Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK)

Il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK) tal-UE hija parti integrali mill-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tal-UE. Hija tinkludi t-tfassil progressiv ta’ politika ta’ difiża komuni tal-UE, li għandha l-għan li tippermetti lill-UE ssaħħaħ il-kapaċitajiet militari tagħha u tvara missjonijiet barra mill-UE għaż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali b’konformità mal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-PSDK għandha tirrispetta l-obbligi ta’ ċerti Stati Membri li jaraw id-difiża komuni tagħhom tiġi rrealizzata fin-NATO. Hija koperta mill-Artikoli 42-46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Id-deċiżjonijiet relatati mal-PSDK jittieħdu mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea b’unanimità. Madankollu, hemm xi eċċezzjonijiet, bħal pereżempju meta l-Kunsill jadotta xi deċiżjonijiet li jimplimentaw deċiżjoni tal-UE jew għal xi deċiżjonijiet relatati mal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) u mal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata.

Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Politika tas-Sigurtà u l-Affarijiet Barranin huwa responsabbli sabiex jipproponi u jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-PSDK.

ARA WKOLL

Top