Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-klawsola tas-solidarjetà

Il-klawsola tas-solidarjetà, introdotta bl-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), tipprovdi l-għażla għall-UE u għall-pajjiżi tal-UE:

  • sabiex jaġixxu b'mod konġunt;
  • sabiex jipprevjenu t-theddida terrorista fit-territorju ta' pajjiż tal-UE jew;
  • sabiex jipprovdu assistenza lil pajjiż ieħor tal-UE li jisfa vittma ta' diżastru naturali jew magħmul mill-bniedem.

Il-klawsola ġiet implimentata kif mistenni wara l-attakki terroristiċi f'Madrid f'Marzu 2004.

Fl-2014, l-UE adottat deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni tal-klawsola tas-solidarjetà. Tiżgura li l-partijiet kollha kkonċernati fuq livell nazzjonali u tal-UE jaħdmu flimkien sabiex iwieġbu malajr, b'mod effettiv u konsistenti fl-eventwalità ta' attakki terroristiċi jew diżastri naturali jew magħmulin mill-bniedem.

Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF) huwa strument li jiffinanzja l-operazzjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni ċivili li nħoloq għall-ewwel darba fl-2002. Taħt regoli riveduti adottati fl-2014, il-proċeduri ta’ ħidma ġew issimplifikati u l-kriterji ta’ eleġibilità ġew iċċarati, u estiżi sabiex ikopru n-nixfa.

ARA WKOLL

Top