Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna Segwi lill-Kummissjoni fuq il-midja soċjaliIl-Kummissjoni Ewropea tippreżenta ħidmitha fuq diversi mezzi tal-midja soċjali li jintużaw bil-bosta. Nistidnuk tikkontribwixxi fil-konverżazzjonijiet fuq il-profili tagħna u xxerred il-kontenut tagħna. Segwi lill-Kummissjoni Ewropea fuqInstagramFacebookXLinkedInYouTubeBlueskyPinterestMastodonThreadsTelegramNetwerks soċjali oħrajn Politika tal-moderazzjoni fuq il-midja soċjali Aħna nieħdu pjaċir naqraw id-diversi fehmiet u opinjonijiet li jesprimu ruħhom, iżda ma naċċettawx kummenti li jkunu offensivi jew li jistgħu iweġġgħu lil ħaddieħor. Kun ġentili u evita l-lingwaġġ xewwiexi, insulenti jew offensiv. Nitolbuk tirrispetta lill-parteċipanti l-oħra u l-prinċipji fundamentali komuni tagħna lkoll. Aħna ngħidu le għar-razziżmu, le għall-ksenofobija, le għad-diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon, l-oriġini etnika, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, u l-bqija. Ma nittolleraw l-ebda inċitament għall-vjolenza. Il-kontenut li jikser il-politika tal-moderazzjoni tagħna se jitneħħa.Nitolbuk iżżomm il-kummenti tiegħek mas-suġġett tal-posts tagħna. Ma nittollerawx l-ispam, u se nneħħu kull kumment li jkollu links suspettużi. Barra minn hekk, evita li taqsam informazzjoni qarrieqa, speċjalment jekk tista’ tagħmel ħsara lil ħaddieħor jew tkun maħsuba għall-gwadann personali. Nemmnu ferm li l-paġna tagħna għandha tkun spazju sikur u akkoljenti, fejn kulħadd jista’ jħossu komdu jaqsam il-fehmiet tiegħu. Għaldaqstant jaf ikollna naħbu jew inneħħu xi kummenti, u l-parteċipanti li jiksru ripetutament il-politika tal-moderazzjoni tagħna jistgħu jiġu pprojbiti.L-intenzjoni tagħna hi li nwieġbu kemm jista’ jkun mistoqsijiet fl-iqsar żmien possibbli. Ma weġibniex il-mistoqsija tiegħek? Iktbilna fuq comm-social-media-teamec [dot] europa [dot] eu (comm-social-media-team[at]ec[dot]europa[dot]eu). Id-drittijiet tal-awtur Il-kontenut imqiegħed fuq il-profili tal-midja soċjali tal-Kummissjoni Ewropea hu soġġett għall-avviż standard tad-drittijiet tal-awtur li jinsab hawn. Mistoqsijiet Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-Kummissjoni Ewropea u l-attivitajiet tagħha, tista’ tikkuntattjana fuq comm-social-media-teamec [dot] europa [dot] eu (comm-social-media-team[at]ec[dot]europa[dot]eu). Ċaħda tar-responsabbiltà L-ideat u l-fehmiet espressi mill-Kummissjoni Ewropea fuq il-midja soċjali għandhom biss skop ta’ informazzjoni. L-ebda komunikazzjoni fuq il-midja soċjali m’għandha titqies li tikkostitwixxi avviż legali jew uffiċjali f’isem il-Kummissjoni Ewropea. Protezzjoni tad-data fuq il-midja soċjaliIl-Kummissjoni Ewropea tuża l-midja soċjali biex tippreżenta ħidmitha. Inti tista’ żżur il-profili tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali direttament mis-sit web tagħna. Il-buttuni tal-midja soċjali fuq is-sit web tagħna ma jżommux id-data tiegħek, u lanqas ma jibagħtuk f’xi siti esterni, sakemm ma tkunx ikklikkjajt fuqhom. Meta tagħmel dan, inti se tintalab taċċetta l-politiki dwar il-cookies ta’ dawk il-pjattaformi. Kull pjattaforma tal-midja soċjali (bħal YouTube, X, LinkedIn, Facebook, Instagram, u oħrajn) għandha l-mod tagħha kif tittratta d-data personali tiegħek. Jekk inti mħasseb jew imħassba dwar kif il-pjattaformi tal-midja soċjali qed jużaw id-data tiegħek, tajjeb li taqra l-politiki tal-privatezza tagħhom qabel ma tużahom. Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar il-politika tal-privatezza fejn tidħol il-preżenza tagħna fuq il-midja soċjali, aqra d-dikjarazzjoni tal-privatezza tagħna.