Djalogu Strateġiku dwar il-futur tal-agrikoltura tal-UE Il-bdiewa huma kruċjali għall-preżent u l-futur tagħna Bis-saħħa tas-settur agroalimentari tal-Ewropa, 450 miljun persuna għandhom aċċess għal ikel sikur, tajjeb għas-saħħa u affordabbli. Il-bdiewa tal-UE huma s-sinsla tal-awtosuffiċjenza tal-ikel tal-Ewropa, u xprunaturi vitali tal-impjiegi u tat-tkabbir sostenibbli fiż-żoni rurali. Huma qed jagħtu kontribut ċentrali għat-tranżizzjoni ekoloġika kollettiva tagħna. Fl-istess ħin, jiffaċċjaw sfidi, bħat-tibdil fil-klima u suq globali kompetittiv. Huma urew reżiljenza notevoli matul pandemija, kriżi tal-enerġija, il-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u inflazzjoni għolja. Ilkoll kemm aħna rridu settur tal-ikel u tal-biedja b’saħħtu fil-kontinent kollu, li jippremja lill-bdiewa, liċ-ċittadini u lill-wirt naturali prezzjuż tagħna. B’dan ir-rapport, għandna pedament sod ħafna għall-iżvilupp ta’ viżjoni ġdida għall-ikel u l-biedja fl-Ewropa. Il-produttivitàtinsab taħt pressjoni qawwija minħabba t-tibdil fil-klima, u t-temp severAktar minn 17-il miljun persunajaħdmu fl-agrikoltura fl-UE57 senaL-età medja tal-bdiewa tal-UE Konklużjoni tad-Djalogu Strateġiku Forum ġdid biex tissawwar viżjoni komuni għall-futur tas-sistema tal-biedja u tal-ikel tal-UEImħabbra mill-President von der Leyen fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni f’Settembru 2023 u mniedi f’Jannar 2024, id-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura fl-UE laqqa’ flimkien 29 parti kkonċernata ewlenija mis-setturi agroalimentari Ewropej, is-soċjetà ċivili, il-komunitajiet rurali u l-akkademja biex jintlaħqu fehim u viżjoni komuni għall-futur tas-sistemi tal-biedja u tal-ikel tal-UE. Fl-4 ta’ Settembru 2024, il-President von der Leyen irċeviet ir-rapport finali tad-Djalogu Strateġiku, ippreżentat mill-President tal-grupp, il-Professur Peter Strohschneider. Intitolat “Perspettiva komuni għall-biedja u l-ikel fl-Ewropa”, ir-rapport jippreżenta valutazzjoni tal-isfidi u l-opportunitajiet, segwita minn sett ta’ rakkomandazzjonijiet.Skopri aktar dwar id-Djalogu, il-laqgħat u l-parteċipanti tiegħu X’qed tagħmel l-UE dwar l-agrikoltura L-agrikoltura organika fin-NetherlandsIl-Kummissjoni Ewropea diġà nediet sistema ta’ appoġġ għal 5 snin għall-bdiewa fil-forma ta’ Politika Agrikola Komuni (PAK) ġdida fl-2023. Din irċeviet €300 biljun f’finanzjament u tinkludi inċentivi aktar b’saħħithom biex jgħinu lill-bdiewa tagħna jadottaw prattiki aktar sostenibbli u aktar reżiljenti. Il-bdiewa se jitħallsu aktar għar-rendiment tagħhom jekk jaħżnu wkoll il-karbonju.Fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri qed jidderieġu livelli aktar b’saħħithom ta’ appoġġ lejn dawk li l-aktar għandhom bżonnu. Pereżempju, aktar minn 10% tal-pagamenti diretti tal-UE, li jirrappreżentaw €4 biljun fis-sena, se jiġu allokati mill-ġdid għal azjendi agrikoli iżgħar. Żidna wkoll l-appoġġ ta’ emerġenza għad-diżastri naturali u x-xokkijiet fil-prezzijiet.Fl-2023 biss, l-Ewropa pprovdiet għajnuna eċċezzjonali ta’ aktar minn €500 miljun lill-bdiewa l-aktar milquta mill-kriżijiet. Bi tweġiba għat-tħassib tal-bdiewa, il-Kummissjoni ppreżentat għażliet biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-bdiewa tal-UE, u qed taħdem fuq azzjonijiet biex ittejjeb il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina alimentari u biex ittejjeb l-infurzar kontra prattiki kummerċjali inġusti. Nediet ukoll żewġ stħarriġiet: l-ewwel wieħed fejn il-bdiewa u l-fornituri żgħar kollha fil-katina alimentari jistgħu jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar l-esperjenza tagħhom ta’ prattiki kummerċjali inġusti, u t-tieni wieħed biex jiġbor il-fehmiet tal-bdiewa dwar is-simplifikar ta’ ċerti regoli u proċeduri.Fi Frar 2025, il-Kummissjoni ppreżentat viżjoni ġdida għall-futur tal-biedja u l-produzzjoni tal-ikel fl-UE, li tibni fuq il-konklużjonijiet tad-Djalogu Strateġiku. L-għan hu li tibena sistema tal-ikel aktar b’saħħitha u aktar innovattiva li tkun ta’ benefiċċju kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-konsumaturi, u toħloq settur attraenti, kompetittiv, reżiljenti u li jibqa’ validu fil-futur li jagħti valur lill-ikel u lin-nies. Links relatati L-agrikoltura fl-UEPjanijiet ta’ Strateġija tal-PAK 2023-2027Azzjonijiet tal-UE biex jiġi indirizzat it-tħassib tal-bdiewa
Forum ġdid biex tissawwar viżjoni komuni għall-futur tas-sistema tal-biedja u tal-ikel tal-UEImħabbra mill-President von der Leyen fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni f’Settembru 2023 u mniedi f’Jannar 2024, id-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura fl-UE laqqa’ flimkien 29 parti kkonċernata ewlenija mis-setturi agroalimentari Ewropej, is-soċjetà ċivili, il-komunitajiet rurali u l-akkademja biex jintlaħqu fehim u viżjoni komuni għall-futur tas-sistemi tal-biedja u tal-ikel tal-UE. Fl-4 ta’ Settembru 2024, il-President von der Leyen irċeviet ir-rapport finali tad-Djalogu Strateġiku, ippreżentat mill-President tal-grupp, il-Professur Peter Strohschneider. Intitolat “Perspettiva komuni għall-biedja u l-ikel fl-Ewropa”, ir-rapport jippreżenta valutazzjoni tal-isfidi u l-opportunitajiet, segwita minn sett ta’ rakkomandazzjonijiet.Skopri aktar dwar id-Djalogu, il-laqgħat u l-parteċipanti tiegħu
L-agrikoltura organika fin-NetherlandsIl-Kummissjoni Ewropea diġà nediet sistema ta’ appoġġ għal 5 snin għall-bdiewa fil-forma ta’ Politika Agrikola Komuni (PAK) ġdida fl-2023. Din irċeviet €300 biljun f’finanzjament u tinkludi inċentivi aktar b’saħħithom biex jgħinu lill-bdiewa tagħna jadottaw prattiki aktar sostenibbli u aktar reżiljenti. Il-bdiewa se jitħallsu aktar għar-rendiment tagħhom jekk jaħżnu wkoll il-karbonju.Fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri qed jidderieġu livelli aktar b’saħħithom ta’ appoġġ lejn dawk li l-aktar għandhom bżonnu. Pereżempju, aktar minn 10% tal-pagamenti diretti tal-UE, li jirrappreżentaw €4 biljun fis-sena, se jiġu allokati mill-ġdid għal azjendi agrikoli iżgħar. Żidna wkoll l-appoġġ ta’ emerġenza għad-diżastri naturali u x-xokkijiet fil-prezzijiet.Fl-2023 biss, l-Ewropa pprovdiet għajnuna eċċezzjonali ta’ aktar minn €500 miljun lill-bdiewa l-aktar milquta mill-kriżijiet.