Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

L-ekonomija u l-euro

X’tagħmel l-UE

L-istħarriġ armonizzat regolari fost in-negozji u l-konsumaturi jkopri setturi differenti tal-ekonomiji fl-UE u fil-pajjiżi kandidati.

Barra minn hekk, l-UE flimkien mal-Istati Membri kollha timplimenta l-għodda ewlenija ta’ rkupru tagħha, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility) b’valur ta’ €650 biljun. L-għan tagħha huwa li tagħmel l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna aktar sostenibbli, aktar reżiljenti u aktar allinjati mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali.

Lil hinn mill-UE, l-UE tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-pajjiżi sħab, fosthom lil 10 sħab tat-tkabbir u tal-viċinat, u b’hekk tgħin lill-ekonomiji tagħhom jistabbilizzaw ruħhom fi żminijiet diffiċli. L-UE tippromwovi wkoll il-pożizzjonijiet ekonomiċi tagħha fil-livell dinji billi tinvolvi ruħha ma’ awtoritajiet u istituzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali ewlenin. 

L-euro, bħala t-tieni l-aktar munita importanti fid-dinja, isaħħaħ l-ekonomiji u s-sistemi finanzjarji taż-żona tal-euro biex ikunu jifilħu għal xokkijiet tal-kambju, inaqqas id-dipendenza fuq muniti oħra u jnaqqas l-ispejjeż għad-ditti tal-UE. L-UE tappoġġa lill-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro fl-isforzi tagħhom biex jissodisfaw il-kriterji ħalli jadottaw l-euro. 
 

Ċifri ewlenin

€650 biljun
Għall-finanzjament ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, riformi u investiment fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
29.8 biljun
Karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni (€1,568 biljun) fi Frar 2025
11
L-għadd ta’ pajjiżi li bbenefikaw mill-assistenza makrofinanzjarja tal-UE

Oqsma ta’ azzjoni

L-aktar tbassir komprensiv riċenti li jkopri l-indikaturi makroekonomiċi u fiskali ewlenin

Il-munita unika tal-UE għal aktar minn 347 miljun ċittadin f’20 pajjiż tal-UE fiż-żona tal-euro

Kisbiet ewlenin

  • L-UE tidentifika, tipprevjeni u tindirizza fi stadju bikri l-iżbilanċi makroekonomiċi potenzjalment dannużi li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-istabbiltà ekonomika fi Stat Membru partikolari, fiż-żona tal-euro, jew fl-UE kollha.
  • L-UE qed tinvesti u timplimenta riformi għall-benefiċċju taċ-ċittadini, tan-negozji u tal-ambjent tagħha. Permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Kummissjoni Ewropea tiġbor fondi biex tappoġġa lill-Istati Membri ħalli jiffinanzjaw riformi u investimenti ambizzjużi.
  • L-UE tirrappreżenta l-interessi ekonomiċi tal-UE fil-livell dinji. Bħala qawwa ekonomika dinjija, l-UE taqdi rwol kostruttiv fit-tfassil tar-rispons tal-komunità internazzjonali għall-isfidi ekonomiċi l-aktar urġenti.

Taħt il-lenti

L-aħħar aħbarijiet

Avvenimenti