Hemm diversi prinċipji li jiggwidaw lill-Kummissjoni f’ħidmietha: it-trasparenza, l-imġiba etika, l-opportunitajiet indaqs, il-multilingwiżmu, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali u l-impatt ambjentali. Trasparenza Peress li t-trasparenza hija prinċipju ewlieni tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea tiżgura li ċ-ċittadini u l-partijiet kollha kkonċernati jkunu jistgħu jaċċessaw data u informazzjoni rilevanti u aġġornata. Il-Kummissjoni tippubblika informazzjoni dwar, pereżempju, konsultazzjonijiet, reġistri ta’ interess, il-ħidma tal-kumitati u tal-gruppi ta’ esperti, kif ukoll dettalji dwar il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-UE. It-trasparenza tgħin biex tiġi ppreservata l-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fil-leġittimità tal-proċessi politiċi, leġiżlattivi u amministrattivi tal-Unjoni.Trasparenza Etika u amministrazzjoni tajba Kemm il-Kummissarji kif ukoll l-istaff tal-Kummissjoni għandhom id-dmir li jaqdu l-interess pubbliku. It-tnejn li huma joperaw f’qafas ta’ prinċipji u regoli li jiggvernaw il-kondotta tagħhom fir-rigward tal-etika u tal-integrità. Il-Kummissjoni hija impenjata li tiżgura amministrazzjoni tajba fir-relazzjonijiet tagħha mal-pubbliku. Tagħmel ħilitha biex tqiegħed fil-prattika d-dritt taċ-ċittadini għal amministrazzjoni tajba u biex tevita kwalunkwe każ ta’ amministrazzjoni ħażina.Kummissarji u etikaStaff u etikaAmministrazzjoni tajba Proċeduri dwar ilmenti Post tax-xogħol modern L-istrateġija tal-Kummissjoni dwar ir-riżorsi umani tippreżenta viżjoni għal organizzazzjoni moderna u flessibbli, li jkollha prestazzjoni fl-ogħla livell fl-interess tal-Ewropej kollha. Din toffri karrieri sodisfaċenti għall-aqwa talenti mill-pajjiżi kollha tal-UE. Bl-Istrateġija Diġitali tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet il-qafas għal trasformazzjoni diġitali kontinwa. L-Istrateġija tippromwovi viżjoni ta’ Kummissjoni diġitali li tinvolvi u tgħaqqad lin-nies, id-data, il-proċessi u t-teknoloġija. Il-Kummissjoni hi determinata li tkun minn ta’ quddiem fit-tranżizzjoni lejn soċjetà newtrali għall-klima, billi tistabbilixxi pjan ambizzjuż u realistiku biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2030. Għamlet wegħda skont il-Patt Klimatiku Ewropew u impenjat ruħha li tnaqqas gradwalment l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha b’mill-inqas 60% meta mqabbla mal-2005. In-nies l-ewwel – L-immodernizzar tal-Kummissjoni Ewropea Id-diġitalizzazzjoni tal-Kummissjoni L-ekoloġizzazzjoni tal-Kummissjoni Il-multilingwiżmu fil-Kummissjoni Il-lingwi mitkellma fil-pajjiżi tal-UE huma parti essenzjali mill-wirt kulturali tal-Ewropa. L-UE għalhekk tappoġġja l-multilingwiżmu fil-programmi tagħha u fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tagħha. L-użu tal-lingwi fil-Kummissjoni Links relatati Governanza fil-Kummissjoni EwropeaSigurtà fil-Kummissjoni