X’qed tagħmel l-UE L-UE għandha l-aktar ikel tajjeb għas-saħħa u tal-ogħla kwalità fid-dinja, u dan bis-saħħa tal-irziezet tagħna u tas-settur agroalimentari b’mod ġenerali. Sabiex l-affarijiet jibqgħu hekk, il-Kummissjoni Ewropea taħdem biex tiżgura li l-agrikoltura tal-UE tkun sostenibbli, kompetittiva, u reżiljenti u li ż-żoni rurali jkunu mimlijin ħajja.L-objettivi ewlenin tal-politika agrikola tal-UE huma liniżguraw li l-bdiewa jiksbu dħul aħjar mis-suq biex jipproduċu kwantitajiet biżżejjed ta’ ikel sikur, filwaqt li jirrispettaw ir-regoli tal-UE dwar is-sostenibbiltà, il-benessri tal-annimali, it-traċċabbiltà, eċċ.nipprovdu sistemi ta’ sostenn għall-azjendi agrikoli biex ngħinuhom jistabbilizzaw id-dħul tagħhom meta jkollhom jaffrontaw kundizzjonijiet inqas prevedibbli tal-produzzjoninagħmlu lill-biedja attraenti sabiex inħeġġu liż-żgħażagħ jersqu lejhaniffaċilitaw l-investiment f’settur tal-biedja innovattiv, kompetittiv, u sostenibbliimmantnu komunitajiet rurali vijabbli, b’ekonomiji varjatinoħolqu u mmantnu l-impjiegi fil-katina tal-ikel kollha kemm hi Ċifri ewlenin 9.1 miljunrazzett fl-UE fl-2020377,000bidwi żagħżugħ li għandhom il-ħsieb li jibdew attivitajiet agrikoli bħala parti minn azzjonijiet li jippromwovu t-tiġdid ġenerazzjonali€228.6 biljunf’esportazzjonijiet tal-UE fl-2023, li l-elementi l-aktar b’saħħithom tagħhom jinkludu l-preparati taċ-ċereali, il-prodotti tal-ħalib, u l-inbid Sors: Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK 2023-2027 Oqsma fejn qed tittieħed azzjoniIl-Politika Agrikola Komuni (PAK)Kif l-UE tappoġġa lill-bdiewa tagħha u lis-sigurtà tal-ikel tal-Ewropa.Azzjonijiet tal-UE biex jiġi indirizzat it-tħassib tal-bdiewaIl-bdiewa tal-UE huma s-sinsla tal-awtosuffiċjenza tal-Ewropa fl-ikel: kif l-UE qed twieġeb għat-tħassib tagħhom.Il-promozzjoni tal-prodotti tal-biedja tal-UEIl-produtturi tal-UE qed ibigħu l-prodotti agrikoli tagħhom f’suq globali dejjem aktar kompetittiv: x’qed tagħmel l-UE biex tgħin.Djalogu strateġiku dwar il-futur tal-agrikoltura tal-UEIl-viżjoni tal-UE għall-ġejjieni tas-sistemi tal-biedja u tal-ikel tal-UE.Biedja organikaSir af aktar dwar il-politika, ir-regoli, iċ-ċertifikazzjonijiet, u s-sostenn tal-UE f’dan is-settur.Ir-riżultati tal-PAK (2019-22)X’għamlet il-Politika Agrikola Komuni biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-bdiewa tal-UE u tagħti sostenn liż-żoni rurali.Il-bdiewa żgħażagħKif l-UE tista’ tgħinek tiżviluppa r-razzett tiegħek.Indikazzjonijiet ġeografiċi u skemi ta’ kwalitàKif l-UE tipproteġi u tippromwovi l-oriġini, it-tradizzjonijiet, u l-karatteristiċi uniċi tal-prodotti distintivi tal-UE.Viżjoni ruraliIż-żoni rurali huma t-tessut tas-soċjetà tagħna: x’tagħmel il-viżjoni fit-tul tal-UE biex tipproteġihom. Il-kisbiet ewlenin Il-politika agrikola komuni tagħti sostenn lis-settur tal-ikel u tal-biedja tal-UE, li huwa wieħed mis-setturi ewlenin tal-ekonomija u jipprovdi madwar8.7 miljun impjiegfl-agrikoltura, bi 17-il miljun ruħ jaħdmu fis-settur. Hemm madwar3,400 organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta, li jgħinu lill-irziezet iżgħar biex ikunu aktar b’saħħithom fis-suq fl-UE. Nofshom joperaw fis-settur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix.L-UE qed taħdem biex tagħti sostenn lil 6 miljun benefiċjarju madwar l-UE biex jipprovduikel ta’ kwalità għolja lil 450 miljun Ewropew. Il-baġit totali tal-PAK għall-perjodu 2023-27 huwa€307 biljun(€264 biljun fondi tal-UE u €43 biljun fondi nazzjonali). Taħt il-lenti Il-viżjoni tal-Kummissjoni għall-futur tal-agrikoltura u tal-ikelIllum il-ġurnata l-bdiewa qed jaffaċċjaw sfidi bħal spejjeż ogħla, it-tibdil fil-klima, u t-tfixkil fil-katina tal-provvista. Biex tgħinhom jegħlbu dawn l-isfidi, il-Kummissjoni stabbiliet il-pjanijiet tagħha biex tibni sistema tal-ikel ġusta u kompetittiva li tipprovdi ikel sostenibbli u bi prezzijiet aċċessibbli għal kulħadd. Il-viżjoni tagħha għall-ġejjieni tal-biedja u tal-produzzjoni tal-ikel fl-UE hija msejsa fuq 4 oqsma ewlenin li fihom se tittieħed azzjoni: bil-ħidma prevista s-settur tal-agrikoltura se jsir iżjed attraenti, kompetittiv, u mħejji għall-esiġenzi tal-futur, u se jingħata valur lill-ikel u lin-nies. L-UE se tkun qed taħdem mill-qrib mal-bdiewa, mal-produtturi tal-ikel, mal-komunitajiet rurali, u mas-soċjetà ċivili biex din il-viżjoni ssir realtà.Sir af aktar L-aktar reċenti 1 Lulju 2025Statement by President von der Leyen with Bavarian Minister-President Söder30 Ġunju 2025Remarks by Commissioners Šefčovič and Hansen on the EU-Ukraine agreement in principle on a modernised trade relationshipAra kollox Eventi 23Set2025Kompetizzjonijiet u ċerimonji ta’ premjazzjoni2025 EU Organic AwardsBrussels, BelgiumXandira diretta fuq l-internet disponibbli20-24Ott2025VisitsEU agri-food business delegation to Brazil Avveniment esternAra kollox Informazzjoni relatataId-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp RuraliIl-LiġiKonsultazzjonijiet pubbliċiIl-portal tad-data agroalimentari
L-UE għandha l-aktar ikel tajjeb għas-saħħa u tal-ogħla kwalità fid-dinja, u dan bis-saħħa tal-irziezet tagħna u tas-settur agroalimentari b’mod ġenerali. Sabiex l-affarijiet jibqgħu hekk, il-Kummissjoni Ewropea taħdem biex tiżgura li l-agrikoltura tal-UE tkun sostenibbli, kompetittiva, u reżiljenti u li ż-żoni rurali jkunu mimlijin ħajja.L-objettivi ewlenin tal-politika agrikola tal-UE huma liniżguraw li l-bdiewa jiksbu dħul aħjar mis-suq biex jipproduċu kwantitajiet biżżejjed ta’ ikel sikur, filwaqt li jirrispettaw ir-regoli tal-UE dwar is-sostenibbiltà, il-benessri tal-annimali, it-traċċabbiltà, eċċ.nipprovdu sistemi ta’ sostenn għall-azjendi agrikoli biex ngħinuhom jistabbilizzaw id-dħul tagħhom meta jkollhom jaffrontaw kundizzjonijiet inqas prevedibbli tal-produzzjoninagħmlu lill-biedja attraenti sabiex inħeġġu liż-żgħażagħ jersqu lejhaniffaċilitaw l-investiment f’settur tal-biedja innovattiv, kompetittiv, u sostenibbliimmantnu komunitajiet rurali vijabbli, b’ekonomiji varjatinoħolqu u mmantnu l-impjiegi fil-katina tal-ikel kollha kemm hi
Il-Politika Agrikola Komuni (PAK)Kif l-UE tappoġġa lill-bdiewa tagħha u lis-sigurtà tal-ikel tal-Ewropa.
Azzjonijiet tal-UE biex jiġi indirizzat it-tħassib tal-bdiewaIl-bdiewa tal-UE huma s-sinsla tal-awtosuffiċjenza tal-Ewropa fl-ikel: kif l-UE qed twieġeb għat-tħassib tagħhom.
Il-promozzjoni tal-prodotti tal-biedja tal-UEIl-produtturi tal-UE qed ibigħu l-prodotti agrikoli tagħhom f’suq globali dejjem aktar kompetittiv: x’qed tagħmel l-UE biex tgħin.
Djalogu strateġiku dwar il-futur tal-agrikoltura tal-UEIl-viżjoni tal-UE għall-ġejjieni tas-sistemi tal-biedja u tal-ikel tal-UE.
Biedja organikaSir af aktar dwar il-politika, ir-regoli, iċ-ċertifikazzjonijiet, u s-sostenn tal-UE f’dan is-settur.
Ir-riżultati tal-PAK (2019-22)X’għamlet il-Politika Agrikola Komuni biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-bdiewa tal-UE u tagħti sostenn liż-żoni rurali.
Indikazzjonijiet ġeografiċi u skemi ta’ kwalitàKif l-UE tipproteġi u tippromwovi l-oriġini, it-tradizzjonijiet, u l-karatteristiċi uniċi tal-prodotti distintivi tal-UE.
Viżjoni ruraliIż-żoni rurali huma t-tessut tas-soċjetà tagħna: x’tagħmel il-viżjoni fit-tul tal-UE biex tipproteġihom.
Il-viżjoni tal-Kummissjoni għall-futur tal-agrikoltura u tal-ikelIllum il-ġurnata l-bdiewa qed jaffaċċjaw sfidi bħal spejjeż ogħla, it-tibdil fil-klima, u t-tfixkil fil-katina tal-provvista. Biex tgħinhom jegħlbu dawn l-isfidi, il-Kummissjoni stabbiliet il-pjanijiet tagħha biex tibni sistema tal-ikel ġusta u kompetittiva li tipprovdi ikel sostenibbli u bi prezzijiet aċċessibbli għal kulħadd. Il-viżjoni tagħha għall-ġejjieni tal-biedja u tal-produzzjoni tal-ikel fl-UE hija msejsa fuq 4 oqsma ewlenin li fihom se tittieħed azzjoni: bil-ħidma prevista s-settur tal-agrikoltura se jsir iżjed attraenti, kompetittiv, u mħejji għall-esiġenzi tal-futur, u se jingħata valur lill-ikel u lin-nies. L-UE se tkun qed taħdem mill-qrib mal-bdiewa, mal-produtturi tal-ikel, mal-komunitajiet rurali, u mas-soċjetà ċivili biex din il-viżjoni ssir realtà.Sir af aktar
30 Ġunju 2025Remarks by Commissioners Šefčovič and Hansen on the EU-Ukraine agreement in principle on a modernised trade relationship
23Set2025Kompetizzjonijiet u ċerimonji ta’ premjazzjoni2025 EU Organic AwardsBrussels, BelgiumXandira diretta fuq l-internet disponibbli