tfassil tal-politika tal-UE.
Jekk tixtieq li tistaqsi lill-UE tieħu azzjoni dwar kwistjoni partikolari, tista’ toħloq inizjattiva taċ-ċittadini, biex titlob lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni tal-UE ġdida dwar il-kwistjoni.
Biex inizjattiva tkun ikkunsidrata mill-Kummissjoni, jeħtieġlek tal-inqas miljun persuna mill-UE kollha li jiffirmawha.
Il-petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew huma differenti mill-inizjattivi taċ-ċittadini prinċipalment fis-sens li:
- huma relatati ma’ attivitajiet tal-UE eżistenti; huma ma jistgħux jitolbu proposti għal liġijiet tal-UE ġodda (l-inizjattivi taċ-ċittadini jipproponu liġijiet tal-UE ġodda)
- huma jistgħu jkunu sottomessi minn petizzjonant wieħed (l-inizjattivi taċ-ċittadini għandhom gruppi ta’ organizzaturi formali)
- m’hemm ebda numru minimu ta’ firem (l-inizjattivi taċ-ċittadini jeħtieġu tal-inqasmiljun firma).
L-inizjattivi taċ-ċittadini jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni Ewropea, u jistednuha tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati.
IVA.
Inizjattivi u għodod simili jeżistu kemm fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi. Huma differenti fl-iskop u fil-proċedura.
Tista’ ssib eżempji f’dan l-istudju:
Kif tibda – l-inizjattiva
IVA.
Tistgħu tiksbu parir indipendenti dwar l-aspetti legali ta’ IĊE, kif ukoll dwar kif tmexxu kampanja, tiġbru l-fondi u aspetti organizzattivi oħra, mill-Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Kull mistoqsija sottomessa għal parir fil-Forum tal-IĊE titwieġeb minn espert.
Jekk jogħġbok innutaw li tridu tkunu utenti irreġistrat mal-Forum biex tistaqsi għal parir. Araw aktar informazzjoni dwar kif tirreġistra fil-Forum tal-IĊE.
Il-Forum tal-IĊE jipprovdi wkoll materjali ta’ gwida biex jgħinukom f’kull stadju tal-bidu u tat-tmexxija ta’ IĊE. Għal aktar dettalji, araw it-taqsima “Gwida prattika” tal-Forum tal-IĊE.
LE.
Inizjattiva taċ-ċittadini tista’ biss tikkonċerna proposti dwar kwistjonijiet li fihom iċ-ċittadini jikkunsidraw li hu meħtieġ att legali tal-Unjoni biex jiġu implimentati t-Trattati (u għalhekk mhux li jimmodifikawhom).
IVA.
M’hemm ebda restrizzjoni dwar dan fir-regoli. Kull inizjattiva tiġi vvalutata individwalment u tista’ tiġi rreġistrata jekk tissodisfa r-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni.
Kif tibda – l-organizzaturi
IVA.
L-importanti hu l-pajjiż tar-residenza tagħhom. L-organizzaturi jista’ jkollhom l-istess nazzjonalitajiet tal-UE jew nazzjonalitajiet differenti sakemm ikunu residenti f’mill-inqas 7 pajjiżi differenti tal-UE.
LE.
Jeħtieġlek tkun ċittadin ta’ pajjiż tal-UE.
Għandu jkollok biżżejjed età biex tivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE dan ifisser li jrid ikollok 18-il-sena – ħlief:
- fil-Belġju, fil-Ġermanja, f’Malta u fl-Awstrija, fejn l-età tal-vot hi 16-il sena.
- fil-Greċja, fejn l-età tal-vot hi 17-il sena.
LE.
Jeħtieġ ikollok biss l-età biex tivvota fl-elezzjonijiet Ewropej (araw il-mistoqsija preċedenti).
Ir-rappreżentant u s-sostitut jitkellmu u jaġixxu f’isem il-grupp ta’ organizzaturi.
Huma jikkomunikaw bejn il-grupp u l-Kummissjoni, b’mod partikolari billi jimmaniġġjaw is-sottomissjonijiet kollha lill-Kummissjoni.
It-tnejn li huma għandhom aċċess għall-kont tal-organizzatur u jirċievu l-korrispondenza mill-Kummissjoni.
Il-persuni ta’ kuntatt – ir-rappreżentant u s-sostitut tagħhom – huma awtorizzati li jitkellmu u li jaġixxu f’isem l-organizzaturi.
Huma jistgħu jkunu fost is-7 membri tal-grupp li jgħixu f’7 pajjiżi differenti jew ikunu 2 membri differenti tal-grupp.
Huma jikkomunikaw bejn il-grupp u l-Kummissjoni, b’mod partikolari billi jimmaniġġjaw is-sottomissjonijiet kollha lill-Kummissjoni.
It-tnejn li huma għandhom aċċess għall-kont tal-organizzatur u jirċievu l-korrispondenza mill-Kummissjoni.
Meta jissottometti talba għar-reġistrazzjoni, ir-rappreżentant tal-grupp ta’ organizzaturi jeħtieġ japplowdja dokumenti bl-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali u n-nazzjonalitajiet tas-7 membri tal-grupp li jgħixu fis-7 pajjiżi differenti tal-UE.
L-istess dokumenti huma meħtieġa għall-persuni ta’ kuntatt (rappreżentant u sostitut), jekk mhumiex fost dawn is-7 membri.
Il-Kummissjoni se tiċċekkja dawn id-dokumenti u għandha mnejn teħtieġ li r-rappreżentant jipprovdi aktar informazzjoni.
Importanti: dokument tal-identità jista’ ma jkunx prova suffiċjenti tal-pajjiż ta’ residenza. Id-dokumenti ta’ sostenn li jagħtu prova tal-pajjiż ta’ residenza għandhom ikunu kemm jista’ jkun reċenti u preferibbilment ma jkunux ilhom aktar minn sena (eż. kontijiet tal-utilitajiet li jindikaw il-post ta’ residenza attwali).
Għal aktar informazzjoni, araw il-gwida tal-Forum tal-IĊE.
IVA.
Jekk tagħmlu dan, tridu (ir-rappreżentant jew is-sostitut) tużaw il-kont ta’ organizzatur tagħkom biex tinfurmaw lill-Kummissjoni bit-tibdiliet.
Meta t-tibdiliet jaffettwaw in-numru minimu tal-membri tal-grupp li jgħixu f’7 pajjiżi differenti tal-UE, jeħtiġilkom tipprovdu d-dokumenti neċessarji li juru li l-grupp tagħkom xorta waħda għadu jikkonforma mar-rekwiżiti f’termini ta’ nazzjonalità, età u residenza.
Meta t-tibdiliet jirreferu għar-rappreżentant u/jew għas-sostitut, il-formoli tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ jiġu aġġornati biex jirriflettu dawn it-tibdiliet. Jekk qed tuża formoli stampati, se jkollok bżonn tipprintja oħrajn ġodda mill-kont tal-organizzatur tiegħek.
L-ismijiet tal-membri ġodda tal-grupp se jidhru fir-reġistru online. L-ismijiet tar-rappreżentant u/jew tas-sostitut ta’ qabel se jibqgħu jidhru fir-reġistru matul il-proċedura kollha (dan iseħħ biex l-awtoritajiet rilevanti jkunu jistgħu jiċċekkjaw il-validità tal-firem miġburin u jissottomettuhom għall-verifika).
IVA.
M’hemm ebda restrizzjoni dwar dan fir-regoli.
LE.
Din hi biss opzjoni.
Jekk tistabbilixxu waħda, l-entità hi legalment inkarigata li timmaniġġja l-inizjattiva.
IVA.
Kwalunkwe entità ġuridika li timmaniġġja l-inizjattiva għandha tkun stabbilita skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż fejn hi rreġistrata. Għandhom jiġu pprovduti dokumenti li juru li kienet irreġistrata b’mod speċifiku għall-fini tal-immaniġġjar tal-inizjattiva u li r-rappreżentant hu awtorizzat biex jaġixxi f’isimha.
Kif tirreġistra l-inizjattiva
- it-titlu tal-inizjattiva (mhux aktar minn 100 karattru, mingħajr spazji)
- l-objettivi tal-inizjattiva (mhux aktar minn 1,100 karattru, mingħajr spazji)
- l-artikoli tat-Trattat li intom bħala organizzaturi tikkunsidraw rilevanti għall-inizjattiva proposta
- l-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet u d-dati tat-twelid tas-7 membri tal-grupp li jgħixu f’7 pajjiżi differenti tal-UE
- flimkien ma’ dan, għar-rappreżentant u s-sostitut l-indirizzi tal-email u n-numri tat-telefown tagħhom
- Ir-rappreżentant u s-sostitut jistgħu jkunu fost is-7 membri tal-grupp imsemmijin hawn fuq (jgħixu f’7 pajjiżi differenti) jew jistgħu jkunu membri oħrajn tal-grupp.
- dokumenti li jagħtu prova tal-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali attwali, in-nazzjonalitajiet u d-dati tat-twelid ta’ kull wieħed mis-7 membri tal-grupp u tar-rappreżentant u s-sostitut, jekk ma jkunux fost dawk is-7 membri tal-grupp(araw ukoll il-FAQ “Bħala organizzatur, kif nista' nagħti prova li nikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli”)
- l-ismijiet tal-membri l-oħrajn tal-grupp
- is-sorsi kollha ta’ finanzjament u ta’ appoġġ (magħrufin fil-ħin tar-reġistrazzjoni) ta’ aktar minn EUR 500 għal kull sponsor
- jekk rilevanti, dokumenti juru li (i) entità ġuridika kienet ifformata biex timmaniġġja l-inizjattiva u (ii) li -r-rappreżentant tal-grupp hu awtorizzat li jaġixxi f’isem din l-entità.
- Tista’ tipprovdi wkoll:
- anness li jagħti aktar dettalji ta’ sfond dwar l-inizjattiva (mhux aktar minn 5,000 karattru mingħajr spazji), li għandu jimtela online
- informazzjoni addizzjonali, pereżempju abbozz ta’ att legali (li għandu jkun applowdjat – mhux akbar minn 5 MB)
- l-indirizz tal-website li qed jintuża għall-hosting tal-inizjattiva tagħkom (jekk hemm).
- Nota: wara li tissottomettu t-talba għar-reġistrazzjoni ma tista’ ssir l-ebda bidla fit-titlu, fl-objettivi, fl-anness jew fl-informazzjoni addizzjonali tal-inizjattiva tagħkom.
- Għal aktar informazzjoni dwar kif tipprepara inizjattiva għar-reġistrazzjoni, araw il-gwida tal-Forum tal-IĊE.
- Għal filmati minn esperti u reġistrazzjonijiet ta’ webinars rilevanti, araw: Gwida prattika | Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (europa.eu)
Il-Kummissjoni se tirreġistra l-inizjattiva tagħkom jekk:
- il-grupp ta’ organizzaturi jkun ġie ffurmat u l-persuni ta’ kuntatt ikunu ġew innominati
- id-dokumenti ta’ sostenn li jagħtu prova tal-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali attwali (residenza) u n-nazzjonalitajiettas-7 membri tal-grupp li jgħixu f’7 pajjiżi differenti tal-UE ġew sottomessi
- l-entità ġuridika (jekk għandkom l-intenzjoni li tużaw waħda) ġiet speċifikament stabbilita biex timmaniġġja l-inizjattiva u r-rappreżentant tagħkom hu awtorizzat li jaġixxi f’isimha
- l-inizjattiva tikkonċerna kwistjoni fejn il-Kummissjoni għandha s-setgħali tipproponi liġi tal-UE
- l-inizjattiva mhix abbużiva, frivola jew vessatorja
- l-inizjattiva hi konformi ma’ (i) il-valuri tal-UE, kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u (ii) id-drittijiet fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
LE.
Il-Forum tal-IĊE hu spazju informali fejn organizzaturi (potenzjali) jistgħu jiddiskutu kemm ideat għal inizjattivi, kif ukoll biex isibu nies biex jingħaqdu flimkien jew biex jiksbu parir.
Biex tirreġistraw l-inizjattiva tagħkom u tibdew tiġbru l-firem, l-ewwel jeħtiġilkom tissottomettu talba formali għar-reġistrazzjoni lill-Kummissjoni.
Intom se tkunu notifikati bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fi żmien xahrejn mit-talba tagħkom.
Eċċezzjonalment, il-proċess ta’ reġistrazzjoni jista’ jieħu sa 4 xhur, jekkl-inizjattiva tagħkom tissodisfa r-rekwiżiti kollha iżda ma tkunx tikkonċerna qasam fejn il-Kummissjoni għandha s-setgħat. F’dan il-każ, il-grupp tiegħek se jirċievi tweġiba diġà fi żmien xahar, flimkien ma’ stedina biex tibdlu l-proposta tagħkom f’dan ir-rigward.
Imbagħad ikollkom sa xahrejn biex tibagħtu l-verżjoni aġġornata lill-Kummissjoni (jew tistgħu tiddeċiedu li ma tkomplux b'din l-inizjattiva jew li tħalluha kif kontu ssottomettejtuha oriġinarjament).
Jekk tibagħtu verżjoni aġġornata jew iżżommu l-inizjattiva kif sottomessa oriġinarjament, il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni finali fi żmien xahar biex:
- tirreġistra l-inizjattiva fil-verżjoni sħiħa tagħha JEW
- tirreġistra l-inizjattiva parzjalment JEW
- tirrifjuta li tirreġistra l-inizjattiva.
Inizjattiva hi rreġistrata parzjalment jekk mhux l-objettivi kollha tagħha jaqgħu fis-setgħat tal-Kummissjoni biex tipproponi liġi tal-UE.
B’reġistrazzjoni parzjali, id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jistgħu jinġabru biss għal dawk il-partijiet tal-inizjattiva li huma rreġistrati. Jekk l-inizjattiva tikseb mill-inqas miljun firma u tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni se teżamina biss il-partijiet irreġistrati tal-inizjattiva.
L-objettivi rreġistrati biss jissemmew fis-sistema ta’ ġbir online u l-formoli ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ stampati.
Id-deċiżjoni tar-reġistrazzjoni fir-reġistru online tal-Kummissjoni fiha informazzjoni dwar liema partijiet tal-inizjattiva ġew irreġistrati.
Il-grupp ta’ organizzaturi għandu jinforma wkoll lill-firmatarji dwar l-ambitu tar-reġistrazzjoni fuq il-websites tal-kampanji tagħhom stess jew mezzi oħra li jistgħu jużaw biex jippromwovu l-inizjattiva.
Din l-informazzjoni li ġejja biss hi ppubblikata:
- id-deskrizzjoni tal-inizjattiva (titlu, objettivi u kwalunkwe informazzjoni oħra pprovduta)
- l-ismijiet sħaħ tal-membri tal-grupp ta’ organizzaturi u l-indirizzi tal-email tal-persuni ta’ kuntatt (rappreżentant u sostitut)
- jekk ikun hemm wieħed, l-isem sħiħ u l-indirizz tal-email tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data
- il-pajjiż ta’ residenza tar-rappreżentant
- jekk inħolqot entità ġuridika biex timmaniġġja l-inizjattiva, l-isem tal-entità u l-pajjiż li hi bbażata fih
- il-website tal-kampanja, jekk ikun hemm
- informazzjoni dwar sorsi ta’ finanzjament u ta’ appoġġ.
Għal aktar informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, araw l-istqarrija ta’ privatezza.
Tistgħu tużaw kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.
IVA.
Il-Kummissjoni tittraduċi t-titlu, l-objettivi u l-anness tal-inizjattiva tagħkom bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u tippubblikahom fir-reġistru pubbliku tagħha.
Jekk tixtiequ kwalunkwe ħaġa oħra tradotta (eż. abbozz ta’ att legali), hi r-responsabbiltà tagħkom bħala organizzaturi li tipprovdu t-traduzzjonijiet permezz tal-kont ta’ organizzatur. Il-Kummissjoni se żżid dawn it-traduzzjonijiet fir-reġistru pubbliku.
IVA.
Id-deċiżjoni hi bbażata fuq raġunijiet legali, li jfisser li tistgħu tikkontestawha. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u se tispjega liema rimedji legali jew barra l-qorti huma disponibbli għalikom.
Dawn jinkludu t-tressiq ta’ proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew it-tressiq ta’ lment quddiem l-Ombudsman Ewropew (ilment dwar amministrazzjoni ħażina).
Tista’ tikkonsulta r-rekord tal-Kummissjoni għar-rifjuti tal-passat biex tirreġistra l-inizjattivi.
IVA.
Tistgħu tirtiraw l-inizjattiva fi kwalunkwe ħin qabel ma tissottomettuha lill-Kummissjoni (jiġifieri wara li tkunu ġbartu l-firem kollha tagħkom u jkunu ġew iċċertifikati).
Meta tirtirawha, ma tistgħux tiftħuha mill-ġdid, u l-firem kollha jsiru nulli u bla effett.
Iżda intom xorta waħda se tkunu tistgħu tarawha, fir-reġistru tal-IĊE taħt “inizjattivi arkivjati”.
Kif tiġbru l-firem
Tistgħu tagħżlu meta tibdew tiġbru l-firem – iżda dan għandu jkun mhux aktar tard minn 6 xhur wara li tkunu irreġistratajtu l-inizjattiva tagħkom.
Għandkom tgħarrfu lill-Kummissjoni bid-data tal-bidu tal-inqas10 ijiem tax-xogħol qabel id-data magħżula minnkom. Imbagħad nippubblikaw id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir fir-reġistru online tagħna.
Għal aktar informazzjoni, żur it-taqsima “Kif jinġabru l-firem” tal-Forum tal-IĊE.
IVA.
Għandkom mhux aktar minn sena biex tiġbru l-firem.
Tistgħu tieqfu fi kwalunkwe ħin jekk intom kunfidenti li lħaqtu in-numru massimu tal-firem (tal-anqas total ta’ miljun firma, b’numru minimu f’tal-anqas 7 pajjiżi tal-UE). Għandkom timmiraw għall-ikbar ammount ta’ firem li jaqbżu l-minimu ta’ miljun, biex tqisu l-fatt li xi firem jistgħu jiġu invalidati matul il-proċess ta’ verifika mwettaq mill-pajjiżi differenti tal-UE.
Biex ittemmu l-ġbir tal-firem qabel tmiem il-perjodu tal-ġbir, tridu tinfurmaw lill-Kummissjoni b’dik l-intenzjoni mill-inqas 10 ijiem tax-xogħol qabel id-data l-ġdida magħżula għat-tmiem tal-perjodu tal-ġbir.
LE.
Biex tiġbru l-firem, tridu tużaw forom speċifiċi li jikkonformaw mal-mudelli stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u tinkludu l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-inizjattiva, kif inhi ppubblikata fuq il-website.
Barra minn hekk, id-data li l-firmatarji jridu jipprovdu tiddependi mill-pajjiż li ġejjin minnu.
Biex tiggarantixxu li għandkom il-formoli t-tajbin, tistgħu tiddawnlowdjaw formoli mimlijin minn qabel mill-kont ta’ organizzatur tagħkom. Dawn jinkludu diġà d-dettalji rilevanti għall-inizjattiva tagħkom. Tistgħu żżidu logo jew immaġni tal-inizjattiva.
Il-formola għandha tiġi stampata fuq folja A4 waħda (huwa permess stampar fuq żewġ naħat).
LE.
Tridu tużaw formoli separati, skont in-nazzjonalità tal-firmatarji. Dan ifisser li l-firmatarji kollha fuq kwalunkwe formola waħda għandhom ikunu ċittadini tal-istess pajjiż tal-UE.
Fuq kull formola, l-ewwel għandkom tindikaw il-pajjiż li se tkun mibgħuta fih għal verifika. Iċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż biss jistgħu mbagħad jużaw din il-formola.
Tistgħu tiġbru l-firem bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE irrispettivament min-nazzjonalità.
LE.
Bħala organizzaturi, tridu tużaw is-sistema ta’ ġbir online tal-Kummissjoni biex tiġbru l-firem online.
Din is-sistema hija soluzzjoni bla ħlas, kummerċjalment disponibbli, li tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi u ta’ sigurtà.
Kulma għandkom tagħmlu, hu li tiffirmaw ftehim bħala kontrollur konġunt tad-data mal-Kummissjoni.
Imbagħad tistgħu tibdew tiġbru l-firem, 10 ijiem wara li tkunu infurmajtu lill-Kummissjoni dwar il-bidu tal-perjodu ta’ ġbir.
Għal aktar informazzjoni araw il-gwida tal-Forum tal-IĊE dwar is-sistema ċentrali ta’ ġbir online.
LE.
Is-sistema hi soluzzjoni bla ħlas, diġà disponibbli. Hi tikkonforma diġà mar-rekwiżiti tekniċi u ta’ sigurtà.
Kulma għandkom tagħmlu, hu li tiffirmaw ftehim sabiex tkunu kontrollur konġunt tad-data mal-Kummissjoni.
Imbagħad tistgħu tibdew tiġbru l-firem, 10 ijiem wara li tkunu infurmajtu lill-Kummissjoni dwar il-bidu tal-perjodu ta’ ġbir.
Biex jiġi żgurat li l-appoġġ għal inizjattiva hu mifrux b’mod suffiċjenti fost firxa wiesgħa ta’ nazzjonalitajiet.
Aktar dwar in-numri minimi ta’ firmatarji għal kull pajjiż.
LE.
Il-firmatarji kollha jingħaddu man-numru totali ta’ firmatarji biex tintlaħaq il-mira ta’ miljun firma.
L-iffirmar ta’ inizjattiva
Jeħtieġlek timla dikjarazzjoni ta’ appoġġ online jew formola stampata. Għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, tista’ tiffirma wkoll inizjattiva bl-użu tal-identifikazzjoni elettronika (eID).
Din tvarja minn pajjiż għal ieħor.
Għaċ-ċittadini kollha tal-UE, hu meħtieġ dan li ġej: in-nazzjonalità; l-isem u l-kunjom sħaħ; u, skont il-pajjiż:
jew
A. l-indirizz postali sħiħ u d-data tat-twelid
(għaċ-ċittadini tad-Danimarka, tal-Finlandja, ta’ Franza, tal-Ġermanja, tal-Greċja, tal-Irlanda, tal-Lussemburgu, tan-Netherlands, tas-Slovakkja)
jew
B. in-numru ta’ identifikazzjoni personali u t-tip ta’ numru/dokument
(għaċ-ċittadini tal-Awstrija, tal-Belġju, tal-Bulgarija, tal-Kroazja, ta’ Ċipru, taċ-Ċekja, tal-Estonja, tal-Ungerija, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ Malta, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, ta’ Spanja, tal-Iżvezja).
Xi ċittadini tal-UE jistgħu wkoll jużaw l-Identifikazzjoni elettronika biex jiffirmaw inizjattiva.
Rekwiżiti ta’ data għal kull pajjiż
Meta l-inizjattiva tilħaq in-numru meħtieġ ta’ firem, id-dettalji li tkunu ġbartu se jkunu vvalidati mill-awtoritajiet f’kull pajjiż. Kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ appoġġ li fiha data żbaljata mhux se tkun valida.
Għal-lista ta’ pajjiżi tal-UE li ċ-ċittadini tagħhom jistgħu jiffirmaw inizjattiva bl-użu tal-eID araw Rekwiżiti tad-data (europa.eu).
Irid ikollok biżżejjed età biex tivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (18-il sena fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE). Xi pajjiżi baxxew l-età minima biex wieħed jiffirma l-IĊE għal 16-il sena. Ara t-tabella sħiħa.
LE.
Irid ikollok biżżejjed età biex tivvota fl-Elezzjonijiet Ewropej jew 16-il sena tal-anqas għall-pajjiżi li ddeċidew li jħallu li jingħata appoġġ minn din l-età (araw il-mistoqsija preċedenti).
LE.
Iċ-ċittadini tal-UE biss (ċittadini ta’ pajjiż tal-UE) jistgħu jiffirmaw l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.
Fil-pajjiż li tiegħu int ċittadin.
Pereżempju, jekk int Litwan li tgħix fl-Irlanda, tagħżel il-Litwanja bħala l-pajjiż tan-nazzjonalità meta tiffirma inizjattiva online jew timla l-formola stampata użata mill-organizzaturi għaċ-ċittadini Litwani. Il-firma tiegħek se tiġi vverifikata u magħduda fil-Litwanja.
Jekk għandek nazzjonalità doppja, sempliċement agħżel waħda min-nazzjonalitajiet tiegħek u imla biss formola waħda. Tista’ tiffirma inizjattiva darba biss.
IVA.
Meta tiffirma, agħżel il-pajjiż tal-UE li tiegħu int ċittadin. Il-firma tiegħek se tiġi vverifikata u magħduda f’dak il-pajjiż.
Wara li tiffirma inizjattiva, tintalab tniżżel identifikatur uniku, fajl .PDF bl-isem tal-inizjattiva u sensiela ta’ ittri u numri (pereżempju: a9f774f7-ae4b-45e5-a891-09ae1b7a2bba). Jekk issejvjajt dan il-fajl, dan iservi bħala prova li ffirmajt u jista’ jgħinek tidentifika liema inizjattiva/i ffirmajt.
Kif jiġu vverifikati d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ
IVA.
Tridu tissottomettu l-firem li tkunu ġbartu lill-awtoritajiet nazzjonali għall-verifika fi żmien 3 xhur minn tmiem il-perjodu tal-ġbir.
L-awtoritajiet maħturin fil-pajjiżi kollha tal-UE jwettqu l-verifiki biex jiċċertifikaw in-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin għaċ-ċittadini tagħhom.
Ma jistgħux idumu aktar minn 3 xhur biex jagħmlu dan. Dawn il-verifiki jistgħu jsiru fuq id-dikjarazzjonijiet kollha jew ikunu bbażati fuq kampjun każwali.
Hemm żewġ għażliet:
- Intom (l-organizzaturi) tistgħu tagħżlu li tissottomettu d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin fuq formoli stampati bl-użu tal-mezzi tagħkom stess. Id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin fuq karta jistgħu jiġu ppreżentati f’forma stampata, jew jistgħu jiġu skennjati u ppreżentati bl-użu ta’ trażmissjoni elettronika jew fiżikament pereżempju permez ta’ apparat elettroniku għall-ħżin. Jekk id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jiġu ppreżentati f’forma fiżika (karta jew apparat elettroniku għall-ħżin) dan jeħtieġ li jsir ukoll b’mod sigur, eż. jintbagħtu bil-posta rreġistrata jew jitwasslu permezz ta’ courier. Tridu tikkonformaw mar-regoli rilevanti kollha dwar il-protezzjoni tad-data f’kull ħin.
- Intom (l-organizzaturi) tridu tinfurmaw lill-Kummissjoni jekk tixtiqux tapplowdjaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura fuq karta bl-użu tas-servizz ta’ skambju ta’ fajls tal-Kummissjoni. Verżjonijiet skennjati tal-formoli jistgħu jiġu applowdjati f’forma kriptata. Se jkollkom tapplowdjaw d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ kollha miġburin f’formola stampata fi żmien xahrejn mit-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir u mbagħad tgħarrfu lill-Kummissjoni meta din tkun twettqet.
Il-Kummissjoni tibgħat il-firem miġburin bl-użu tas-sistema ta’ ġbir online tagħha lill-Istati Membri permezz tas-servizz ta’ skambju ta’ fajls tagħha. Din hi sistema li tippermetti t-trasferiment sigur tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ lill-Istati Membri. L-informazzjoni tintbagħat f’forma kriptata u tista’ tiġi dekriptata biss mill-awtorità nazzjonali kkonċernata.
Is-servizz ta’ skambju ta’ fajls hu sistema li tippermetti t-trasferiment sigur ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali.
L-informazzjoni tintbagħat f’forma kriptata u tista’ tiġi dekriptata biss mill-awtorità nazzjonali kkonċernata.
Kull awtorità nazzjonali se tibgħat, mingħajr ħlas, ċertifikat lill-organizzaturi li jispeċifika l-għadd ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ validi li nġabru miċ-ċittadini tagħha. Ladarba jinkisbu ċ-ċertifikati kollha meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali, l-organizzaturi jistgħu formalment jissottomettu l-inizjattiva lill-Kummissjoni għal eżami.
Tistgħu tużaw il-mezzi ta’ rikors disponibbli skont il-liġi nazzjonali – pereżempju l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali (inklużi l-ombudsmen nazzjonali jew reġjonali).
Tistgħu wkoll tressqu lment lill-Kummissjoni għal ksur ta’ liġi tal-UE.
Kif tissottomettu inizjattiva
IVA.
Għandkom 3 xhur biex tagħmlu dan, mid-data li fiha tirċievu l-aħħar ċertifikat mill-awtoritajiet nazzjonali.
LE.
Għandkom tibagħtu biss il-formola ta’ sottomissjoni permezz tal-kont tal-organizzatur tagħkom, u kopji taċ-ċertifikati kollha li rċevejtu mingħand l-awtoritajiet nazzjonali li jikkonfermaw in-numru ta’ firem li ġbartu.
Kif tinkiseb tweġiba
Din il-laqgħa ssir fi żmien xahar mid-data li fiha l-organizzaturi jissottomettu l-inizjattiva.
Hi tikkonsisti f’diskussjoni strutturata dwar il-kontenut tal-inizjattiva, biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tifhem b’mod ċar l-objettivi (inkluża kwalunkwe kjarifika meħtieġa), qabel ma tipprepara t-tweġiba tagħha.
LE.
Hekk kif tissottomettu l-inizjattiva tagħkom, il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew. Imbagħad il-Parlament Ewropew jikkuntattjakom biex jorganizza s-smigħ.
Flimkien mal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni se tinforma wkoll lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll il-Parlamenti nazzjonali kollha fl-UE.
Fi żmien 6 xhur minn meta tiġi ppubblikata bħala inizjattiva valida.
Il-Kummissjoni toħroġ komunikazzjoni li tiddikkjara l-miżuri li qed tippjana li tieħu, jekk ikun hemm, kif ukoll ġustifikazzjonijiet, u kronoloġija maħsuba għall-implimentazzjoni tal-miżuri.
Il-komunikazzjoni se tkun ippubblikata f'dan il-website bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
Il-Kummissjoni tinnotifika wkoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll lill-Parlamenti nazzjonali kollha fl-UE.
LE.
Il-Kummissjoni għandha l-ewwel teżamina s-sustanza tal-inizjattivi li jirnexxu u tagħti tweġiba fi żmien 6 xhur. Fit-tweġiba tagħha, il-Kummissjoni se tispjega jekk għandhiex l-intenzjoni li tipproponi leġiżlazzjoni. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tipproponi leġiżlazzjoni, dik il-proposta se jkollha ssegwi l-proċess għall-adozzjoni tal-liġi tal-UE.
L-għan tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hu li tippermetti liċ-ċittadini Ewropej li jniedu dibattitu u li jinfluwenzaw l-aġenda tal-UE billi jitolbu lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha 6 xhur biex teżamina t-talbiet speċifiċi ta’ inizjattivi li jirnexxu u biex tiddeċiedi x’azzjoni għandha tieħu, jekk ikun hemm. Il-Kummissjoni mhijiex obbligata tipproponi leġiżlazzjoni bi tweġiba għal inizjattiva li tirnexxi, iżda tista’ tiddeċiedi dwar tipi oħra ta’ segwitu eż. azzjonijiet mhux leġiżlattivi jew implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Tkun xi tkun id-deċiżjoni li tieħu l-Kummissjoni bi tweġiba għat-talbiet ta’ inizjattiva, hija tispjega r-raġunijiet tagħha b’mod ċar.
Il-proposta tal-Kummissjoni jeħtiġilha li ssegwi l-proċedura leġiżlattiva rilevanti.
Dan ifisser, biex din issir liġi jeħtiġilha tkun eżaminata u mbagħad adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jew f’ċerti każijiet biss mill-Kunsill.
Għal aktar informazzjoni ara: Politika, liġi – il-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet | Unjoni Ewropea (europa.eu)
Finanzjament u appoġġ ieħor
IVA.
Tridu tipprovdu l-informazzjoni dwar finanzjament li hu aktar minn EUR 500 għal kull sponsor.
Tridu tipprovdu din l-informazzjoni meta tissottomettu t-talba tagħkom għar-reġistrazzjoni u mbagħad taġġornawha tal-inqas kull xahrejn sa tmiem il-ġbir tagħkom jew, jekk l-inizjattiva tagħkom tirnexxi, sat-tweġiba tal-Kummissjoni.
Jeħtiġilkom tipprovdu wkoll l-informazzjoni dwar kwalunkwe appoġġ mhux finanzjarju li tirċievu għall-inizjattiva tagħkom.
Il-Kummissjoni tippubblika d-dettalji tas-sorsi ta’ finanzjament tagħkom u appoġġ ieħor fuq ir-reġistru online tagħna. Se jeħtiġilkom tippubblikaw l-istess informazzjoni fuq il-website tal-kampanja tiegħek (jekk ikun hemm).
Hemm aktar informazzjoni dwar ir-rapportar tal-appoġġ finanzjarju fil-gwida relatata dwar il-Forum tal-IĊE.
Intom tiddikjaraw is-sorsi kollha ta’ appoġġ u finanzjament fil-kont tal-organizzatur tagħkom, li huwa l-kont li użajtu biex titolbu r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva tagħkom.
Se tirċievu tfakkira awtomatika fil-kont tal-organizzatur tagħkom biex taġġornaw l-informazzjoni dwar il-finanzjament u l-appoġġ kull xahrejn.
L-isponsors huma persuni jew organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju ta’ aktar minn €500.
Persuni ġuridiċi jew organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ ieħor ekonomikament kwantifikabbli (donazzjonijiet in natura) jew mhux ekonomikament kwantifikabbli għal inizjattiva wkoll jitqiesu bħala sponsors.
L-individwi li jipprovdu appoġġ mhux finanzjarju, bħall-volontarjat, mhumiex meqjusa bħala sponsors skont ir-Regolament dwar l-IĊE u ma għandhomx għalfejn jiġu rrapportati.
Jekk m’intomx ċerti jekk l-appoġġ li qed tirċievu għandux jiġi rrappurtat, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw is-servizz “Staqsi espert” tal-Forum tal-IĊE.
IVA.
Tistgħu tapplikaw għal finanzjament taħt programmi eżistenti tal-UE (eż. il-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri) fi ħdan il-kriterji ta’ kull sejħa għal proposti.
Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll appoġġ mingħajr ħlas lill-organizzaturi, inklużi:
- pariri legali u gwida prattika dwar l-aspetti kollha tal-proċess tal-IĊE permezz tal-Forum tal-IĊE;
- sistema ta’ ġbir online sigura u faċli għall-utent;
- servizzi ta’ traduzzjoni;
- attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni.
Għal aktar informazzjoni u pariri dwar il-ġbir ta’ fondi, araw il-gwida relatata fil-Forum tal-IĊE.
IVA.
Jekk tixtieq tiskatta twissijiet jew tissottometti lmenti dwar sponsors u appoġġ iddikjarat għal inizjattiva partikolari (eż. temmen li l-informazzjoni ppubblikata mhix korretta jew mhix kompluta), uża l-formola ta’ kuntatt fuq il-paġna ddedikata għall-inizjattiva.
Il-Kummissjoni tikkuntattja lill-organizzaturi tal-inizjattiva biex tistabbilixxi l-fatti, u titlobhom jikkoreġu kwalunkwe ineżattezza dwar il-finanzjament/l-appoġġ.
Komunikazzjoni
LE.
Il-Kummissjoni hi obbligata li tkun newtrali lejn l-inizjattivi kollha li jkunu għaddejjin.
Madankollu, hi tmexxi kampanji ta’ pubbliċità u ta’ informazzjoni ġenerali biex tqajjem għarfien pubbliku tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bħala għodda ta’ demokrazija parteċipattiva u l-fatt li n-nies jistgħu jiffirmaw l-inizjattivi.
Tistgħu żżuru dan is-sit għall-aħħar żviluppi dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej inġenerali u l-inizjattivi speċifiċi jew tabbona fin-newsletter.
Tistgħu wkoll tabbonaw biex tirċievu aġġornamenti speċifiċi dwar l-inizjattivi mingħand l-organizzaturi u l-Kummissjoni meta tiffirmaw inizjattiva billi tużaw is-sistema ta’ ġbir online tal-Kummissjoni.
Tistgħu żżuru wkoll il-website tal-Forum tal-IĊE għal filmati, stejjer ta’ suċċess u artikli tal-blog li fihom inizjattivi differenti.
Il-firmatarji jistgħu jagħżlu li jipprovdu l-indirizzi tal-email tagħhom għal skopijiet ta’ komunikazzjoni u informazzjoni. Il-kunsens espliċitu tagħhom huwa meħtieġ u tridu tikkonformaw mar-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.
Protezzjoni tad-data
IVA.
Ir-Regolament dwar l-IĊE jawtorizza lill-organizzaturi biex jiġbru data personali speċifika dwarek, online jew fuq formola stampata, u li din l-informazzjoni tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet nazzjonali inkarigati li jivvalidaw l-appoġġ miġbur. Mingħajr din id-data, l-appoġġ tiegħek għall-inizjattiva ma jistax jiġi vvalidat mill-awtoritajiet nazzjonali.
L-organizzaturi u l-Kummissjoni jridu jeqirdu d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal inizjattiva (u kwalunkwe kopja) sal-ewwel data minn dawn:
- xahar wara li l-organizzaturi jippreżentaw l-inizjattiva lill-Kummissjoni
- 21 xahar wara l-bidu tal-perjodu ta’ ġbir.
Madankollu, jekk l-organizzaturi jirtiraw l-inizjattiva tagħhom wara l-bidu tal-perjodu tal-ġbir, id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ (u kwalunkwe kopja) jridu jinqerdu fi żmien xahar wara l-irtirar.
L-awtoritajiet nazzjonali li jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ iridu jeqirdu d-dikjarazzjonijiet (u kwalunkwe kopja) sa 3 xhur mit-tlestija ta’ dan il-proċess.
Indirizzi tal-email:
L-organizzaturi u l-Kummissjoni jridu jeqirdu r-rekords kollha tal-indirizzi tal-emails sa:
- xahar wara li inizjattiva tiġi rtirata jew
- 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir jew
- 12-il xahar wara li l-organizzaturi jippreżentaw l-inizjattiva lill-Kummissjoni
Madankollu, jekk il-Kummissjoni twieġeb inizjattiva b’komunikazzjoni formali, il-perjodu ta’ żamma għall-indirizzi tal-email jispiċċa 3 snin wara li tkun ippubblikata l-komunikazzjoni.
Id-data personali kollha pproċessata għal fini ta’ inizjattiva hi soġġetta għal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
Għad-data personali li jipproċessaw, ir-rappreżentanti tal-gruppi ta’ organizzaturi jridu jikkonformaw mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR, General Data Protection Regulation) u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.
Għad-data personali li tipproċessa, il-Kummissjoni Ewropea trid tikkonforma mar-Regolament dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet tal-UE (EUDPR).
Għad-data personali li jipproċessaw matul il-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, l-Istati Membri huma soġġetti għall-GDPR u għar-regoli nazzjonali rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.
Is-sistema ta’ ġbir online tal-Kummissjoni tipprovdi l-ogħla livell ta’ sigurtà għall-utenti (inkluż il-kriptaġġ tad-data) f’konformità mar-regoli tagħha dwar sistemi siguri ta’ komunikazzjoni u informazzjoni. Hi tippermetti wkoll liċ-ċittadini jiffirmaw l-inizjattivi sempliċement billi jużaw l-ID elettronika nazzjonali tagħhom.
Ma tistax tuża d-data li tiġbor fid-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal skopijiet ta’ komunikazzjoni.
Madankollu, tistgħu tistaqsu lill-firmatarji għad-dettalji ta’ kuntatt b’mod separat – soġġett għal kunsens tagħhom - għal finijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni.
Għal aktar dettalji, araw il-Gwida dwar il-protezzjoni tad-data għall-organizzaturi.
Il-kontrollur tad-data għal inizjattiva taċ-ċittadini hu:
- ir-rappreżentant tal-grupp ta’ organizzaturi, jew
- l-entità ġuridika, jekk inħolqot waħda biex timmaniġġja l-inizjattiva.
Dan ir-rwol hu relatat mal-ipproċessar tad-data personali (inklużi l-indirizzi tal-email) miġburin mill-individwi matul il-proċess tal-ġbir tal-firmatarji.
Ir-rwol tal-kontrollur tad-data hu xxerjat mal-Kummissjoni jekk inizjattiva tuża:
- is-sistema tal-Kummissjoni biex tiġbor il-firem u l-indirizzi tal-email online
- is-servizz ta' skambju ta' fajls tal-Kummissjoni biex jiġu ttrasferiti l-firem lill-pajjiżi tal-UE.
L-awtoritajiet nazzjonali huma wkoll kontrolluri tad-data matul il-proċess tal-verifika tal-firem.
Għal aktar dettalji, araw il-Gwida dwar il-protezzjoni tad-data għall-organizzaturi.
Huma stabbiliti regoli speċifiċifir-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – araw l-Artikolu 19.
Għall-aspetti l-oħrajn kollha, l-organizzaturi, kif ukoll l-awtoritajiet fil-pajjiżi tal-UE huma soġġetti għar-regoli tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Fejn il-Kummissjoni taġixxi bħala kontrollur konġunt, l-azzjonijiet tagħha huma rregolati mir-Regolament (UE) 2018/1725.
Għal aktar dettalji, araw il-Gwida dwar il-protezzjoni tad-data għall-organizzaturi.
