Nappoġġaw lin-nies u nsaħħu s-soċjetajiet u l-mudell soċjali tagħna Ħarsa ġenerali Il-mudell soċjali uniku tal-Ewropa huwa bbażat fuq il-ħolqien tal-prosperità filwaqt li jiżgura li ħadd ma jintesa. Ksibna ħafna, iżda għad baqa’ xi jsir. Il-kriżijiet ta’ dawn l-aħħar snin ħallew impatt fuq l-istandards tal-għajxien ta’ ħafna Ewropej. In-nuqqas ta’ akkomodazzjoni affordabbli u ta’ aċċess għas-servizzi essenzjali, il-faqar u l-inugwaljanzi tal-opportunitajiet jaf idgħajfu l-għaqda ta’ bejnietna.Is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna se jkomplu jevolvu. Dan ifisser li jeħtieġ niffukaw l-isforzi tagħna fuq is-sostenn u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja li ngawdu llum. Matul il-5 snin li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropea se taħdem biex tippromwovi l-ekwità soċjali, issaħħaħ il-koeżjoni soċjali u reġjonali, u tiżgura opportunitajiet indaqs għal kulħadd.X’jaħsbu l-Ewropej? 88 %taċ-ċittadini jqisu li Ewropa soċjali hija importanti għalihom54 %jemmnu li sal-2030 se jkollna Ewropa aktar soċjaliL-istandard tal-għajxienjitiqies bħala l-aktar prijorità soċjali importanti għall-UE Objettivi Nipprovdu opportunitajiet, stabbiltà u benesseri għal kulħaddInsaħħu l-mudell tas-suq soċjali tagħnabiex niżguraw tranżizzjoni ġusta għal kulħaddNindirizzaw l-inugwaljanza, id-disparitajiet reġjonali u d-diskriminazzjoni Kif se nilħqu l-objettivi tagħna Matul il-ftit snin li ġejjin, se naħdmu fuq dan billiNippromwovu l-ekwità soċjali fl-ekonomija moderna Sabiex niżguraw l-ekwità soċjali,se nistabbilixxu pjan ta’ azzjoni ġdid dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ħalli nilħqu l-miri soċjali ewlenin tagħna għall-2030se nappoġġaw il-pagi ġusti, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, it-taħriġ u t-tranżizzjonijiet ġusti minn impjieg għal ieħor permezz ta’ Pjan Direzzjonali ġdid għal Impjiegi ta’ Kwalitàse nsaħħu d-djalogu soċjali Ewropew permezz ta’ Patt ġdid għad-Djalogu Soċjali Ewropewse nindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-faqar permezz tal-ewwel Strateġija tal-UE Kontra l-Faqarse nevitaw u nikkumbattu l-esklużjoni soċjali tat-tfal permezz tal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u s-servizzi pubbliċi essenzjali billi nsaħħu l-Garanzija għat-Tfalse nindirizzaw il-kriżi tal-akkomodazzjoni billi nressqu l-ewwel Pjan Ewropew għal Akkomodazzjoni Affordabbli u noħolqu pjattaforma ta’ investiment pan-Ewropea għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibblise nintroduċu l-Fond Soċjali għall-Klima biex nappoġġaw ir-rinnovazzjonijiet u l-akkomodazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġijase nindirizzaw il-kawżi ewlenin tat-tibdil demografikuse nnaqqsu d-disparitajiet reġjonali ħalli l-Ewropej ikunu jistgħu jgħixu u jaħdmu f’post li għalihom huwa darhom Nerġgħu ngħaqqdu s-soċjetajiet tagħna u nappoġġaw liż-żgħażagħ Sabiex inżidu s-solidarjetà fost iċ-ċittadini,se naħdmu biex nissalvagwardjaw id-drittijiet tal-minoranzise nsaħħu l-Erasmus+ biex aktar Ewropej ikunu jistgħu jiksbu ħiliet ġodda u jiżviluppaw fehim reċiproku aħjarse norganizzaw Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ annwali biex niżguraw li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom biex isawru l-futur tal-UEse nistabbilixxu Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ magħmul minn żgħażagħ mill-Istati Membri kollha biex jinforma lill-President tal-Kummissjoni dwar il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħse nwettqu inkjesta fl-UE kollha dwar l-impatti usa’ tal-media soċjali fuq il-benesseri tan-niesse nindirizzaw is-servizzi online li huma mfassla biex joħolqu dipendenzase noħolqu pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetikuse nagħmluha aktar faċli li n-nies jibbenefikaw mill-wirt kulturali rikk u divers tal-Ewropa Nibnu Unjoni tal-ugwaljanza vera Sabiex noħolqu ugwaljanza verase naġġornaw l-istrateġija għall-ugwaljanza tal-LGBTIQ u niżviluppaw strateġija ġdida kontra r-razziżmu, ħalli kulħadd ikun jista’ jirnexxi u jmexxi, ikun min ikunse niżviluppaw pjan direzzjonali għad-drittijiet tan-nisa u strateġija ġdida għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri Il-progress s’issa Segwi l-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi skont din il-prijorità, u żomm ruħek aġġornat dwarhom Jannar 2024Is-Summit tas-Sħab Soċjali ta’ Val DuchesseIl-Kummissjoni u s-sħab tagħha jimpenjaw ruħhom li jsaħħu d-djalogu soċjali biex jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi u dawk marbuta max-xogħol.Novembru 2023Il-Kummissjoni tistabbilixxi network tal-UE dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u tal-vjolenza domestika Fiċ-ċentru tal-attenzjoni Qed jirnexxilna nxejnu d-diskriminazzjoni fl-UE?Fl-UE, id-diskriminazzjoni abbażi ta’ kwalunkwe raġuni hija pprojbita bil-liġi. Iżda għal ħafna nies, din għadha realtà ta’ kuljum. Sabiex tindirizza din il-problema, il-Kummissjoni ilha mill-2020 tressaq inizjattivi ġodda kontra r-razziżmu u l-antisemitiżmu, kif ukoll favur il-persuni LGBTIQ u l-komunitajiet Rom. Dan l-aħħar ġew ippubblikati rapporti ta’ progress dwar l-erbgħa li huma.Aqra aktar Aħbarijiet 18 Frar 2025Opening remarks by Executive Vice-President Mînzatu at the Erasmus+ and European Solidarity Corps Stakeholders' conference17 Frar 2025Opening remarks by Executive Vice-President Mînzatu at the Interparliamentary Committee Meeting on AI and the Labour MarketSee more news Suġġetti relatatiIl-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet SoċjaliL-Istrateġija Ewropea għall-impjiegiL-Aġenda għall-Ħiliet għall-EwropaL-ugwaljanza u l-inklużjoniIl-Fond Soċjali għall-KlimaIl-politika reġjonali Min hu inkarigatRoxana MînzatuIl-Viċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-PreparatezzaRaffaele FittoIl-Viċi President Eżekuttiv għall-Koeżjoni u r-RiformiHadja LahbibIl-Kummissarju għall-Ugwaljanza kif ukoll għall-Preparatezza u għall-Ġestjoni tal-KriżijietDan JørgensenIl-Kummissarju għall-Enerġija u għall-AkkomodazzjoniMichael McGrathIl-Kummissarju għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-KonsumaturGlenn MicallefIl-Kummissarju għall-Ekwità Interġenerazzjonali, iż-Żgħażagħ, il-Kultura u l-Isport Il-prijoritajiet l-oħra tal-KummissjoniIl-kompetittivitàIs-sigurtà u d-difiżaIl-kwalità tal-ħajjaId-demokrazija u l-valuri tagħnaEwropa globaliIl-baġit u r-riforma tal-UE
Sabiex niżguraw l-ekwità soċjali,se nistabbilixxu pjan ta’ azzjoni ġdid dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ħalli nilħqu l-miri soċjali ewlenin tagħna għall-2030se nappoġġaw il-pagi ġusti, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, it-taħriġ u t-tranżizzjonijiet ġusti minn impjieg għal ieħor permezz ta’ Pjan Direzzjonali ġdid għal Impjiegi ta’ Kwalitàse nsaħħu d-djalogu soċjali Ewropew permezz ta’ Patt ġdid għad-Djalogu Soċjali Ewropewse nindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-faqar permezz tal-ewwel Strateġija tal-UE Kontra l-Faqarse nevitaw u nikkumbattu l-esklużjoni soċjali tat-tfal permezz tal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u s-servizzi pubbliċi essenzjali billi nsaħħu l-Garanzija għat-Tfalse nindirizzaw il-kriżi tal-akkomodazzjoni billi nressqu l-ewwel Pjan Ewropew għal Akkomodazzjoni Affordabbli u noħolqu pjattaforma ta’ investiment pan-Ewropea għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibblise nintroduċu l-Fond Soċjali għall-Klima biex nappoġġaw ir-rinnovazzjonijiet u l-akkomodazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġijase nindirizzaw il-kawżi ewlenin tat-tibdil demografikuse nnaqqsu d-disparitajiet reġjonali ħalli l-Ewropej ikunu jistgħu jgħixu u jaħdmu f’post li għalihom huwa darhom
Sabiex inżidu s-solidarjetà fost iċ-ċittadini,se naħdmu biex nissalvagwardjaw id-drittijiet tal-minoranzise nsaħħu l-Erasmus+ biex aktar Ewropej ikunu jistgħu jiksbu ħiliet ġodda u jiżviluppaw fehim reċiproku aħjarse norganizzaw Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ annwali biex niżguraw li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom biex isawru l-futur tal-UEse nistabbilixxu Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ magħmul minn żgħażagħ mill-Istati Membri kollha biex jinforma lill-President tal-Kummissjoni dwar il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħse nwettqu inkjesta fl-UE kollha dwar l-impatti usa’ tal-media soċjali fuq il-benesseri tan-niesse nindirizzaw is-servizzi online li huma mfassla biex joħolqu dipendenzase noħolqu pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetikuse nagħmluha aktar faċli li n-nies jibbenefikaw mill-wirt kulturali rikk u divers tal-Ewropa
Sabiex noħolqu ugwaljanza verase naġġornaw l-istrateġija għall-ugwaljanza tal-LGBTIQ u niżviluppaw strateġija ġdida kontra r-razziżmu, ħalli kulħadd ikun jista’ jirnexxi u jmexxi, ikun min ikunse niżviluppaw pjan direzzjonali għad-drittijiet tan-nisa u strateġija ġdida għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri
Qed jirnexxilna nxejnu d-diskriminazzjoni fl-UE?Fl-UE, id-diskriminazzjoni abbażi ta’ kwalunkwe raġuni hija pprojbita bil-liġi. Iżda għal ħafna nies, din għadha realtà ta’ kuljum. Sabiex tindirizza din il-problema, il-Kummissjoni ilha mill-2020 tressaq inizjattivi ġodda kontra r-razziżmu u l-antisemitiżmu, kif ukoll favur il-persuni LGBTIQ u l-komunitajiet Rom. Dan l-aħħar ġew ippubblikati rapporti ta’ progress dwar l-erbgħa li huma.Aqra aktar
18 Frar 2025Opening remarks by Executive Vice-President Mînzatu at the Erasmus+ and European Solidarity Corps Stakeholders' conference
17 Frar 2025Opening remarks by Executive Vice-President Mînzatu at the Interparliamentary Committee Meeting on AI and the Labour Market
Roxana MînzatuIl-Viċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-Preparatezza
Hadja LahbibIl-Kummissarju għall-Ugwaljanza kif ukoll għall-Preparatezza u għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet
Michael McGrathIl-Kummissarju għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-Konsumatur