This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) ġie adottat fil-. Dan daħal fis-seħħ fl-2005.
Skont l-ewwel perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto (2008-2012), il-pajjiżi parteċipanti impenjaw ruħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra (GHG) b’medja ta’ 5 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990. L-UE u l-Istati Membri tagħha — li dak iż-żmien kienu 15 — impenjaw ruħhom għal tnaqqis ta’ 8 % għall-UE kollha kemm hi.
Bil-għan li jitnaqqas id-distakk bejn it-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ Kjoto fl-2012 u l-bidu tal-ftehim globali ġdid (il-Ftehim ta’ Pariġi) fl-2020, f’Diċembru 2012 ġiet adottata emenda għall-Protokoll ta’ Kjoto fil-konferenza dwar it-tibdil fil-klima li saret f’Doha.
Fit-tieni perjodu ta’ impenn (2013-2020), il-pajjiżi parteċipanti qablu li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 18 % taħt il-livelli tal-1990. L-UE, l-Istati Membri tagħha u l-Iżlanda qablu li jilħqu mira ta’ tnaqqis ta’ 20 %, li għandha tiġi ssodisfata b’mod konġunt.
Skont il-Protokoll, il-partijiet iridu jilħqu l-miri tagħhom primarjament permezz ta’ miżuri nazzjonali. Madankollu, il-Protokoll offrielhom ukoll 3 mekkaniżmi bbażati fuq is-suq bħala modi addizzjonali biex jilħqu l-miri tagħhom.
Il-mekkaniżmi ta’ Kjoto huma:
Skont il-Protokoll, l-emissjonijiet reali tal-partijiet jiġu mmonitorjati u jinżammu rekords preċiżi tal-iskambji mwettqa.
Il-Kummissjoni tippubblika Rapport ta’ Progress annwali li jipprovdi informazzjoni dwar il-progress li sar mill-UE u mill-Istati Membri tagħha lejn l-ilħuq tal-miri tagħhom tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.