Page contents Page contents Xi nfissru b’regolamentazzjoni aħjar? Li l-UE jkollha regolamentazzjoni aktar sempliċi, eħfef, u aktar rapida huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jiffaċilitaw il-kompetittività tal-Ewropa. Huwa għalhekk li kemm is-simplifikazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni huma prijoritajiet importanti tal-Kummissjoni, u huma bbażati fuq strutturi u mekkaniżmi speċifiċi. Il-Kummissjoni tistinka biex tissimplifika u tħaffef il-piż amministrattiv tar-regolamenti tal-UE biex tiżgura li dawn ikunu proporzjonati, stabbli, koerenti, u teknoloġikament newtrali. F’dan il-kuntest, l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar tgħin lill-UE twettaq politiki u liġijiet ibbażati fuq l-evidenza, li jilħqu l-objettivi tagħhom bl-aktar mod effiċjenti, filwaqt li jkunu mfasslin apposta għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini, tan-negozji, u tas-soċjetà ċivili tal-UE. Il-linji gwida u s-sett ta’ għodod għal regolamentazzjoni aħjar jipprovdu gwida konkreta lis-servizzi tal-Kummissjoni li huma involuti fit-tħejjija ta’ inizjattivi u proposti ġodda jew fil-ġestjoni u l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Regolamentazzjoni aħjar tiżgura li:l-azzjonijiet tal-UE jkunu bbażati fuq l-aħjar evidenza disponibbli u jkunu magħmulin biex jiksbu l-impatt mixtieq għall-benefiċċju tas-soċjetà, tal-ekonomija, u tal-ambjent tal-UE u jgħinu lill-Kummissjoni twettaq il-prijoritajiet strateġiċi tagħhal-ambjent regolatorju jkun sempliċi, effettiv, effiċjenti, koerenti, u implimentat b’mod korrett biex in-negozju fl-Ewropa jiġi ssimplifikat u aċċellerat ikun hemm inqas burokrazija u rappurtar fl-Ewropa sabiex tingħata spinta lill-investimenti u lill-kompetittività it-teħid tad-deċiżjonijiet ikun miftuħ u trasparenti għaċ-ċittadini, għan-negozji, u għal partijiet ikkonċernati oħrajniċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-proċess politiku u leġiżlattiv permezz ta’ konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, konsultazzjonijiet pubbliċi online, djalogi dwar l-implimentazzjoni, kontrolli fattwali, u rispons għas-sejħiet għal evidenza u għall-atti tal-Kummissjonil-inizjattivi tal-UE jwasslu għar-riżultati mistennijin u jibqgħu adattati għall-iskop tagħhom u għall-isfidi futuri, inkluż billi jagħmlu użu mill-ħidma tal-Kummissjoni dwar il-prospettiva strateġikail-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità jiġu osservatiil-valuri tal-UE u l-mudelli regolatorji effettivi jiġu promossi madwar id-dinja, billi jiġu appoġġati l-prattiki tajbin tar-regolamentazzjoni aħjar fit-tfassil tal-politika internazzjonali, eż. il-ħolqien ta’ standards globali. X’inhuma l-istrumenti ewlenin ta’ regolamentazzjoni aħjar? Evalwazzjonijiet, kontrolli tal-idoneità, u valutazzjonijiet tal-impattHija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tippjana, tħejji, u tipproponi l-liġijiet u politiki ġodda tal-UE. Il-ħidma tagħha hi ggwidata mill-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni. Fil-proċess preparatorju l-Kummissjoni tirrispetta serje ta’ regoli u linji gwida. F’konformità mal-prinċipju “l-ewwel evalwa”, l-evalwazzjoni tippreċedi l-ħidma fuq ir-reviżjoni ta’ politiki jew liġijiet eżistenti u tipprovdi l-evidenza biex tiġi ddefinita l-problema.L-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità tal-Kummissjoni janalizzaw kemm ikunu qed jirnexxu l-politiki, il-programmi, u l-leġiżlazzjoni eżistenti. Fuq il-bażi tal-evidenza, l-evalwazzjonijiet jivvalutaw kemm politika jew leġiżlazzjoni eżistenti tkun effettiva, rilevanti, u koerenti, u kemm ikollha valur miżjud tal-UE. Fuq il-bażi ta’ dawn l-evalwazzjonijiet, imbagħad, isiru t-tħejjijiet għal reviżjonijiet jew għal inizjattivi ġodda. Il-valutazzjonijiet tal-impatt jeżaminaw jekk ikunx hemm ħtieġa għal azzjoni tal-UE, janalizzaw l-impatti li jista’ jkollhom is-soluzzjonijiet disponibbli, u jiggwidaw l-għażla tal-Kummissjoni u t-tħejjija tal-proposta. Din l-analiżi titwettaq matul il-fażi tat-tħejjija, qabel ma l-Kummissjoni tiffinalizza proposta għal liġi ġdida jew riveduta. Barra minn dan, il-prospettiva strateġika hija għodda importanti fil-ħolqien, fis-setturi kollha, ta’ politiki li jibqgħu validi fil-futur u li jkunu koerenti. Il-prospettiva strateġika tesplora l-possibbiltajiet futuri differenti, flimkien mal-opportunitajiet u l-isfidi li dawn jistgħu jippreżentaw. Fl-aħħar mill-aħħar, tgħin lil dawk li jfasslu l-politika biex jaġixxu fil-preżent sabiex isawru l-futur.Is-simplifikazzjoni bħala l-bażi ta’ regolamentazzjoni aħjarIspirata mill-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT), il-Kummissjoni qed iżżid ir-ritmu sabiex jiġu ssimplifikati l-liġijiet tal-UE u jitbaxxew l-ispejjeż mhux neċessarji tar-regolamentazzjoni filwaqt li xorta waħda jintlaħqu l-objettivi ffissati. Il-proposti ta’ simplifikazzjoni tal-Kummissjoni li jirriżultaw mill-ittestjar tal-istress tal-acquis tal-UE permezz ta’ evalwazzjonijiet u kontrolli tal-idoneità, fl-aħħar mill-aħħar se jissimplifikaw il-liġijiet tal-UE u jnaqqsu l-piżijiet regolatorji. Dan se jgħin lill-Kummissjoni biex tasal għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi eżistenti b’mill-inqas 25%, u b’mill-inqas 35% għall-SMEs. Il-prinċipju ta’ “one in, one out” jiżgura li jiġu kkunsidrati l-piżijiet kollha introdotti mill-inizjattivi tal-Kummissjoni u li l-piżijiet amministrattivi jiġu kkumpensati billi jitneħħew piżijiet ta’ valur ekwivalenti fl-istess qasam politiku.Il-kompetittività hija prijorità ewlenija: kontroll ġdid tal-SMEs u tal-kompetittività se jgħin biex dawn iż-żewġ dimensjonijiet jinqabdu aħjar fil-valutazzjonijiet tal-impatt. Il-Kummissjoni tippreżenta ħarsa ġenerali annwali tal-isforzi tagħha dwar is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet biex turi progress li qed isir biex jintlaħqu dawn l-objettivi.Kontroll tal-kwalitàIl-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, korp indipendenti magħmul minn uffiċjali tal-Kummissjoni u esperti minn barra l-Kummissjoni, jirrieżamina l-valutazzjonijiet tal-impatt u l-evalwazzjonijiet magħżulin. Il-Bord jippubblika rapporti annwali dwar x’għamel biex iwettaq il-missjoni tiegħu.Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalitàF’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Kummissjoni għandha l-għan li taġixxi biss fejn ikun meħtieġ u fejn dan ikun ifisser benefiċċji ċari meta mqabbel ma’ miżuri meħudin fil-livelli nazzjonali, reġjonali, jew lokali. Grilja tas-sussidjarjetà hija mehmuża mal-inizjattivi kollha politikament sensittivi u importanti flimkien ma’ valutazzjoni tal-impatt. Il-prinċipju tal-proporzjonalità jiffoka fuq l-impatt finanzjarju u amministrattiv tal-leġiżlazzjoni proposta, biex jiżgura li l-azzjonijiet regolatorji ma jmorrux lil hinn minn dak li jkun meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi leġiżlattivi u politiċi. Kwalunkwe impatt bħal dan għandu jkun minimizzat u jkun proporzjonat mal-objettivi tal-politika. Dan ifisser li l-politiki kollha jitwettqu bl-aktar mod sempliċi u bl-inqas spejjeż, filwaqt li tiġi evitata l-burokrazija żejda. L-involviment tal-partijiet ikkonċernati Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati hija fil-qalba tal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar. Il-Kummissjoni toffri liċ-ċittadini u lill-partijiet ikkonċernati l-opportunità li jipprovdu r-rispons tagħhom online matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta’ inizjattiva politika sabiex tinġabar l-evidenza biex jiġi sostnut it-tfassil tal-politika u tiġi żgurata t-trasparenza.Semma’ leħnek: il-portal tal-konsultazzjonijiet pubbliċi u tal-fehmiet taċ-ċittadini Kif taħdem is-sistema?il-partijiet ikkonċernati jistgħu jaqsmu l-fehmiet u l-evidenza tagħhom dwar proposti ta’ inizjattivi politiċi ġodda, atti legali, u liġijiet eżistenti tal-UE (evalwazzjonijiet u kontrolli tal-idoneità)hija multilingwi, ċentralizzata, trasparenti, u faċli ħafna biex tużahail-kontribuzzjonijiet jgħinu fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijietIl-mod kif il-Kummissjoni tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati ġie rrikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa: fl-2018 u l-2021, l-OECD ikklassifikat lill-UE bħala l-aħjar fost il-membri tagħha. Sejħa għal evidenza u konsultazzjoni pubblikaIl-fehmiet, l-esperjenza prattika, l-evidenza, u d-data li jiġu mingħand il-partijiet ikkonċernati u mingħand il-pubbliku jgħinu biex ikollna inizjattivi u evalwazzjonijiet politiċi ta’ kwalità ogħla u aktar robusti:rispons għad-dokumenti tas-sejħa għal evidenza (għall-valutazzjonijiet tal-impatt, l-evalwazzjonijiet, u l-kontrolli tal-idoneità), miftuħ għal perjodu ta’ 4 ġimgħatkonsultazzjoni pubblika (fil-każ ta’ atti leġiżlattivi), miftuħa għal perjodu ta’ 12-il ġimgħaFil-prinċipju, dawn iż-żewġ elementi huma disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. L-Ewropej jistgħu jikkontribwixxu bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE u jiksbu t-traduzzjoni elettronika informali tal-kummenti u tad-dokumenti ta’ pożizzjoni kollha fil-lingwa tagħhom.KummentiIċ-ċittadini jistgħu wkoll jaqsmu l-fehmiet tagħhom mal-Kummissjoni, billi jikkummentaw dwar il-proposti tal-atti legali jew tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni mbagħad tanalizza u tiġbor il-kummenti u l-kontribuzzjonijiet li jaslu. Dan jippermetti lill-Ewropej jaraw kif ir-rispons tagħhom jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-inizjattivi. Il-kummenti dwar l-abbozzi tal-atti leġiżlattivi jgħaddu għand il-koleġiżlaturi (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill). Semma’ leħnek – ċifri tal-20227,000,000 żjara lill-portal ‘Semma’ leħnek’93 proposta leġiżlattiva400,000 rispons81 konsultazzjoni pubblika45,500 kontribuzzjoni139 sejħa għal dokumenti tal-evidenza70,000 kumment144 abbozz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u ta’ atti delegati7,500 rispons ippubblikat Djalogi dwar l-implimentazzjoni u kontrolli fattwaliKull Membru tal-Kummissjoni Ewropea se jorganizza mill-inqas żewġ djalogi dwar l-implimentazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kull sena biex l-implimentazzjoni tal-liġijiet tal-UE tkun allinjata mar-realtajiet fil-prattika. Huma se jipprovdu pjattaforma għal diskussjoni miftuħa u trasparenti bejn il-partijiet ikkonċernati. Permezz ta’ dawn id-djalogi, il-Kummissjoni se taħdem flimkien mal-partijiet ikkonċernati biex tidentifika l-ostakli għal implimentazzjoni korretta. Il-Kummissjoni se tidħol f’kuntatt ukoll mal-prattikanti fil-kumpaniji permezz tal-kontrolli fattwali, biex tifhem l-esperjenza tagħhom fil-prattika u l-impatt tal-liġijiet tal-UE fuq l-attivitajiet tagħhom. Dawn l-iskambji fil-livell tekniku se jgħinu biex jiġu identifikati esperjenzi pożittivi u jiġu solvuti kwistjonijiet prattiċi jew ostakli, filwaqt li jiġi mifhum kif dawn jirrelataw mar-regoli tal-UE, mal-implimentazzjoni, u mat-traspożizzjoni nazzjonali. L-eżitu tal-kontrolli tas-sitwazzjoni ta’ bħalissa jikkontribwixxi għall-ittestjar tal-kapaċità tal-leġiżlazzjoni eżistenti (inklużi l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità) u t-tfassil ta’ proposti ta’ simplifikazzjoni tal-futur. Sħubija u kooperazzjoni L-istituzzjonijiet tal-UE jaħdmu flimkienIt-titjib tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE huwa objettiv komuni u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE u tal-Istati Membri. L-aħjar mod biex jittejjeb it-tfassil tal-liġijiet tal-UE u jinkisbu riżultati aħjar huwa li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u l-Kummissjoni Ewropea jaħdmu aktar mill-qrib flimkien.Il-Kummissjoni tista’ tiddetermina biss l-impatt kif ukoll l-ispejjeż u l-iffrankar assoċjati mal-proposti leġiżlattivi tagħha. L-emendi li jsiru matul in-negozjati mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill jistgħu jbiddlu b’mod sinifikanti l-impatti fuq in-nies, fuq in-negozji, jew fuq l-amministrazzjonijiet. Il-Kummissjoni se tniedi mill-ġdid id-djalogu politiku mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill biex tiddiskuti l-ideat, sabiex il-partijiet kollha jkunu jistgħu jivvalutaw l-impatti tal-emendi tagħhom b’mod komuni u jissodisfaw l-impenji tagħhom skont il-ftehim interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet.L-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati MembriL-UE hija mibnija fuq regoli maqbula b’mod komuni. Sabiex jiġi pprovdut ambjent legali sikur għaċ-ċittadini u n-negozji madwar l-UE kollha, l-Istati Membri jridu jimplimentaw bis-sħiħ dawn ir-regoli fil-ħin. Iridu jiżguraw li jiġu applikati u infurzati b’mod korrett biex iwasslu l-benefiċċji li għalihom kienu maħsubin. Implimentazzjoni ħażina toħloq spejjeż u nuqqas ta’ sigurtà legali għan-nies u għan-negozji.Il-kooperazzjoni internazzjonaliIl-kooperazzjoni regolatorja internazzjonali hija parti ewlenija mill-politika regolatorja tal-UE. Il-politika tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar żviluppat matul is-snin u kienet ispirata wkoll minn żviluppi internazzjonali, bħal diversi rakkomandazzjonijiet politiċi żviluppati fl-OECD. Il-linji gwida u s-sett ta’ għodod tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar jispeċifikaw kif għandu jiġi kkunsidrat il-kuntest internazzjonali meta tiġi vvalutata u żviluppata l-politika tal-UE u kif nikkonsultaw mas-sħab internazzjonali u mal-partijiet ikkonċernati. Dan ikopri, pereżempju, ir-rekwiżit li fl-iżvilupp tal-politika tagħna jitqiesu t-trattati u l-ftehimiet internazzjonali, li jiġu indirizzati b’mod komprensiv l-impatti ġeopolitiċi, li l-abbozzi leġiżlattivi jiġu nnotifikati lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li jiġu integrati l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, li issa huma inklużi fl-evalwazzjonijiet u fil-valutazzjonijiet tal-impatt, u aktar. Dokumenti Ittra ta’ Missjoni għall-Kummissarju Valdis Dombrovskis, il-Kummissarju nnominat għall-Ekonomija u l-Produttività, u l-Kummissarju nnominat għall-Implimentazzjoni u s-Simplifikazzjoni Links Il-proċess tat-tfassil tal-liġijiet fl-UE