Page contents Page contents Programmi ta' finanzjamentIċ-ċittadini Ewropej kollha u ħafna f’partijiet oħra tad-dinja jibbenefikaw direttament jew indirettament mill-baġit tal-UE. Dan jgħin miljuni ta’ studenti, eluf ta’ riċerkaturi u ħafna bliet, reġjuni u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.Iċ-ċittadini kollha tal-UE jistgħu japplikaw għal finanzjament mill-UE. L-UE għandha diversi programmi ta’ finanzjament li jista’ jkun li tista’ tapplika għalihom, skont in-natura tan-negozju jew tal-proġett tiegħek. L-opportunitajiet ta’ finanzjament huma disponibbli wkoll permezz ta’ programmi li se jiġu implimentati direttament mill-Istati Membri, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jew il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta. Qabel tapplika għall-finanzjament, dejjem ikkonsulta l-linji gwida tas-sejħa biex tara jekk intix eliġibbli.Huma stabbiliti kriterji speċifiċi f’kull programm ta’ finanzjament u sejħa individwali. Għall-għotjiet, jekk il-proposta tiegħek hija ammissibbli u eliġibbli, il-proċess tal-għażla normalment jibda b’esperti indipendenti li jevalwaw il-proposta tiegħek u jikklassifikawha skont il-kriterji tal-għażla u tal-għoti.Hawn taħt tista’ ssib għażla tal-aktar profili komuni tal-benefiċjarji li japplikaw għall-finanzjament tal-UE.ŻgħażagħIl-baġit tal-UE jinkludi programmi speċifiċi li jappoġġjaw liż-żgħażagħ biex jiksbu esperjenza ta’ xogħol jew jistudjaw barra l-pajjiż. Hemm ukoll programmi mmirati għaż-żgħażagħ bla xogħol.B’mod ġenerali, dawn il-programmi huma miftuħa għalżgħażagħ (13-31 sena)organizzazzjonijiet taż-żgħażagħpartijiet ikkonċernati oħrajn li jaħdmu maż-żgħażagħFis-sejħiet ta’ finanzjament individwali tista’ ssib kriterji aktar dettaljati.Opportunitajiet ta' finanzjament għaż-żgħażagħRiċerkaturiIr-riċerka u l-innovazzjoni tant huma importanti għall-istrateġija fit-tul tal-UE li huma disponibbli programmi speċjali u sorsi oħrajn ta’ appoġġ għar-riċerkaturi fl-Ewropa kollha.Il-programm ta’ finanzjament prinċipali tal-UE għar-riċerka hu Orizzont Ewropa, is-suċċessur ta’ Orizzont 2020. Dan jappoġġja proġetti ta’ riċerka individwali f’ħafna oqsma, li jitwettqu minn organizzazzjonijiet jew individwi.Programmi ta’ finanzjament u sejħiet miftuħaBdiewaBħala bidwi jew manager tal-art, x’aktarx li se tkun eliġibbli li tirċievi pagamenti diretti taħt il-politika agrikola komuniBiex tikkwalifika għall-finanzjament, trid tirrispetta ċerti rekwiżiti fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tal-pjanti, tal-ambjent u tal-benessri tal-annimali. Il-finanzjament jasal permezz tal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżekOpportunitajiet ta’ finanzjament għall-bdiewaKumpanijiIl-finanzjament tal-UE hu disponibbli għal kwalunkwe daqs ta’ intrapriża fi kwalunkwe settur inklużi intraprendituri, negozji ġodda, mikrokumpaniji, intrapriżi żgħar u medji, u negozji akbar.Kull sena l-UE tappoġġja aktar minn 200,000 negozju. Inti tista’ tapplika għal għotja jew tipparteċipa f’proċedura ta' akkwist jekk tmexxi negozju jew organizzazzjoni relatata (assoċjazzjonijiet tan-negozju, fornituri ta' appoġġ tan-negozju, konsulenti, eċċ.) li tmexxi proġetti li jkomplu jtejbu l-interessi tal-UE, jew jekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ programm jew politika tal-UE.Kumpaniji interessati f’kuntratti kbar ta’ akkwist industrijali jistgħu jinteressawhom is-sejħiet għall-offerti mnedija taħt programmi bħall-ITER, Copernicus jew Galileo .Barra minn hekk, hija disponibbli firxa wiesgħa ta’ finanzjament għall-kumpaniji: self tan-negozju, mikrofinanzjament, garanziji u kapital ta’ riskju.Il-programmi tal-UE qed jappoġġjaw speċifikament lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), definiti bħala:Mikrointrapriżainqas minn 10 impjegatifatturat annwali jew karta tal-bilanċ annwali li ma taqbiżx €2 miljunIntrapriża żgħirainqas minn 50 impjegatifatturat annwali jew karta tal-bilanċ annwali li ma taqbiżx €10 miljunIntrapriża ta' daqs medjuinqas minn 250 impjegatifatturat annwali li ma jaqbiżx €50 miljun, jew karta tal-bilanċ annwali li ma taqbiżx €43 miljunNota: Dawn iċ-ċifri japplikaw għal kumpaniji individwali biss. Kumpanija żgħira tista’ ma tikkwalifikax għall-istatus ta’ SME jekk ikollha riżorsi addizzjonali sinifikanti minħabba li tkun parti minn grupp akbar.Għal aktar dettalji dwar il-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-SMEs, ikkonsulta:Gwida għall-utent għad-Definizzjoni ta’ SMEOpportunitajiet ta' finanzjament għan-negozji ż-żgħarEntitajiet pubbliċi: bliet u reġjuniL-entitajiet pubbliċi – kemm jekk huma lokali, reġjonali jew nazzjonali – jistgħu jibbenefikaw minn ħafna opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE, inklużi investimenti li jappoġġjaw l-iżvilupp tal-kapaċità u l-effiċjenza istituzzjonali, u proġetti tal-infrastruttura lokali.Opportunitajiet ta’ finanzjament għall-korpi pubbliċiNGOsL-organizzazzjonijiet mhux governattivi u dawk tas-soċjetà ċivili, mingħajr skop ta’ qligħ huma eliġibbli għall-finanzjament mill-UE fejn l-oqsma tal-attività tagħhom huma relatati mal-politiki tal-UE.Opportunitajiet ta’ finanzjament għall-NGOsOħrajnAdeżjoni mal-Unjoni EwropeaL-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) jinvesti fil-futur tal-pajjiżi kandidati tal-UE u tal-UE nnifisha billi jappoġġja riformi f’oqsma marbutin mal-istrateġija tat-tkabbir, bħalma huma d-demokrazija u l-governanza, l-istat tad-dritt, it-tkabbir u l-kompetittività.Il-bdiewa fil-pajjiżi kandidati jiġu megħjuna permezz ta’ Strument għal Assistenza ta’ qabel l-Adeżjoni għall-Iżvilupp Rurali (IPARD) speċifiku, li huwa parti mill-IPA II.Kriżi ekonomikaIl-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) jappoġġja nies li jitilfu l-impjieg tagħhom bħala riżultat tal-bidliet kbar strutturali fil-mudelli tal-kummerċ dinji (il-globalizzazzjoni) — eż. meta kumpanija kbira tagħlaq jew il-produzzjoni tittieħed barra l-UE — jew bħala riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali.Il-FEG jista’ jikkofinanzja proġetti li jgħinu lin-nies isibu impjieg, li jipprovdu pariri dwar il-karriera, edukazzjoni, taħriġ, taħriġ ulterjuri, gwida jew konsulenza, jew li jippromwovu l-imprenditorija u l-ftuħ ta’ negozji. Il-FEG ma jikkofinanzjax miżuri ta’ protezzjoni soċjali bħalma huma pensjonijiet u benefiċċji tal-qgħad.Il-pajjiżi tal-UE biss jistgħu japplikaw għall-FEG. Individwi, organizzazzjonijiet rappreżentattivi jew impjegaturi milqutin mis-sensji u li jixtiequ jiżguraw li l-ħaddiema mogħtija sensja jibbenefikaw mill-għajnuna tal-FEG għandhom jagħmlu kuntatt mal-persuna ta’ kuntatt tal-FEG f’pajjiżhom. Links relatati Qabel tapplika: Finanzjament tal-UE għal dawk li għadhom jibdewIl-proċess tal-applikazzjoni